

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Kunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)
a) Testmenti: Testment ikun validu jekk jimxi mal-forma ddeterminata fl-Att dwar il-Wirt (minn hawn 'il quddiem: ZD) u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-att.
Iz-ZD jagħraf il-forom għat-testmenti li ġejjin: testment olografiku, testment iffirmat fil-preżenza ta' xhieda, testment ġudizzjarju, testment orali, testment imħejji f'pajjiż ieħor, testment imħejji abbord bastiment Sloven, testment imħejji waqt stat ta' emerġenza jew gwerra, u testment internazzjonali.
Iz-ZD jistipula dan li ġej fir-rigward tar-rekwiżiti relatati mal-forma tat-testment:
Testment olografiku jkun validu jekk it-testatur ikun kitbu u ffirmah hu stess (l-Artikolu 63(1) taz-ZD).
Testatur li jkun jaf jikteb u jaqra jħejji testment iffirmat fil-preżenza ta' xhieda billi jiffirma, personalment u fil-preżenza ta' żewġ xhieda, dokument imħejji f'ismu minn persuna oħra u jiddikjara quddiem dawk ix-xhieda li dak huwa t-testment tiegħu. Ix-xhieda jiffirmaw isimhom fuq it-testment stess f'postskritt bl-effett li jkunu qed jiffirmaw bħala xhieda, meta dan il-postskritt ma jkunx kundizzjoni li jivvalida t-testment (l-Artikolu 64 taz-ZD).
Testment tal-qorti jista' jitħejja għal testatur, wara talba minnu, mill-imħallef ta' qorti kompetenti li l-ewwel jistabbilixxi l-identità tat-testatur. It-testatur imbagħad jaqra u jiffirma t-testment u l-imħallef jikkonferma fuq it-testment li t-testatur qrah u ffirmah fil-preżenza tiegħu. Jekk it-testatur ma jkunx jaf kif jaqra t-testment imħejji mill-imħallef, jew ma jkunx jista', l-imħallef jaqra t-testment lit-testatur fil-preżenza ta' żewġ xhieda. It-testatur imbagħad jiffirma t-testment fil-preżenza tal-istess xhieda jew jagħmel il-marka tiegħu fuqu wara li jiddikjara li dan hu t-testment tiegħu. Imbagħad ix-xhieda jiffirmaw it-testment huma (l-Artikoli 65 u 66 taz-ZD).
Testment imħejji f'pajjiż ieħor jista' jitħejja għal ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja f'pajjiż ieħor, b'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-tħejjija tat-testmenti tal-qorti, minn rappreżentant konsulari jew rappreżentant diplomatiku tar-Repubblika tas-Slovenja li jwettaq materji konsulari (l-Artikolu 69 taz-ZD).
Il-kaptan tal-vapur jista' jħejji testment abbord bastiment Sloven b'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-tħejjija ta' testment ġudizzjarju. It-testment ma jibqax validu ladarba jgħaddu 30 jum minn meta t-testatur jirritorna fir-Repubblika tas-Slovenja (l-Artikolu 70 taz-ZD).
Testment imħejji waqt stat ta' emerġenza jew gwerra: waqt stat ta' emerġenza jew gwerra, kmandant tal-kumpanija jew kmandant ta' unità ekwivalenti jew ogħla, jew ħaddieħor fil-preżenza ta' kmandant, jista' jħejji testment għal membru tal-persunal militari b'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-tħejjija ta' testment ġudizzjarju. It-testment ma jibqax validu ladarba jgħaddu 60 jum minn tmiem l-istat ta' emerġenza jew gwerra jekk is-servizz militari tat-testatur ikun intemm qabel dan jew jintemm wara, jew 30 jum wara li t-testatur ikun temm is-servizz militari tiegħu (l-Artikolu 71 taz-ZD).
