National justice systems

The Member State judicial systems are very diverse, reflecting differences in national judicial traditions.

Courts

In most Member States, there are different branches of courts. Generally, three main types of courts can be identified:

The ordinary courts usually deal with disputes in civil matters (i.e. disputes between citizens and/or businesses) and/or criminal matters. In addition, many Member States have established courts for specific matters, such as disputes between public authorities and citizens or businesses (administrative matters, etc.).

Moreover, various Member States have an institution or court to ensure that their constitution is respected. Many of these courts or institutions can be asked to verify whether a certain law or legislation is in line with the constitutional requirements. Some of them can hear individual cases, but usually only as a last resort.

Beyond the information provided in the country-specific pages (see the list of flags on the right side), you can find valuable information on the following European websites (the following list may not be exhaustive):

Finding the right court

If you are involved in a judicial proceeding, or if you expect to be involved in one, you will need to identify the court that is competent to deal with your case or, in other words, which has jurisdiction. If you address the wrong court or if there is a dispute over the question of jurisdiction you run the risk of a considerable delay in the proceedings or even of a dismissal of your case because of a lack of jurisdiction.

If a court case has a cross-border dimension and involves, for example, parties living in different Member States, you will first have to identify in which Member State the proceedings should take place. The portal section "Going to Court " can guide you through this process.

Other judicial authorities and institutions

Beyond the courts, in most Member States, the judicial system comprises other judicial authorities and institutions that exercise public authority, such as public prosecutors or in certain cases state attorneys, public notaries or bailiffs. As for private lawyers, notaries and related professions with important functions in the judicial system, please see the page on legal professions.

The public prosecutors' office or prosecution service, which is regarded as part of the judiciary in many Member States, plays an essential role in criminal proceedings. The responsibilities and status of public prosecutors vary considerably among Member States. Related information can be found by selecting a relevant Member State flag in the section on ordinary courts, and also at the following websites:

Last update: 17/11/2021

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Belġju

F’din is-sezzjoni tingħata ħarsa ġenerali lejn l-organizzazzjoni tal-qrati u t-tribunali.

Organizzazzjoni tal-qrati - is-sistema ġudizzjarja

Is-sistema legali Belġjana hija sistema ta’ tradizzjoni ċivilista, li tinkludi ġabra ta’ regoli kkodifikati, applikati u interpretati mill-Imħallfin.

Fil-Belġju, l-organizzazzjoni tal-qrati u tat-tribunali hija ta' kompetenza esklussivament federali.

Prinċipji

Qabel il-preżentazzjoni dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja fil-Belġju, tajjeb li jiġu mfakkra xi prinċipji kostituzzjonali u ġenerali dwar l-organizzazzjoni tal-kompetenzi ġudizzjarji.

Il-Kostituzzjoni stabbiliet, minbarra ż-żewġ kompetenzi l-oħra, jiġifieri l-kompetenza leġiżlattiv u l-kompetenza eżekuttiva, kompetenza ġudizzjarja garantita mill-qrati u t-tribunali. Il-qrati u t-tribunali jikkostitwixxu għalhekk kompetenza indipendenti b'mod parallel mal-kompetenzi kostituzzjonali l-oħra.

Il-kompetenza ġudizzjarja hija garantita mill-qrati fil-kwadru tad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali u ġuridiċi. Il-kompetenza ġudizzjarja għandha l-kompitu li tiġġudika. Għaldaqstant hija tapplika d-dritt: tippresjedi fil-kawżi ta' natura ċivili u tapplika d-dritt kriminali għall-persuni li jkunu wettqu reat. Hemm distinzjoni bejn il-maġistratura ġudizzjarja (l-imħallfin u l-kunsillieri fil-qrati u t-tribunali) u l-maġistratura inkwerenti (il-ministeru pubbliku jew il-prosekuzzjoni).

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 144 u 145 tal-Kostituzzjoni, il-kawżi dwar drittijiet ċivili jaqgħu esklussivament taħt il-ġuriżdizzjoni tat-tribunali u l-kawżi dwar drittijiet politiċi jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-tribunali, ħlief għall-eċċezzjonijiet stabbiliti mil-liġi.

L-ebda tribunal u l-ebda qorti kontenzjuża ma jistgħu jitwaqqfu ħlief bil-liġi. Ma jistgħu jinħolqu l-ebda kummissjonijiet u l-ebda tribunali straordinjarji, ikun xi jkun il-qasam, skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni.

Is- seduti tat-tribunali huma pubbliċi, sakemm dan il-ftuħ ma jmurx kontra l-ordni pubbliku jew il-morali; u, f'dak il-każ, it-tribunal hekk jiddikjara permezz ta' sentenza (Artikolu 148, subinċiż 1, tal-Kostituzzjoni). Il-prinċipju tas-seduti miftuħa għall-pubbliku jippermetti, fost l-oħrajn, it-trasparenza tal-ġustizzja.

Kull sentenza għandha tkun immotivata. Is-sentenza għandha tingħata f'seduta bil-miftuħ (Artikolu 149 tal-Kostituzzjoni). L-obbligu tal-motivazzjoni impost mill-Kostituzzjoni, kif ukoll mill-Artikolu 780 tal-Kodiċi ġudizzjarju jfisser illi l-Imħallef għandu jagħti tweġiba għas-sottomissjonijiet ta' fatt u ta' dritt imqajma fil-konklużjonijiet tal-partijiet. Il-motivazzjoni trid tkun ċara, sħiħa, preċiża u adatta. L-obbligu tal-motivazzjoni tas-sentenzi, bħall-indipendenza tal-Imħallef, tħares lir-rikkorent mid-diskrezzjoni arbitrarja tal-Imħallef u tippermettilu, fir-rigward tal-motivazzjoni, li jevalwa l-introduzzjoni ta' rikors quddiem l-Imħallef fl-appell jew quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

Kemm l-indipendenza tal-Imħallfin fl-eżerċizzju tal-kompetenzi ġuridiċi tagħhom u kemm dik tal-prosekutur pubbliku fl-eżerċizzju tat-tfittxija u l-prosekuzzjoni individwali, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-ministru kompetenti li jordna l-prosekuzzjoni u li joħroġ ordnijiet vinkolanti ta' politika kriminali, inkluż fil-qasam tal-politika ta' tiftix u prosekuzzjoni, huma stipulati mill-Artikolu 151, subinċiż 1, tal-Kostituzzjoni.

Skont is-subinċiż 4 tal-istess dispożizzjoni, il-Kummissarji tal-Ġustizzja, l-Imħallfin tat-tribunali, il-kunsilliera tal-qrati u tal-Qorti tal-Kassazzjoni huma nnominati mir-Re skont il-kundizzjonijiet u l-metodi stabbiliti bil-Liġi.

L-Imħallfin jiġu maħtura għal ħajjithom kollha. L-Imħallfin jirtiraw meta jilħqu l-età ddeterminata bil-liġi u jibbenefikaw mill-pensjoni stabbilita bil-liġi. L-ebda Mħallef ma jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu jew jiġi sospiż ħlief b'sentenza tal-qorti. It-tneħħija ta' Mħallef ma tistax isseħħ ħlief b'nomina ġdida u bil-kunsens tiegħu (Artikolu 152 tal-Kostituzzjoni). Ir-Re jinnomina wkoll, u jirrevoka l-kariga tal-uffiċċjali tal-prosekutur pubbliku tal-qrati u tat-tribunali (Artikolu 153 tal-Kostituzzjoni).

Il-kundizzjonijiet tal-kariga tal-membri tal-korp ġudizzarju huma ffissati bil-liġi (Artikolu 154 tal-Kostituzzjoni).

Għaldaqstant, l-ebda Mħallef ma jista' jaċċetta minn gvern karigi mħallsin, sakemm huwa ma jagħmilx dan mingħajr ħlas u ħlief il-każijiet ta' inkompatibilità stabbiliti bil-liġi (Artikolu 155 tal-Kostituzzjoni).

Tip ta’ ġuriżdizzjoni

Il-Belġju għandu ħames żoni ġudizzjarji ewlenin, il- ħames ġuriżdizzjonijiet tal-qorti tal-appell : Brussell, Liège, Mons, Gand u Antwerp.

Dawn il-ġuriżdizzjonijiet huma maqsuma f' distretti ġudizzjarji b'kull wieħed ikollu tribunal tal-prim'istanza. Hemm 27 distrett ġudizzjarju fit-territorju Belġjan. Id-distrett ġudizzjarju ta' Brussell għandu żewġ tribunali tal-prim'istanza, wieħed għal-lingwa Olandiża u l-ieħor għal-lingwa Franċiża.

Barra minn hekk, fid-distretti ġudizzjarji hemm 9 tribunali industrijali u 9 tribunali tal-kummerċ.

Id-distretti min-naħa tagħhom huma maqsuma f’distretti ġudizzjarji li kull wieħed minnhom għandu qorti b'ġuriżdizzjoni volontarja. Hemm 187 distrett ġudizzjarji fit-territorju Belġjan.

Kull waħda mill-għaxar provinċji kif ukoll id-distrett amministrattiv ta’ Bruxelles-Capitale għandu qorti bil-ġurija. Il-qorti bil-ġurija mhijiex qorti permanenti. Hija tiġi mwaqqfa kull darba li jitressqu imputati quddiemha.

In-natura u s-serjetà tal-ksur, in-natura tat-tilwima kif ukoll l-importanza tal-ammonti inkwistjoni jiddeterminaw it-tip ta' Qorti li wieħed għandu jidher quddiemha.

F’ċerti każijiet, hija n-natura tat-tilwima li tiddetermina t-tribunal li wieħed għandu jidher quddiemu. Għalhekk, il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu kompetenza f’dak li jirrigwarda t-tilwim bejn il-ġirien u t-tribunal tal-prim'istanza għandu kompetenza f’dak li jirrigwarda d-divorzju. F’każijiet oħrajn, il-kriterju huwa l-kwalità tal-partijiet. Fil-prinċipju, il-parti l-kbira tat-tilwim bejn il-kummerċjanti jitressaq quddiem il-qorti tal-kummerċ.

Ladarba jiġi ddeterminat it-tribunal kompetenti, jeħtieġ li jintgħażel il-post fejn trid tiġi eżaminata t-tilwima.

Fil-qasam ċivili, it-tilwima tista tinġieb quddiem l-Imħallef tal-qorti fejn ikun domiċiljat il-konvenut jew quddiem l-Imħallef tal-qorti fejn l-obbligazzjoni ġiet miftiehma jew fejn għandha tiġi eżegwita.

Fil-qasam kriminali, għandhom ġuriżdizzjoni ndaqs it-tribunal fejn sar il-ksur, it-tribunal tal-post fejn tirresjedi l-persuna suspettata u t-tribunal tal-post fejn tista' tinsab il-persuna suspettata. Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, għandu ġuriżdizzjoni t-tribunal tal-post fejn tinsab is-sede ċentrali u l-post tan-negozju tal-imsemmija persuna ġuridika.

Il-qrati u t-tribunali, il-ġerarkija tagħhom:

Il-qrati u t-tribunali tal-ordni ġudizzjarju huma organizzati skont ġerarkija strutturata. L-istruttura tal-qrati u tat-tribunali hija kif ġejja:

4

QORTI TAL-KASSAZZJONI

3

Qrati tal-appell

Qrati industrijali

Qrati bil-ġurija

2

Tribunali tal-prim’istanza

Tribunali industrijali

Tribunali tal-kummerċ

1

Kummissarji tal-Ġustizzja

Tribunali tal-pulizija

Id-deċiżjonijiet tat-tribunali huma s-sentenzi. Id-deċiżjonijiet tal-qrati tal-appell, tal-qrati industrijali, tal-qrati bil-ġurija u tal-Qorti tal-kassazzjoni huma sentenzi.

Il-qrati ċivili essenzjalment jisimgħu kawżi ta' natura privata bejn persuni kemm fiżiċi u ġuridiċi.

L-għan tal- qrati kriminali huwa li jikkundanna l-awturi tal-fatti punibbli b'pieni stabbiliti bil-liġi (pieni ta' ħabs, xogħol fil-komunità, multi,…).

Jista’ jiġri li waħda mill-partijiet ma taqbilx ma’ sentenza ta’ tribunal. Hemm bosta proċeduri ta' appell intern li jippermettu lill-partijiet fil-kawża jew, f'ċerti każijiet, lil terzi jiksbu deċiżjoni ġdida f'kawża diġà deċiża mill-qorti. Il-proċeduri ta' appell intern huma maqsuma f'żewġ kategoriji: il-proċeduri ta' appell intern ordinarji u l-proċeduri ta' appell intern straordinarji.

Il-proċeduri ta' appell intern ordinarji huma tnejn : il-proċeduri ta' oppożizzjoni u l-appell.
Il-proċeduri ta' oppożizzjoni jippermettu lill-konvenut ikkundannat minħabba l-kontumaċja li jopponi s-sentenza. F'dan il-każ, il-qorti li tat is-sentenza terġa' tisma' l-kawża mill-ġdid.
Ħlief għal numru limitat ta' kawżi li għalihom dan mhux possibbli, l-appell huwa dritt li jista' jiġi eżerċitat mill-partijiet kollha kkonċernati. Kemm il-kundannat, il-parte ċivile, ir-rikorrent u l-konvenut kif ukoll il-prosekutur jistgħu jitolbu li l-kawża tinstema’ għat-tieni darba. L-appell dejjem jiġi eżaminat minn qorti ogħla minn dik li tkun tat l-ewwel sentenza.

It-tabella li ġejja tagħti ħarsa ġenerali lejn il-qrati u t-tribunali li jisimgħu l-appelli, skont l-istanza fejn tkun ingħatat is-sentenza li wieħed ikun irid jappella minnha:

Sentenza

Appell

Kummissarju tal-Ġustizzja

- kawżi ċivili

Tribunal tal-prim’istanza (sezzjoni ċivili)

- kawżi kummerċjali

Tribunal tal-kummerċ

Tribunal tal-pulizija

- kawżi kriminali

Tribunal tal-prim’istanza (Tribunal korrettiv)

- kawżi ċivili

Tribunal tal-prim’istanza (Tribunal ċivili)

Tribunal industrijali

Qorti industrijali

Tribunal tal-prim’istanza

Qorti tal-appell

Tribunal tal-kummerċ

Qorti tal-appell

Fil-grad ta' appell, l-Imħallfin (fi tribunal) jew il-kunsilliera (f'qorti) jiddeliberaw għat-tieni u l-aħħar darba fuq il-mertu tal-kawża u jaqtgħu u jiddeċiedu għall-aħħar darba. Madanakollu l-partijiet għandhom iċ-ċans ta' proċeduri quddiem il-qorti tal-kassazzjoni.

Fil-fatt, jeżistu, minbarra dawn il-proċeduri ordinarji, proċeduri ta' appell intern "straordinarji" bl-ewlenija fosthom il-proċedura ta' kassazzjoni. Din il-proċedura quddiem il-Qorti tal-kassazzjoni mhix tielet istanza jew qorti tat-tielet grad. Il-Qorti tal-Kassazzjoni ma teżaminax il-fatti tal-kawża li jinġiebu quddiemha, iżda tħares biss ir-rispett tal-legalità.

Minbarra t-tribunali u l-qrati msemmija, jeżistu żewġ ġuriżdizzjonijiet oħrajn fil-Belġju. Dawn għandhom kompitu ta’ kontroll: il-Conseil d'Etat (Kunsill tal-Istat) u l-Cour Constitutionnelle (Qorti Kostituzzjonali). Il-Kunsill tal-Istat huwa qorti amministrattiva għolja li jikkontrolla l-amministrazzjoni. Dan jintervjeni meta ċittadin jemmen li l-amministrazzjoni ma rrispettatx il-liġi. Ir-rwol tal-Qorti Kostituzzjonali huwa li tiggarantixxi li l-liġijiet, digrieti u ordinanzi jkunu konformi mal-Kostituzzjoni u li tissorvelja t-tqassim xieraq tal-kompetenzi bejn il-poteri pubbliċi fil-Belġju.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-portal tal-kompetenza ġudizzjarja tal-Belġju jagħti aċċess, fost affarijiet oħra, għall-ġurisprudenza, il-leġiżlazzjoni Belġjana u għall-Ġurnal Uffiċċjali tal-Belġju.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa bla ħlas?

Iva l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa bla ħlas.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 03/08/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Bulgarija

Din it-taqsima tagħti informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Bulgara.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja — is-sistema ġudizzjarja

L-amministrazzjoni tal-ġustizzja fil-Bulgarija hija bbażata fuq tliet istanzi. Il-qrati huma korpi statali li jamministraw il-ġustizzja f’każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi.

Il-qrati li ġejjin jeżistu fil-Bulgarija:

  • qrati distrettwali -113
  • qrati provinċjali - 28
  • qrati amministrattivi - 28
  • Qorti Kriminali Speċjalizzata - 1
  • qrati tal-appell - 5
  • Qorti Kriminali tal-Appell Speċjalizzata - 1
  • qrati militari - 5
  • Qorti tal-Appell Militari - 1
  • Il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni - 1
  • Il-Qorti Amministrattiva Suprema - 1

L-amministrazzjoni tal-qrati

L-organizzazzjoni u l-attivitajiet tal-qrati Bulgari huma regolati mill-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja, li jistabbilixxi l-istruttura u l-prinċipji operattivi tal-korpi ġudizzjarji u jirregola l-interazzjoni tagħhom ma’ xulxin u mal-korpi leġislattivi u eżekuttivi.

Taħt l-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Istat Nru 64/2007, il-Kunsill Suprem Ġudizzjarju huwa l-ogħla awtorità amministrattiva u hu responsabbli għall-ġestjoni tal-ġudikatura u li jassigura l-indipendenza tagħha. Dan jiddetermina l-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tal-ġudikatura u jmexxi l-affarijiet taghħa mingħajr ma jxekkel l-indipendenza tal-korpi kkonċernati.

Il-Kunsill Suprem Ġudizzjarju jiddetermina n-numru ta’ distretti ġudizzjarji u s-sedi tal-qrati tad-distrett, provinċjali, amministrattivi u tal-appell fuq proposta mill-Ministru tal-Ġustizzja u - fir-rigward tal-qrati militari - b’koordinazzjoni mal-Ministru tad-Difiża..

Il-ġurisdizzjonijiet territorjali tal-qrati tad-distrett, provinċjali, amministrattivi, militari u tal-appell mhux neċessarjament jaqblu mad-diviżjoni amministrattiva tal-pajjiż.

It-tipi ta’ qrati — deskrizzjoni fil-qosor

Il-qrati tad-distrett - Il-qrati distrettwali huma l-qrati ewlenin biex jeżaminaw il-kawżi fl-ewwel istanza. Id-deċiżjonijiet tagħhom huma soġġetti għal appell quddiem il-qorti provinċjali rilevanti.

Il-qrati provinċjali – Il-qrati provinċjali jaġixxu bħala qrati tal-ewwel u t-tieni istanza. Bħala qrati tal-ewwel istanza, huma jeżaminaw kategorija preċiża ta’ każijiet li jinvolvu somom sinifikanti jew interess soċjali sostanzjali. Meta jaġixxu bħal qrati tat-tieni (appell) istanza, jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati tad-distrett.

Il-qrati amministrattivi - Il-qrati amministrattivi għandhom ġurisdizzjoni fuq kull azzjoni għal: ħruġ, emenda, tħassir jew l-annullament ta' atti amministrattivi; dikjarazzjoni li ftehim huwa kopert mill-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva huwa null jew bla effett; rimedju kontra azzjonijiet u ommissjonijiet mhux ġustifikati mill-amministrazzjoni; il-protezzjoni kontra l-infurzar illegali koerċittiv; kumpens għal dannu li rriżulta minn atti illegali, azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet u l-uffiċjali amministrattivi; kumpens għal dannu li jirriżulta minn infurzar koerċittiv; l-annullament, it-tħassir jew twarrib ta’ sentenzi mogħtija minn qrati amministrattivi; sejba li att amministrattiv kopert mill-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva mhuwiex awtentiku.

Kulħadd jista’ tiftaħ azzjoni legali għall-verifika tal-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ dritt amministrattiv jew relazzjoni legali, sakemm hu jew hi għandha interess u mhemm l-ebda rimedju disponibbli.

Il-każijiet jiġu eżaminati mill-Qorti Amministrattiva fil-ġurisdizzjoni ġeografika tagħhom tal-awtorità li tkun ħarġet l-att amministrattiv ikkontestat. Jekk dik is-sede tinsab barra mill-pajjiż, il-kawżi jiġu riferuti lill-Qorti Amministrattiva tal-Belt ta’ Sofia.

Atti amministrattivi li jimplimentaw il-politika nazzjonali barranija, tad-difiża jew tas-sigurtà tal-Bulgarija mhumiex suġġetti għal appell ġudizzjarju, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-liġi.

Qrati Speċjalizzati Oħrajn

Il-Qrati Militari jeżaminaw, bħala qrati tal-ewwel istanza, każijiet kriminali dwar l-offiżi allegatament kommessi fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew b’konnessjoni magħhom, mill- ġenerali, uffiċjali, uffiċjali mhux ikkumissjonati u dawk komuni fl-armata Bulgara, il-persunal ċivili fil-Ministeru tad-Difiża u l-persunal f'ministeri u aġenziji oħra fi ħdan l-istrutturi li jwieġbu lill-Ministru tad-Difiża, l-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali u s-Servizz Sigriet Nazzjonali. Għal dawn il-każijiet, il-qorti tat-tieni istanza hija l-Qorti Militari tal-Appell. Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati militari. Dawn il-qrati għandhom l-istess status ta' qorti provinċjali.

