Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ispanjolil-Ġermaniż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Awstrija

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta xi ħadd ikun suspettat jew akkużat b’delitt li jinstema’ permezz ta’ proċess quddiem il-qorti. Skont il-liġi Awstrijaka, tkun wettaqt reat biss meta tkun ksirt dispożizzjoni legali speċifika fis-seħħ fil-mument meta tkun wettaqt l-att. Id-dritt ta’ prosekuzzjoni huwa dritt tal-Istat. L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni u, taħt id-direzzjoni tagħhom, id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali, kif ukoll il-qrati, iridu jiddeterminaw il-fatti u jiċċaraw iċ-ċirkostanzi kollha li huma ta’ importanza meta jiġu vvalutati l-fatti.

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

Id-drittijiet tal-imputati fi proċedimenti kriminali

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta xi ħadd ikun suspettat jew akkużat b’delitt li jinstema’ permezz ta’ proċess quddiem il-qorti.

Skont il-liġi Awstrijaka, tkun wettaqt reat biss meta tkun ksirt dispożizzjoni legali speċifika fis-seħħ fil-mument meta tkun wettaqt l-att. Id-dritt ta’ prosekuzzjoni huwa dritt tal-Istat. L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni u, taħt id-direzzjoni tagħhom, id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali, kif ukoll il-qrati, iridu jiddeterminaw il-fatti u jiċċaraw iċ-ċirkostanzi kollha li huma ta’ importanza meta jiġu vvalutati l-fatti.

Fl-iskedi informattivi li ġejjin, se ssir taf dwar drittijietek bħala imputat jekk jitressqu proċedimenti kriminali kontrik fl-Awstrija. Għandek drittijiet differenti matul l-istadji differenti tal-proċedimenti. L-aktar stadji importanti fil-proċedimenti se jiġu spjegati f’forma mqassra sabiex tkun tista’ taċċessa malajr l-informazzjoni li teħtieġ.

Sommarju tal-proċedimenti kriminali

Fil-prinċipju, il-proċedimenti kriminali fl-Awstrija jikkonsistu fi tliet stadji:

  • L-investigazzjoni
  • L-istadju tal-proċess
  • L-Appell

Tista’ ssib id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar drittijietek fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni mhijiex qiegħda biex tieħu post il-konsulenza legali u hija maħsuba biss bħala gwida.

Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar drittijietek hawnhekk.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess

Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

L-aħħar aġġornament: 01/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.