Testment internazzjonali jrid jitħejja f'forma miktuba. Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testatur jikteb it-testment b'idu, u t-testment jista' jinkiteb fi kwalunkwe lingwa, bl-idejn jew b'xi mod ieħor. L-imħallef ta' qorti kompetenti jista' jħejji testment internazzjonali wara talba ta' testatur, filwaqt li għal ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja li jinsab f'pajjiż ieħor, dan jista' jsir minn rappreżentant diplomatiku jew konsulari msemmi fl-Artikolu 69 taz-ZD (minn hawn 'il quddiem: persuna awtorizzata). It-testatur irid jiddikjara, fil-preżenza ta' żewġ xhieda u persuna awtorizzata, li dak ikun it-testment tiegħu u li huwa konxju mill-kontenut tiegħu, u jiffirma t-testment fil-preżenza tagħhom jew, jekk ikun diġà ffirma t-testment, jagħraf u jikkonferma li l-firma hija tiegħu. Jekk it-testatur ma jkunx jista' jiffirma, jinforma lill-persuna awtorizzata b'din ir-raġuni. Il-persuna awtorizzata tniżżel dan fit-testment. It-testatur jista, minbarra dan, jitlob li persuna oħra tiffirma t-testment f'ismu. Ix-xhieda u l-persuna awtorizzata jannettu l-firem tagħhom, fil-preżenza tat-testatur, f'postskritt li jiddikjara li ffirmaw bħala xhieda jew bħala l-persuna awtorizzata (l-Artikolu 71a taz-ZD). L-att jipprovdi wkoll iktar dettalji ta' min jista' jagħmilha ta' xhud f'testment internazzjonali (l-Artikolu 71b), il-firem u d-dati annessi ma' testment internazzjonali (l-Artikolu 71c), iż-żamma ta' testment internazzjonali (l-Artikolu 71č), it-tħassir ta' testment internazzjonali (l-Artikolu 71d), il-konferma ta' testment internazzjonali (l-Artikolu 71e), il-konferma li testment internazzjonali huwa validu (l-Artikolu 71f) u l-validità li tirrigwarda l-forma u l-formalitajiet tal-firem (l-Artikolu 71g).
Testmenti orali: testatur jista' jaħlef it-testment tiegħu oralment quddiem żewġ xhieda biss jekk ċirkostanzi eċċezzjonali jwasslu biex ma jkunx jista' jħejji testment bil-miktub. Testment orali ma jibqax validu ladarba jgħaddu 30 jum minn meta jintemmu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li tħejja matulhom (l-Artikolu 72 taz-ZD). L-att jipprovdi wkoll iktar dettalji dwar min jista' jagħmilha ta' xhud f'testment orali (l-Artikolu 73), x'inhuma d-dmirijiet ta' dak ix-xhud (l-Artikolu 74), dispożizzjonijiet mhux dovuti f'testment orali (l-Artikolu 75), id-data ta' skadenza għall-eżekuzzjoni tal-invalidità ta' testment (l-Artikolu 76) u prova tal-eżistenza ta' testment (l-Artikolu 77 taz-ZD).
L-Att dwar in-Nutara (minn hawn 'il quddiem: ZN) jistipula wkoll testment notarili, li huwa testment li jħejji nutar fil-forma ta' reġistrazzjoni notarili kif iddettata mit-testatur, u testment li t-testatur, li qabel ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub tat-testment tiegħu, jikkonsenjah lil nutar għall-konferma. Testment notarili għandu l-istess effetti ġuridiċi bħal testment ġudizzjarju (l-Artikolu 46(1) taz-ZN).
Barra r-rekwiżiti formali msemmija fuq, hija meħtieġa wkoll il-kapaċità li tagħmel testment biex testment ikun validu. Skont iz-ZD, testment jista' jitfassal minn kull min ikollu l-kapaċità ta' dixxerniment u jkun għalaq tal-inqas l-età ta' 15-il sena (l-Artikolu 59(1) taz-ZD). Meta testatur iħejji testment minħabba theddida, koerċizzjoni jew qerq, jew bi żball, dak it-testment ma jkunx validu, peress li t-testment espress fid-dokument ma jkunx jirrifletti r-rieda vera u proprja tat-testatur (l-Artikolu 60(1) taz-ZD).
