Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Svezja

Din it-taqsima tipprovdik b’deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fl-Iżvezja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Tipi ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Is-sistema ġudizzjarja normalment tirreferi għall-awtoritajiet u l-aġenziji li huma responsabbli għall-istat tad-dritt u għas-sigurtà legali. Il-qrati huma s-sinsla tas-sistema ġudizzjarja, li tinkludi fiha wkoll awtoritajiet li huma responsabbli għall-prevenzjoni tal-atti kriminali u l-investigazzjonijiet, inklużi dawn:

Awtoritajiet oħrajn, bħas-Servizz tal-Infurzar, jista' jkollhom funzjonijiet konnessi mas-sistema ġudizzjarja.

Ġerarkija ta’ qrati

L-Isvezja għandha żewp tipi ta’ qrati paralleli:

  • Il-qrati ġenerali, li jittrattaw kawżi kriminali u ċivili.
  • Il-qrati amministrattivi ġenerali, li jittrattaw kawżi relatati mal-amministrazzjoni pubblika.

Il-qrati ġenerali huma organizzati f’sistema fuq tliet livelli: qrati distrettwali, qrati tal-appell u l-Qorti Suprema.

Il-qrati amministrattivi għandhom tliet livelli wkoll: qrati amministrattivi, qrati amministrattivi tal-appell u l-Qorti Amministrattiva Suprema. Barra minn dan, ġew stabbiliti xi qrati u tribunali speċjali sabiex jisimgħu tipi speċifiċi ta’ kawżi u kwistjonjiet.

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli għal kwistjonijiet li jinvolvu lill-qrati, inklużi l-kodiċijiet ta' proċedura u l-organizzazzjoni tal-qrati. Madankollu, la l-gvern u lanqas xi aġenzija oħra ma għandhom l-awtorità li jiddeċiedu kif tiddeċiedi qorti fil-każijiet individwali.

L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali hija l-aġenzija amministrattiva ċentrali għall-qrati pubbliċi, għall-qrati amministrattivi pubbliċi, għat-tribunali reġjonali dwar il-pussess tal-proprjetà, għat-tribunali reġjonali dwar il-kirjiet u għall-Awtorità Nazzjonali dwar l-Għajnuna Legali.

L-aħħar aġġornament: 06/11/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.