Hemm biss Qorti Militari tal-Appell waħda, li teżamina l-appelli u l-oġġezzjonijiet imressqa kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati militari tal-pajjiż kollu.

Il-qrati tal-appell jisimgħu l-appelli u l-oġġezzjonijiet kontra deċiżjonijiet fil-prim'istanza tal-qrati provinċjali ġewwa l-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom.

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, li għandha s-sede tagħha f'Sofija, hija l-ekwivalenti ta' qorti provinċjali. Il-ġurisdizzjoni tagħha hija stabbiliti bil-liġi. Ir-reati kriminali li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata - essenzjalment dawk li saru minn jew għal gruppi kriminali organizzati - huma elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 411а tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Qorti tal-Appell kriminali speċjalizzati jikkunsidra appelli u l-oġġezzjonijiet imressqa kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kriminali Speċjalizzata.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-istanza ġudizzjarja suprema fil-kawżi ċivili u kriminali. Il-kompetenza tagħha tkopri t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Bulgarija. Hija teżerċita stħarriġ ġudizzjarju suprem fuq l-applikazzjoni xierqa u uniformi tal-liġijiet mill-qrati kollha. Il-Qorti għandha s-sede tagħha f’Sofija.

Il-Qorti Suprema Amministrattiva twettaq stħarriġ ġudizzjarju suprem fuq l-applikazzjoni xierqa u uniformi tal-liġijiet mill-qrati amministrattivi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema tisma' l-ilmenti u l-oġġezzjonijiet kontra atti mill-Kunsill tal-Ministri, il-Prim Ministru, id-Deputat Prim Ministru, ministri, kapijiet ta’ istituzzjonijiet oħra taħt il-kontroll dirett tal-Kunsill tal-Ministri, l-atti tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, l-atti tal-Bank Nazzjonali Bulgaru, atti ta’ gvernaturi distrettwali u atti oħra stabbiliti fl-istatut; tiddeċiedi dwar l-isfidi kontra l-legalità ta’ strumenti statutorji ta’ leġiżlazzjoni sekondarja; bħala istanza tal-kassazzjoni, teżamina atti ġudizzjarji, tiddeċiedi każijiet amministrattivi u teżamina applikazzjonijiet għal deċiżjonijiet ġudizzjarji finali f’każijiet amministrattivi li għandhom jiġu mwarrba.

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Bulgarija

Il-Qorti tal-Arbitraġġ taqta' u tiddeċiedi t-tilwim ċivili u nuqqas ta’ qbil dwar il-lakuni f’kuntratti jew l-adattament tal-kuntratti għal ċirkostanzi ġodda, irrispettivament minn jekk wieħed jew iż-żewġ partijiet jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom jew domiċilju fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija

Il-Qorti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKostituzzjonali Bulgara taġixxi bħala garanti għal l-irriversibbiltà tal-proċessi demokratiċi fil-Bulgarija, liema realizzazzjoni hija l-għan prinċipali tal-Kostituzzjoni.. Din il-qorti mhix parti mis-sistema ġudizzjarja; hija korp indipendenti b'setgħat direttament mill-Kostituzzjoni u topera taħt liġi speċjali. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti dwar, inter alia il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-interessi legali taċ-ċittadini, is-separazzjoni tal-poteri, l-invjolabbiltà tal-proprjetà privata, l-intrapriża ħielsa, l-indipendenza tal-midja, il-projbizzjoni ta’ ċensura u l-kostituzzjonalità tal-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali rebħu akklamazzjoni pubblika u internazzjonali konsiderevoli.

Bażi tad-dejta ġuridika

Kull qorti fil-Bulgarija għandha sit elettroniku, li jipprovdi informazzjoni kemm dwar l-istruttura u l-attivitajiet tal-Qorti u fuq każijiet tal-passat u tal-preżent.

Is-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem jipprovdi lista dettaljata tal-qrati fil-Bulgarija, flimkien mal-indirizzi u s-siti elettroniċi tagħhom (disponibbli bil-Bulgaru biss).

Is-siti elettroniċi prinċipali tal-qorti huma:

Il-bażijiet tad-dejta tal-leġiżlazzjoni:

  1. Kummerċjali
  1. Mingħajr ħlas
  1. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠurnal Uffiċjali Elettronikuic Official Journal (Elektronen Darzhaven Vestnik)

Siti elettroniċi utli oħra li jipprovdu informazzjoni ġuridika:

L-aħħar aġġornament: 10/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Repubblika Ċeka

L-organizzazzjoni tas-sistemi tal-ġustizzja/ġudizzjarji

Is-sistema ġudizzjarja fir-Repubblika Ċeka tikkonsisti mill-Qorti Konstituzzjonali tar-Repubblika Ċeka u s-sistema tal-qorti 'ordinarja'.

Is-sistema tal-qorti ordinarja tikkonsisti mill-Qorti Suprema (nejvyšší soud), il-Qorti Amministrattiva Suprema (nejvyšší správní soud), qrati superjuri (vrchní soudy), qrati reġjonali (krajské soudy) u qrati distrettwali (okresní soudy).

L-amministrazzjoni fil-qrati

Il-korp amministrattiv statali ċentrali għall-qrati huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubbilka Ċeka.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jmexxi l-qrati superjuri, il-qrati reġjonali u l-qrati distrettwali fl-ambitu tal-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin, kemm b'mod dirett kif ukoll permezz tal-Presidenti tal-qrati; il-qrati distrettwali jistgħu jiġu mmexxija wkoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tal-Presidenti tal-qrati reġjonali.

Ċerti kompiti tal-gvern ċentrali jitwettqu mill-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka (jew il-Viċi President fejn xieraq) u l-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Ċeka (jew il-Viċi President fejn xieraq).

L-amministrazzjoni mill-istat tal-qrati titwettaq bil-kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-Kunsilli relevanti għall-Ġudikatura stabbilita fi ħdan il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka, il-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Ċeka, il-qrati superjuri, il-qrati reġjonali u l-qrati distrettwali kollha.

Ċerti attivitajiet amministrattivi jitwettqu mid-direttur amministrattiv tal-qorti, li jirrapporta lill-President tal-qorti.

Tipi ta' qrati - deskrizzjoni qasira

Is-sistema tal-qorti ordinarja tikkonsisti minn erba' fergħat organizzattivi:

  • il-qrati distrettwali; il-qrati taż-żona (obvodní soudy) fil-kapitali Praga u l-Qorti Muniċipali f'Brno għandhom l-istess status bħall-qrati distrettwali
  • il-qrati reġjonali f'Brno, České Budějovice, Hradec Králové, Ostrava, Plzeň, Praga, Ústí nad Labem u l-Qorti Muniċipali fi Praga
  • il-qrati superjuri fi Praga u Olomouc
  • il-Qorti Suprema u l-Qorti Amministrattiva Suprema f'Brno.

Is-sistema tal-qorti speċjali tikkonsisti biss mill-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Ċeka.

Il-ġerarkija tal-qrati

Ir-Repubblika Ċeka għandha sistema b'żewġ istanzi, li hu fattur determinanti fl-organizzazzjoni ġerarkika tas-sistema ta' rimedji. Minn dan il-lat, ir-relazzjoni ġerarkika bejn il-qrati, ibbażata fuq il-livell ta' dik il-fergħa fis-sistema ġudizzjarja, għandha tliet livelli.

Aktar informazzjoni tinsab fit-taqsima dwar is-sistema tal-qorti ordinarja fir-Repubblika Ċeka.

Skont l-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin:

Il-qrati distrettwali

(a) jiddeċiedu bħala qrati tal-prim'istanza ħlief fejn jiġi stabbilit mod ieħor minn atti li jikkonċernaw il-proċedimenti tal-qorti

(b) jiddeċiedu dwar kawżi oħra stabbiliti mill-Att.

Il-qrati reġjonali

(a) jiddeċiedu dwar kawżi stabbiliti mill-Att li jikkonċerna l-proċedimenti tal-qorti bħala qrati tat-tieni istanza f'kawżi deċiżi fl-ewwel istanza mill-qrati distrettwali li jagħmlu parti miż-żoni tagħhom;

(b) jiddeċiedu dwar kawżi stabbiliti mill-Att li jikkonċerna l-proċedimenti tal-qorti bħala qrati tal-prim'istanza;

(c) jiddeċiedu dwar kwistjonijiet ta' ġustizzja amministrattiva f'kawżi stabbiliti mill-Att;

(d) jiddeċiedu dwar kawżi oħra stabbiliti mill-Att.

Il-qrati superjuri

(a) jiddeċiedu dwar kawżi stabbiliti mill-Att li jikkonċerna l-proċedimenti tal-qorti bħala qrati tat-tieni istanza f'kawżi deċiżi fl-ewwel istanza mill-qrati reġjonali li jagħmlu parti miż-żoni tagħhom;

(b) jiddeċiedu dwar kawżi oħra stabbiliti mill-Att.

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka

Bħala l-awtorità ġudizzjarja suprema fi kwistjonijiet relatati mal-ġurisdizzjoni tal-qrati fi proċedimenti ċivili u kriminali, il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka tiżgura l-konsistenza u l-legalità tad-deċiżjonijiet billi

(a) tiddeċiedi fuq appelli straordinarji f'kawżi stabbiliti mill-Atti dwar il-proċedimenti tal-qorti;

(b) tiddeċiedi dwar kawżi oħra stabbiliti minn leġiżlazzjoni speċifika jew minn trattat internazzjonali ratifikat mill-Parlament li jorbot fuq ir-Repubblika Ċeka u ġie ppromulgat.

Il-Qorti Suprema tiddeċiedi wkoll dwar:

(b) ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi minn qrati barranin, fejn meħtieġ minn leġiżlazzjoni speċifika jew minn trattat internazzjonali ratifikat mill-Parlament li jorbot fuq ir-Repubblika Ċeka u ġie ppromulgat;

(b) kawżi oħra stabbiliti minn leġiżlazzjoni speċifika jew minn trattat internazzjonali ratifikat mill-Parlament li jorbot fuq ir-Repubblika Ċeka u ġie ppromulgat.

Il-Qorti Suprema tissorvelja u tevalwa s-sentenzi finali tal-qrati fi proċedimenti ċivili u kriminali, u fuq il-bażi tagħhom, biex it-teħid tad-deċiżjonijiet mill-qrati jkun konsistenti, tagħti opinjonijiet dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet mill-qrati f'tipi partikolari ta' kawżi.

Skont l-Att Nru 150/2002, il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva:

Il-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika Ċeka

Bħala l-awtorità ġudizzjarja suprema fi kwistjonijiet relatati mal-ġurisdizzjoni tal-qrati fil-ġudikatura amministrattiva, il-Qorti Amministrattiva Suprema tiżgura l-konsistenza u l-legalità tad-deċiżjonijiet billi tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għar-reviżjoni f'kawżi stabbiliti fl-Att u billi tiddeċiedi fuq kawżi oħra stabbiliti b'dan l-Att jew Att ieħor speċifiku.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema tissorvelja u tevalwa d-deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati fil-ġudikatura amministrattiva, u fuq il-bażi tagħhom, biex it-teħid tad-deċiżjonijiet mill-qrati jkun konsistenti, tagħti opinjonijiet dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet mill-qrati f'tipi partikolari ta' kawżi.

Biex it-teħid tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet amministrattivi jkun legali u konsistenti, il-Qorti Amministrattiva Suprema tista', f'kawżi stabbiliti f'dan l-Att u bl-użu ta' proċedura stabbilita fih, tiddeċiedi dwar riżoluzzjoni fundamentali bħala parti mill-attività tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Amministrazzjoni Pubblika

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa bla ħlas?

Iż-żewġ portali tal-internet jistgħu jiġu aċċessati mingħajr ħlas.

Deskrizzjoni qasira tal-kontenut

Il-Portal tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja fih informazzjoni dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-qrati individwali, il-Prosekutur Pubbliku u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom.

Il-portal uffiċjali tal-gvern jipprovdi l-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka ppubblikata fil-Kollezzjoni tal- Atti.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Danimarka

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali dwar is-sistema tal-qrati fid-Danimarka.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Is-sistema tal-qrati Daniża hija magħmula minn:

  • Il-Qorti Suprema
  • Iż-żewġ qrati superjuri
  • Il-Qorti Marittima u Kummerċjali
  • Il-Qorti tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
  • 24 qorti distrettwali
  • Il-qrati tal-Gżejjer Faroe u Greenland
  • Il-Bord tal-Permessi tal-Appelli
  • Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjoni
  • Il-Kunsill Daniż dwar il-Ħatriet Ġudizzjarji u
  • L-Amminsitrazzjoni tal-Qorti Daniża.

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-qrati huma amministrati mill-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża, li ġie stabbilit bħala istituzzjoni ġdida u indipendenti fl-1 ta’ Lulju 1999. Din l-entità tiżgura l-amministrazzjoni xierqa u adegwata tal-fondi, l-impjegati, il-bini u l-IT tal-qrati kif ukoll il-Bord tal-Permessi tal-Appelli.

L-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża titmexxa minn bord ta’ gvernaturi u direttur. L-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża taqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, iżda l-Ministru m’għandu l-ebda setgħa biex jagħti struzzjonijiet u ma jistax jibdel id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża.

Il-bord tal-gvernaturi huwa l-kap eżekuttiv u ġeneralment ikun responsabbli għall-ħidmiet li twettaq l-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża. Id-direttur – li jinħatar u li jista’ jitneħħa mill-bord tal-gvernaturi – huwa responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum. Id-direttur mhux bilfors ikun gradwat fil-liġi.

L-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-bord tal-gvernaturi tal-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża. Il-bord tal-gvernaturi huwa magħmul minn 11-il membru, li tmienja minnhom ikunu rappreżentanti tal-qorti, wieħed ikun avukat, u tnejn l-oħra jkollhom esperjenza amministrattiva u soċjali partikolari.

Bażijiet tad-dejta legali

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-ħarsa ġenerali u d-deskrizzjoni fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema Ġudizzjarja Daniża li jiġu aġġornati regolarment.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija dwar l-Affarijiet Ċivili  

L-aħħar aġġornament: 04/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniż diġà ġew tradotti.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Ġermanja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Ġermanja.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Minħabba l-ordni federali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, anki s-sistema tal-qrati hija strutturata b’mod federali. Il-ġurisdizzjoni tiġi eżerċitata mill-qrati federali u mill-qrati tas-16-il Stat federali (Länder). Il-Länder jerfgħu l-parti l-kbira tal-piż tax-xogħol involut fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Is-sistema tal-qrati Ġermaniża hija maqsuma f’ħames fergħat jew ġurisdizzjonijiet indipendenti u speċjalizzati:

  • Ġurisdizzjoni ordinarja
  • Ġurisdizzjoni tax-xogħol
  • Ġurisdizzjoni amministrattiva ġenerali
  • Ġurisdizzjoni fiskali
  • Ġurisdizzjoni soċjali.

Minbarra dawn il-ġurisdizzjonijiet speċjalizzati, hemm il-ġurisdizzjoni kostituzzjonali, li tikkonsisti fil-Qorti Federali Kostituzzjonali u fil-qrati kostituzzjonali tal-Länder.

Tista’ tara deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-qrati fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru Federali tal-Ġustizzja Ġermaniż.

Amministrazzjoni tal-qrati

Ġeneralment, il-qrati tal-Länder jiġu amministrati mill-ministeri federali tal-ġustizzja. Fuq il-livell federali, il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja huwa responsabbli mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tal-Ġustizzja, mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Amministrattiva u mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tal-Finanzi. Il-Ministeru Federali tax-Xogħol u tal-Affarijiet Soċjali huwa responsabbli mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tax-Xogħol u mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Soċjali.

Il-ministeri responsabbli jamministraw anki r-riżorsi tal-baġit meħtieġa. L-unika eċċezzjoni hija l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Kostituzzjonali, li ngħatat awtonomija organizzattiva bħala organu kostituzzjonali indipendenti. Hija tippreżenta l-baġit tal-qorti tagħha għall-approvazzjoni.

Tipi ta' qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Fil-Ġermanja, l-istruttura tal-qrati hija maqsuma bejn qrati b’ġurisdizzjoni ordinarja u dawk b’ġurisdizzjoni speċjalizzata. Il-ġurisdizzjoni ordinarja tikkonsisti f’ġurisdizzjoni ċivili u f’ġurisdizzjoni kriminali. Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati amministrattivi, il-qrati tal-finanzi, il-qrati tax-xogħol u l-qrati soċjali. Barra minn hekk, hemm il-ġurisdizzjoni kostituzzjonali, li tikkonsisti fil-Qorti Federali Kostituzzjonali u fil-qrati kostituzzjonali tal-Länder.

Ġerarkija tal-qrati

Ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaġerarkija tal-qrati (deskrizzjoni ġenerali) ipprovduta mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-Ministeru Federali Ġermaniż tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Amministrattiva

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tal-Finanzi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tax-Xogħol

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Soċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali Kostituzzjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru Federali tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 14/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Estonja

Din it-taqsima tipprovdik b'ħarsa ġenerali tas-sistema tal-qorti fl-Estonja.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Il-Kostituzzjoni Estonjana tirrikjedi li l-ġustizzja tiġi amministrata mill-qrati biss. Il-qrati jridu jamministraw il-ġustizzja skont il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn. Skont il-Kostituzzjoni, is-sistema tal-qrati Estonjana għandha kompetenza esklużiva biex tamministra l-ġustizzja. Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, qorti hija separata kemm mill-isfera eżekuttiva kif ukoll minn dik leġiżlattiva.

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-Qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza huma amministrati mill-Ministeru tal-Ġustizzja flimkien mal-Kunsill għall-amministrazzjoni tal-Qrati. Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati huwa bord konsultattiv imwaqqaf sabiex imexxi s-sistema tal-qrati u x-xogħol tiegħu huwa dirett mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema. Il-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza huma ffinanzjati mill-baġit tal-Istat, permezz tal-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-Qorti Suprema hi indipendentement responsabbli għall-amministrazzjoni tagħha stess u għandha l-baġit tagħha stess.

Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati huwa magħmul minn:

  • il-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema (li huwa anki l-president tal-Kunsill);
  • ħames imħallfin maħtura għal tliet snin mill-imħallfin kollha li jservu flimkien (en banc);
  • żewġ Membri tal-Parlament Estonjan;
  • avukat maħtur mill-bord tal-Kamra tal-Avukati;
  • il-Kap Prosekutur Pubbliku jew prosekutur pubbliku maħtur minnu;
  • il-Kanċillier tal-Ġustizzja jew rappreżentant maħtur minnu;
  • il-Ministru għall-Ġustizzja, jew rappreżentant maħtur minnu, li jipparteċipa fis-sessjonijiet tal-Kunsill u għandu d-dritt li jitkellem.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Ġerarkija tal-qrati

Is-sistema tal-qrati tal-Estonja tikkonsisti fi tliet livelli:

  • Il-qrati tal-kontejl-qrati amministrattivi huma qrati tal-ewwel istanza.
  • Il-qrati distrettwali (qrati tal-appell) huma qrati tat-tieni istanza.
  • Il-Qorti Suprema hija l-qorti tal-appell finali (kassazzjoni).

Bħala qrati ġenerali, il-qrati tal-kontej jisimgħu kawżi ċivili, kriminali u dwar reati minuri. Bħala qrati tal-ewwel istanza, il-qrati amministrattivi jisimgħu dawk il-każijiet amministrattivi li huma mqiegħda taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom bil-liġi. Il-qrati distrettwali huma qrati tat-tieni istanza li jwettqu skrutinju tas-sentenzi mogħtija mill-qrati tal-pajjiż u amministrattivi f'każ ta' appell. Il-Qorti Suprema hi l-ogħla qorti u tisma’ l-appelli fil-kassazzjoni ppreżentati kontra sentenzi tal-qrati distrettwali. Il-Qorti Suprema hija anki l-qorti tar-reviżjoni kostituzzjonali.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Tista’ ssib informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġuridika Estonjana fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja.

Tista’ ssib ukoll ħarsa ġenerali tas-sistema tal-qrati fl-Estonja fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-qrati.

L-aċċess għal din il-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sistema ġuridika u tal-qrati Estonjana huwa mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 06/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Irlanda

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fl-Irlanda.

Is- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz għall-Qrati, li huwa persuna ġuridika indipendenti li nħoloq f'Novembru 1999 u ġie mwaqqaf mill-Gvern skont l-Att dwar is-Servizz għall-Qrati, 1998, għandu l-obbligi statutorji li ġejjin:

  1. - Jamministra l-qrati,
  2. - Jipprovdi servizzi ta’ sostenn lill-imħallfin,
  3. - Jipprovdi informazzjoni dwar is-sistema tal-qrati lill-pubbliku,
  4. - Jipprovdi, jamministra u jieħu ħsieb il-bini tal-qorti, u
  5. - Jipprovdi faċilitajiet għal min juża l-qrati.

Il-Kostituzzjoni tal-Irlanda tgħid illi l-ġustizzja għandha tiġi amministrata fil-qrati stabbiliti bil-liġi mill-imħallfin maħtura mill-President fuq il-parir tal-Gvern; illi l-imħallfin tal-qrati kollha, skont il-Kostituzzjoni, huma kompletament indipendenti fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom. Imħallef ma jistax jitneħħa mill-kariga ħlief għal imġiba ħażina jew inkapaċità u mbagħad biss abbażi ta’ riżoluzzjonijiet li jkunu għaddew miż-żewġ kmamar tal-Oireachtas (il-Parlament).

Ġerarkija tal-qrati

Il-Kostituzzjoni tfassal l-istruttura tas-sistema tal-qorti li tikkonsisti f’qorti tal-appell finali, il-Qorti Suprema, u l-qrati tal-prim'istanza li jinkludu High Court li għandha ġuriżdizzjoni sħiħa għall-kwistjonijiet kriminal u ċivili u qrati ta’ ġuriżdizzjoni limitata, is-Circuit Court u l-Qorti Distrettwali organizzati fuq bażi reġjonali.

