Imputati (proċeduri kriminali)

Bulgarija

Il-kisba ta’ parir legali indipendenti hi ferm importanti meta tkun involut b’xi mod fi proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta, u f’liema ċirkustanzi, int tkun intitolat li tiġi rrappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x'jista' jagħmel għalik tali avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif l-ispejjeż tal-avukat se jitħallsu jekk ma tkunx tiflaħ tħallashom.

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

Kif issib avukat

Jekk taħseb li teħtieġ avukat iżda ma taf lil l-ebda wieħed, tista’ tagħżel fost l-avukati li jaħdmu mal-qorti distrettwali taż-żona fejn tgħix. Tista’ ssib ukoll id-dettalji biex tikkuntattja lis-27 Assoċjazzjoni tal-Avukati fil-Bulgarija fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati. Jekk int tinsab arrestat, int intitolat li tkellem lil avukat mill-mument tal-arrest tiegħek. Peress li, wara l-arrest, għandek id-dritt li tikkuntattja lil xi qarib jew ħabib, int tkun tista’ titlobhom isibulek avukat.

Il-ħlas għall-avukat

Jekk tagħżel l-avukat tiegħek, int tħallas għas-servizzi skont ftehim bil-miktub iffirmat bejnek u bejn l-avukat.

Jekk ma tiflaħx tħallas, iżda tixtieq li jkollok avukat, u dan ikun fl-interess tal-ġustizzja, int intitolat għal għajnuna legali bla ħlas. Din tista’ tkun ipprovduta jew fuq talba tiegħek jew skont il-liġi jekk għandu jkollok difiża. Skont l-istadju tal-proċess (ara l-Iskeda Informattiva 1), dik id-deċiżjoni għandha tittieħed jew mill-prosekutur (qabel il-proċess quddiem qorti kriminali) jew mill-qorti (matul il-proċess quddiem qorti kriminali) wara li ssir analiżi tal-istat tal-propjetà tiegħek.

Jekk teħtieġ parir legali, il-prosekutur jew il-qorti jibagħtu minnufih id-deċiżjoni tagħhom lill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati rispettiva sabiex jallokawlek avukat. Għandek tkun taf li jekk int tkun ikkundannat ikollok trodd lura s-somma mħallsa lill-avukat li jkun ġie allokat għalik.

Links relatati

L-Att dwar l-Avukatura

L-Att dwar l-Għajnuna Legali

Il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali

L-Awtorità Nazzjonali għas-Servizzi Legali

Il-Kunsill Suprem tal-Kamra tal-Avukati

L-aħħar aġġornament: 20/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.