Każistika nazzjonali

Portugall

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-ġurisprudenza Portugiża.

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

Fil-Portugall, id-dritt għall-informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini previst espressament fl-Artikolu 20(2) tal-Kostituzzjoni tal-Portugall u implimentat mil-Liġi Nru 34/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004, fil-verżjoni attwali tagħha, li tistabbilixxi r-regoli għall-aċċess għall-ġustizzja u għall-qrati.

Skont l-Artikolu 4 ta’ din il-liġi, huwa d-dmir tal-gvern li jieħu passi biex jgħarraf bil-liġi u bis-sistema ġuridika, u l-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli biex jipprovdi informazzjoni legali, permezz ta’ pubblikazzjonijiet jew kwalunkwe forma oħra ta’ komunikazzjoni, bil-ħsieb li jiżgura l-eżerċizzju aħjar tad-drittijiet u t-twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-liġi.

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa prinċipju internazzjonali stabbilit kemm fl-Artikolu 10 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dan il-prinċipju huwa stabbilit l-ewwel nett fl-Artikolu 206 tal-Kostituzzjoni (ukoll marbut ma’ seduti ta’ smigħ fil-qorti) u fid-diversi liġijiet li jirregolaw ġuriżdizzjonijiet differenti, prinċipalment:

  • l-Artikoli 163 u 606 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Civili
  • l-Artikoli 86(1), 87 u 321(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali
  • l-Artikoli 3 u 115 tal-Liġi li tirregola l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-proċedura tal-Qorti Kostituzzjonali
  • l-Artikolu 30 tal-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qorti Amministrattiva

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jamministra għadd ta’ bażijiet tad-data ta’ dokumenti legali li jistgħu jinstabu fuq http://www.dgsi.pt/. Huma ppubblikati wkoll fil-Gazzetta Uffiċjali u huma disponibbli fuq https://dre.pt/:

  • Deċiżjonijiet u dikjarazzjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali dwar l-antikostituzzjonalità jew l-illegalità ta’ liġi jew dwar l-antikostituzzjonalità ta’ ommissjoni;
  • Deċiżjonijiet li jistandardizzaw il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Awdituri u sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Suprema li l-liġi tagħtihom saħħa vinkolanti ġenerali;
  • Deċiżjonijiet ta’ qrati oħra li ġeneralment huwa vinkolanti

Preżentazzjoni ta’ deċiżjonijiet/intestaturi

Is-sit web http://www.dgsi.pt/ jipprovdi aċċess għal sett ta’ bażijiet tad-data ta’ preċedenti u għal-libreriji ta’ referenza biblijografiċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Meta żżur xi waħda minn dawn il-bażijiet tad-data tista’ tara l-aktar dokumenti riċenti mdaħħla u bar tan-navigazzjoni jipprovdi aċċess għad-diversi tipi ta’ tiftix permessi (tiftix b’xejn skont it-terminu, skont il-qasam u skont id-deskrittur).

Kemm il-viżwalizzazzjoni tad-dħul kif ukoll id-dehra tar-riżultati jipprovdu dokumenti skont l-intestaturi, bl-informazzjoni li ġejja:

  • Numru tal-każ
  • Data tas-seduta ta’ smigħ
  • Relatur
  • Deskrittur

Eżempju ta’ intestatura/i

Deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja

SEDUTA TA’ SMIGĦ

KAŻ

RELATUR

DESKRITTUR

25.3.2009

08S2592

BRAVO SERRA

TERMINAZZJONI TAL-KUNTRATT TA’ IMPJIEG

Formati

It-test sħiħ tas-sentenza huwa disponibbli (soġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali) f’format html.

Qrati kkonċernati

Il-bażijiet tad-data disponibbli fuq http://www.dgsi.pt/ fihom ġurisprudenza mill-qrati/entitajiet li ġejjin:

  • Il-Qorti Suprema
  • Il-Qrati tal-Appell (Coimbra, Évora, Lisbona, Porto u Guimarães)
  • Il-Qorti Kostituzzjonali
  • Il-Qorti Amministrattiva Suprema
  • Il-Qrati Ċentrali Amministrattivi (Tramuntana u Nofsinhar)
  • Il-Qorti għall-Kunflitti tal-Ġuriżdizzjoni
  • L-Opinjonijiet tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku
  • Il-Kummissarji tal-Ġustizzja

Każijiet oħra

Fil-Portugall, tista’ ssib informazzjoni għal numru ta’ każijiet, kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.

L-informazzjoni hija disponibbli fuq:

Il-Qrati Suprema

Qrati l-oħra

Appelli?

Iva

Iva

Jekk każ ikun pendenti?

Le

Le

Ir-riżultat tal-appelli?

Iva

Iva

L-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni?

Le

Le

Każijiet oħra

- quddiem qorti Portugiża oħra (Qorti Kostituzzjonali....)?

- quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

- quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Regoli tal-pubblikazzjoni

Fuq livell nazzjonali, ma hemmx regoli vinkolanti dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. Madankollu, hemm regoli vinkolanti fil-Portugall dwar il-pubblikazzjoni mill-qrati.

Fil-Portugall, tiġi ppubblikata biss selezzjoni ta’ ġurisprudenza. Il-kriterji tas-selezzjoni applikati huma importanti u rilevanti.

Links relatati

Il-bażijiet tad-data ta’ dokumenti legali

L-aħħar aġġornament: 04/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.