Fir-rigward tal-kawżi kriminali, l-Artikolu 38 jgħid illi "M’għandhom jittieħdu l-ebda procedimenti kriminali kontra persuna ħlief fi proċess xieraq skont il-liġi". Ir-reati minuri jinstemgħu quddiem qrati ta’ ġuriżdizzjoni sommarja filwaqt li kawża kontra persuna li tiġi akkużata b’reat aktar serju ma tistax tinstema’ jekk mhux b’ġuri. Il-Kostituzzjoni tipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ Qrati Speċjali biex tiżgura l-amministrazzjoni effettiva tal-ġustizzja meta l-qrati ordinarji ma jkunux jistgħu jagħmlu dan.

Il-pubbliku jista’ jidħol f’kull qorti ħlief dawk li juru t-tabella 'in camera' li tfisser li dik il-kawża mhix miftuħa għall-pubbliku ġenerali.

Il-qrati li jisimgħu il-kawżi ċivili huma organizzati f’dawn l-istrutturi li ġejjin:

Il-Qorti Suprema

Il-High Court

(Ibbażata f'Dublin)
Ġuriżdizzjoni tal-Appell

(Ibbażata f'Dublin)
Ġuriżdizzjoni oriġinali sħiħa u Ġuriżdizzjoni tal-appell mis-Circuit Court u ċerti tribunali oħra

Is-Circuit Court

Il-Qorti Distrettwali

(Ibbażata f'kull waħda mis-26 belt tal-kontea)
Ġuriżdizzjoni oriġinali sa massimu ta' (€38,092.14) u Ġuriżdizzjoni tal-appell mis-Circuit Court u ċerti tribunali oħra

(Ibbażata f'24 distrett)
Ġuriżdizzjoni oriġinali sa €6,348.69
(Inklużi l-proċedura tat-Talbiet iż-Żgħar għal ċerti talbiet tal-konsumaturi sa massimi ta' €1,269.74)

L-aħħar aġġornament: 11/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Greċja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-qrati fil-Greċja.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistemi ġudizzjarji

Il-ġustizzja fil-Greċja hija waħda mit-tliet funzjonijiet tal-Istat. Skont il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, il-ġudikatura hija indipendenti mill-awtoritajiet leġiżlattivi u eżekuttivi.

Tipi ta’ qrati - deskrizzjoni qasira

Il-qrati fil-Greċja huma maqsuma fil-kategoriji ewlenin li ġejjin:

  • Qrati amministrattivi (Dioikitika dikastiria)
  • Qrati ċivili (Politika dikastiria)
  • Qrati kriminali (Poinika dikastiria)

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-qrati huma ġestiti minn uffiċjali ġudizzjarji u, b’mod partikolari, mill-President tal-Qorti jew mill-Kunsill ta’ Tliet Membri tal-Qorti, kif xieraq.

Ġerarkija tal-qrati

Qrati ċivili:

  • il-Qorti Suprema (Areios Pagos), il-Qorti tal-Appell, il-Qrati tal-Prim’Istanza, il-Qrati Distrettwali

Qrati Kriminali:

  • il-Qorti Suprema, il-Qrati tal-Appell, il-Qrati tal-Maġistrati, il-Qrati għal Reati Minuri

Qrati amministrattivi:

  • il-Kunsill tal-Istat, il-Qrati Amministrattivi tal-Appell, il-Qrati Amministrattivi

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Istat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva tal-Prim’Istanza ta’ Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema

L-aħħar aġġornament: 27/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Spanja

Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-qrati u t-tribunali fi Spanja.

L-Organizzazzjoni tal-Ġustizzja. Is-Sistemi Ġudizzjarji

L-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Fl-ambitu tas-sistemi ġuridiċi kontemporanji, is-sistema Spanjola għandha l-karatteristiki tal-hekk imsejjaħ mudell kontinentali.

Dan il-mudell għandu bħala karatteristiki fundamentali:

  • is-separazzjoni fl-ordni ġuridiku tas-settur pubbliku u tas-settur privat, waqt li huma wkoll maqsuma f'taqsimiet li jkopru materji kostituzzjonali, kriminali, amministrattivi, fiskali, ċivili, kummerċjali, industrijali u proċedurali.
  • is-supremazija tal-liġi u tad-dritt miktub, fis-sistema tas-sorsi definiti fil-Kodiċi Ċivili jiġifieri l-liġi miktuba, il-konswetudni u l-prinċipji ġenerali tad-Dritt.
  • l-organizzazzjoni ġerarkika tat-tribunali b'sistema ta' rikorsi ġuriżdizzjonali.

Tipi ta' tribunali. Deskrizzjoni fil-qosor

Il-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978 tistabbilixxi li Spanja hija Stat Soċjali u Demokratiku bbażat fuq l-Istat tad-Dritt li bħala valuri superjuri tal-ordni ġuridiku tiegħu għandu l-libertà, il-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-pluraliżmu politiku.

Il-Kostituzzjoni hija bbażata fuq l-għaqda indissolvibbli tal-Istat Spanjol, il-patrija komuni u indiviżibbli tal-Ispanjoli kollha, u tirrikonoxxi u tiggarantixxi d-dritt għall-awtonomija tan-nazzjonalitajiet u r-reġjuni integrati fih u s-solidarjetà bejniethom kollha.

It-Titolu VI tal-Kostituzzjoni huwa ddedikat lill-Ġudikatura u l-Artikolu 117 tiegħu jiddikjara li l-prinċipju tal-għaqda ġuriżdizzjonali huwa l-bażi għall-organizzazzjoni u l-funzjonament tat-Tribunali.

Dawn il-prinċipji kollha jinfurmaw l-Organizzazzjoni tal-Qrati u t-Tribunali fi Spanja u huma mfissra fl-eżistenza ta’ ġuriżdizzjoni unika, magħmula minn korp uniku ta’ mħallfin u maġistrati li jiffurmaw il-Ġuriżdizzjoni Ordinarja.

Jeżistu diversi qrati u tribunali li jqassmu xogħolhom skont il-kriterji għat-tqassim skont il-kompetenza: is-suġġett, l-ammont, il-persuna, il-funzjoni jew it-territorju, billi l-Għaqda Ġuriżdizzjonali ma teskludix l-eżistenza ta’ organi differenti b’kompetenzi differenti.

Sabiex organu ġudizzjarju jiġi kkunsidrat bħala ordinarju, irid ikun irregolat mil-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura, skont il-mandat fl-Artikolu 122 tal-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978.

Trid issir distinzjoni bejn tliet aspetti fundamentali:

  1. l-aspett territorjali.
  2. in-natura individwali jew kolleġjali tal-organi.
  3. l-aspett kompetenzjali.

L-aspett territorjali

Skont il-memorandum ta' spjegazzjoni fil-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta’ Lulju dwar il-Ġudikatura, l-Istat huwa organizzat territorjalment, għal skopijiet ġudizzjarji, f’muniċipalitajiet, distretti, provinċji u komunitajiet awtonomi, bl-awtorità ġuriżdizzjonali fuqhom tkun eżerċitata mill-Qrati tal-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-Qrati tal-Ewwel Istanza u l-Kumpilazzjoni, il-Qorti Amministrattiva, il-Qorti Industrijali, il-Qorti tal-Viġilanza Penitenzjarja u tal-Minuri, il-Qrati Provinċjali u t-Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja. Il-Qorti Kriminali u Amministrattiva Nazzjonali u l-Qorti Suprema u l-Qrati Ċentrali tal-Kumpilazzjoni u l-Qrati Amministrattivi għandhom awtorità ġuriżdizzjonali fit-territorju nazzjonali kollu.

In-natura individwali jew kolleġjali tal-organi

Rigward in-natura individwali jew kolleġjali tal-organi, kollha huma individwali bl-eċċezzjoni tal-Qorti Suprema, il-Qorti Kriminali u Amministrattiva Nazzjonali, il-Qrati Superjuri tal-Ġustizzja u l-Qrati Provinċjali.

Il-Qorti Suprema hija ffurmata mill-president tagħha, il-presidenti tal-awla u l-maġistrati li jiddeterminaw il-liġi għal kull waħda mill-awli u t-taqsimiet tagħhom. Hemm ħames awli: dik Ċivili, dik Kriminali, dik Amministrattiva, dik Industrijali u dik Militari.

Il-Qorti Kriminali u Amministrattiva Nazzjonali hija ffurmata mill-president tagħha, il-presidenti tal-awla u l-maġistrati li jiddeterminaw il-liġi għal kull waħda mill-Awli u t-Taqsimiet tagħhom (tal-Appelli, Kriminali, Amministrattiva u Industrijali).

It-Tribunali Superjuri jinkludu erba’ awli (ċivili, kriminali, amministrattivi u industrijali). Huma ffurmati minn president, li huwa wkoll il-president tal-awla ċivili u ta' dik kriminali; il-presidenti tal-awla u l-maġistrati li jiddeterminaw il-liġi għal kull waħda mill-awli tagħhom.

Il-Qrati Provinċjali huma ffurmati minn president wieħed u żewġ maġistrati jew aktar. Huma jisimgħu kawżi ċivili u kriminali u jista’ jkun hemm taqsimiet bl-istess kompożizzjoni.

L-Uffiċċju Ġudizzjarju

Il-Liġi Organika tal-Ġudikatura tiddefinixxi l-Uffiċċju Ġudizzjarju bħala "l-organizzazzjoni ta' natura strumentali li toffri sostenn u appoġġ għall-attività ġuriżdizzjonali tal-qrati u t-tribunali."

Dan kien imfassal biex itejjeb l-effikaċja, l-effiċenza u t-trasparenza tal-ħidma ġudizzjarja, iħaffef il-qtugħ tal-kawżi, u jrawwem il-kooperazzjoni u l-koordinament bejn id-diversi amministrazzjonijiet. Għaldaqstant, it-tnedija tiegħu hija reazzjoni għall-impenn lejn servizz pubbliku eqreb taċ-ċittadin u ta' kwalità, b'konformità mal-valuri kostituzzjonali u li jimxi mal-bżonnijiet reali taċ-ċittadini.

Dan huwa mudell organizzattiv ġdid li jintroduċi tekniki moderni ta' ġestjoni, ibbażati fuq il-kumbinazzjoni ta' unitajiet amministrattivi differenti; Unitajiet Proċedurali ta' Appoġġ dirett, li huma ekwivalenti għall-qrati l-antiki, li jappoġġaw lill-Imħallef jew Maġistrat fil-funzjoni ġuriżdizzjonali tiegħu u Servizzi proċedurali komuni, immexxija minn Segretarji Ġudizzjarji li jwettqu u jiddeċiedu l-funzjonijiet kollha li ma jkunux strettament ġuriżdizzjonali, fosthom: jirċievu dokumenti, jieħdu ħsieb in-notifiki, jeżegwixxu d-deċiżjonijiet, jittrattaw proċedimenti mhux ġudizzjarji, jilqgħu rikorsi għall-ftuħ ta' kawża, jinnotifikaw il-partijiet, jirrimedjaw nuqqasijiet proċedurali…

Hemm tliet tipi ta' Servizzi Komuni Proċedurali:

  • Is-Servizz Komuni Ġenerali
  • Is-Servizz Komuni tal-Ġestjoni tal-Kawża
  • Is-Servizz Komuni tal-Eżekuzzjoni

Il-mudell organizzattiv il-ġdid tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja daħal fis-seħħ f'Burgos u f'Murcia f'Novembru 2010. Fi Frar tas-sena ta' wara, l-Uffiċċju Ġudizzjarju ġie stabbilit f'Cáceres u fi Ciudad Real u fix-xahar ta' Ġunju 2011 fis-sedi ta' León, Cuenca u Mérida. Huwa previst li fl-2013 ikun stabbilit ukoll f'Ceuta u f'Melilla. Dan il-mudell organizzattiv jikkoeżisti mal-mudell l-antik ta' qrati u tribunali li għad hemm fil-bqija tat-territorju.

L-aspett kompetenzjali

Flimkien mal-element territorjali, is-suġġetti u l-kwistjonijiet li jistgħu jisimgħu l-qrati u t-tribunali jinqasmu f'erba’ oqsma ġuriżdizzjonali:

Ġuriżdizzjoni Ċivili: teżamina t-tilwim li ma jkunx attribwit espressament lil qasam ġuriżdizzjonali ieħor. Għalhekk jista’ jiġi kklassifikat bħala ordinarju jew komuni.

Ġuriżdizzjoni Kriminali: Il-ġuriżdizzjoni kriminali tisma' kważi u proċedimenti kriminali. Hija karatteristika tal-liġi Spanjola li l-kawża ċivili li tirriżulta minn reat kriminali tista’ titressaq fl-istess ħin bħall-azzjoni kriminali. F’każ bħal dan, il-qorti kriminali tiddeċiedi d-danni xierqa sabiex tagħmel tajjeb għat-telf ikkawżat mid-delitt jew nuqqas.

Ġuriżdizzjoni Amministrattiva: il-ġuriżdizzjoni amministrattiva tittratta l-verifika tal-legalità ta’ azzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-pretensjonijiet ta’ responsabilità finanzjarja li jsiru kontra tagħhom.

Ġuriżdizzjoni Industrijali: tisma’ pretensjonijiet fil-qasam tad-dritt industrijali, kemm f’kunflitti individwali bejn il-ħaddiem u min iħaddmu li jirriżultaw mill-kuntratt tax-xogħol, u fi kwistjonijiet ta’ negozjati għal ftehim kollettiv, kif ukoll talbiet fil-materja tas-Sigurtà Soċjali jew kontra l-Istat meta jkollu responsabbiltà attribwita mil-leġiżlazzjoni industrijali.

Minbarra l-erba’ oqsma ġuriżdizzjonali, fi Spanja hemm ukoll il-Ġuriżdizzjoni Militari.

Il-Ġuriżdizzjoni Militari tirrappreżenta eċċezzjoni għall-prinċipju tal-unità ġuriżdizzjonali.

Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna dwar il-ġuriżdizzjoni ordinarja fi Spanja.

Ma jeżisti l-ebda qasam ġuriżdizzjonali straordinarju fi Spanja, madankollu nistgħu nirrimarkaw li fl-oqsma ġuriżdizzjonali li diġà ssemmew, ġew stabbiliti Qrati speċjalizzati bbażati fuq is-suġġett. Bħal, pereżempju, il-qrati li jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa, il-qrati ta' viġilanza penitenzjarja u qrati tal-minuri. Dawn il-qrati għandhom ġuriżdizzjoni ordinarja bi speċjalizzazzjoni minħabba s-suġġett li jittrattaw. Għal aktar informazzjoni, ara “qrati u tribunali speċjalizzati fi Spanja.”

Il-ġerarkija tal-qrati u t-tribunali

Spanja ssegwi sistema ta’ żewġ istanzi, li tistabbilixxi l-ġerarkija tat-tribunali f’sistema tal-appelli.

Huwa neċessarju li wieħed jara dak li jispeċifika l-ordni ġuridiku Spanjol dwar il-kompetenzi ta’ kull organu ġudizzjarju sabiex jara liema appelli huma applikabbli u quddiem liema qorti jridu jsiru. Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna dwar il-ġuriżdizzjoni ordinarja fi Spanja.

Bażijiet ta' dejta legali

L-aċċess għall-bażijiet ta' dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa b’xejn.

Ġabra fil-qosor tal-kontenut

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-KUNSILL ĠENERALI TAL-ĠUDIKATURA FI SPANJA

L-aħħar aġġornament: 11/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Franza

F’din it-taqsima inti għandek issib ħarsa ġenerali tal-ġerarkija tal-qrati fi Franza.

L-organizzazzjoni tal-qrati - qrati ta' ġudikatura ordinarja u qrati amministrattivi

Il-qrati u t-tribunali, u l-ġerarkija tagħhom

Il-qrati ta' ġudikatura ordinarja

1. Tal-Prim'Istanza:

Qrati ċivili

  • Il-Qorti Reġjonali (Tribunal de grande instance)
  • Il-Qorti Distrettwali (Tribunal d’instance)
  • Qrati ċivili speċjalizzati: Tribunal għall-Impjiegi (Conseil des Prud’hommes), Qorti Kummerċjali (Tribunal de commerce), eċċ.

Qrati kriminali

  • Il-Qorti tal-Pulizija (Tribunal de police) (kontravenzjonijiet)
  • Il-Qorti Korrettiva (Tribunal correctionnel) (delitti)
  • Il-Qorti tal-Assiżi (Cour d’assises) (reati)

2. Tat-Tieni Istanza: Il-Qorti tal-Appell (Cour d’Appel)

3. Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation)

Il-qrati amministrattivi

1. Tal-Prim'Istanza:

  • Il-Qorti Amministrattiva (Tribunal administratif)
  • Il-qrati amministrattivi speċjalizzati (il-qrati finanzjarji bħall-Qorti Reġjonali tal-Awdituri, il-qrati tal-protezzjoni soċjali, il-qrati dixxiplinarji professjonali)

2. Tat-Tieni Istanza:

  • Il-Qorti Amministrattiva tal-Appell (Cour administrative d’appel)
  • Il-qrati amministrattivi tal-appell speċjalizzati (il-Qorti tal-Awdituri - Cour des comptes, il-Kumitat Ċentrali tal-Protezzjoni Soċjali - Commission centrale d’aide sociale eċċ.)

3. Conseil d'Etat

Għal aktar tagħrif ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-websajt tal-Conseil d'Etat.

Il-banek tad-dejta ġuridiċi

Il-bażijiet tad-dejta ġuridiċi fi Franza huma koperti minn servizz pubbliku ta’ disseminazzjoni fuq l-internet. Għalhekk, il-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLégifrance tinkludi:

L-aċċess għal dawn il-banek tad-dejta huwa bla ħlas?

L-aċċess għal dawn il-banek tad-dejta huwa bla ħlas.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSib qrati kompetenti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-organizzazzjoni tal-qrati – Franza

L-aħħar aġġornament: 19/05/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - il-Kroazja

Sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika tal-Kroazja

Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja tipprovdi li l-awtorità fir-Repubblika tal-Kroazja hija organizzata skont il-prinċipju tas-separazzjoni tripartitika tas-setgħat, sabiex l-awtorità leġiżlattiva tkun eżerċitata mill-Parlament Kroat, l-awtorità eżekuttiva mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-awtorità ġudizzjarja mill-qrati tar-Repubblika tal-Kroazja; l-awtoritajiet jikkooperaw ma’ xulxin u jiċċekkjaw lil xulxin, filwaqt li jżommu l-indipendenza mill-fergħat l-oħra tal-awtorità fix-xogħol u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Bħala detenturi tal-awtorità ġudizzjarja, il-qrati jamministraw il-ġustizzja skont il-Kostituzzjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u t-trattati internazzjonali li r-Repubblika tal-Kroazja ffirmat u rratifikat. Il-karigi ġudizzjarji huma okkupati minn imħallfin maħtura mill-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat. Fl-eżerċizzju tal-kariga ġudizzjarja tagħhom, l-imħallfin għandhom ikunu indipendenti u awtonomi u għandhom igawdu l-immunità f’konformità mal-liġi. Il-kariga ġudizzjarja hija permanenti, u mħallef ma jistax jaqdi dmirijiet oħra.

Is-sistema ġudizzjarja (tal-ġustizzja) tar-Repubblika tal-Kroazja tikkonsisti fil-ġudikatura (il-qrati), f’korpi ġudizzjarji awtonomi u indipendenti (l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku), fl-eżekuttiv (il-Ministeru għall-Ġustizzja), f’korpi awtonomi u indipendenti (il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat u l-Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi), f’servizz awtonomu u indipendenti (il-professjoni legali), f’servizz pubbliku awtonomu u indipendenti (in-nutara) u f’istituzzjoni pubblika (l-Akkademja Ġudizzjarja).

Organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja fir-Repubblika tal-Kroazja

Il-kompitu tal-Ministeru għall-Ġustizzja huwa li jippreżerva l-valuri fundamentali tal-ordinament ġuridiku, jiżgura l-kundizzjonijiet għall-funzjonament tajjeb tiegħu u jiżviluppa aktar is-sistema ġudizzjarja.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja jwettaq:

  • kompiti amministrattivi u kompiti oħrajn relatati ma’:
  • il-liġi ċivili, il-liġi kriminali, il-liġi tar-reati minuri u l-liġi kummerċjali, u l-ġustizzja amministrattiva; l-organizzazzjoni, l-operat u t-taħriġ professjonali f’awtoritajiet li jeżegwixxu pieni kriminali u għal reat minuri; il-kompiti amministrattivi u kompiti oħrajn fil-professjonijiet notarili u legali; it-tariffi tal-qorti u tan-nutara; l-assistenza legali internazzjonali u forom oħra ta’ assistenza legali; l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali u għal reati minuri, il-maħfriet u l-libertà kundizzjonali; il-kompiti amministrattivi u professjonali dwar probation meta jiddeċiedi dwar prosekuzzjoni u meta jagħżel it-tip u l-grad tal-pieni kriminali; l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mhux ta’ kustodja imposti fuq adulti li jwettqu reati kriminali; il-kompiti għall-iżvilupp u l-koordinazzjoni tas-sistema biex tappoġġa l-vittmi u x-xhieda; il-kompjuterizzazzjoni tal-ġudikatura; u s-sorveljanza tat-twettiq tal-kompiti amministrattivi fil-korpi ġudizzjarji, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u l-korpi tal-infurzar tal-liġi;
  • kompiti amministrattivi u kompiti oħrajn relatati ma’:

id-dritt ta’ sjieda, il-kwistjonijiet ta’ proprjetà relatati mal-esproprjazzjoni u restrizzjonijiet oħra fuq is-sjieda, il-kwistjonijiet ta’ proprjetà li jikkonċernaw il-kostruzzjoni, l-art agrikola u forestali, il-konsolidazzjoni tal-art, il-bejgħ u x-xiri tal-art u l-bini u dawk l-operazzjonijiet agrikoli li ma jaqgħux taħt il-mandat ta’ korp governattiv ieħor, il-proprjetà ta’ ċittadini barranin, il-kumpens għal proprjetà kkonfiskata matul il-ħakma kommunista Jugoslava li ma jaqgħux taħt il-mandat ta’ korp ieħor tal-gvern, u l-kwistjonijiet li jikkonċernaw is-suċċessjoni tal-proprjetà, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ dik li kienet ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja (SFRY);

  • kompiti amministrattivi u professjonali relatati mal-kooperazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja ma’ qrati kriminali internazzjonali, ir-rappreżentanza tar-Repubblika tal-Kroazja quddiem il-Qorti Internazzjonali u qrati internazzjonali oħra, sakemm ma jkunx previst mod ieħor b’deċiżjoni speċifika tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, u kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ korp governattiv ieħor;
  • parteċipazzjoni mal-Ministeru responsabbli għall-immaniġġjar tal-assi tal-istat fil-kompiti tal-immaniġġjar u d-disponiment ta’ stokks u ishma ta’ kumpaniji li jikkostitwixxu assi tal-istat tar-Repubblika tal-Kroazja u fir-rigward ta’ kumpaniji prinċipalment involuti f’attivitajiet fil-mandat tal-Ministeru;
  • kompiti relatati mal-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fix-xogħol tal-korpi tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru;
  • kompiti oħra fil-kompetenza tal-Ministeru skont liġi speċifika.

Qrati fir-Repubblika tal-Kroazja

L-Att dwar il-Qrati (Zakon o sudovima) jirregola l-organizzazzjoni, il-mandat u l-ġuriżdizzjoni tal-qrati.

Fir-Repubblika tal-Kroazja, l-awtorità ġudizzjarja hija eżerċitata mill-qrati bħala korpi separati tal-awtorità statali. Huma jeżerċitaw l-awtorità tagħhom b’mod awtonomu u indipendenti fl-ambitu u l-ġuriżdizzjoni preskritti mil-liġi.

Il-qrati jieħdu deċiżjonijiet abbażi tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, tat-trattati internazzjonali li jiffurmaw parti mill-ordinament ġuridiku tar-Repubblika tal-Kroazja, ta’ liġijiet u regolamenti oħra li ġew adottati skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, ta’ trattati jew liġijiet internazzjonali.

Il-qrati jiddeċiedu dwar kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali u l-obbligi tal-bniedem, id-drittijiet u l-obbligi tar-Repubblika tal-Kroazja u ta’ unitajiet awtogovernattivi lokali u reġjonali u d-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi oħra; jimponu pieni u miżuri oħra kontra l-awturi ta’ reati, reati minuri u offiżi speċifikati mil-liġi u regolamenti oħra; jistħarrġu l-legalità ta’ atti ġenerali u individwali tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika; jiddeċiedu dwar tilwim li jikkonċerna r-relazzjonijiet personali taċ-ċittadini, tax-xogħol, kummerċjali, tal-proprjetà u kawżi ċivili oħra; u jiddeċiedu dwar kawżi legali oħra kif previst mil-liġi. Il-qrati jamministraw il-ġustizzja skont il-Kostituzzjoni, it-trattati internazzjonali, il-liġijiet u sorsi validi oħra tal-liġi.

L-awtorità ġudizzjarja fir-Repubblika tal-Kroazja hija amministrata mill-qrati ordinarjispeċjalizzati, u l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud Republike Hrvatske), li hija wkoll l-ogħla qorti fir-Repubblika tal-Kroazja.

Il-qrati ordinarji huma qrati li jittrattaw kwistjonijiet li fuqhom l-ebda qorti speċjalizzata ma għandha ġuriżdizzjoni. Dawn huma l-qrati muniċipali (općinski sudovi) u l-qrati tal-kontea (županijski sudovi).

Il-qrati speċjalizzati huma qrati li jittrattaw kwistjonijiet li fuqhom il-liġi tathom ġuriżdizzjoni. Dawn huma l-qrati kummerċjali (trgovački sudovi), il-qrati amministrattivi (upravni sudovi), il-qrati għal reati minuri (prekršajni sudovi), il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud Republike Hrvatske), il-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki upravni sud Republike Hrvatske) u l-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki prekršajni sud Republike Hrvatske).

Il-qrati huma maqsuma ulterjorment fi qrati tal-prim’istanza u tat-tieni istanza.

Il-proċedimenti biex tiġi solvuta kwistjoni legali jitressqu quddiem il-qrati tal-prim’istanza. Dawn huma l-qrati muniċipali, amministrattivi, għal reati minuri u dawk kummerċjali.

Il-qrati tat-tieni istanza jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet tal-qrati tal-prim’istanza u jwettqu kompiti oħra stabbiliti bil-liġi. Dawn huma l-qrati tal-kontea (fir-rigward tal-qrati muniċipali), il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (fir-rigward tal-qrati kummerċjali), il-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja (fir-rigward tal-qrati għal reati minuri) u l-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (fir-rigward tal-qrati amministrattivi).

Il-qrati muniċipali u għal reati minuri huma stabbiliti għat-territorju ta’ muniċipalità waħda jew aktar, belt waħda jew aktar jew partijiet ta’ żona urbana, filwaqt li l-qrati tal-kontea, kummerċjali u amministrattivi huma stabbiliti għat-territorju ta’ kontea waħda jew aktar.

Il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja huma stabbiliti għat-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja hija bbażata f’Zagreb.

  1. Tiżgura applikazzjoni uniformi tal-liġi u l-ugwaljanza ta’ kulħadd fl-applikazzjoni tal-liġi;
  2. Tiddeċiedi dwar ir-rimedji legali ordinarji meta dan ikun previst minn liġi apposta;
  3. Tiddeċiedi dwar ir-rimedji legali straordinarji kontra sentenzi finali tal-qrati fir-Repubblika tal-Kroazja;
  4. Tiddeċiedi dwar kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni meta dan ikun previst minn liġi apposta;
  5. Tittratta kwistjonijiet kurrenti tal-ġurisprudenza, teżamina l-ħtieġa għal taħriġ professjonali ta’ mħallfin, skrivani tal-qorti u mħallfin li qed jitħarrġu u twettaq kompiti oħra kif previst mil-liġi.

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja
Trg Nikole Šubića Zrinskog 3
10 000 Zagreb
Tel.: +385 1 486 22 22, +385 1 481 00 36
Fax: +385 1 481 00 35
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidavsrh@vsrh.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vsrh.hr/

Il-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja

Il-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja jirrappreżenta lill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja u l-awtorità ġudizzjarja, u jwettaq kompiti ta’ amministrazzjoni tal-qorti u kompiti oħra definiti mil-liġi u mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.
Il-President tal-Qorti Suprema huwa elett għal perjodu ta’ erba’ snin mill-Parlament Kroat, wara proposta mill-President tar-Repubblika tal-Kroazja ladarba l-Assemblea Ġenerali (Opća sjednica) tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja u l-kumitat kompetenti tal-Parlament Kroat ikunu taw l-opinjoni tagħhom, u jista’ jerġa’ jiġi elett għall-istess kariga fi tmiem dak il-perjodu. Ħadd ma jista’ jiġi elett għal din il-kariga għal aktar minn darbtejn.
Kull min jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi biex ikun imħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja jista’ jiġi elett President ta’ dik il-qorti. Jekk persuna li ma tkunx serviet bħala mħallef fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja tiġi eletta President ta’ dik il-qorti, il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat jaħtar lil dik il-persuna wkoll bħala mħallef ta’ dik il-qorti.

L-Att dwar it-Territorji u s-Sede tal-Qrati (Zakon o područjima i sjedištima sudova) (Narodne novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 67/18) implimenta organizzazzjoni territorjali u aktar razzjonalizzazzjoni tan-network tal-qrati, u ħoloq 15-il qorti tal-kontea, 34 qorti muniċipali, disa’ qrati kummerċjali u erba’ qrati amministrattivi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar it-Territorji u s-Sede tal-Qrati

Awtoritajiet ġudizzjarji

L-awtoritajiet ġudizzjarji fir-Repubblika tal-Kroazja jinkludu l-qrati u l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku.

Qrati

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja

Il-Qrati tal-Kontea (15)

Il-Qorti Kummerċjali Għolja (1)

Il-Qorti Amministrattiva Għolja (1)

Il-Qorti Għolja għal Reati Minuri (1)

Il-Qrati Muniċipali (34)

Il-Qrati Kummerċjali (9)

Il-Qrati Amministrattivi (4)


Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Državno odvjetništvo)

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa korp ġuridiku awtonomu u indipendenti li huwa awtorizzat u obbligat li jieħu azzjoni kontra l-awturi ta’ delitti u reati punibbli oħra, li jieħu azzjoni legali biex jipproteġi l-assi tar-Repubblika tal-Kroazja u li jippreżenta rimedji legali biex jipproteġi l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-leġiżlazzjoni.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jeżerċita l-poteri tiegħu abbażi tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, it-trattati internazzjonali li jiffurmaw parti mill-ordinament ġuridiku tar-Repubblika tal-Kroazja, l-acquis tal-UE, il-leġiżlazzjoni u sorsi oħra tal-liġi.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja ġie stabbilit biex ikopri t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Kroazja; l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku muniċipali (općinska državna odvjetništva) ġew stabbiliti biex jittrattaw mal-qrati muniċipali u l-korpi tal-liġi pubblika; u l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-kontea (županijska državna odvjetništva) ġew stabbiliti biex jittrattaw ma’ qrati tal-kontea, kummerċjali u amministrattivi. Il-liġi tista’ tistabbilixxi uffiċċji tal-prosekutur pubbliku dedikati biex jittrattaw ċerti tipi ta’ kawżi u quddiem qrati maħtura mil-liġi.

L-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku muniċipali huma subordinati għall-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-kontea; l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-kontea u l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku dedikati huma subordinati għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku huwa mmexxi minn prosekutur pubbliku, li huwa responsabbli għat-twettiq tal-kompiti fil-mandat tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku li huwa jirrappreżenta u jiġġestixxi.

Il-Prosekutur Ġenerali (Glavni državni odvjetnik) tar-Repubblika tal-Kroazja huwa l-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja. Kull min jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi għall-ħatra bħala Deputat Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Kroazja jista’ jinħatar bħala Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Kroazja huwa maħtur għal perjodu ta’ erba’ snin mill-Parlament Kroat, wara proposta mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja ladarba l-Kumitat tal-Ġustizzja tal-Parlament Kroat ikun ta l-opinjoni tiegħu, u jista’ jerġa’ jinħatar għall-istess kariga fi tmiem dak il-perjodu. Ħadd ma jista’ jinħatar għal din il-kariga għal aktar minn darbtejn.

L-Att dwar it-Territorji u l-Uffiċċji Reġistrati tal-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 67/18) issimplifika n-network tal-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku, u ħoloq 15-il uffiċċju tal-prosekutur pubbliku tal-kontea u 25 uffiċċju tal-prosekutur pubbliku muniċipali.

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja

Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (Ured za suzbijanje korupcije i organiziranog kriminaliteta, USKOK)

Uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-kontea


Uffiċċji tal-prosekutur pubbliku muniċipali

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja
Gajeva 30a, 10 000 Zagreb
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dorh.hr/

Il-Prosekutur Ġenerali
Tel.: +385 1 459 18 88
Fax: +385 1 459 18 54
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo.dorh@dorh.hr

It-Taqsima Kriminali (Kazneni odjel)
Tel.: +385 1 459 18 00
Fax: +385 1 459 18 05
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo.kazneni@dorh.hr

It-Taqsima tal-Affarijiet Ċivili u Amministrattivi (Građansko upravni odjel)
Tel.: +385 1 459 18 61
Fax: +385 1 459 19 12
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo.gradjanski@dorh.hr [VJ1]

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-kontea u muniċipali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar it-Territorji u l-Uffiċċji Reġistrati tal-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku

Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata

L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata bbażat f’Zagreb (USKOK) huwa uffiċċju tal-prosekutur pubbliku dedikat li jispeċjalizza fil-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, li jkopri t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata hija stabbilita fl-Att dwar l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata.

L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata
Gajeva 30a
10 000 Zagreb
Tel.: +385 4591 874
Fax: + 385 1 4591 878
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo@uskok.dorh.hr

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata

L-aħħar aġġornament: 06/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Italja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-qrati fl-Italja.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Is-sistema ġudizzjarja Taljana hija bbażata fuq il-liġi ċivili.

Il-funzjoni ta’ imħallef, kif ukoll dik ta’ prosekutur pubbliku, tiġi eżerċitata mill-membri tal-ġudikatura. Il-funzjoni amministrattiva titwettaq mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-funzjoni ġudizzjarja tista’ tinqasam fl-oqsma li ġejjin:

  • Ċivili u kriminali ordinarji
  • Amministrattiv
  • Kontabbiltà
  • Militari
  • Fiskali

Il-ġurisdizzjoni f’materji amministrattivi tiġi eżerċitata mill-qrati amministrattivi reġjonali (Tribunali Amministrativi Regionali jew TAR) u mill-Kunsill tal-Istat (Consiglio di Stato).

Il-ġurisdizzjoni f’materji ta’ kontabbiltà tiġi eżerċitata mill-Qorti tal-Awdituri tal-Istat (Corte dei conti). L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ġenerali huwa bbażat fl-istess qorti.

Il-ġurisdizzjoni f’materji fiskali tiġi eżerċitata mill-Kummissjonijiet Fiskali Provinċjali u mill-Kummissjonijiet Fiskali Distrettwali.

Il-ġurisdizzjoni f’materji militari tiġi eżerċitata mill-qrati militari, mill-qorti militari tal-appelli, mill-qorti militari ta’ sorveljanza, mill-prosekuturi militari bbażati fil-qrati militari, mill-prosekuturi militari ġenerali bbażati fil-qorti tal-appell militari, u mill-prosekutur militari ġenerali bbażat fil-Qorti tal-Kassazzjoni.

Il-ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kriminali ordinarji tiġi eżerċitata mill-maġistrati li jappartejnu għall-ordni ġudizzjarju, li tinqasam fil-ġudikanti min-naħa waħda u mill-maġistrati tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku min-naħa l-oħra, li jaqdu r-rwoli ta’ imħallef u maġistrat istruttorju rispettivament.

L-amministrazzjoni tal-qrati

Il-Kostituzzjoni, fost l-istrutturi tal-gvern, tagħmel lill-Ministeru tal-Ġustizzja responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qorti minħabba l-funzjoni speċjali, ir-rwol u r-relazzjoni tiegħu mal-ġudikatura.

Wara eżami pubbliku diffiċli, il-maġistrati jiġu assenjati fil-qrati f’qasam ta’ kompetenza partikolari, skont l-għażla personali tagħhom. Dawn ma jistgħux jiġu assenjati, promossi, imneħħija, trasferiti jew ikkastigati mingħajr id-deċiżjoni tal-Consiglio Superiore della Magistratura jew iċ-CSM (il-kunsill superjuri tal-maġistrati) u b’garanziji speċjali ta’ protezzjoni.

Il-kwistjonijiet kollha relatati mal-maġistrati jridu jiġu evalwati miċ-CSM, li jipproteġi l-awtomomija tal-maġistrati u tal-istatus tagħhom.

Il-President tar-Repubblika tal-Italja huwa wkoll il-president taċ-CSM.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jaqdi l-funzjonijiet amministrattivi u organizzattivi tiegħu fuq żewġ livelli:

  • Fi ħdan l-istrutturi ċentrali (dipartimenti), prinċipalment f’Ruma u, għal oqsma speċjali ta’ kompetenza, f’taqsimiet lokali wkoll
  • Fl-uffiċċji ġudizzjarji, tribunali, qrati, eċċ

Il-funzjoni amministrattiva hija responsabbli wkoll għall-impjegati li jiġu assenjati fis-servizzi ġudizzjarji.

Fl-ogħla livell tal-qrati (jew l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni pubblika), hemm:

  • Il-prim maġistrat, li huwa responsabbli mill-ġudikatura u jkollu l-aħħar kelma fir-rigward ta’ deċiżjonijiet tal-uffiċċju
  • Id-diriġent tal-qorti (dirigente) li huwa ddedikat għall-organizzazzjoni tas-servizzi ġudizzjarji għall-assistenza pubblika u interna għall-imħallfin u l-prosekuturi. Dik tad-diriġent hija l-ogħla pożizzjoni fil-parti amministrattiva.

Tipi ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Il-qrati huma stabbiliti kif ġej:

L-Ewwel Istanza

  • Kummissarji tal-ġustizzja (giudici di pace) – li huma ġudikanti onorarji (non-professjonisti). Dawn jisimgħu każijiet ċivili u kriminali minuri
  • Qrati jew tribunali (tribunali) – jisimgħu l-aktar każijiet serji
  • L-uffiċċju penali (ufficio di sorveglianza) – jisma’ każijiet tal-ewwel istanza li jinvolvu ġustizzja penali (kriminali) (kwistjonijiet dwar priġunieri, kundanni, eċċ.)
  • Qorti tal-minuri (tribunale per i minorenni)

It-Tieni Istanza

Biex jitressaq rikors kontra l-ewwel sentenza dwar raġunijiet fattwali u l-interpretazzjoni tal-liġi:

  • Qrati tal-appell; (corte d’appello)
  • Tribunali penali (tribunale di sorveglianza) – qrati tat-tien’istanza (u, f’ċerti kwistjonijiet speċjali, tal-ewwel istanza) fi kwistjonijiet li jinvolvu l-ġustizzja penali

It-Tielet istanza

Biex jitressaq rikors għall-ksur tal-liġi fl-ogħla livell:

  • Qorti Suprema (corte di cassazione) – b’kompetenza ġenerali u l-istanza finali

Fi ħdan it-tribunali ewlenin, hemm ukoll taqsimiet speċjali. Fuq il-Qrati tal-assiżi (corti d’assise) jpoġġu żewġ imħallfin professjonali u sitt ġurati. Il-ġurati jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini sabiex iservu għal perjodi qosra, sabiex jikkooperaw u jirrappreżentaw id-diversi setturi tas-soċjetà. Dawn il-qrati jieħdu deċiżjonijiet dwar każi kriminali serji (omiċidju, attakki serji u oħrajn simili).

Il-maġistrati li jkollhom rwol ta’ prosekuturi pubbliċi fil-proċessi huma:

  • Il-prosekuturi ewlenin tal-ewwel istanza (procuratore della Repubblica presso il Tribunale) u d-deputati tagħhom (sostituti procuratori)
  • Il-prosekuturi ewlenin tat-tieni istanza (procuratore generale presso la Corte d’appello) u d-deputati tagħhom (sostituti procuratori generali)
  • L-avukat ġenerali għall-qorti suprema (procuratore generale presso la Corte di cassazione) u d-deputati tiegħu jew tagħha (sostituti procuratori generali)

Fl-Italja, ir-rwol tal-prosekutur pubbliku jitwettaq minn maġistrati tal-esperjenza, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom taħt is-superviżjoni tal-kap tal-burò tagħhom. Dan jopera bħal tip ta’ ġerarkija li tapplika biss għall-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi.

Il-ġerarkija tal-qrati

Ġurisdizzjoni ċivili

Ġurisdizzjoni kriminali

Ġurisdizzjoni tal-minorenni

Ġurisdizzjoni penali

I Grad

Kummissarju tal-Ġustizzja

Kummissarju tal-Ġustizzja

Qorti tal-Minorenni

L-Uffiċċju Penali/Tribunal Penali

II Grad

Tribunal

Tribunal

Taqsima Speċjalizzata tal-Qorti tal-Appell

Tribunal Penali

Qorti tal-Appell

Qorti tal-Appell

Ksur tal-liġi

Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni)

Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni)

Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni)

Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni)

Bażijiet tad-dejta legali

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Taljan fih informazzjoni dwar il-ġudikatura, il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-kompetenzi rispettivi dwar u d-dettalji tal-kuntatt għad-diversi uffiċċji.

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Superjuri tal-Maġistrati joffri dettalji dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Italja bit-Taljan, bl-Ingliż u bil-Franċiż.

Iż-żewġ siti elettroniċi huma aċċessibbli mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Ċipru

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – Sistemi ġudizzjarji

Amministrazzjoni tal-qrati

Sal-1960 Ċipru kienet kolonja Brittanika u s-sistemi legali stabbiliti huma bbażati kważi għalkollox fuq is-sistema legali Ingliża u l-leġiżlazzjoni tgħaddi fuq il-bażi tal-prinċipji tal-common law u tal-ewkità.

Fis-sistema legali, li ilha fis-seħħ sa minn meta kienet stabbilita r-Repubblika ta’ Ċipru, għadha tinħass l-influwenza tas-sistema legali Ingliża. Il-qrati tar-Repubblika ta’ Ċipru japplikaw il-liġijiet li ġejjin:

  • Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru (Σύνταγμα της Κυπριακής Δημοκρατίας)
  • Il-liġijiet li nżammew fuq il-bażi tal-Artikolu 188 tal-Kostituzzjoni
  • Il-prinċipji tal-common law u tal-ekwità
  • Il-liġijiet li tgħaddi l-Kamra tar-Rappeżentanti (Βουλή των Αντιπροσώπων).

