Sib informazzjoni għal kull reġjun
Każistika disponibbli onlajn
Każistika tal-qrati ordinarji
Il-każistika tal-qrati kollha fis-sistema ġudizzjarja Slovakka hija disponibbli, bis-Slovakk, mill-bażi tad-dejta legali onlajn JASPI.
Każistika tal-Qorti Suprema
Il-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli, bis-Slovakk, fuq il-websajt tal-Qorti Suprema.
Formati
Il-każistika tal-qrati ordinarji hija disponibbli fil-format html, filwaqt li l-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli fil-format pdf.
Proċeduri oħrajn
Hemm informazzjoni disponibbli dwar:
- ir-riżultati tal-appelli
- l-irrevokabilità tad-deċiżjoni
Regoli tal-pubblikazzjoni
Is-sentenzi tal-qrati fis-Slovakkja m'għandomx saħħa legali vinkolanti ġenerali. Mhumiex għajn tal-liġi. Madankollu, is-sentenzi tal-qrati jsegwu s-sentenzi tal-Qorti Suprema Slovakka, li huma għajn ta’ liġi de facto.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.