b) Testment unica charta: Iz-ZD ma jsemmix testmenti unica charta u, peress li mhux wieħed mill-forom ta' testment previst mil-liġi, dan it-tip ta' testment jitqies bħala invalidu skont l-Artikolu 62 taz-ZD. Madankollu, il-ġurisprudenza tqis bħala invalidu biss testment fejn iż-żewġ persuni, normalment miżżewġin lil xulxin, jaħtru lil xulxin bħala werrieta (dan x'aktarx minħabba li testment ta' dan it-tip huwa viċin ħafna fin-natura tiegħu għal kuntratt tal-wirt, li huwa pprojbit skont l-Artikolu 103 taz-ZD), imma mhux testment imfassal minn żewġ persuni affavur ta' terz (ara Prof. K. Zupančič, Prof. V. Žnidaršič Skubic, Dedno pravo (Id-Dritt tal-Wirt), Uradni list, 2009, pp. 127–128).
c) Kuntratt tal-wirt: Skont iz-ZD, kuntratt tal-wirt fejn persuna tħalli l-patrimonju tagħha jew porzjoni minnu lill-kofirmatarju tagħha jew lil persuna oħra huwa invalidu (l-Artikolu 103); hekk ukoll, kuntratt dwar wirt jew legat futur (l-Artikolu 104) u kuntratt dwar il-kontenut ta' testment (l-Artikolu 105 taz-ZD) huma invalidi wkoll skont l-Att.
Le. L-att ma jipprevedix l-awtentikazzjoni speċjali ta' testment.
Iva. Werrieta obbligatorji huma intitolati għal sehem mill-patrimonju li t-testatur ma jistax jiddisponi minnu (l-Artikolu 26(1) taz-ZD). Dan is-sehem mill-patrimonju huwa s-"sehem riżervat". Il-werrieta obbligatorji huma: id-dixxendenti tal-persuna deċeduta, it-tfal adottati tagħha u d-dixxendenti tagħhom, il-ġenituri tagħha u l-konjuġi tagħha. Peress li d-dispożizzjonijiet taz-ZD li jirregolaw id-drittijiet, l-obbligi, il-limitazzjonijiet u l-istatus tal-miżżewġin japplikaw bl-istess mod għal raġel u mara li jkunu f’relazzjoni fit-tul mingħajr ma jiżżewġu, huma jistgħu jkunu l-werrieta obbligatorji ta’ xulxin, imma biss f’każ li ma jkun hemm l-ebda raġuni għala żwieġ bejniethom kien ikun invalidu. Dan japplika wkoll f’każ li s-sħab ekstrakonjugali jew miżżewġin ikunu tal-istess sess (ikunu sħab f’unjoni ċivili rreġistrata jew mhux irreġistrata bejn żewġ irġiel jew bejn żewġ nisa). In-nanniet u l-aħwa huma werrieta obbligatorji biss meta jkunu permanentement inkapaċi li jaħdmu u ma jkollhom l-ebda mezz ta' sussistenza. Il-persuni elenkati fuq ikunu werrieta obbligatorji jekk ikunu intitolati jirtu skont l-ordni statutorju tal-wirt (l-Artikolu 25 taz-ZD).
F'dak il-każ, il-wirt jimxi skont il-liġi: il-patrimonju tad-deċedut jintiret mid-dixxendenti tiegħu, it-tfal adottati tiegħu u d-dixxendenti tagħhom, il-konjuġi tiegħu, il-ġenituri tiegħu, il-ġenitur adottiv tiegħu u l-qraba ta' dik il-persuna, ħutu u d-dixxendenti tagħhom, u n-nanniet tiegħu u d-dixxendenti tagħhom. Raġel u mara li jkollhom relazzjoni twila mingħajr ma jiżżewġu jistgħu jirtu lil xulxin bħala miżżewġin, imma biss jekk ma jkun hemm ebda raġuni l-għala żwieġ bejniethom ma kienx ikun validu. Dan japplika wkoll f’każ li s-sħab ekstrakonjugali jew miżżewġin ikunu tal-istess sess jiġifieri jkunu sħab f’unjoni ċivili rreġistrata jew mhux irreġistrata bejn żewġ irġiel jew bejn żewġ nisa (minn hawn ’il quddiem: unjoni ċivili (partnerska zveza)). Dawn jirtu skont l-ordni tal-wirt, fejn il-werrieta mill-eqreb ordni tal-wirt jeskludu mill-wirt persuni minn ordni tal-wirt iktar distanti (l-Artikolu 10 taz-ZD).
