Sib informazzjoni għal kull reġjun
Sommarju tal-proċess kriminali
Fil-prinċipju, il-proċess kriminali fl-Awstrija jinkludi tliet stadji proċedurali:
- il-proċeduri preliminari
- il-proċess quddiem qorti kriminali
- l-appell
Id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess kriminali u dwar id-drittijiet tiegħek jistgħu jinstabu fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni m’għandhiex tieħu post il-parir legali u hija maħsuba biss bħala gwida.
Għal tagħrif dwar reati tat-traffiku fit-triq, li normalment ikunu ttrattati permezz ta’ penali fissa bħal multa, ara l-Iskeda Informattiva 5.
Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib it-tagħrif kollu dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea
Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment. F'dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.
Ikklikkja fuq il-links li ġejjin sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ
- L-investigazzjoni u l-kumpilazzjoni tax-xhieda
- L-arrest u ż-żamma taħt arrest qabel il-proċess quddiem qorti kriminali (inkluż il-Mandat ta’ Arrest Ewropew)
- L-akkużi kriminali
- It-tħejjija għall-proċess mid-difiża
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.