Ġurisprudenza disponibbli f’sit web
Mid-9 ta’ Diċembru 1999, il-ġurisprudenza tal-qrati distrettwali (rechtbanken), tal-qrati tal-appelli (gerechtshoven), tal-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad der Nederlanden), tad-Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling Bestuursrechtspraak van de Raad van State), tat-Tribunal tal-Appelli Ċentrali (Centrale Raad van Beroep) u tat-Tribunal tal-Appelli tal-Kummerċ u l-Industrija (College van Beroep voor het bedrijfsleven) ġiet ippubblikata online. Tista’ tfittex is-sentenzi fil-bażi tad-data tal-ġurisprudenza fuq rechtspraak.nl permezz tat-test, in-numru tal-kawża, id-data tas-sentenza jew tal-pubblikazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja, il-ġuriżdizzjoni jew is-sub-ġuriżdizzjoni, l-ECLI jew ir-referenza tal-pubblikazzjoni.
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli
It-titolu jissejjaħ “indikazzjoni tal-kontenut”, u jista’ jkun fih nota ewlenija (sentenza waħda), sommarju qasir jew twil, xi kliem prinċipali, paragrafu li jiġbor fil-qosor il-liġi li dwarha tkun qed issir il-kawża, jew ċitazzjoni litterali tal-aktar dictum importanti tad-deċiżjoni.
Eżempju ta’ titolu
Liġi applikabbli għall-kiri: rexissjoni ta’ kuntratt tal-kiri ta’ spazju għall-uffiċċji (Huurrecht; ontbinding van huurovereenkomst kantoorruimte (81 RO)).
Formati
Is-sentenzi jiġu ppubblikati fuq rechtspraak.nl fil-format HTML. L-informazzjoni hija disponibbli wkoll fil-format RDF għall-utenti (mill-ġdid) professjonali.
Qrati kkonċernati
Is-sentenzi tal-qrati kollha jistgħu jinstabu fis-sit web permezz ta’ Fittex is-sentenzi. Dawn huma:
- Il-Qorti Suprema tan-Netherlands
- Id-Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat
- It-Tribunal tal-Appelli Ċentrali
- It-Tribunal tal-Appelli tal-Kummerċ u l-Industrija
- Erba’ qrati tal-appell
- Ħdax-il qorti distrettwali
Proċedimenti ulterjuri
Qrati superjuri |
Qrati oħra |
|
Hemm informazzjoni disponibbli: – dwar appelli? |
Iva |
Iva |
– dwar jekk kawża għadhiex pendenti? |
Le |
Le |
– dwar ir-riżultat tal-appelli? |
Iva |
Iva |
– dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni? |
Le |
Le |
– dwar proċedimenti ulterjuri quddiem: – qorti nazzjonali oħra (il-Qorti Kostituzzjonali,...)? – il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja? – il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
Iva Le Le |
Iva Le Le |
Regoli tal-pubblikazzjoni
Il-qrati żviluppaw żewġ settijiet ta’ linji gwida dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. L-ewwel sett jittratta l-anonimizzazzjoni (it-tneħħija tad-dettalji personali), filwaqt li l-ieħor jittratta l-għażla.
Linji gwida dwar l-anonimizzazzjoni rechtspraak.nl
Il-linji gwida dwar l-anonimizzazzjoni jirrikjedu li s-sentenzi ppubblikati jiġu anonimizzati. Dan ifisser li s-sentenzi ma għandhomx jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe persuna li mhijiex involuta professjonalment f’kawża.
Dan is-sett ta’ linji gwida huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjoni R (95) 11 “dwar l-għażla, l-ipproċessar, il-preżentazzjoni u l-arkivjar tad-deċiżjonijiet tal-qorti f’sistemi għall-irkupru ta’ informazzjoni legali” tal-Kunsill tal-Ewropa: l-ogħla ġuriżdizzjonijiet jippubblikaw il-kawżi kollha, sakemm ma jkunux ta’ interess legali jew soċjetali b’mod ċar, filwaqt li qrati oħra jippubblikaw biss dawk il-kawżi li huma ta’ interess legali jew soċjetali b’mod ċar. Il-linji gwida Netherlandiżi jidħlu f’aktar dettall fir-rigward ta’ dawn il-kunċetti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.