L-ewwel ordni tal-wirt:
Id-dixxendenti u l-konjuġi, kif ukoll is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili tal-persuna deċeduta qegħdin fl-ewwel ordni tal-wirt, u jirtu sehem indaqs qabel l-oħrajn kollha (l-Artikolu 11 taz-ZD).
Fuq il-bażi tad-distribuzzjoni per stirpes, il-parti tal-patrimonju li inizjalment kienet tmur għand persuna oħra li kieku baqgħet ħajja sa meta miet id-deċedut tintiret mit-tfal tagħha (it-tfal tat-tfal tad-deċedut) f'sehem indaqs. Jekk xi ħadd mit-tfal tat-tfal imut qabel id-deċedut, is-sehem illi kien jieħu kieku kien għadu ħaj meta miet id-deċedut jintiret mit-tfal tiegħu (il-proneputijiet tad-deċedut), f'sehem indaqs. Dan ikompli sejjer hekk fl-ordni sal-aħħar mid-dixxendenti tad-deċedut (l-Artikolu 12 taz-ZD).
Jekk il-konjuġi jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili tad-deċedut ma jkollux il-mezzi neċessarji għas-sussistenza u jiret flimkien ma' werrieta oħra tal-ewwel ordni tal-wirt, il-qorti tista', wara talba tas-sieħeb jew sieħba, tiddeċiedi li l-konjuġi jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili tiret ukoll parti minn dak is-sehem mill-patrimonju li, skont il-liġi, kellu jintiret mill-kowerrieta tal-konjuġi. Il-konjuġi jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili tista’ titlob żieda f’sehemha mill-wirt għad-detriment tal-kowerrieta kollha jew ta’ kowerrieta individwali. Il-qorti tista' tiddeċiedi li l-konjuġi jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili għandha tiret il-patrimonju kollu jekk il-valur tal-patrimonju jkun tant żgħir li l-konjuġi jispiċċa jbati diffikultajiet kbar li kieku kellu jinqasam (l-Artikolu 13(1) taz-ZD).
Jekk werrieta oħra tal-ewwel ordni tal-wirt li ma jkollhomx il-mezz neċessarji għas-sussistenza, jirtu flimkien mal-konjuġi tad-deċedut, jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili tiegħu, il-qorti tista', wara talba mingħandhom, tiddeċiedi li huma għandhom jirtu wkoll parti minn dak is-sehem mill-patrimonju li, skont il-liġi, kellu jintiret mill-konjuġi jew mis-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili. Il-kowerrieta kollha jew kowerrieta individwali jistgħu jitolbu żieda f’sehemhom mill-wirt għad-detriment tal-konjuġi jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili (l-Artikolu 13(2) taz-ZD).
Kowerrieta individwali li ma jkollhomx il-mezzi neċessarji għas-sussistenza jistgħu jitolbu wkoll żieda fis-sehem tagħhom mill-wirt għad-detriment tal-kowerrieta l-oħra (l-Artikolu 13(3) taz-ZD).
Il-qorti tista' tiddeċiedi li l-kowerrieta kollha jew kowerrieta individwali jirtu l-patrimonju kollu jekk il-valur tal-patrimonju jkun tant żgħir li jispiċċaw jbatu diffikultajiet kbar li kieku kellu jinqasam (l-Artikolu 13(4) taz-ZD).
Waqt li tiddeċiedi t-talbiet ta' hawn fuq rigward żieda jew tnaqqis fis-sehem mill-wirt, il-qorti tagħti l-kunsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, partikolarment il-kundizzjonijiet pekunjarji tal-kowerrieta u l-kapaċità tagħhom li jidħlu f'attività bi qligħ, u l-valur tal-patrimonju (l-Artikolu 13(5) taz-ZD).