Wara l-adeżjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru mal-Unjoni Ewropea fl-2004, il-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru kienet emendata biex b’hekk il-liġi tal-Unjoni Ewropea għandha s-supremazija.

Tipi ta' qrati – deskrizzjoni fil-qosor

F’Ċipru hemm qrati ta’ żewġ istanzi: il-Qorti Suprema (Ανώτατο Δικαστήριο) (it-tieni istanza) u d-diversi qrati tal-ewwel istanza elenkati hawn taħt:

  • IL-QORTI SUPREMA (ΑΝΩΤΑΤΟ ΔΙΚΑΣΤΗΡΙΟ)
  • QRATI DISTRETTWALI (ΕΠΑΡΧΙΑΚΑ ΔΙΚΑΣΤΗΡΙΑ)
  • QRATI TAL-ASSIŻI (ΚΑΚΟΥΡΓΙΟΔΙΚΕΙΑ)
  • QRATI TAL-FAMILJA (ΟΙΚΟΓΕΝΕΙΑΚΑ ΔΙΚΑΣΤΗΡΙΑ)
  • TRIBUNAL TAL-KONTROLL TAL-KERA (ΔΙΚΑΣΤΗΡΙΑ ΕΛΕΓΧΟΥ ΕΝΟΙΚΙΑΣΕΩΝ)
  • TRIBUNAL TAT-TILWIM INDUSTRIJALI (ΔΙΚΑΣΤΗΡΙΑ ΕΡΓΑΤΙΚΩΝ ΔΙΑΦΟΡΩΝ)
  • QORTI MILITARI (ΣΤΡΑΤΙΩΤΙΚΟ ΔΙΚΑΣΤΗΡΙΟ)

Bażijiet tad-dejta legali

Għad m’hemm l-ebda bażi tad-dejta legali uffiċjali. Hemm għadd ta’ bażijiet tad-dejta legali privati, b’uħud minnhom jipprovdu servizzi lill-abbonati u oħrajn jipprovdu aċċess mingħajr ħlas.

Dawn jinkludu informazzjoni dwar sentenzi tal-qrati u leġiżlazzjoni primarja.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema ta’ Ċipru (Ανώτατο Δικαστήριο Κύπρου)

L-aħħar aġġornament: 11/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Latvjan diġà ġew tradotti.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Latvja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Latvja.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja - sistemi ġudizzjarji

Minbarra l-fergħat leġiżlattivi u eżekuttivi tal-gvern, il-Latvja għandha ġudikatura indipendenti, b'sistema ta' qrati bi tliet istanzi. Il-Kostituzzjoni tgħid illi s-setgħa ġuridika qiegħda fil-qrati distrettwali u tal-belt, il-qrati reġjonali, il-Qorti Suprema u l-Qorti Kostituzzjonali u, f'każ ta' gwerra jew stat ta' emerġenza, fil-qrati militari wkoll.

Amministrazzjoni tal-qrati

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar is-Setgħa Ġudizzjarja, l-awtorità pubblika ewlenija għall-amministrazzjoni tal-qrati hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja:

  1. jista' joħroġ regolamenti interni dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol amministrattiv tal-qrati distrettwali u tal-belt, il-qrati reġjonali u l-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet;
  2. jista' jitlob lill-qrati distrettwali u tal-belt, dawk reġjonali u l-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet biex jagħtuh l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun jista' jaqdi d-dmirijiet assenjati lilu skont il-liġijiet u r-regolamenti;
  3. huwa responsabbli għall-governanza istituzzjonali tal-qrati distrettwali u tal-belt, il-qrati reġjonali u l-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet;
  4. iwettaq spezzjonijiet fil-qrati distrettwali u tal-belt, il-qrati reġjonali u l-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet.

L-Uffiċċju tal-Qrati (Tiesu administrācija) jamministra u jiżgura l-prestazzjoni tax-xogħol amministrattiv tal-qrati distrettwali u tal-belt, il-qrati reġjonali u l-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet. L-Uffiċċju jaqa' taħt l-Awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja, li jaġixxi permezz tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Qorti Suprema (Augstākā tiesa) mhijiex amministrattivament konnessa mal-qrati distrettwali jew tal-belt jew mal-qrati reġjonali. Il-Prim'Imħallef tal-Qorti Suprema jorganizza x-xogħol tal-Qorti Suprema. Il-Qorti Suprema għandha dipartiment separat għat-twettiq tal-obbligi amministrattivi, l-Amministrazzjoni tal-Qorti Suprema (Augstākās tiesas Administrācija).

Il-Kunsill Ġudizzjarju (Tieslietu padome) huwa korp kolleġjali involut fit-tfassil tal-politika u l-istrateġija tas-sistema tal-qorti u t-titjib fl-organizzazzjoni tax-xogħol tas-sistema tal-qrati.

Tipi ta' qrati: deskrizzjoni fil-qosor u l-ġerarkija

Il-qrati ordinarji: il-qrati tal-ewwel istanza u l-qrati tal-appell

Il-qrati distrettwali u tal-belt (rajonu (pilsētu) tiesas) huma l-qrati tal-ewwel istanza fil-kawżi ċivili, kriminali u amministrattivi. Qorti distrettwali jew tal-belt jista' jkollha taqsimiet strutturali, pereżempju awli tal-qorti li jinsabu f'diversi postijiet fi ħdan il-ġuriżdizzjoni territorjali tad-distrett jew belt rilevanti. Il-qrati tad-distrett jew tal-belt jista' jkollhom uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet. Uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet imexxi r-reġistri tal-artijiet (fejn tiġi rreġistrata l-propjetà immobbli u d-drittijiet assoċjati) u jilqa' talbiet għall-eżekuzzjoni mhux kontestata, ordnijiet għall-irkupru ta' dejn u l-approvazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tas-subbasta.

Il-qrati reġjonali (apgabaltiesas), bħal l-qrati tal-appell, jisimgħu kawżi ċivili, kriminali u amministrattivi u huma komposti minn bord ta' tliet imħallfin mill-qrati reġjonali. Qorti distrettwali jew tal-belt jista' jkollha taqsimiet strutturali, pereżempju awli tal-qorti li jinsabu f'diversi postijiet fi ħdan il-ġuriżdizzjoni territorjali tad-distrett jew belt rilevanti.

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar is-setgħa ġudizzjarja, il-qrati militari jistgħu jaħdmu fi stat ta' gwerra jew ta' emerġenza. Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-qrati militari, l-ordni sabiex jibdew jitħaddmu l-qrati militari jingħata mill-Ministru tal-Ġustizzja. Jekk jingħata dan l-ordni, jibdew jaħdmu waħda jew iktar qrati militari tal-ewwel istanza u qorti militari tal-appell.

Il-Qorti Suprema

Il-Qorti Suprema (Augstākā tiesa) hija ffurmata minn Senat, li huwa ffurmat minn tliet sezzjonijiet (departamenti) (Kawżi Ċivili, Kawżi Kriminali u Kawżi Amministrattivi) u żewġ awli (palātas) (Kawżi Ċivili u Kawżi Kriminali). Il-Qorti Suprema hija l-qorti tal-appell fuq punt tal-liġi (kasācijas instance), sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Il-Qorti Suprema kellha żewġ awli (Kawżi Ċivili u Kawżi Kriminali) sal-31 ta' Diċembru 2014, iżda mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2006 għandha biss awla waħda għall-kawżi ċivili.

Il-qorti bil-membri kollha (plēnums) hija l-assemblea ġenerali tal-imħallfin tal-Qorti Suprema. Hija tiddeċiedi dwar mistoqsijiet immedjati ta' interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi. Il-qorti bil-membri kollha taħtar ukoll il-membri tat-Tribunal tad-Dixxiplina (Disciplinārtiesa). It-Tribunal tad-Dixxiplina huwa ffurmat minn sitt imħallfin mit-taqsimiet tal-Qorti Suprema. It-Tribunal tad-Dixxiplina jiġi msejjaħ mis-Senat tal-Qorti Suprema biex jirrevedi l-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Ġudizzjarju tad-Dixxiplina (Tiesnešu disciplinārkolēģija). Il-mistoqsijiet immedjati ta' interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġudizzjarji jistgħu jinstemgħu, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-liġi, mhux biss mill-qorti sħiħa tal-Qorti Suprema iżda wkoll mill-qorti sħiħa tal-awla rilevanti jew tas-sezzjoni tas-Senat.

Il-Qorti Kostituzzjonali (Satversmes tiesa) hija korp ġudizzjarju indipendenti li jikkunsidra l-kawżi dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet u atti ġuridiċi oħra skont il-ġuriżdizzjoni mogħtija lilha mill-Kostituzzjoni u mil-Liġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali. Hija tisma' wkoll il-kawżi referuti lilha skont il-Liġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali.

Bażijiet tad-dejta legali

Il-Latvja għandha l-bażijiet tad-dejta legali li ġejjin:

  1. Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja, li fih informazzjoni dwar is-sistema tal-qorti, il-persuni li jaħdmu fiha (nutara u bailiffs ċertifikati) u ħoloq għal siti elettroniċi oħra marbuta mas-sistema tal-qrati.
  2. Il-Portal Nazzjonali tal-Latvja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLatvija.lv

Il-Portal "Latvija.lv" jagħti aċċess għar-riżorsi tal-internet tal-korpi ċentrali u lokali tal-gvern. L-informazzjoni hija maqsuma skont is-suġġett.

It-taqsima tal-portal bl-isem "servizzi elettroniċi" (E-pakalpojumi) tagħti aċċess għas-servizzi elettroniċi ġeneralment mogħtija mill-infrastruttura ċentralizzata dedikata. Din it-taqsima għandha spazju ta' ħidma virtwali fejn l-utenti jistgħu jitolbu u jirċievu servizzi elettroniċi tal-gvern ċentrali u lokali, isegwu l-progress fil-forniment ta' dawk is-servizzi, u jirċievu informazzjoni dwar l-eżitu.

It-taqsima għat-tfittxija tas-servizzi ("Katalgu tas-Servizzi", Pakalpojumu katalogs) hija punt ċentralizzat ta' aċċess għas-servizzi tal-gvern lokali u ċentrali. Il-"Katalgu tas-Servizzi" jista' jintuża biex tinkiseb informazzjoni essenzjali dwar is-servizzi tal-gvern lokali u ċentrali, il-kundizzjonijiet għat-talba u l-għotja ta' dawk is-servizzi, il-kost ta' dawk is-servizzi u deskrizzjoni tagħhom. Id-deskrizzjoni tas-servizzi onlajn fiha ħolqa għar-riżorsi rilevanti (informazzjoni, sit elettroniku, ħolqa diretta jew servizz elettroniku). L-utent jista’ jaċċessa l-informazzjoni minn katalgu, li huwa maqsum f'taqsimiet li jikkorrispondu mas-sitwazzjonijiet tal-ħajja, jew bl-użu tal-funzjonijiet ta’ tiftixa fil-portal. Il-kontenut tal-katalgu ċentralizzat huwa ġestit mill-korpi tal-gvern li jipprovdu dawk is-servizzi.

Il-portal nazzjonali tal-Latvja, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLatvija.lv, għandu l-għan li jgħin lir-residenti Latvjani u dawk barranin biex jaċċedu għar-riżorsi tal-internet tal-korpi tal-gvern Latvjan u jservi bħala punt ta' aċċess ċentralizzat għas-servizzi elettroniċi mogħtija minn firxa ta' istituzzjonijiet.

Il-portal jista' jiġi aċċessat mingħajr ħlas.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-portal tal-Qrati Nazzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Qrati, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 12/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Litwanja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali tal-qrati fil-Litwanja.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja. Is-sistema ġudizzjarja

Fil-Litwanja hemm 22 qorti ordinarja u 3 qrati (amministrattivi) speċjalizzati.

L-amministrazzjoni tal-qrati

Il-Laqgħa Ġenerali tal-Imħallfin (Visuotinis teisėjų susirinkimas) hija l-ogħla korp ta’ awtonomija ġudizzjarja, li tinvolvi l-imħallfin kollha fil-Litwanja.

Il-Kunsill tal-Qrati Litwan (Teisėjų taryba) huwa korp eżekuttiv ta' awtonomija ġudizzjarja, iffurmat minn 23 membru, li jassigura l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin.

Il-Qorti Ġudizzjarja tal-Unur (Teisėjų garbės teismas) hija istituzzjoni ta’ awtonomija ġudizzjarja, li tisma’ każijiet dixxiplinarji kontra mħallfin u l-petizzjonijiet tal-imħallfin kontra d-diffamazzjoni.

L-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali (Nacionalinės teismų administracija) għandha l-għan li tassigura l-operat effettiv tal-istituzzjoni tal-ġudikatura u tgħin biex tiggarantixxi l-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin u l-awtonomija organizzattiva tal-qrati.

L-aħħar aġġornament: 18/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Lussemburgu

Din it-taqsima tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-organizzazzjoni tal-qrati fil-Lussemburgu.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistemi ġudizzjarji

Is-sistema ġudizzjarja tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu hija maqsuma f’fergħa ġudizzjarja u f’fergħa amministrattiva. Minbarra dawn iż-żewġ fergħat, hemm ukoll il-Qorti Kostituzzjonali (Cour constitutionnelle).

Il-qrati ordinarji

Il-Kostituzzjoni tirrikjedi li l-qrati jeżerċitaw setgħa ġudizzjarja u li japplikaw regolamenti u ordnijiet ġenerali u lokali biss sa fejn dawn ikunu konformi mal-liġi.

1. Il-qrati ordinarji

  • Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja

Fil-quċċata tal-ġerarkija tal-qrati fis-sistema ġudizzjarja tinsab il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Cour supérieure de Justice), li tinkludi Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de Cassation) u Qorti tal-Appell (Cour d'Appel), kif ukoll Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Parquet Général). Din tinsab fil-Lussemburgu.

  • Il-qrati distrettwali

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa maqsum f'żewġ distretti ġudizzjarji (arrondissements judiciaires), u kull wieħed għandu Qorti Distrettwali (Tribunal d’Arrondissement): waħda fil-Lussemburgu u l-oħra f'Diekirch.

  • Il-Kummissarji tal-Ġustizzja

Hemm tliet qrati tal-kummissarji tal-ġustizzja (justices de paix), waħda fil-Lussemburgu, waħda f’Esch-sur-Alzette (li tinsab fid-distrett ġudizzjarju tal-Lussemburgu), u waħda f’Diekirch (id-distrett ġudizzjarju ta’ Diekirch).

2. Qrati speċjalizzati

  • Il-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali

Il-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali (Conseil supérieur de la sécurité sociale) huwa magħmul minn president, żewġ imħallfin assoċjati, assessur li jirrappreżenta lill-impjegaturi u assessur li jirrappreżenta lill-impjegati.

  • Il-Kunsill Arbitrali tas-Sigurtà Soċjali

Il-Kunsill Arbitrali tas-Sigurtà Soċjali (Conseil arbitral de la sécurité sociale) huwa magħmul minn president, assessur li jirrappreżenta lill-impjegaturi u assessur li jirrappreżenta lill-impjegati.

Il-qrati fi ħdan il-fergħa amministrattiva

  • Il-Qorti Amministrattiva

Il-Qorti Amministrattiva (Cour administrative) hija magħmula minn diviżjoni waħda ta’ tliet imħallfin.

  • It-Tribunal Amministrattiv tal-Prim’Istanza

It-Tribunal Amministrattiv tal-Prim’Istanza(Tribunal administratif) huwa magħmul minn erba’ diviżjonijiet ta’ tliet imħallfin.

Bażijiet tad-data legali

Informazzjoni dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-professjonijiet legali, il-leġiżlazzjoni, il-qrati, il-ħabsijiet, is-servizzi taċ-ċittadini, il-formoli u l-aħbarijiet hija disponibbli fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażijiet tad-data huwa mingħajr ħlas.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLegilux

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati fi ħdan il-fergħa amministrattiva

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gvern tal-Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 24/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ungeriż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Ungerija

La presente sezione contiene informazioni generali sull’ordinamento giudiziario ungherese.

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-President tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġustizzja

L-amministrazzjoni ċentrali tal-qrati hija mmaniġġjata mill-President tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġustizzja (UNĠ), appoġġjat mill-Viċi President Ġenerali u Viċi Presidenti ulterjuri, kif ukoll mill-persunal tal-UNĠ. Il-ħidma amministrattiva tal-President tal-UNĠ hija ssorveljata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ġustizzja (KNĠ). Il-President tal-UNĠ huwa responsabbli għall-imġiba u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni ċentrali u għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu b’mod kompatibbli mal-prinċipju kostituzzjonali ta’ indipendenza ġudizzjarja, sakemm dan ikun provdut bil-liġi. Fl-eżerċizzju tas-setgħat amministrattivi tiegħu jew tagħha, il-President tal-UNĠ jagħti d-deċiżjonijiet, ir-regolamenti u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Il-President tal-UNĠ jiġi elett b’żewġ terzi maġġoranza tal-membri tal-Parlament Ungeriż, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tar-Repubblika. Imħallef wieħed biss jista’ jiġi elett bħala President tal-UNĠ.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġustizzja

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġustizzja (KNĠ) huwa l-korp li jissorvelja l-amministrazzjoni ċentrali tal-qrati. Il-KNĠ għandu s-sede tiegħu f’Budapest u jikkonsisti fi 15-il membru. Il-President tal-Kúria (il-Qorti Suprema) huwa membru tal-KNĠ, filwaqt li l-14-il membru l-oħra jiġu eletti waqt laqgħa tad-delegati tal-imħallfin minn fost id-delegati b’votazzjoni permezz ta’ vot sigriet, b’maġġoranza sempliċi. Waqt l-ewwel laqgħa, id-delegati tal-imħallfin jeleġġu mħallef wieħed minn qorti tal-appell, ħamsa mill-qrati ġenerali, sebgħa mit-tribunali lokali u wieħed mill-qorti industrijali. (Il-qrati distrettwali, il-qrati amministrattivi u industrijali se jibdew joperaw mill-1 ta’ Jannar 2013.)

Organizzazzjoni tal-qrati

Fl-Ungerija, il-ġustizzja hija eżerċitata mit-tipi ta’ qrati li ġejjin:

  • il-Kúria (Il-Qorti Suprema tal-Ungerija);
  • il-qrati reġjonali tal-appell (‘ítélőtáblák’ bl-Ungeriż);
  • il-qrati ġenerali (“törvényszékek” bl-Ungeriż);
  • il-qrati distrettwali (“járásbíróságok” bl-Ungeriż) u
  • il-qrati amministrattivi u industrijali.

Il-qasam ta’ ġuriżdizzjoni tal-qrati ġeneralment jikkorrispondi għall-konfini amministrattivi, u l-isem tal-qorti jindika l-post fejn tinsab.

Imħallfin nonprofessjonali (nem hivatásos bíró) jistgħu jipparteċipaw fi proċedimenti ġudizzjarji bħala assessuri f’ċerti kawżi taħt kundizzjonijiet preskritti bil-liġi, iżda mħallfin professjonali biss jistgħu jaġixxu ta’ mħallfin uniċi (egyesbíró) jew ta’ presidenti tal-kunsill (tanácselnök).

Imħallfin professjonali jinħatru mill-President tar-Repubblika u jistgħu jitneħħew mill-kariga biss minħabba raġunijiet, u skont il-proċeduri, speċifikati mil-liġi. L-imħallfin huma indipendenti u huma suġġetti biss għal-liġi, u la jistgħu jkunu membri ta’ partiti politiċi u lanqas ikunu involuti f’attivitajiet politiċi.

Ġerarkija tal-qrati

Qrati distrettwali, u qrati amministrattivi u industrijali

Il-qrati distrettwali u l-qrati amministrattivi u industrijali jisimgħu kawżi fl-ewwel istanza. (Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kawżi jinstemgħu fl-ewwel istanza mill-qrati lokali u l-qrati industrijali).

Qorti amministrattiva u industrijali tisma’ kawżi li jikkonċernaw ir-reviżjoni ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet amministrattivi jew marbuta mal-impjiegi u relazzjonijiet simili (u kawżi oħrajn li jiġu rrinvjati quddiemhom skont il-liġi.

It-taqsimiet jistgħu jiġu stabbiliti fi ħdan il-qrati distrettwali u l-qrati amministrattivi u industrijali għall-immaniġġjar ta’ tipi speċifiċi ta’ kawżi.

Qrati ġenerali

Il-qrati ġenerali jisimgħu kawżi fl-ewwel istanza fejn tipprovdi dan il-liġi, u jisimgħu anki l-appelli mressqa minn deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati lokali u l-qrati industrijali qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 jew mill-qrati distrettwali jew mill-qrati amministrattivi jew industrijali wara l-1 ta’ Jannar 2013.

Il-qrati ġenerali joperaw fil-forma ta’ bordijiet (tanács), taqsimiet u diviżjonijiet (kollégium) kriminali, ċivili, ekonomiċi, amministrattivi u industrijali. Diversi diviżjonijiet jistgħu jiffunzjonaw ukoll kollettivament.

Kawżi speċifiċi jinstemgħu minn tribunali militari (katonai tanács) fi qrati ġenerali magħżula u b’oqsma ta’ ġuriżdizzjoni definiti.

Qrati tal-Appell Reġjonali

Regional courts of appeal operate in Debrecen, Szeged, Budapest, Győr and Pécs. Dawn il-qrati jisimgħu l-appelli mressqa mid-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati lokali u l-qrati ġenerali qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 jew mill-qrati distrettwali u ġenerali wara l-1 ta’ Jannar 2013 f’kawżi speċifikati mil-liġi, u jisimgħu kawżi oħrajn irrinvijati bil-liġi għall-ġuriżdizzjoni tagħhom. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-appelli f’kawżi amministrattivi jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell ta’ Budapest.

