Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

Suċċessjonijiet

L-Irlanda ta’ fuq
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Kunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

It-trasferiment causa mortis jista’ jsir bi proċess tal-liġi (jiġifieri fejn ma jkunx hemm testment) jew skont testment. Ma hemm l-ebda rekwiżit biex isir testment. Madankollu, jekk isir testment, dan ikun jista’ jiġi abbozzat mit-testatur bl-assistenza ta’ ġurista jew mingħajrha. Ma hemm l-ebda rekwiżit għal parir legali jew għall-involviment ta' ġurista.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testment jiġi rreġistrat. Madankollu, il-Qorti Superjuri (High Court) fl-Irlanda ta’ Fuq iżżomm testment bi ħlas.

It-testment jgħaddi l-patrimonju f'idejn l-eżekuturi (ir-rappreżentanti personali) tal-persuna deċeduta mal-mewt. Dan ma jittrasferix il-proprjetà.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Iva, jista’ jkun hemm restrizzjonijiet marbuta mal-proprjetà. Pereżempju, jekk il-proprjetà tinżamm minn Koinkwilini, din tgħaddi awtomatikament lill-Koinkwilin(i) superstiti (dan il-proċess jissejjaħ survivorship).

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk u sa fejn il-persuna deċeduta ma tħallix testment validu, il-patrimonju jitqassam skont ir-regoli ab intestato speċifikati fl-Att tal-1955 dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonji (l-Irlanda ta' Fuq) (Administration of Estates Act (Northern Ireland) 1955) (kif emendat).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-patrimonju jgħaddi f'idejn ir-rappreżentanti personali tal-persuna deċeduta. Dawn jistgħu jitolbu lill-qorti għall-konċessjoni ta' rappreżentanza (probate fil-każ ta' testment u ittri tal-amministrazzjoni fil-każ ta' mewta intestata). Il-konċessjoni se tikkonferma l-awtorità tagħhom biex jamministraw il-patrimonju skont it-testment jew ir-regoli ab intestato skont il-każ. It-tilwim dwar l-intitolament għas-suċċessjoni jew il-konċessjoni jista' jinġab il-qorti. Il-proċedimenti fil-qorti huma rregolati mir-Regoli tal-1981 tal-Qorti tal-Kontea (l-Irlanda ta' Fuq) (County Court Rules (NI) 1981) u r-Regoli tal-1980 tal-Qorti ta' Ġudikatura (l-Irlanda ta' Fuq) (Rules of the Court of Judicature (NI) 1980).

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

L-eżekuturi huma responsabbli għall-identifikazzjoni u l-ġbir tal-assi tal-persuna deċeduta fil-patrimonju, għall-ħlas tad-dejn tal-persuna deċeduta (inkluża t-taxxa fuq il-wirt) u d-distribuzzjoni tal-bqija lill-benefiċjarji skont it-testment jew ir-regoli ab intestato.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Mal-mewt tal-persuna deċeduta jew, fil-każ ta' benefiċjarji li jmutu waqt l-amministrazzjoni tal-patrimonju, mal-mewt tal-persuna intitolata preċedentement.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le. Id-djun jitħallsu mill-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

L-eżekuturi jittrasferixxu l-proprjetà immobbli lill-benefiċjarju intitolat matul l-amministrazzjoni tal-patrimonju. Il-benefiċjarju jista' jkollu jippreżenta provi tal-konċessjoni tar-rappreżentanza u t-trasferiment lir-Reġistru tal-Artijiet jew lir-Reġistru tal-Atti skont ir-Regoli tal-1994 tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (l-Irlanda ta' Fuq) (Land Registration Rules (Northern Ireland) 1994) jew ir-Regoli tal-1997 dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Atti (l-Irlanda ta' Fuq) (Registration of Deeds Regulations (Northern Ireland) 1997).

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

L-eżekuturi jamministraw il-patrimonju u jqassmu l-assi netti. Il-forma tat-trasferiment tal-assi tiddependi min-natura tal-assi. Xi oġġetti jistgħu jiġu kkonsenjati bil-pussess. Flejjes jistgħu jitħallsu b'ċekk. Ara l-mistoqsija 9 rigward artijiet.

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 24/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.