It-tieni ordni tal-wirt:
Fit-tieni ordni tal-wirt, il-patrimonju tal-persuna deċeduta mingħajr dixxendenti ħajjin jintiret mill-ġenituri tagħha u l-konjuġi jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili tagħha. Il-ġenituri tal-persuna deċeduta jirtu sehem indaqs minn nofs il-patrimonju u l-konjuġi jew is-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili tagħha tiret in-nofs l-ieħor. Jekk il-persuna deċeduta ma jkollhiex konjuġi jew sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili ħajja, il-ġenituri tagħha jirtu sehem indaqs mill-patrimonju kollu (l-Artikolu 14 taz-ZD).
Jekk wieħed mill-ġenituri tad-deċedut ikun miet qablu, is-sehem mill-patrimonju li kien jieħu kieku kien ħaj meta miet id-deċedut jintiret, fuq il-bażi ta' distribuzzjoni per stirpes, mit-tfal ta' dak il-ġenitur (jiġifieri minn ħut id-deċedut), it-tfal tat-tfal u l-proneputijiet tiegħu u d-dixxendenti ulterjuri tiegħu, skont ir-regoli li japplikaw għall-każijiet meta tfal u dixxendenti oħra jirtu l-patrimonju tal-persuna deċeduta (l-Artikolu 15(1)).
Jekk il-ġenituri tad-deċedut ikunu mietu t-tnejn qablu, dak is-sehem mill-patrimonju illi kieku kien imur għand kull wieħed minnhom li kieku kienu għadhom ħajjin jintiret mid-dixxendenti tagħhom: sehem il-missier jintiret mid-dixxendenti tal-missier u sehem l-omm jintiret mid-dixxendenti tal-omm. F'kull każ, l-aħwa tad-deċedut min-naħa tal-missier biss jirtu sehem indaqs mill-porzjon tal-patrimonju tal-missier, l-aħwa tat-testatur min-naħa tal-omm biss jirtu sehem indaqs mill-porzjon tal-patrimonju tal-omm, filwaqt li l-aħwa miż-żewġ ġenituri jirtu sehem missierhom f'sehem indaqs mal-aħwa mill-missier biss u sehem ommhom f'sehem indaqs mal-aħwa mill-omm biss (l-Artikolu 15(2) u (3) taz-ZD).
Jekk wieħed mill-ġenituri tad-deċedut ikun miet qablu u ma jkunux ħallew dixxendenti, dik il-parti mill-patrimonju illi kieku kienet tmur għand dak il-ġenitur li kieku kien għadu ħaj tintiret mill-ġenitur l-ieħor. Jekk dak il-ġenitur l-ieħor ikun miet qabel id-deċedut ukoll, id-dixxendenti tal-ġenitur jirtu l-porzjon tal-patrimonju tiegħu illi kieku kienet tintiret minn ġenitur wieħed jew l-ieħor (l-Artikolu 15 taz-ZD). Jekk iż-żewġ ġenituri jkunu mietu qabel il-persuna deċeduta u l-ebda wieħed minnhom ma jkun ħalla dixxendenti, il-patrimonju kollu jintiret mill-konjuġi jew mis-sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili superstiti tal-persuna deċeduta (l-Artikolu 16 u 17 taz-ZD).
It-tielet ordni tal-wirt:
Jekk ma jkun hemm ħadd li jkun f'pożizzjoni li jiret fl-ewwel jew it-tieni ordni tal-wirt, jiġi kkunsidrat it-tielet ordni tal-wirt.
Skont it-tielet ordni tal-wirt, il-patrimonju tal-persuna deċeduta li ma tkunx ħalliet dixxendenti jew ġenituri warajha, u dawn id-dixxendenti u ġenituri ma jkunu ħallew l-ebda dixxendenti jew konjuġi jew sieħeb jew sieħba ekstrakonjugali jew minn unjoni ċivili, il-patrimonju jintiret min-nanniet tal-persuna deċeduta. Nofs il-patrimonju jintiret min-nanniet min-naħa tal-missier u n-nofs l-ieħor jintiret min-nanniet min-naħa tal-omm (l-Artikolu 18 taz-ZD).
