Sib informazzjoni għal kull reġjun
Sommarju tal-proċess kriminali
Il-proċess kriminali Bulgaru għandu żewġ stadji – qabel il-proċess u l-proċess quddiem qorti kriminali.
- Il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess għandhom l-għan li jiġbru provi, permezz tal-investigazzjoni, li jew jikkonfermaw jew jiċħdu suppożizzjoni li ċerta persuna tkun ikkommettiet ċertu delitt. L-investigazzjoni hi mmexxija mill-maġistrati inkwirenti, jew mill-pulizija inkwirenti, taħt il-gwida ta’ prosekutur. L-għan hu li jippreparaw u jassistu lill-prosekutur fid-deċiżjoni tiegħu dwar jekk jippreżentax u jiġġustifikax akkużi fil-qorti kontra l-persuna akkużata jew jekk jitterminax il-proċedimenti.
- Il-proċess quddiem qorti kriminali jibda meta l-prosekutur jippreżenta l-akkużi fil-qorti kontra persuna għal delitt imwettaq minn dik il-persuna. Il-proċedimenti tal-qorti jinvolvu partijiet opposti u l-prosekutur, il-konvenut u l-avukat difensur għandhom l-istess drittijiet proċedurali. Il-qorti teżamina l-provi miġjuba mill-prosekutur iżda tista’, fuq talba tal-partijiet, jew fuq l-inizjattiva tal-qorti stess, tiġbor u teżamina provi ġodda sabiex tinstab il-verità.
Il-kawża tintemm b’sentenza tal-qorti, li jew tikkundanna u timponi penali fuq il-konvenut, jew li tiddikjara lill-konvenut mhux ħati.
Dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess, u dwar id-drittijiet tiegħek, jistgħu jinstabu fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwix parir legali u hija maħsuba biss bħala gwida.
Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea
Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik jekk għandek xi lment. Dawn l-iskedi informattivi jipprovdu informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ
2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt
- L-investigazzjoni (inkluż it-tressiq tal-akkużi u l-interrogazzjoni)
- L-arrest (inkluż il-Mandat ta’ Arrest Ewropew)
- L-ewwel seduta tal-qorti
- Detenzjoni jew liberazzjoni
- It-tħejjija tal-prosekuzzjoni għall-proċess
- It-tħejjija tad-difiża għall-proċess
- Miżuri għall-prevenzjoni ta’ evażjoni tal-prosekuzzjoni
- Projbizzjoni fuq it-tluq mill-Bulgarija
3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem qorti kriminali
- Intervista lil xhud protett
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali
5 – Reati minuri tat-traffiku fit-triq
Links relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.