Il-qrati reġjonali tal-appell għandhom bordijiet u diviżjonijiet kriminali u ċivili. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Qorti tal-Appell ta’ Budapest għandha wkoll diviżjoni amministrattiva.

Oqsma ta’ ġuriżdizzjoni

  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Szeged: il-kontea ta’ Csongrád, ta’ Bács-Kiskun u ta’ Békés;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Pécs: il-kontea ta’ Baranya, ta’ Somogy, ta’ Tolna u ta’ Zala;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Debrecen: il-kontea ta’ Hajdú-Bihar, ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén, ta’ Jász-Nagykun-Szolnok u ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Győr: il-kontea ta’ Győr-Moson-Sopron, ta’ Komárom-Esztergom, ta’ Vas u ta’ Zala;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Budapest: Budapest, il-kontea ta’ Fejér, il-kontea ta’ Heves, il-kontea ta’ Pest u l-kontea ta’ Nográd.

Il-Kúria (il-Qorti Suprema)

Il-Kúria hija l-korp ġudizzjarju suprem tal-Ungerija u għandha s-sede tagħha f’Budapest. Il-Kúria jew il-Qorti Suprema tiżgura li l-qrati japplikaw il-liġi b’mod uniformi u tadotta deċiżjonijiet li jarmonizzaw il-liġijiet għal dan il-għan u li jorbtu lill-qrati kollha.

Il-President tal-Qorti Suprema jiġi elett mill-Parlament Ungeriż, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tar-Repubblika. Imħallef wieħed biss jista’ jiġi elett bħala President tal-Qorti Suprema. Il-President tar-Repubblika jaħtar lill-Viċi Presidenti tal-Qorti Suprema fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti Suprema.

Il-Kúria (il-Qorti Suprema)

  • tisma’ l-appelli mressqa mid-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati ġenerali u mill-qrati reġjonali tal-appell (f’każijiet speċifikati mil-liġi);
  • tisma’ azzjonijiet għal stħarriġ (felülvizsgálati kérelem);
  • tadotta deċiżjonijiet li jarmonizzaw il-liġijiet (jogegységi határozat) li jorbtu lill-qrati kollha tal-ġustizzja;
  • tanalizza l-ġurisprudenza stabbilita mis-sentenzi finali, u tawditja u tirrevedi l-prattika ta’ aġġudikazzjoni ġenerali tal-qrati;
  • tadotta d-deċiżjonijiet ġudizzjarji u s-sentenzi ta’ prinċipju legali;
  • tadotta deċiżjonijiet dwar l-inkompatibbiltà tad-digrieti tal-awtoritajiet lokali ma’ liġijiet oħrajn u dwar l-annullament ta’ tali digrieti;
  • tadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu li awtorità lokali tkun naqset milli tilħaq l-obbligu tagħha li tadottata leġiżlazzjoni, kif speċifikat bil-liġi, u
  • tisma’ kawżi oħrajn irrinvijati għall-ġuriżdizzjoni tagħha.

Il-Qorti Suprema tikkonsisti f’bordijiet ta’ aġġudikazzjoni u ta’ armonizzazzjoni (ítélkező és jogegységi tanács), f’bordijiet li jikkonċernaw l-amministrazzjoni muniċipali u d-deċiżjonijiet ta’ prinċipju legali, kif ukoll f’diviżjonijiet (kollégium) kriminali, ċivili u amministrattivi u industrijali u f’taqsimiet għal analiżi tal-ġurisprudenza.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Malta

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati f’Malta.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Bażikament, is-sistema ġudizzjarja Maltija hija sistema fuq żewġ livelli li tinkludi qorti tal-ewwel istanza ppreseduta minn imħallef jew minn maġistrat, u qorti tal-appell. Il-Qorti tal-Appell fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha tkun magħmula minn tlett imħallfin u tisma’ appelli minn qorti tal-ewwel istanza ppreseduta minn imħallef. Il-Qorti tal-Appell fil-Ġurisdizzjoni Inferjuri tagħha hi ppreseduta minn imħallef wieħed u tisma’ appelli minn qorti tal-ewwel istanza ppreseduta minn maġistrat. Hemm ukoll diversi tribunali li jittrattaw oqsma speċifiċi tal-liġi u għandhom gradi differenti ta’ kompetenza. L-appelli minn deċiżjonijiet mogħtija minn kwalunkwe wieħed minn dawn it-Tribunali kważi kollha jiġu ttrattati mill-Qorti tal-Appell fil-Ġurisdizzjoni Inferjuri tagħha filwaqt li oħrajn jiġu ttrattati mill-Qorti ta’ l-Appell fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha.

Id-Direttur Ġenerali (Qrati), li jinħatar mill-Prim Ministru, huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-qrati. Huwa jkun assistit mir-Reġistratur (Qrati u Tribunali Ċivili), mir-Reġistratur (Qrati u Tribunali Kriminali), mir-Reġistratur (Qrati u Tribunali Għawdxin), u mid-Direttur (Servizzi ta’ Appoġġ).

Id-Direttur Ġenerali (Qrati) huwa responabbli mill-ġestjoni u mill-amministrazzjoni tad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja, inklużi r-reġistri, l-arkivji u servizzi oħrajn, u jmexxi wkoll id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja. L-uffiċjali eżekuttivi tal-qrati kollha li jwettqu xogħolhom fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja jieħdu l-istruzzjonijiet tagħhom mingħand, u jwieġbu ta’ għemilhom lid-Direttur Ġenerali (Qrati).

Tipi ta' qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Tista’ ssib deskrizzjoni fil-qosor ta’ kull qorti fit-tabella ta’ hawn taħt.

Ġerarkija tal-qrati

Il-Qorti tal-Appell

It-tieni istanza

Appell

Il-Qorti tal-Appell tisma’ l-appelli mill-qrati ċivili kemm fil-ġurisdizzjoni superjuri kif ukoll f’dik inferjuri.

(i) Din il-qorti tisma’ l-appelli mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja).

(ii) L-appelli mill-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisidizzjoni ċivili tagħha, mit-Tribunal għal Talbiet Żgħar u mit-tribunali amministrattivi wkoll jinstemgħu minn din il-qorti.

(i) Magħmula minn tlett imħallfin.

(ii) Magħmula minn imħallef wieħed.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali

It-tieni istanza

Appell

Din il-Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha tisma’ l-appelli ta’ persuni misjuba ħatja mill-Qorti Kriminali.

Din il-Qorti fil-Gurisdizzjoni Inferjuri tagħha tisma’ l-appelli rigward kawżi li ġew deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali.

Magħmula minn tlett imħallfin

Magħmula minn imħallef wieħed

Il-Qorti Kriminali

L-ewwel istanza

Din il-qorti sservi bħala qorti kriminali u tisma’ kawżi kriminali li jmorru lil hinn mill-kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati.

Ippreseduta minn imħallef li jista’ jkollu miegħu ġurija ta’ disa’ persuni

Il-Qorti Ċivili:

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja)



Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)

L-ewwel istanza

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tisma’ l-kawżi ċivili u/jew kummerċjali kollha li jmorru lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Maġistrati. Fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha, tisma’ wkoll il-kawżi marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali li huma protetti mill-Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertaijiet Fundamentali.

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja) hija qorti b’ġurisdizzjoni volontarja u hija responsabbli mill-interdizzjoni jew mill-inabilitazzjoni tal-persuni mentalment instabbli, min-nomina ta’ tuturi għall-istess persuni, mill-ftuħ tas-suċċessjonijiet u mill-konferma tal-eżekuturi testamentarji. Tieħu ħsieb iżżomm ukoll it-testmenti sigrieti.

Din il-qorti tisma’ l-kawżi kollha marbuta ma’ kwistjonijiet familjari bħal annullamenti taż-żwiġijiet, separazzjoni personali, divorzju, manteniment u kustodja tat-tfal.

Ippreseduta minn imħallef

Ippreseduta minn imħallef

Ippreseduta minn imħallef

Il-Qorti tal-Maġistrati

L-ewwel istanza

Fil-qasam ċivili, il-Qorti tal-Maġistrati għandha biss ġurisdizzjoni inferjuri tal-ewwel istanza, b’mod ġenerali limitata għat-talbiet li ma jaqbżux il-€15,000.

Fil-qasam kriminali, il-Qorti għandha ġurisdizzjoni doppja: bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali rigward il-kawżi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, u bħala qorti istruttorja rigward reati li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali.

(i) Qorti ta’ Gudikatura Kriminali – din il-Qorti għandha l-kompetenza li tisma’ l-kawżi kollha relatati ma’ reati li jġorru piena sa 6 xhur priġunerija.

(ii) Qorti Istruttorja – il-Qorti tmexxi l-inkjesta preliminari rigward id-delitti u tirrinvija l-atti rilevanti lill-Avukat Ġenerali. Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-akkużat, l-Avukat Ġenerali jista’ jirrinvija l-każijiet li jġorru piena sa 10 snin ħabs lura quddiem il-Qorti tal-Maġistrati biex tisma’ u tiddeċiedi l-każ.

Ippreseduta minn maġistrat

Il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex

L-ewwel istanza

Fil-qasam ċivili, il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex għandha ġurisdizzjoni doppja:

ġurisdizzjoni inferjuri paragunabbli għal dik eżerċitata mill-kontroparti tagħha f’Malta, u ġurisdizzjoni superjuri, bl-istess kompetenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, iżda eskluża l-ġurisdizzjoni kostituzzjonali, u tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja).

Fil-qasam kriminali, il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex għandha l-istess kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali u bħala Qorti Istruttorja.

Ippreseduta minn maġistrat

Il-Qorti tal-Minorenni

L-ewwel istanza

Il-Qorti tal-Minorenni tisma’ l-akkużi fil-konfront ta’, u tieħu ħsieb proċedimenti oħrajn marbuta ma’ minorenni li għandhom inqas minn 16-il sena u tista’ anki tagħmel ordnijiet ta’ kura.

Ippreseduta minn maġistrat u żewġ membri

Tribunal għal Talbiet iż-Żgħar

L-ewwel istanza

It-Tribunal jiddeċiedi b’mod sommarju, skont il-prinċipji tal-ekwità u tal-liġi, fuq talbiet ta’ inqas minn €5000.

Ippresedut minn Ġudikatur

Bażijiet tad-dejta legali

Is-sit elettroniku uffiċjali tal-Gvern tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jipprovdi diversi servizzi on line. Is-sit, bil-Malti u bl-Ingliż, jinkludi informazzjoni dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Intern, kif ukoll dwar il-qrati tal-ġustizzja, is-sistema ġudizzjarja u l-ġudikatura, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, is-servizzi tal-qorti u s-servizzi legali.

Dawn li ġejjin huma links għad-diversi possibiltajiet offruti taħt is-servizzi tal-qorti u s-servizzi legali:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Sentenzi Online

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Proċeduri tal-Qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Użu tal-Awli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Statistika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Bejgħ b’subbasti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Formoli Ċivili (bil-Malti)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEsperti tal-Qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi Legali (Liġijiet ta’ Malta)

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Olanda

Din il-paġna tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-qrati fin-Netherlands.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistemi ġudizzjarji

L-amministrazzjoni tal-qrati

Il-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) huwa parti mis-sistema ġudizzjarja, iżda ma jamministrax il-ġustizzja huwa stess. Huwa ħa r-responsabbiltà għal numru ta’ kompiti mill-Ministru għall-Ġustizzja. Dawn il-kompiti huma ta’ natura operattiva u jinkludu l-allokazzjoni tal-baġits, is-superviżjoni tal-ġestjoni finanzjarja, il-politika tal-persunal, l-ICT u l-akkomodazzjoni. Il-Kunsill jappoġġa lill-qrati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom f’dawn l-oqsma. Ingħata wkoll il-kompitu li jtejjeb il-kwalità tas-sistema ġudizzjarja u jagħti pariri dwar leġiżlazzjoni ġdida li jkollha implikazzjonijiet għal kif tiġi amministrata l-ġustizzja. Jaġixxi wkoll bħala kelliem għall-ġudikatura fid-dibattitu soċjali u politiku. Il-kompiti tal-Kunsill għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet operattivi (fl-iktar sens wiesa’ tat-terminu), kwistjonijiet baġitarji u l-aspetti kwalitattivi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Għandu rwol kruċjali fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-kontabilità tal-baġit tas-sistema ġudizzjarja. Is-sistema tal-baġit hija bbażata fuq sistema ta’ kejl tal-ammont ta’ xogħol li jkollu l-Kunsill. Il-Kunsill jinkoraġġixxi u jissorvelja l-iżvilupp ta’ proċeduri operattivi fit-tmexxija ta’ kuljum tal-qrati. Il-kompiti speċifiċi tiegħu huma relatati mal-politika tal-persunal, l-akkomodazzjoni, l-ICT u l-affarijiet esterni. Il-Kunsill għandu firxa ta’ setgħat statutorji formali, li jippermettulu jwettaq dawn il-kompiti. Pereżempju, għandu s-setgħa li joħroġ struzzjonijiet ġenerali vinkolanti fir-rigward tal-politika operattiva, għalkemm jippreferi jeżerċita din is-setgħa mill-inqas possibbli.

Il-Kunsill huwa responsabbli għar-reklutaġġ, l-għażla u t-taħriġ ta’ uffiċjali ġudizzjarji u tal-qorti. Huwa jwettaq il-kompiti tiegħu f’dawn l-oqsma f'konsultazzjoni mill-qrib mal-kunsilli tal-qorti. Il-Kunsill għandu vuċi sinifikanti fil-ħatra ta’ membri fil-kunsilli tal-qorti.

Il-kompitu tal-Kunsill fir-rigward tal-kwalità tas-sistema ġudizzjarja jinvolvi l-promozzjoni ta’ applikazzjoni uniformi tal-liġi u t-titjib tal-kwalità ġudizzjarja. Fid-dawl tas-sovrapożizzjoni fil-kontenut tas-sentenzi ġudizzjarji, il-Kunsill ma għandux setgħat vinkolanti f’dan il-qasam.

Il-Kunsill għandu wkoll rwol konsultattiv ġenerali. Huwa jagħti parir lill-gvern dwar liġijiet ġodda li għandhom implikazzjonijiet għas-sistema ġudizzjarja. Dan il-proċess iseħħ f’konsultazzjoni kontinwa mal-membri tal-kunsilli tal-qorti.

Għalkemm il-Kunsill għandu setgħat formali għad-dispożizzjoni tiegħu, ir-relazzjoni bejn il-Kunsill u l-qrati ma għandhiex titqies bħala ġerarkika. L-għan ewlieni tal-Kunsill huwa li jappoġġa lill-qrati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li d-diversi kompiti jitlestew kif suppost, il-Kunsill jikkonsulta regolarment mal-presidenti tal-qrati, mad-diretturi tal-operazzjonijiet, mal-kapijiet tas-settur u mal-Bord tar-Rappreżentanti (College van afgevaardigden – korp konsultattiv magħmul minn rappreżentanti mill-qrati).

Tipi ta’ qrati – deskrizzjoni qasira

Qrati distrettwali (rechtbanken)

In-Netherlands huma maqsuma fi 11-il distrett ġudizzjarju, kull wieħed bil-qorti tiegħu stess. Kull qorti għandha numru ta’ ċentri subdistrettwali. Il-qorti distrettwali hija magħmula minn mill-inqas erba’ setturi. Dawn dejjem jinkludu s-settur amministrattiv, is-settur ċivili, is-settur kriminali u s-settur subdistrettwali. Kawżi tal-familja u tal-minorenni ta’ spiss jitqiegħdu f’settur separat, kif ġieli jiġri wkoll f’kawżi li jinvolvu lill-barranin. Il-bord tal-qorti huwa liberu li jiddetermina kwistjonijiet bħal dawn.

Setturi

Subdistrett

Huwa relattivament sempliċi għaċ-ċittadini ordinarji li l-kawżi tagħhom jinstemgħu fis-settur subdistrettwali. Dan ifisser li għandhom id-dritt li jiddefendu ruħhom u ma għandhomx bżonn avukat biex jirrappreżentahom fil-qorti. F'termini tal-liġi ċivili, l-imħallef subdistrettwali jittratta l-kawżi kollha li jinvolvu kera, kuntratt ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri u impjieg, kif ukoll it-tilwimiet kollha li jinvolvu ammonti sa EUR 25 000.

Fil-liġi kriminali, l-imħallef subdistrettwali jittratta reati minuri biss. Ħafna drabi dawn huma kawżi li fihom il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku pproponew soluzzjoni. Jekk l-akkużat jirrifjuta li jaċċetta proposta bħal din, allura l-kawża tiġi ppreżentata quddiem l-imħallef tas-subdistrett. L-imħallef subdistrettwali ġeneralment jagħti sentenza orali immedjatament wara s-sessjoni.

Liġi kriminali

L-imħallfin fis-settur kriminali jittrattaw il-kawżi kriminali kollha li ma jiġux quddiem imħallef subdistrettwali. Dawn il-kawżi jistgħu jinstemgħu minn imħallef wieħed jew f’formazzjoni plenarja bi tliet imħallfin. Il-formazzjoni plenarja tittratta kawżi aktar kumplessi u l-kawżi kollha li fihom il-prosekuzzjoni titlob sentenza ta’ aktar minn sena ħabs.

Liġi ċivili/liġi tal-familja

Is-settur ċivili jittratta wkoll kawżi mhux speċifikament allokati lill-imħallef tas-subdistrett. Ħafna minn dawn huma deċiżi minn imħallef wieħed, iżda hawn ukoll, hemm formazzjonijiet plenarji bi tliet imħallfin biex jittrattaw kawżi aktar kumplessi. Numru ta’ qrati distrettwali għandhom settur separat għall-kawżi tal-familja u tal-minorenni. Din il-possibbiltà tintuża meta l-għadd ta’ każijiet bħal dawn ikun konsiderevoli.

Liġi amministrattiva

Minbarra ftit eċċezzjonijiet biss, it-tilwim amministrattiv jinstema’ mill-qorti distrettwali; f’ħafna każijiet is-smigħ mis-settur tal-liġi amministrattiva huwa preċedut minn proċedura ta’ oġġezzjoni quddiem l-awtoritajiet amministrattivi. Is-soltu dawn il-kawżi jinstemgħu minn imħallef wieħed, iżda hawnhekk ukoll, il-qorti distrettwali tista’ tiddeċiedi li taħtar tliet imħallfin f’kawża li tkun kumplessa jew li tinvolvi kwistjonijiet fundamentali. Jekk il-qorti distrettwali inkwistjoni ma jkollhiex settur separat biex jittratta l-kawżi li jinvolvu lill-barranin, kawżi bħal dawn jiġu ttrattati mis-settur tal-liġi amministrattiva jew minn diviżjoni tiegħu. F’kawżi li jinvolvu impjegati taċ-ċivil u kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, l-appell huwa kwistjoni għal tribunal ta’ appelli speċjali - it-Tribunal Ċentrali tal-Appelli (Centrale Raad van Beroep) – u, f’ħafna każijiet oħra, għad-Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling bestuursrechtspraak van de Raad van State).

Qrati tal-Appell (gerechtshoven)

Il-11-il distrett ġudizzjarju huma maqsuma f’erba’ oqsma ta’ ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Appell: The Hague, Amsterdam, Arnhem-Leeuwarden u 's-Hertogenbosch. Fir-rigward tal-liġi kriminali u ċivili, l-imħallfin tal-Qorti tal-Appell jittrattaw biss kawżi fejn ikun sar appell kontra s-sentenza mogħtija mill-qorti distrettwali. Il-Qorti tal-Appell teżamina mill-ġdid il-fatti tal-kawża u tasal għall-konklużjonijiet tagħha stess. Fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, huwa possibbli li tiġi kkontestata d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell b’appell fil-kassazzjoni lill-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad der Nederlanden). Minbarra kawżi kriminali u ċivili, il-Qorti tal-Appell tittratta wkoll l-appelli kollha kontra stimi tat-taxxa.

Tribunali Speċjali

It-Tribunal Ċentrali tal-Appelli (Centrale Raad van Beroep) huwa bord tal-appell li huwa prinċipalment attiv f’kawżi li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà soċjali u s-servizz ċivili. F’dawn l-oqsma, huwa l-ogħla awtorità ġudizzjarja. It-Tribunal huwa bbażat f’Utrecht.

It-Tribunal tal-Appelli dwar il-Kummerċ u l-Industrija (College van Beroep voor het bedrijfsleven) huwa qorti amministrattiva speċjali, li tiddeċiedi dwar tilwim fil-qasam tal-liġi amministrattiva soċjoekonomika. Barra minn hekk, dan it-tribunal tal-appelli jiddeċiedi wkoll dwar appelli relatati ma’ liġijiet speċifiċi, bħall-Att dwar il-Kompetizzjoni (Mededingingswet) u l-Att dwar it-Telekomunikazzjonijiet (Telecommunicatiewet). It-Tribunal huwa bbażat f’The Hague.

Il-Qorti Suprema (Hoge Raad)

Il-Qorti Suprema tan-Netherlands, li tinsab f’The Hague, teżamina jekk il-qorti inferjuri applikatx il-liġi kif suppost meta ħadet id-deċiżjoni tagħha. F’dan l-istadju, il-fatti tal-kawża kif stabbiliti mill-qorti inferjuri ma għadhomx soġġetti għal diskussjoni. L-appell fil-kassazzjoni għalhekk jaqdi funzjoni importanti fil-promozzjoni tal-unità tal-liġi.

Bażijiet tad-data legali

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit web ġenerali dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaġudikatura Netherlandiża.

Il-każistika tista’ tinstab f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi tad-data legali waħda.

