Sib informazzjoni għal kull reġjun
Għal informazzjoni dwar reati tat-traffiku li min iwettaqhom jista’ jeħel biss multa, ara l-Iskeda Informattiva 6.
Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni dettaljata dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Il-proċeduri kriminali fil-qosor
Din it-taqsima tinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-fażijiet involuti fil-proċeduri kriminali.
Il-proċeduri kriminali huma diviżi fi tliet fażijiet: il-proċeduri tal-investigazzjoni, il-proċeduri intermedji (interlokutorji) u l-proċess quddiem il-qorti kriminali (inklużi l-appelli u l-infurzar).
- Il-proċeduri tal-investigazzjoni (Ermittlungsverfahren): L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni (jew il-prosekutur pubbliku jew il-pulizija) jibdew investigazzjoni kontra tiegħek jekk qed jiġi ssuspettat li inti wettaqt reat kriminali. L-għan tal-investigazzjoni huwa li jiġi stabbilit jekk is-suspett fil-konfront tiegħek huwiex iġġustifikat jew le. It-tmexxija tal-investigazzjoni tagħhom tista’ tinvolvi diversi miżuri, inkluża perkwiżizzjoni fid-dar tiegħek. Meta l-investigazzjonijiet jitlestew, il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi jekk jissospendix il-proċeduri minħabba nuqqas ta’ suspett jew jekk jippreżentax il-kapi tal-akkuża kontrik.
- Il-proċeduri intermedji (interlokutorji) (Zwischenverfahren): Matul il-proċeduri intermedji l-qorti tivvaluta l-kap tal-akkuża u tiddeċiedi jekk tipproċedix jew le. Jekk il-qorti temmen li jkun hemm provi suffiċjenti biex kundanna tkun probabbli, hija tagħti bidu għall-proċeduri prinċipali.
- Il-proċeduri prinċipali (Hauptverfahren): Fil-proċeduri prinċipali, il-qorti tipprepara u twettaq il-proċess. Il-qorti tittestja l-kap tal-akkuża waqt smigħ billi tuża l-provi disponibbli (xhieda okulari, dokumenti, eċċ.). Inti tingħata wkoll l-opportunità tgħid lill-qorti l-verżjoni tiegħek ta’ dak li ġara u biex tikkumenta dwar l-allegazzjonijiet. Jekk il-kap tal-akkuża jiġi kkonfermat, inti tiġi kkundannat. Jekk il-kap tal-akkuża ma jiġix ikkonfermat, inti tiġi lliberat. Inti tista’ tappella kontra sentenza billi tosserva ċerti limiti ta’ żmien. Fl-appell (Berufsverfahren), il-proċeduri prinċipali jiġu ripetuti quddiem qorti superjuri. Fl-appelli ta’ reviżjoni (Revisionsverfahren), il-verdett jiġi vverifikat biss għal difetti legali.
Hemm varjazzjonijiet ta’ dan. Il-varjazzjonijiet prinċipali huma l-proċedura sommarja (Strafbefehlsverfahren), is-sospensjoni tal-proċedura (Einstellung des Verfahrens), u l-proċedura aċċellerata (beschleunigtes Verfahren).
Dawn l-iskedi informattivi jinkludu dettalji tal-fażijiet individwali fil-proċeduri kriminali u tad-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni għandha sservi biss ta' gwida u ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala li qed tissostwixxi parir legali.
Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda influwenza fuq il-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tkunx tista’ tagħtik assistenza jekk ikollok xi lment.
Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ.
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri ta’ investigazzjoni
- L-interrogazzjoni
- Il-proċedura ta’ identifikazzjoni/perkwiżizzjoni fuq il-persuna
- Il-perkwiżizzjoni/is-sekwestru/l-interċettazzjonijiet telefoniċi
- L-arrest
- Iż-żamma taħt arrest preventiv
- L-att ta’ akkuża
4 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri fil-qorti
5 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali
6 – Reati tat-traffiku fit-triq
Links relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.