Izvorna jezična inačica ove stranice poljski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Poljska

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Polonja.

Sadržaj omogućio
Poljska
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Il-Kapitolu VIII tal-Kostituzzjoni Pollakka jittratta dwar il-qrati u t-tribunali, u jelenka l-awtoritajiet vestiti bl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fil-Polonja, jiġifieri:

  • Il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy)
  • Il-Qrati Komuni (sądy powszechne)
  • Il-Qrati Amministrattivi (sądy administracyjne)
  • Il-Qrati Militari (sądy wojskowe)

Amministrazzjoni tal-qrati

Tipi ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Is-sistema tal-qrati komuni tinkludi l-qrati tal-appell (sądy apelacyjne), provinċjali (sądy okręgowe) u distrettwali (sądy rejonowe). Dawn il-qrati jiddeċiedu, fost affarijiet oħrajn, kawżi dwar il-liġi kriminali, ċivili, tal-familja u tal-minorenni, il-liġi kummerċjali, il-liġijiet tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali – ħlief għall-każijiet li huma kompetenza ta’ qrati speċjali oħrajn (eż., militari). Il-qrati komuni jżommu wkoll ir-reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki kif ukoll ir-reġistru tal-pledges, ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali u r-Reġistru Kriminali Nazzjonali.

Is-sistema tal-qrati amministrattivi tinkludi l-Qorti Amministrattiva Għolja (Naczelny Sąd Administracyjny) u l-qrati amministrattivi reġjonali – waħda għal kull provinċja (wojewódzkie sądy administracyjne).

Il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) hija l-ogħla awtorità ġudizzjarja fil-Polonja. Hija teżerċita s-superviżjoni ġudizzjarja fuq id-deċiżjonijiet tal-qrati l-oħrajn kollha, u tiżgura l-konsistenza fl-interpretazzjoni tal-liġijiet u l-prassi ġudizzjarja. Il-Qorti Suprema mhijiex qorti komuni.

Fis-sistema legali Pollakka, it-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny) ma jitqiesx bħala qorti komuni. It-Tribunal Kostituzzjonali jaġġudika:

  • Dwar il-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali
  • Dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma’ ftehimiet internazzjonali, li r-ratifika tagħhom hija meħtieġa qabel l-approvazzjoni mill-Parlament
  • Dwar il-konformità mal-Kostituzzjoni ta’ regolamenti legali maħruġa minn awtoritajiet ċentrali tal-istat, ftehimiet internazzjonali rratifikati u Atti leġiżlattivi.
  • Dwar il-kostituzzjonalità tal-għanijiet jew l-attivitajiet tal-partiti politiċi
  • Dwar ilmenti kostituzzjonali.

It-Tribunal tal-Istat (Trybunał Stanu) jaġġudika każijijet li fihom il-persuni li jokkupaw (jew li okkupaw) l-ogħla pożizzjonijiet fl-istat huma mixlija bi ksur tal-Kostituzzjoni jew Atti oħrajn leġiżlattivi.

Ġerarkija ta’ qrati

  • Qrati distrettwali (sądy rejonowe) – ġeneralment tal-ewwel istanza
  • Provinċjali (sądy okręgowe) – appell jew l-ewwel istanza f’xi każijiet
  • Appell (sądy apelacyjne) – appell
  • Il-Qorti Suprema – l-ogħla awtorità ġudizzjarja.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib links għall-informazzjoni dwar il-qrati komuni kollha, is-siti elettroniċi tagħhom u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom (indirizzi, numri tat-telefon, e-mails eċċ.) fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Pollakk (informazzjoni dwar il-qrati).

L-aħħar aġġornament: 10/12/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.