L-aċċess għal dawn il-bażijiet tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-ġudikatura Netherlandiża

L-aħħar aġġornament: 06/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Awstrija

Din it-taqsima tal-Portal tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-qrati fl-Awstrija.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistema ġudizzjarja

Flimkien mal-fergħat leġiżlattivi u eżekuttivi, il-ġudikatura titqies bħala t-tielet pilastru tal-gvern f'pajjiż fejn jipprevali l-istat tad-dritt. Skont il-kostituzzjoni federali Awstrijaka, il-qrati ordinarji jappartjenu għal-livell federali tal-gvern. Is-sistema ġudizzjarja hija separata mis-sistema eżekuttiva fil-livelli kollha. Hemm ukoll oqsma ta’ ġustizzja amministrati minn tribunali indipendenti (weisungsfreie richterliche Senate) soġġetti għal regoli speċjali.

Is-sistema ġudizzjarja tal-Awstrija tinkludi - minbarra l-Ministeru Federali għall-Ġustizzja - il-qrati ordinarji, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku, il-ħabsijiet (ħabsijiet fejn jinżammu priġunieri għal proċess u ħabsijiet li jeżegwixxu sentenzi) u s-servizzi ta’ probation, li fil-parti l-kbira tagħhom huma mħaddma privatament:

  1. Il-qrati ordinarji (ordentliche Gerichte) huma istituzzjonijiet statali li jiddeċiedu dwar talbiet tad-dritt ċivili u dwar akkużi kriminali fi proċedimenti formali. Huma jiġu stabbiliti bil-liġi u jikkonsistu fi mħallfin indipendenti u imparzjali li ma jistgħux jitneħħew u lanqas jiġu trasferiti mill-kariga tagħhom, u huma marbuta biss bil-liġi.
  2. L-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku (Staatsanwaltschaften) huma korpi speċjali li huma separati mill-qrati. Il-kompitu ewlieni tagħhom huwa li jirrappreżentaw l-interess pubbliku fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali. Huma jidderieġu l-investigazzjoni preliminari fi proċedimenti kriminali, iressqu l-akkużi u jmexxu l-prosekuzzjoni. Huma meqjusa li jiffurmaw parti mis-sistema ordinarja tal-qorti.
  3. Il-ħabsijiet huma responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi u ordnijiet oħra ta’ detenzjoni.
  4. Is-servizzi ta’ probation huma wkoll parti mis-sistema ġudizzjarja. Huma jieħdu ħsieb persuni b'sentenzi kondizzjonali u priġunieri meħlusa taħt probation. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn il-kompiti ġew ittrasferiti f’idejn assoċjazzjonijiet privati li, madankollu, huma taħt is-sorveljanza tal-Ministeru Federali għall-Ġustizzja.

Il-Ministru Federali għall-Ġustizzja huwa l-kap tal-amministrazzjoni ġudizzjarja; il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja huwa wieħed mill-entitajiet amministrattivi supremi tal-Istat federali. Il-Ministru Federali huwa membru tal-gvern federali, u huwa inkarigat mill-ġestjoni politika u l-koordinazzjoni u s-sorveljanza ġenerali tal-entitajiet assoċjati u d-dipartimenti kollha.

Minbarra l-qrati ordinarji, l-Awstrija għandha wkoll Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof), Qorti Superjuri tal-Amministrazzjoni (Verwaltungsgerichtshof), u mill-1 ta’ Jannar 2014, qrati amministrattivi (Verwaltungsgerichte). Fil-livell federali, hemm Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht) u Qorti Federali tad-Dħul (Bundesfinanzgericht), it-tnejn li huma bbażati fi Vjenna, għalkemm jagħmlu seduti wkoll fi bliet oħra. F'kull provinċja, hemm qorti amministrattiva reġjonali (Landesverwaltungsgericht). Il-qrati amministrattivi huma barra mill-isfera ta’ responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

Il-qrati ordinarji jistgħu jinqasmu f'diversi livelli:

  • Qrati distrettwali (Bezirksgerichte)
  • Qrati reġjonali (Landesgerichte), magħrufin bħala “qrati tal-prim’istanza” (Gerichtshöfe erster Instanz)
  • Qrati reġjonali superjuri (Oberlandsgerichte), magħrufa wkoll bħala “qrati tat-tieni istanza” (Gerichtshöfe zweiter Instanz)
  • Il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)

Bażijiet tad-data legali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Ġustizzja Awstrijak jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Ġustizzja Awstrijak huwa mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Polonja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Polonja.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Il-Kapitolu VIII tal-Kostituzzjoni Pollakka jittratta dwar il-qrati u t-tribunali, u jelenka l-awtoritajiet vestiti bl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fil-Polonja, jiġifieri:

  • Il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy)
  • Il-Qrati Komuni (sądy powszechne)
  • Il-Qrati Amministrattivi (sądy administracyjne)
  • Il-Qrati Militari (sądy wojskowe)

Amministrazzjoni tal-qrati

Tipi ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Is-sistema tal-qrati komuni tinkludi l-qrati tal-appell (sądy apelacyjne), provinċjali (sądy okręgowe) u distrettwali (sądy rejonowe). Dawn il-qrati jiddeċiedu, fost affarijiet oħrajn, kawżi dwar il-liġi kriminali, ċivili, tal-familja u tal-minorenni, il-liġi kummerċjali, il-liġijiet tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali – ħlief għall-każijiet li huma kompetenza ta’ qrati speċjali oħrajn (eż., militari). Il-qrati komuni jżommu wkoll ir-reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki kif ukoll ir-reġistru tal-pledges, ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali u r-Reġistru Kriminali Nazzjonali.

Is-sistema tal-qrati amministrattivi tinkludi l-Qorti Amministrattiva Għolja (Naczelny Sąd Administracyjny) u l-qrati amministrattivi reġjonali – waħda għal kull provinċja (wojewódzkie sądy administracyjne).

Il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) hija l-ogħla awtorità ġudizzjarja fil-Polonja. Hija teżerċita s-superviżjoni ġudizzjarja fuq id-deċiżjonijiet tal-qrati l-oħrajn kollha, u tiżgura l-konsistenza fl-interpretazzjoni tal-liġijiet u l-prassi ġudizzjarja. Il-Qorti Suprema mhijiex qorti komuni.

Fis-sistema legali Pollakka, it-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny) ma jitqiesx bħala qorti komuni. It-Tribunal Kostituzzjonali jaġġudika:

  • Dwar il-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali
  • Dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma’ ftehimiet internazzjonali, li r-ratifika tagħhom hija meħtieġa qabel l-approvazzjoni mill-Parlament
  • Dwar il-konformità mal-Kostituzzjoni ta’ regolamenti legali maħruġa minn awtoritajiet ċentrali tal-istat, ftehimiet internazzjonali rratifikati u Atti leġiżlattivi.
  • Dwar il-kostituzzjonalità tal-għanijiet jew l-attivitajiet tal-partiti politiċi
  • Dwar ilmenti kostituzzjonali.

It-Tribunal tal-Istat (Trybunał Stanu) jaġġudika każijijet li fihom il-persuni li jokkupaw (jew li okkupaw) l-ogħla pożizzjonijiet fl-istat huma mixlija bi ksur tal-Kostituzzjoni jew Atti oħrajn leġiżlattivi.

Ġerarkija ta’ qrati

  • Qrati distrettwali (sądy rejonowe) – ġeneralment tal-ewwel istanza
  • Provinċjali (sądy okręgowe) – appell jew l-ewwel istanza f’xi każijiet
  • Appell (sądy apelacyjne) – appell
  • Il-Qorti Suprema – l-ogħla awtorità ġudizzjarja.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib links għall-informazzjoni dwar il-qrati komuni kollha, is-siti elettroniċi tagħhom u d-dettalji tal-kuntatt tagħhom (indirizzi, numri tat-telefon, e-mails eċċ.) fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Pollakk (informazzjoni dwar il-qrati).

L-aħħar aġġornament: 10/12/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Portugall

Din is-sezzjoni tagħtik ħarsa ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Portugall.

Qrati - Prinċipji Ġenerali

L-Artikoli 202 et seq. tal-Kostituzzjoni Portugiża jistabbilixxu l-prinċipji sottostanti l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-ħidma tal-qrati fil-Portugall. Il-qrati huma korpi sovrani bis-setgħa li jamministraw il-ġustizzja f'isem il-poplu. Huma responsabbli biex iħarsu d-drittijiet u l-interessi taċ-ċittadini protetti mil-liġi, jiprojbixxu l-ksur tal-istat tad-dritt demokratiku u jsolvu t-tilwim pubbliku jew privat.

Il-qrati huma indipendenti u huma soġġetti biss għal-liġi. Id-deċiżjonijiet tagħhom jorbtu lill-entitajiet pubbliċi u privati kollha u għandhom preċedenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet l-oħra kollha.

Is-seduti tal-qorti huma miftuħa għall-pubbliku, ħlief għal meta, sabiex tiġi mħarsa d-dinjità tal-persuna jew il-morali pubblika, jew biex tiżgura l-operat tagħha stess, il-qorti kkonċernata tiddeċiedi xort'oħra permezz ta' ordni bil-miktub li jistabbilixxi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja - is-sistema ġudizzjarja

Skont l-Artikoli 209 et seq. tal-Kostituzzjoni tiegħu, il-Portugall għandu żewg tipi separati ta' qrati – il-qrati ċivili u l-qrati amministrattivi. Il-Kostituzzjoni ssemmi wkoll qrati oħra – il-Qorti Kostituzzjonali (Tribunal Constitucional), il-Qorti tal-Awdituri (Tribunal de Contas), il-qrati tal-arbitraġġ (tribunais arbitrais) u l-Kummissarji tal-Ġustizzja (julgados de paz).

Fil-qasam ċivili, il-qrati ordinarji b'ġuriżdizzjoni ċivili u kriminali huma l-qrati ġudizzjarji, li huma mqassma fi tliet istanzi. F'ordni ta' importanza li tonqos progressivament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġerarkija u l-kamp ta' applikazzjoni territorjali hemm: il-Qorti Suprema (Supremo Tribunal de Justiça, b'ġuriżdizzjoni fuq il-pajjiż kollu), il-qrati tal-appell (tribunais da relação, qorti għal kull distrett ġudizzjarju u tnejn fid-distrett ġudizzjarju ta' Porto) u l-qrati tad-distrett (tribunais de comarca, fil-prim'istanza).

Il-qrati ġudizzjarji tal-prim'istanza jaqgħu fi tliet kategoriji, skont il-qasam tal-proċedimenti ġuridiċi u l-ammont inkwistjoni: qrati b'ġuriżdizzjoni ġenerali, qrati b'ġuriżdizzjoni speċjali (kawżi kriminali, kwistjonijiet tal-familja, minorenni, dritt tax-xogħol, kummerċ, kwistjonijiet marittimi u l-infurzar tas-sentenzi) jew b'ġuriżdizzjoni speċifika (ċivili, kriminali jew taqsimiet imħallta; qrati ċivili jew kriminali; qrati ċivili jew kriminali li jittrattaw kwistjonijiet minuri).

Il-qrati amministrattivi jinkludu l-qrati amministrattivi u tat-taxxa tal-prim'istanza, il-qrati amministrattivi ċentrali (fit-Tramuntana u n-Nofsinhar) u l-Qorti Suprema Amministrattiva (Supremo Tribunal Administrativo, li jkopru l-pajjiż kollu).

Il-kunflitti ta' ġuriżdizzjoni bejn il-qrati jiġu solvuti minn Tribunal de Conflitos, irregolat mil-liġi.

Tipi ta' qrati - deskrizzjoni qasira

Fis-sistema ġudizzjarja Portugiża, hemm dawn il-kategoriji ta' qrati li ġejjin:

  • Il-Qorti Kostituzzjonali, li għandha d-dmir prinċipali li tevalwa l-kostituzzjonalità jew il-legalità tal-liġijiet u r-regoli, kif ukoll il-kostituzzjonalità ta' nuqqas ta' promulgazzjoni tal-liġijiet;
  • Il-Qorti tal-Awdituri, li hija l-ogħla korp bis-setgħa li jevalwa l-legalità tan-nefqa pubblika, u tirrevedi l-kontijiet li l-liġi tirrikjedi li jiġu ppreżentati lilha;
  • Il-qrati ġudizzjarji, li għandhom ġuriżdizzjoni ġenerali fi kwistjonijiet ċivili u kriminali u ġuriżdizzjoni wkoll f'kull qasam mhux assenjat lil qrati oħra. Dawn il-qrati jinkludu l-Qorti Suprema tal-Ġustizzja, il-qrati ġudizzjarji tat-tieni istanza (bħala regola ġenerali, il-qrati tal-appell) u l-qrati ġudizzjarji tal-prim'istanza (bħala regola ġenerali, il-qrati tad-distrett).
  • Il-qrati amministrattivi u tat-taxxa, li huma responsabbli biex isolvu tilwim ġej minn tranżazzjonijiet amministrattivi u dwar it-taxxa. Dawn jinkludu l-Qorti Amministrattiva Suprema, il-qrati amministrattivi ċentrali, il-qrati amministrattivi distrettwali u l-qrati dwar it-taxxa.
  • Il-Kummissarji tal-ġustizzja, li huma qrati b'karatteristiċi speċjali u b'ġuriżdizzjoni fi proċedimenti ċivili fejn il-valur tat-talba ma taqbiżx il-EUR 15 000.
  • Fi żmien ta' gwerra, jistgħu jitwaqqfu wkoll il-qrati militari (tribunais militares).

Ħoloq utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal- Awdituri

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Appell ta' Lisbona

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Appell ta' Porto

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Appell ta'Coimbra

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qortital-Appell ta' Guimrães

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti SupremaAmministrattiva

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti AmministrattivaĊentrali, Nofsinhar

L-aħħar aġġornament: 04/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Rumanija

Din it-taqsima tal-Portal tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-qrati fir-Rumanija.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja - is-sistema ġudizzjarja

Il-prinċipji, l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja Rumena huma stipulati fil-Kostituzzjoni Rumena u fil-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja.

Il-qrati li ġejjin jifformaw is-sistema ġudizzjarja:

  • il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja;
  • il-qrati tal-appell;
  • it-tribunali;
  • it-tribunali speċjalizzati;
  • il-qrati distrettwali u
  • il-qrati militari.

Ġerarkija tal-qrati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja tiffunzjona bħala l-Qorti Suprema fir-Rumanija. Tiżgura li l-liġi tiġi interpretata u applikata b'mod uniformi mill-qrati l-oħra tal-liġi.

  • Il-15-il qorti tal-appell għandhom tribunali u tribunali speċjalizzati taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.
  • It-42 tribunal.huma organizzati fuq livell ta' kontea u f'Bukarest, u bħala regola jinsabu fil-belt prinċipali ta' kull kontea.
  • L-4 tribunali speċjalizzati jiffunzjonaw bħala qrati separati għal kawżi li jinvolvu minuri u liġi tal-familja (1) u għal kawżi kummerċjali (3).
  • It-tribunali għandhom 176 qorti distrettwali taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Tipi ta' qrati - deskrizzjoni qasira

Xi qrati jwettqu l-attività ġudizzjarja tagħhom taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kull wieħed mit-42 tribunal.

Kull wieħed mill-176 qorti funzjonanti hu organizzat fuq livell ta' kontea u fid-distretti ta' Bukarest.

Kull qorti hi mmexxija minn president b'kapaċità maniġerjali. It-taqsimiet speċjalizzati tal-qorti huma mmexxija minn president tat-taqsima. F'kull qorti, kumitat mexxej jiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta' governanza tal-qorti ġenerali.

Il-qrati militari huma organizzati f'4 tribunali militari, it-Tribunal Militari Territorjali f'Bukarest u l-Qorti tal-Appell Militari f'Bukarest. Kull wieħed mit-tribunali militari għandu l-istatus ta' unità militari.

  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Superjuri tal-Maġistratura huwa l-korp li, taħt il-Kostituzzjoni, jiżgura l-indipendenza tal-ġudikatura. Barra minn hekk, jiżgura l-osservanza tal-liġi u tal-kriterji ta' kompetenza u etiċi professjonali fil-prattika tal-professjonijiet ta' imħallfin u prosekuturi.
  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja jikkontribwixxi għall-iffunzjonar xieraq tas-sistema ġudizzjarja, jiżgura li l-ġustizzja timxi kif suppost taħt kundizzjonijiet xierqa bħala servizz pubbliku u jiddefendi l-ordni ġuridika u d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Dawn li ġejjin huma bażijiet tad-dejta disponibbli onlajn:

L-aċċess għall-bażi tad-dejta ġuridika hu b'xejn?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta ġuridika hu b'xejn.

Links rilevanti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-organizzazzjoni tal-ġustizzja - ir-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-tfittxija ta' qrati kompetenti

L-aħħar aġġornament: 10/02/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: is-Sloven diġà ġew tradotti.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Slovenja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-qrati fis-Slovenja.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja - sistemi ġudizzjarji

Il-qrati kollha fir-Repubblika tas-Slovenja huma qrati regolari, u jaġixxu skont il-prinċipji tal-kostituzzjonalità, l-indipendenza u tal-Istat tad-dritt.

Tipi ta' qrati - deskrizzjoni fil-qosor

Is-sistema ta’ qrati unifikata tikkonsisti minn qrati ta’ kompetenza ġenerali u speċjalizzata.

  • Qrati b'ġuriżdizzjoni ġenerali jinkludu 44 qorti lokali, 11 distrettwali u 4 superjuri u l-Qorti Suprema.
  • Il-qrati speċjalizzati jinkludu 3 qrati tax-xogħol, qorti soċjali u tax-xogħol waħda u qorti superjuri soċjali u tax-xogħol (li jiddeċiedu dwar tilwimiet relatati max-xogħol u dwar l-assikurazzjoni soċjali), u l-qorti amministrattiva), li tipprovdi protezzjoni ġuridika f'affarijiet amministrattivi u għandha l-istatus ta' qorti superjuri.

Il-prosekuzzjoni tal-Istat tokkupa post partikolari fis-sistema ġudizzjarja, peress li din hija awtorità tal-Istat indipendenti, iżda tifforma parti wkoll mill-fergħa eżekuttiva tal-poter. Il-Prosekutur Ġenerali tal-Istat jinħatar mill-Assemblea Nazzjonali.

Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-ogħla awtorità ġudizzjarja għall-protezzjoni tal-kostituzzjonalità, il-legalità, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet bażiċi. Din għandha l-poter li tannulla l-azzjonijiet tal-leġiżlatura, billi tannulla (twarrab) Att jew parti minn Att.

L-imħallfin kostituzzjonali jinħatru mill-Assemblea Nazzjonali, fuq proposta mill-President tar-Repubblika. Disa' mħallfin jiġu eletti għal perjodu ta' disa' snin, mingħajr ebda possibilità li jerġgħu jiġu eletti. L-ebda entità tal-Istat m’għandha l-awtorità li tindaħal fix-xogħol jew fid-deċiżjonijiet tal-imħallfin tal-qrati kostituzzjonali, speċjalizzati u dawk ġenerali.

Bażijiet tad-dejta legali

Għal aktar informazzjoni dwar il-Qrati fis-Slovenja żurIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-websajt uffiċjali tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKorpi ġudizzjarji

L-aħħar aġġornament: 02/11/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Slovakkja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sistema ġudizzjarja fis-Slovakkja.

Organizácia súdnictva – justičné systémy

Il-poter ġudizzjarju fis-Slovakkja jiġi eżerċitat mill-qrati ordinarji u minn qorti waħda speċjalizzata – il-Qorti Kostituzzjonali.

L-amministrazzjoni tal-qrati

L-amministrazzjoni ta’ qorti taqa’ fir-responsabilità tal-President tagħha. Il-President ta’ qorti għandu l-funzjonijiet li ġejjin:

  1. jiżgura li l-qorti tiġi ġestita u amministrata skont l-Att Nru 757/2004 dwar il-qrati u li jemeda ċerti atti;
  2. jaġixxi f’isem il-qorti, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi;
  3. iwettaq kompiti ġudizzjarji bħala mħallef li jippresjedi, membru ta’ kulleġġ ġudikanti jew imħallef skont it-tqassim tal-funzjonijiet u sakemm dan ma jxekkilx it-twettiq tad-dmirijiet skont il-punti 1 u 2.

Druhy súdov – krátky opis

Sústava súdov

  • okresné súdy
  • krajské súdy
  • osobitné súdy
  • Najvyšší súd Slovenskej republiky
  • Špecializovaný trestný súd

Hierarchia súdov

Skont l-Att Nru 757/2004 dwar il-qrati u li jemenda ċerti atti oħrajn:

  1. Il-qrati distrettwali għandhom il-funzjoni ta' qrati tal-prim’istanza f'kawżi ċivili u kriminali, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mir-regoli li jirregolaw il-proċeduri fil-qorti.
  2. Il-qrati distrettwali jisimgħu wkoll kawżi elettorali, meta dan ikun stipulat minn dispożizzjonijiet legali speċifiċi.
  3. Il-qrati reġjonali għandhom il-funzjoni ta’ qrati tat-tieni istanza f’kawżi ċivili u kriminali li fil-prim’istanza jinstemgħu mill-qrati distrettwali.
  4. Ir-regoli li jirregolaw il-proċeduri fil-qorti jispeċifikaw it-tipi ta’ kawżi ċivili u kriminali li fihom il-qrati reġjonali għandhom il-funzjoni ta’ qrati tal-prim’istanza.
  5. Il-qrati reġjonali għandhom il-funzjoni ta’ qrati tal-prim’istanza f’kawżi amministrattivi, ħlief meta l-liġi tiddisponi mod ieħor.
  6. Il-qrati reġjonali jisimgħu wkoll kawżi oħrajn, ħlief meta jkun dispost mod ieħor minn dispożizzjonijiet legali speċifiċi (l-Att Nru 166/2003 dwar il-protezzjoni tal-privatezza kontra użu mhux awtorizzat tat-teknoloġija informatika u li jemenda ċerti atti oħrajn, u l-Att dwar il-protezzjoni mill-interċettazzjoni tal-komunikazzjonijiet).
  7. Najvyšší súd koná a rozhoduje:
    • o riadnych opravných prostriedkoch proti rozhodnutiam krajských súdov a Špecializovaného trestného súdu, ak tak ustanovujú predpisy o konaní pred súdmi,
    • o mimoriadnych opravných prostriedkoch proti rozhodnutiam okresných súdov, krajských súdov, Špecializovaného trestného súdu a najvyššieho súdu, ak tak ustanovujú predpisy o konaní pred súdmi,
    • o sporoch o vecnej príslušnosti medzi súdmi a orgánmi verejnej správy,
    • o odňatí a prikázaní veci inému ako príslušnému súdu, ak tak ustanovuje predpis o konaní pred súdmi,
    • v iných veciach, ak to zákon alebo medzinárodná zmluva ustanovuje.