In-nanniet tal-istess naħa jirtu sehem indaqs tal-porzjoni tas-sehem tagħhom mill-patrimonju. Jekk wieħed mill-axxendenti td-deċedut fuq naħa waħda ikun miet qablu, dak is-sehem mill-patrimonju li kien imur għand dak l-axxendent li kieku kien ħaj meta miet id-deċedut jintiret mit-tfal, tfal tat-tfal u dixxendenti ulterjuri ta' dak l-axxendent, skont ir-regoli li japplikaw għall-każijiet meta tfal u dixxendenti oħra jirtu l-patrimonju tal-persuna deċeduta. Fir-rigward ta' kull min jifdal, ir-regoli li japplikaw għall-wirt tal-ġenituri tad-deċedut u d-dixxendenti tagħhom (l-Artikolu 19 taz-ZD) japplikaw ukoll għad-dritt tal-wirt tan-nanniet minn naħa waħda u d-dixxendenti tagħhom.
Jekk in-nanniet minn naħa waħda jmutu qabel id-deċedut u ma jkollhomx dixxendenti, dik il-parti tal-patrimonju illi kieku baqgħu ħajjin kienet tmur għandhom tintiret min-nanniet tan-naħa l-oħra, u t-tfal tagħhom, it-tfal tat-tfal u dixxendenti ulterjuri, kif stipulat fl-Artikolu 19 taz-ZD (l-Artikolu 20 taz-ZD).
Materji ta' wirt huma rregolati mill-qrati fir-Repubblika tas-Slovenja, bil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni ratione materiae f'din il-materja tkun il-qorti lokali (okrajno sodišče).
Il-qorti bħala parti minn seduta dwar il-wirt.
Il-qorti bħala parti minn seduta dwar il-wirt.
Il-qorti bħala parti minn seduta dwar il-wirt.
Jekk persuna tmut jew tiġi ddikjarata mejta, ir-reġistratur responsabbli li jdaħħal il-mewt fir-reġistru tal-imwiet jibgħat iċ-ċertifikat tal-mewt lill-qorti tas-suċċessjoni fi żmien 30 jum (l-Artikolu 179(1) taz-ZD).
Il-proċedura tibda ex officio meta l-qorti tirċievi ċ-ċertifikat tal-mewt.
Jekk skont iċ-ċertifikat tal-mewt, il-persuna deċeduta ma tkun ħalliet l-ebda patrimonju, il-qorti tas-suċċessjoni tiddeċiedi li ma żżommx seduta tas-suċċessjoni; il-qorti tasal għall-istess deċiżjoni jekk il-persuna deċeduta tkun ħalliet biss beni mobbli u ħadd mill-persuni intitolati li jirtu ma jitlob seduta (l-Artikolu 203(1) u (2) taz-ZD). Fil-każijiet l-oħra kollha, il-qorti tiddeċiedi li żżomm seduta tas-suċċessjoni. Tul il-proċedimenti tas-suċċessjoni, il-qorti tistabbilixxi min huma l-werrieta tal-persuna deċeduta, liema proprjetà tifforma l-patrimonju u liem drittijiet mill-patrimonju jridu jitgawdew mill-werrieta, il-legatarji u persuni oħrajn (l-Artikolu 162 taz-ZD).
Il-proċedimenti tas-suċċessjoni huma fin-natura tagħhom proċedimenti nonkontenzjużi. Jekk kwalunkwe fatt li d-drittijiet jiddependu minnu jkun ikkontestat mill-partijiet, il-qorti tissospendi s-seduta tas-suċċessjoni u tidderieġi lill-partijiet jiftħu kawża ċivili jew proċedura amministrattiva (l-Artikolu 210(1) taz-ZD).
Meta l-qorti tiddeċiedi liema persuni huma intitolati għall-patrimonju, tiddikjarahom werrieta b'deċiżjoni dwar il-wirt (l-Artikolu 214(1) taz-ZD). Id-deċiżjoni dwar il-wirt tingħata lil kull werriet u legatarju, kif ukoll lil dawk il-persuni li jkunu eżerċitaw pretensjoni mill-wirt tul il-proċedimenti (l-Artikolu 215(1) taz-ZD).
Il-qorti tordna li jsiru l-annotazzjonijiet neċessarji fir-reġistru tal-artijiet wara li d-deċiżjoni dwar il-wirt issir finali.
