Izvorna jezična inačica ove stranice grčki nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Cipar

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna hija ssuspettata jew akkużata b’delitt li jiġi pproċessat fil-qorti. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku fit-triq, li huma ġeneralment ittrattati b’penali fissa bħal multa, ara l-Iskeda informattiva 5. Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Sadržaj omogućio
Cipar
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Sommarju tal-proċess kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali

  • Persuna ssuspettata b’involviment f’delitt tista’ tiġi interrogata mill-pulizija. Il-pulizija hija responsabbli mill-investigazzjoni ta’ delitt.
  • Il-persuna ssuspettata tista' tiġi arrestata taħt mandat ġudizzjarju ħlief fil-każ ta’ reat flagranti.
  • Qabel l-interrogazzjoni mill-pulizija il-persuna ssuspettata għandha tiġi infurmata bid-dritt li tikkomunika ma’ avukat u għandha tiġi mwissija.
  • Jekk fl-aħħar tal-investigazzjoni tirriżulta evidenza inkriminanti kontra l-persuna ssuspettata, hija tiġi mixlija formalment mill-pulizija. F'każijiet kriminali serji d-deċiżjoni ta' prosekuzzjoni titteħed mill-Avukat Ġenerali. Din is-setgħa tal-pulizija tibqa' dejjem soġġetta għall-istruzzjonijiet ġenerali tal-Avukat Ġenerali li, skont il-Kostituzzjoni, għandu s-setgħa li jistitwixxi, imexxi, jieħu f’idejh u jkompli jew iwaqqaf kull proċedura kriminali.
  • L-att tal-akkuża li jistabbilixxi r-reat(i) jiġi ppreżentat mill-pulizija lil imħallef distrettwali għall-approvazzjoni. Jekk jiġi approvat, l-akkużat jiġi msejjaħ biex jidher quddiem il-qorti f’data speċifikata.
  • Il-kawżi kriminali, skont il-gravità tagħhom, jistgħu jiġu pproċessati: (a) fil-qosor minn imħallef wieħed tal-qorti distrettwali fejn ikun sar ir-reat, (b) abbażi tal-informazzjoni mill-Qorti ta’ Assize komposta minn tliet imħallfin tal-qorti distrettwali u ppreseduta minn president ta' qorti distrettwali.
  • Fi proċeduri fil-qosor, fid-data li fiha l-akkużat jissejjaħ biex jidher quddiem il-qorti, hu jwieġeb għall-akkuża(i) billi jiddikjara ruħu ħati jew mhux ħati. F’kawżi li jiġu pproċessati mill-Qorti ta’ Assize fid-data magħżula ssir inkjesta preliminari quddiem imħallef tal-qorti distrettwali. L-inkjesta preliminari tista’ ma ssirx jekk l-Avukat Ġenerali jiċċertifika li din ma tkunx neċessarja. Il-prassi segwita attwalment hija li l-inkjesta preliminari ma ssirx.
  • Il-vittma ta’ delitt għandha d-dritt li tressaq każ ta' prosekuzzjoni privat.
  • L-Avukat Ġenerali għandu r-responsabbiltà ġenerali għal prosekuzzjonijiet kriminali, inkluż id-dritt li jwaqqaf il-prosekuzzjoni.
  • F'Ċipru ma jsirux proċessi b’ġurija.
  • Jekk il-qorti tiddetermina mill-inkjesta li l-akkużat ma jistax jinżamm responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu minħabba disturbi jew diżabilità mentali, il-qorti tista' toħroġ ordni għat-trattament tiegħu f'istituzzjoni mentali.
  • L-akkużat jista’ jressaq oġġezzjonijiet preliminari għall-akkużi minħabba: (a) nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, sostanzjali jew territorjali, (b) xoljiment jew kundanna preċedenti għall-istess att(i), (c) maħfra tar-reat(i), (d) akkużi inkompleti jew doppji.
  • Għal kondotta kriminali relatata, jistgħu jiġu akkużati aktar minn persuna waħda. Jekk dan jiġi kkunsidrat bħala inġust il-qorti tista' tordna li l-akkużi jinqasmu għall-finijiet tal-proċess.
  • Il-proċess jibda bl-evidenza tal-prosekuzzjoni. Fi tmiem il-każ tal-prosekuzzjoni il-qorti tiddetermina jekk l-akkużat għandux iwieġeb għall-kawża. F’dak il-każ l-akkużat jissejjaħ mill-Qorti biex jiddefendi lilu nnifsu u jiġi infurmat bid-dritt tiegħu li jibqa’ sieket jew li jagħmel dikjarazzjoni mill-iżbarra jew li jixhed taħt ġurament. L-akkużat jista’ f’kull ħin jitlob għal evidenza marbuta mad-difiża tiegħu. Ma jistgħu jiġu konklużi l-ebda inferenzi negattivi fil-każ li wieħed jeżerċita d-dritt li jibqa' sieket. Hekk kif tingħalaq il-kawża tad-difiża l-partijiet jagħmlu l-preżentazzjonijiet finali tagħhom u l-qorti tagħti s-sentenza tagħha.
  • Ix-xiehda kollha li jixhdu taħt ġurament fil-qorti jistgħu jiġu kontroeżaminati.
  • Il-proċess għandu jżomm mal-istandards ta’ proċess ġust. Il-preżunzjoni tal-innoċenza topera tul il-proċess kollu. Il-piż tal-provi f’kull ħin jaqa' fuq il-prosekuzzjoni. Jekk fl-aħħar tal-proċess il-qorti ma tkunx ċerta lil hinn minn kull dubju raġonevoli fir-rigward tal-ħtija tal-akkużat, dan għandu jinħeles.
  • Jekk l-akkużat jiġi kkundannat, ikun imiss il-proċedura tal-għoti tas-sentenza.

Tista' ssib id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni mhijiex sostituzzjoni għal konsulenza legali u hija maħsuba biss bħala gwida.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk għandek xi lment. F’dawn l-iskedi informattivi ser issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

1 - Kif tieħu parir legali

2 - Id-drittijiet tiegħi tul l-investigazzjoni ta’ delitt

  • L-arrest u t-tfittxija

3 - Id-drittijiet tiegħi tul il-proċess

  • It-tip ta' pieni

4 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

5 - Reati tat-traffiku fit-triq

Links relatati

L-Uffiċċju Legali tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-Qorti Suprema ta' Ċipru

Il-Pulizija ta' Ċipru

L-aħħar aġġornament: 16/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.