Najvyšší súd vykonáva prieskum rozhodovacej činnosti súdov v právoplatne skončených veciach.

Najvyšší súd dbá o jednotný výklad a jednotné používanie zákonov a iných všeobecne záväzných právnych predpisov:

  • vlastnou rozhodovacou činnosťou
  • prijímaním stanovísk k zjednocovaniu výkladu zákonov a iných všeobecne záväzných právnych predpisov
  • zverejňovaním právoplatných súdnych rozhodnutí zásadného významu v Zbierke stanovísk najvyššieho súdu a rozhodnutí súdov Slovenskej republiky.

Právne databázy

Ďalšie informácie sa uvádzajú na webovej stránke Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisterstva spravodlivosti Slovenskej republiky.

Súvisiace odkazy

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisterstvo spravodlivosti

L-aħħar aġġornament: 18/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Finlandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Finlandja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Finlandja.

Il-ġudikatura - is-sistema tal-qrati

Inġenerali, is-sistema ġudizzjarja Finlandiża tikkonsisti minn:

  • qrati tal-ġustizzja indipendenti; qrati ġenerali, qrati amministrattivi u qrati speċjali
  • l-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni
  • l-awtoritajiet ta’ infurzar (li jieħdu ħsieb l-infurzar tas-sentenzi)
  • is-servizz tal-ħabsijiet (li jimplimenta l-priġunerija)
  • għajnuna legali pubblika, avukati u rappreżentanti legali liċenzjati.

Il-ġudikatura tista' wkoll tirreferi biss għall-qrati.

L-Artikolu 98 tal-Kostituzzjoni Finlandiżajelenka d-diversi qrati tal-ġustizzja. Il-qrati ġenerali jikkonsistu fil-Qorti Suprema, il-qrati tal-appell u l-qrati distrettwali. Il-qrati amministrattivi ġenerali jikkonsistu fil-Qorti Amministrattiva Suprema u l-qrati amministrattivi lokali.

L-awtorità ġudizzjarja suprema fi kwistjonijiet ċivili u kriminali tiġi eżerċitata mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema u, fi kwistjonijiet amministrattivi, mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva Suprema. Iż-żewġ qrati supremi jissorveljaw ukoll l-applikazzjoni tal-liġi taħt il-kompetenza tagħhom.  Fil-Finlandja, hemm anki qrati speċjali, li huma stabbiliti bi statuti separati.

Il-pożizzjoni indipendenti u awtonoma tal-imħallfin tiġi ssalvagwardjata minn dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni, li tistabbilixxi li mħallef jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b’deċiżjoni tal-qorti. L-imħallfin ma jistgħux jiġu ttrasferiti minn pożizzjoni għal oħra mingħajr il-kunsens tagħhom, sakemm it-trasferiment ma jkunx parti minn riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qrati.

It-Taqsima 21 tal-Kostituzzjoni tistabbilixxi li kulħadd għandu d-dritt li l-kawża tiegħu jew tagħha tinstema’ mill-aktar fis possibbli u b’mod xieraq, f’qorti tal-ġustizzja legalment kompetenti jew minn xi awtorità oħra. Skont it-Taqsima 21(2) in-natura pubblika tal-proċedimenti u d-dritt għal smigħ u għal deċiżjoni motivata, u d-dritt ta’ appell kontra deċiżjoni huma ssalvagwardjati mil-liġi, bħalma huma garanziji oħrajn ta’ proċedimenti ġudizzjarji imparzjali u governanza tajba. It-Taqsima tistabbilixxi wkoll r-rekwiżiti tal-kwalità għall-proċedimenti ġudizzjarji.

Amministrazzjoni tal-qrati

Ħafna mid-dmirijiet u mir-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni ġudizzjarja u tal-iżvilupp tal-qrati jaqgħu primarjament taħt il-kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Informazzjoni addizzjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Sit elettroniku tal-Qrati Finlandiżi jinkludi informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Finlandja. Dan huwa portal uniku li jipprovdi informazzjoni dwar il-qrati, il-prosekuturi, l-awtoritajiet ta' infurzar u l-għajnuna legali.

Is-sit jinkludi, pereżempju, l-aktar ġurisprudenza reċenti mill-qrati tal-appell u mill-qrati amministrattivi.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi ta' dejta Finlex mingħajr ħlas tinkludi ġurisprudenza mill-qrati, l-Istatuti Elettroniċi tal-Finlanjda u traduzzjonijiet ta' atti u digrieti Finlandiżi.

L-aħħar aġġornament: 09/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Svezja

Din it-taqsima tipprovdik b’deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fl-Iżvezja.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Tipi ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Is-sistema ġudizzjarja normalment tirreferi għall-awtoritajiet u l-aġenziji li huma responsabbli għall-istat tad-dritt u għas-sigurtà legali. Il-qrati huma s-sinsla tas-sistema ġudizzjarja, li tinkludi fiha wkoll awtoritajiet li huma responsabbli għall-prevenzjoni tal-atti kriminali u l-investigazzjonijiet, inklużi dawn:

Awtoritajiet oħrajn, bħas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Infurzar, jista' jkollhom funzjonijiet konnessi mas-sistema ġudizzjarja.

Ġerarkija ta’ qrati

L-Isvezja għandha żewp tipi ta’ qrati paralleli:

  • Il-qrati ġenerali, li jittrattaw kawżi kriminali u ċivili.
  • Il-qrati amministrattivi ġenerali, li jittrattaw kawżi relatati mal-amministrazzjoni pubblika.

Il-qrati ġenerali huma organizzati f’sistema fuq tliet livelli: qrati distrettwali, qrati tal-appell u l-Qorti Suprema.

Il-qrati amministrattivi għandhom tliet livelli wkoll: qrati amministrattivi, qrati amministrattivi tal-appell u l-Qorti Amministrattiva Suprema. Barra minn dan, ġew stabbiliti xi qrati u tribunali speċjali sabiex jisimgħu tipi speċifiċi ta’ kawżi u kwistjonjiet.

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli għal kwistjonijiet li jinvolvu lill-qrati, inklużi l-kodiċijiet ta' proċedura u l-organizzazzjoni tal-qrati. Madankollu, la l-gvern u lanqas xi aġenzija oħra ma għandhom l-awtorità li jiddeċiedu kif tiddeċiedi qorti fil-każijiet individwali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali hija l-aġenzija amministrattiva ċentrali għall-qrati pubbliċi, għall-qrati amministrattivi pubbliċi, għat-tribunali reġjonali dwar il-pussess tal-proprjetà, għat-tribunali reġjonali dwar il-kirjiet u għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità Nazzjonali dwar l-Għajnuna Legali.

L-aħħar aġġornament: 06/11/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - L-Ingilterra u Wales

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali u fil-qosor tal-qrati fl-Ingilterra u f’Wales.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Ir-Renju Unit għandu tliet ġuriżdizzjonijiet: l-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq. F’din il-paġna qed jiġu diskussi l-qrati fil-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u ta’ Wales.

Amministrazzjoni tal-qrati

Ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ ħafna mill-qrati fl-Ingilterra u Wales hija tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHMCTS). L-HMCTS huwa aġenzija tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja, id-dipartiment tal-gvern responsabbli mis-sistema tal-ġustizzja fl-Ingilterra u f’Wales.

Tipi u ġerarkija ta' qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Il-kawżi kriminali fl-Ingilterra u f’Wales jinstemgħu fil-qrati tal-maġistrati, fil-Qorti tal-Kuruna, fil-qrati diviżjonali tal-Qorti Superjuri u fit-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell.

Il-kawżi ċivili fl-Ingilterra u f’Wales jinstemgħu fil-qrati tal-kontej, fil-Qorti Superjuri u fit-taqsima ċivili tal-Qorti tal-Appell.

Il-Qorti Suprema l-ġdida tar-Renju Unit hija l-qorti finali tal-appell fir-Renju Unit kemm għall-kawżi kriminali kif ukoll għall-kawżi ċivili, għalkemm il-kawżi kriminali Skoċċiżi m’għandhomx id-dritt ta’ appell quddiem il-Qorti Suprema.

Tista’ ssib iktar informazzjoni dettaljata dwar il-qrati fl-Ingilterra u Wales fil-paġna li tiddeskrivi l-qrati ordinarji fl-Ingilterra u Wales u fis-sit elettroniku tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha. L-informazzjoni dwar uħud mit-tribunali u mill-qrati speċjalizzati fl-Ingilterra u Wales tista’ ssibha fil-paġna li tiddeskrivi l-qrati speċjalizzati fl-Ingilterra u Wales.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHMCTS, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

L-aħħar aġġornament: 12/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - L-Irlanda ta’ fuq

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-qrati tal-Irlanda ta' Fuq.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistemi ġudizzjarji

Ir-Renju Unit għandu tliet ġuriżdizzjonijiet: L-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq.

Tipi ta' qrati - deskrizzjoni qasira

Il-Qorti Suprema

Fl-2009, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit il-ġdida ħadet il-ġuriżdizzjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-House of Lords. Ħadet ukoll il-funzjonijiet devoluti mill-Kumitat Ġudizzjarju tal-Privy Council (l-ogħla qorti tal-appell f'diversi pajjiżi indipendenti tal-Commonwealth, territorji tar-Renju Unit extra-Ewropej u d-dipendenzi tal-Kuruna Brittanika).

Il-Qorti Suprema hija l-qorti finali tal-appell fir-Renju Unit kemm għal kawżi ċivili kif ukoll għal dawk kriminali, għalkemm il-kawżi kriminali Skoċċiżi m'għandhomx dritt ta' appell quddiem il-Qorti Suprema. Dawn il-kawżi normalment jingħataw permess iressqu appell quddiem il-Qorti Suprema biss jekk il-kawża tkun tinvolvi punti tal-liġi ta' importanza pubblika.

Il-Qorti tal-Appell

Il-Qorti tal-Appell tisma' l-appelli kriminali mill-Qorti tal-Kuruna u l-appelli ċivili mill-High Court

Il-High Court

Il-High Court tisma' kawżi ċivili, l-appelli mill-kawżi kriminali, u għandha wkoll is-setgħa li tirrevedi l-azzjonijiet ta' individwi jew organizzazzjonijiet biex tiżgura li jkunu mxew skont il-liġi u b'mod ġust. Il-High Court normalment tisma' kawżi li jkollhom valur ogħla minn £30 000. F'ċerti ċirkostanzi, kawża b'valur ta' aktar minn£30 000 tista' titressaq quddiem il-qorti tal-kontea mill-High Court u, bl-istess mod, kawża b'valur ta' inqas minn £30 000 tista' tintbagħat mill-qorti tal-kontea lill-High Court.

Il-High Court għandha tliet taqsimiet, kif ġej:

  • Id-Diviżjoni tal-Familja -
    tisma' kawżi kontenzjużi u kumplessi ta' divorzju, tutela, adozzjoni, vjolenza domestika eċċ. Tisma wkoll l-appelli mill-qrati tal-maġistrati u tal-kontea f'kawżi dwar iż-żwieġ, u l-kwistjonijiet ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali u kwistjonijiet sempliċi tal-probate.
  • Il-Queens Bench Division -
    tisma' kawżi kbar u/jew kumplessi dwar talbiet għal kumpens. Tisma' wkoll numru limitat ta' appelli mill-qrati tal-maġistrati jew il-qrati tal-Kuruna, tirrevedi l-azzjonijiet tal-organizzazzjonijiet biex tara mxewx b'mod legali, u tisma' l-kawżi tal-libell u l-malafama.
  • Iċ-Chancery Division -
    tisma' kawżi dwar it-trusts, it-testmenti kontestati, kumpanniji li għaddejjin minn stralċ, il-falliment, l-ipoteki, l-organizzazzjoniet ta' karità, id-dħul kontestat (normalment it-taxxa fuq id-dħul) eċċ.

Il-Qorti tal-Kuruna

Il-Qorti tal-Kuruna tisma' d-diversi tipi ta' kawżi li ġejjin:

  • Reati kriminali aktar serji li jridu jiġu deċiżi minn imħallef  uf'bosta każijiet minn ġurija
  • Kundanni fil-qrati tal-maġistrati li jitressqu quddiem il-Qorti tal-Kuruna għall-għoti ta' sentenza.

Pieni ta' ħabs u multi quddiem il-Qorti tal-Kuruna huma aktar serji minn dawk ta' quddiem il-qorti tal-maġistrati.

Il-Qorti tal-Kontea

Il-qrati tal-kontea jisimgħu il-kawżi ċivili u jitressqu quddiem imħallef jew imħallef tad-distrett. Il-qorti tal-kontea normalment tisma' kawżi b'valur ta' inqas minn £30 000 (jew £45 000 fi kwistjonijiet ta' ekwità). Il-kawżi b'valur ogħla jinstemgħu mill-High Court – ara aktar 'il fuq. It-talbiet kollha li joħorġu minn ftehimiet ta' kreditu regolati jridu jinġiebu quddiem il-qorti tal-kontea, ikun xi jkun il-valur tagħhom.

Eżempji ta' kawżi li tisma' l-qorti tal-kontea:

  • It-tilwim bejn sid il-kera u l-inkwilin: pereżempju, il-pussess (l-iżgumbrament), il-kera mhux imħallsa, it-tiswijiet
  • Tilwim tal-konsumatur: pereżempju, oġġetti jew servizzi difettużi
  • Talbiet minħabba offiżi fuq il-persuna (offiżi minħabba n-negliġenza): pereżempju, inċidenti tat-traffiku, inċidenti minħabba ħofor fil-bankini, aċċidenti fuq il-post tax-xogħol
  • Kawżi tad-divorzju kontumaċi, iżda biss f'ċerti qrati tal-kontea
  • Kawżi dwar diskriminazzjoni minħabba r-razza jew is-sess
  • Problemi ta' dejn: pereżempju, meta l-kreditur irid jitħallas
  • Problemi ta' impjiegi: pereżempju, pagi jew salarji li għadhom iridu jitħallsu jew indenniz fil-perjodu tal-avviż
  • Appelli mill-qorti tal-maġistrati li jinstemgħu minn imħallef (u mill-inqas żewġ imħallfin jekk l-akkużat huwa minorenni)

Kawżi tat-Talbiet Żgħar

Il-kawżi tat-talbiet iż-żgħar jinstemgħu wkoll mill-qorti tal-kontea. Bħala regola ġenerali, talba żgħira tikkonċerna talba b'valur ta' mhux aktar minn £3 000.

Il-Qorti tal-Maġistrati

Il-Qrati tal-Maġistrati jisimgħu kawżi kriminali u xi ftit ċivili. Il-kawżi jinstemgħu minn imħallef tad-distrett (qorti tal-Maġistrati).

  • Il-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti tal-Maġistrati
    Il-qrati tal-Maġistrati jittrattaw reati kriminali fejn l-akkużat m'għandux dritt għal proċess bil-ġurija. Dawn huma magħrufa bħala reati sommarji. Ir-reati sommarji iġibu magħhom piena massima ta' sitt xhur ħabs u/jew multa sa massimu ta' £5,000.
    Il-qrati tal-Maġistrati jittrattaw ukoll reati fejn l-akkużat jista' jagħżel li l-kawża tiegħu tinstema' minn ġurija iżda jiddeċiedi li l-kawża tieġħu tinstema' mill-qorti tal-Maġistrati. Jekk l-akkużat jagħżel li jidher quddiem ġurija, il-kawża titressaq quddiem il-Qorti tal-Kuruna.
  • Il-Qorti tal-Minorenni
    Il-qorti tal-minorenni tisma' kawżi kontra minorenni li jkunu wettqu reati kriminali, u li għandhom bejn l-10 u s-17 il-sena. Il-qorti tal-minorenni hija parti mill-qorti tal-maġistrati u l-kawżi jinstemgħu minn imħallef tad-distrett (tal-qorti tal-maġistrati) u żewġ imħallfin onorarji b'taħriġ speċjalizzat. Jekk il-minorenni jkun akkużat b'reat serju ħafna, li fil-każ ta' adult huwa punibbli b'piena ta' ħabs ta' 14-il sena jew aktar, il-qorti tal-minorenni tista' tressqu għal proċess quddiem il-Qorti tal-Kuruna.
  • Il-kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati
    Il-qrati tal-maġistrati jittrattaw numru limitat ta’ kawżi ċivili kif ġej:
    • Ċertu dejn ċivili: pereżempju, arretrati tat-taxxa fuq id-dħul, kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, arretrati tal-VAT, ħlas parzjali
    • Liċenzji: pereżempju, l-għoti, it-tiġdid jew il-konfiska tal-liċenzji għall-istabbilimenti tax-xorb u tad-divertiment
    • Ċerti problemi matrimonjali: pereżempju, il-manteniment u t-tkeċċija ta' konjuġi mid-dar matrimonjali
    • Il-benessri tat-tfal: pereżempju, care orders jew ordnijiet ta' superviżjoni mill-awtorità lokali, il-proċedimenti ta' adozzjoni u l-ordnijiet ta' residenza.

Il-Coroners' Court

Tinvestiga ċ-ċirkostanzi ta' mwiet f'daqqa, vjolenti jew mhux naturali.

Il-ġerarkija tal-qrati

Aktar dettalji u dijagramma tal-ġerarkija tal-qrati fl-Irlanda ta' Fuq jistgħu jinsabu fuq is-sit elettroniku tas- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq.

L-amministrazzjoni tal-Qrati

Ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni tal-qrati fil-ġuriżdizzjoni tal-Irlanda ta' Fuq hija f'idejn    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq.

Dan jinkludi:

  • L-għoti ta' appoġġ amministrattiv lill-qrati u l-ġudikatura tal-Irlanda ta' Fuq
  • L-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-qrati ċivili permezz ta' servizz ċentralizzat ta' eżekuzzjoni pprovdut mill-Uffiċċju tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi
  • L-għoti ta' għajnuna amministrattiva lil diversi Tribunali.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq

L-aħħar aġġornament: 28/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - Skozja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fl-Iskozja.

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Ir-Renju Unit għandu tliet ġuriżdizzjonijiet: L-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq.

L-amministrazzjoni tal-qrati

Fl-Iskozja, is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati Skoċċiżi huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qrati. Is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi (SCS) huwa entità inkorporata ppreseduta mil-Lord President, l-iktar imħallef anzjan fl-Iskozja.

Tipi u ġerarkija ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor tal-qrati ewlenin

L-organizzazzjoni tal-qrati diversi fl-Iskozja hija kif ġej:

Il-proċedura fil-qrati kriminali hija mqassma f’"solenni" (il-kawżi l-aktar serji li jinvolvu smigħ b’ġuri) u "sommarji" (kawżi inqas serji mismugħa minn imħallef wieħed).

Il-High Court of Justiciary hija ppreseduta mil-Lord Justice General, li huwa wkoll il-Lord President. Din hija l-qorti kriminali suprema tal-pajjiż, li tittratta l-iktar kawżi serji, bħal omiċidji u stupri. Hija taġixxi wkoll bħala l-aħħar qorti tal-appell kriminali finali.

Il-parti l-kbira tal-kawżi kriminali, kemm solenni u kemm sommarji, ikunu ttrattati mill-Qorti tax-Sheriff u kawżi sommarji inqas serji jkunu ttrattati mill-Qorti tal-Kummissarju tal-Ġustizzja. Din tal-aħħar hija ppreseduta minn kummissarji tal-ġustizzja (li huma ġudikanti mhux professjonali li jippresedu flimkien ma' konsulent ikkwalifikat fil-liġi, jew maġistrati bi stipendju li jkunu kkwalifikati fil-liġi).

Il-qrati ċivili jisimgħu kawżi dwar firxa ta' materji u jsolvu t-tilwim; fosthom l-irkupri ta' djun, kawżi tal-familja u kawżi kummerċjali. Il-Court of Session hija l-qorti ċivili suprema fl-Iskozja. Hija għandha awla esterna, li tisma’ kawżi inizjalment qabel kull appell, u awla interna, li tisma’ l-iktar l-appelli. L-imħallef prinċipali huwa l-Lord President.

Jista’ jsir appell dwar punti tal-liġi lill-Qorti Suprema l-ġdida tar-Renju Unit.

Il-qrati tax-sheriff jistgħu jisimgħu kawżi simili għal dawk mibdija fil-Court of Session, iżda wkoll jipprovdu proċeduri semplifikati għal kawżi ta’ valur mhux aktar minn GBP 5 000, fejn l-assistenza minn rappreżentanti legali ma tkunx meħtieġa.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar qrati fl-Iskozja tinsab fis-sit elettroniku tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati Skoċċiżi.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Gvern Skoċċiż

L-aħħar aġġornament: 18/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.