Kull wieħed mill-werrieta jista' jitlob il-qsim tal-patrimonju fi kull ħin, sakemm ma jkunx mument mhux xieraq. Dan id-dritt ma jistax ikun suġġett għall-preskrizzjoni. Ftehim fejn werriet jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jitlob il-qsim tal-patrimonju mhuwiex validu, u lanqas ma hi valida dispożizzjoni f'testment li tipprojbixxi jew tillimita dan il-qsim (l-Artikolu 144 taz-ZD). L-Att dwar il-Wirt ma fih l-ebda dispożizzjoni dwar kif jiġi implimentat il-qsim tal-patrimonju; minflok, din il-kwistjoni hija rregolata mill-Kodiċi dwar il-Proprjetà (Stvarnopravni zakonik – SPZ) bħala parti mid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-qsim tal-koproprjetà. Fi kliem ieħor, il-patrimonju huwa l-koproprjetà tal-kowerrieta. Il-kowerrieta jistgħu jiddeterminaw kif irid jinqasam il-patrimonju. Jekk ma jirnexxilhomx jaqblu, il-qorti tiddeċiedi dwar il-metodu tal-qsim fi proċedimenti nonkontenzjużi. Jekk il-werrieta kollha jipproponu l-qsim u l-metodu tal-qsim bi qbil matul il-proċedimenti tas-suċċessjoni, il-qorti tagħmel referenza għal dan il-ftehim fid-deċiżjoni dwar il-wirt (l-Artikolu 214(3) taz-ZD).
L-Att dwar il-Wirt jistipula li l-patrimonju ta' persuna deċeduta jgħaddi għand il-werriet bis-saħħa tal-istess att (ipso iure) mill-mument tal-mewt (l-Artikolu 132 taz-ZD). Id-deċiżjoni dwar il-wirt li biha l-qorti tħabbar il-werrieta wara tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni hija għalhekk ta' natura dikjaratorja biss.
Legatarju jikseb legat mal-mewt, sakemm il-legat ma jkunx suġġett għal kundizzjonijiet jew marbut ma' perjodu ta' żmien speċifiku; f'dan il-każ, il-legatarju jirċievi l-legat meta tiġi ssodisfata dik il-kundizzjoni jew jgħaddi dak il-perjodu ta' żmien. Il-ksib ta' legat ifisser li l-legatarju jista' jitlob li t-termini tal-legat ikunu ssodisfati. Id-dispożizzjonijiet ġenerali tas-SPZ japplikaw għal meta d-dritt tas-sjieda jgħaddi għand il-legatarju.
Iva. Madankollu, din ir-responsabbiltà hija ristretta. Werriet huwa responsabbli għad-dejn tad-deċedut sal-valur tal-beni li jiret. Jekk ikun hemm iktar minn werriet wieħed, ikunu responsabbli in solidum għad-dejn tad-deċedut, jiġifieri kull wieħed minnhom sal-valur tas-sehem rispettiv tiegħu mill-patrimonju irrispettivament minn jekk ikunx diġà sar il-qsim tal-patrimonju. Rigward il-proporzjonijiet interni tal-qsim bejn il-werrieta, id-dejn ikun kopert bi proporzjon tas-sehem rispettiv tagħhom mill-patrimonju sakemm it-testment ma jiddeterminax mod ieħor (l-Artikolu 142 taz-ZD).
Werriet li jkun irrinunzja għall-porzjon tiegħu mill-patrimonju ma jkunx responsabbli għad-dejn tad-deċedut (l-Artikolu 142(2) taz-ZD).
Il-qorti tar-reġistru tal-artijiet tiddeċiedi tistax issir annotazzjoni fuq il-bażi tad-dokumenti li jippruvaw l-eżistenza ta' bażi ġuridika għall-ksib ta' dritt li jkun suġġett għal annotazzjoni, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet l-oħrajn stipulati fil-liġi jiġu ssodisfati.
Il-bażi għall-annotazzjoni ta' proprjetà immobbli li tkun is-suġġett ta' wirt hija deċiżjoni legalment finali dwar il-wirt maħruġa tul il-proċedimenti tas-suċċessjoni (il-punt 6 tal-Artikolu 40(1) tal-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet, ZZK-1). Il-qorti tar-reġistru tal-artijiet tordna li jiddaħħal id-dritt tas-sjieda fir-reġistru tal-artijiet ex officio u skont deċiżjoni legalment finali dwar il-wirt.
