Sib informazzjoni għal kull reġjun
Organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistemi ġudizzjarji
Il-ġustizzja fil-Greċja hija waħda mit-tliet funzjonijiet tal-Istat. Skont il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, il-ġudikatura hija indipendenti mill-awtoritajiet leġiżlattivi u eżekuttivi.
Tipi ta’ qrati - deskrizzjoni qasira
Il-qrati fil-Greċja huma maqsuma fil-kategoriji ewlenin li ġejjin:
- Qrati amministrattivi (Dioikitika dikastiria)
- Qrati ċivili (Politika dikastiria)
- Qrati kriminali (Poinika dikastiria)
Amministrazzjoni tal-qrati
Il-qrati huma ġestiti minn uffiċjali ġudizzjarji u, b’mod partikolari, mill-President tal-Qorti jew mill-Kunsill ta’ Tliet Membri tal-Qorti, kif xieraq.
Ġerarkija tal-qrati
Qrati ċivili:
- il-Qorti Suprema (Areios Pagos), il-Qorti tal-Appell, il-Qrati tal-Prim’Istanza, il-Qrati Distrettwali
Qrati Kriminali:
- il-Qorti Suprema, il-Qrati tal-Appell, il-Qrati tal-Maġistrati, il-Qrati għal Reati Minuri
Qrati amministrattivi:
- il-Kunsill tal-Istat, il-Qrati Amministrattivi tal-Appell, il-Qrati Amministrattivi
Links relatati
Il-Qorti Amministrattiva tal-Prim’Istanza ta’ Ateni
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.