Ma hemm l-ebda rekwiżit obbligatorju biex jiġi nnominat amministratur ta' patrimonju;
fil-prinċipju, sakemm patrimonju jinqasam ikun amministrat u ttrasferit konġuntament mill-werrieta. Patrimonju jista' jiġi assenjat għall-ġestjoni ta' amministratur speċjali jekk il-werrieta jaqblu fuq dan. Jekk il-werrieta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju, il-qorti tinnomina amministratur, fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-werrieta, biex jamministra l-patrimonju għall-werrieta kollha, jew jiddetermina l-porzjon tal-patrimonju li jamministra kull werriet l-Artikolu 145 (taz-ZD).
Testatur jista' jinnomina fit-testment tiegħu lil persuna waħda jew iktar bħala eżekuturi testamentarji (l-Artikolu 95(1) taz-ZD). Fost affarijiet oħra, eżekutur jamministra l-patrimonju (l-Artikolu 96(1) taz-ZD).
Testatur jista' jinnomina fit-testment tiegħu lil persuna waħda jew iktar bħala eżekuturi testamentarji (l-Artikolu 95(1) taz-ZD). Sakemm it-testatur ma jkunx speċifika mod ieħor, id-dmirijiet ta' eżekutur testamentarju huma, b'mod partikolari, li jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq il-patrimonju li jkun qed jamministra, jieħu ħsieb il-ħlas tad-dejn u l-legati u, fuq kollox, jeżegwixxi t-testment bil-mod kif xtaq it-testatur (l-Artikolu 96(1) taz-ZD). Jekk ma jiġi nnominat l-ebda eżekutur testamentarju, il-werrieta li jkunu qed jamministraw il-patrimonju flimkien sakemm jinqasam jistgħu jassenjaw l-amministrazzjoni tal-patrimonju lil amministratur speċjali. Jekk il-werrieta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju, il-qorti tinnomina amministratur, fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-werrieta, biex jamministra l-patrimonju għall-werrieta kollha, jew jiddetermina l-porzjon tal-patrimonju li jamministra kull werriet l-Artikolu 145 (taz-ZD).
Meta testatur jinnomina eżekutur testamentarju fit-testment, dak it-testment jiddetermina wkoll id-dmirijiet tat-testatur.
Sakemm it-testatur ma jkunx iddetermina mod ieħor, dan li ġej japplika skont il-liġi (l-Artikolu 96(1) taz-ZD):
Meta jkun hemm iktar minn eżekutur testamentarju wieħed, huma jaqdu d-dmirijiet fdati lilhom flimkien, sakemm it-testatur ma jkunx iddetermina mod ieħor (l-Artikolu 96(2) taz-ZD). Eżekutur testamentarju jrid jipprovdi rapport dwar xogħlu lill-qorti, ikun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż tiegħu u għal ħlas ta' xogħlu, li jitħallas mill-porzjoni disponibbli tal-patrimonju b'deċiżjoni tal-qorti (l-Artikolu 97 taz-ZD).
Jekk ma jiġi nnominat l-ebda eżekutur testamentarju, il-werrieta li jkunu qed jamministraw il-patrimonju flimkien sakemm jinqasam jistgħu jassenjaw l-amministrazzjoni tal-patrimonju lil amministratur speċjali. Jekk il-werrieta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju, il-qorti tinnomina amministratur, fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-werrieta, biex jamministra l-patrimonju għall-werrieta kollha, jew jiddetermina l-porzjon tal-patrimonju li jamministra kull werriet l-Artikolu 145 (taz-ZD).
Il-qorti tieħu deċiżjoni dwar il-wirt, li tkun deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-merti tal-kawża, fi tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni. Id-deċiżjoni tistabbilixxi l-ambitu tal-patrimonju, u tħabbar il-werrieta u l-legatarji, kif ukoll kull persuna oħra li tista' tkun intitolata għal porzjon mill-patrimonju. Skont iz-ZD, id-deċiżjoni dwar il-wirt trid tinkludi l-komponenti li ġejjin (l-Artikolu 214(2)):
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.