Sommarju tal-proċedimenti kriminali
Sommarju tal-passi normali fil-proċedimenti kriminali fir-rigward tal-adulti huwa ppreżentat hawn taħt.
Fin-noti ta’ informazzjoni, tista’ ssib deskrizzjoni dettaljata ta’ kull stadju tal-proċedimenti, kif ukoll tad-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma hijiex sostituzzjoni għal konsulenza legali u hija maħsuba biss bħala gwida.
Jinbdew proċedimenti kriminali meta l-pulizija jew il-prosekutur pubbliku jsiru jafu dwar att li jista’ jikkostitwixxi reat kriminali.
Ladarba titlesta l-investigazzjoni, il-prosekutur iressaq il-proċedimenti biex jiftaħ il-proċess, sakemm ma jqisx xieraq li l-kawża tiġi miċħuda.
Sabiex reati jiġu ġġudikati minn qorti f’formazzjoni kolleġġjali, il-qorti tal-assise (korp simili għall-Qorti tal-Kuruna fir-Renju Unit (l-Ingilterra u Wales), jew id-Distrett Ġudizzjarju Federali fl-Istati Uniti), jew f’xi każijiet minn qorti magħmula minn imħallef wieħed, il-prosekutur jibgħat talba biex jinħareġ l-att tal-akkuża lill-imħallef fis-seduta preliminari.
Fit-tmiem tas-seduta preliminari, il-qorti tista’ tpoġġi lill-imputat taħt att ta’ akkuża jew twaqqaf il-proċedimenti
Fil-każ ta’ reati li għalihom korp wieħed jew maġistrat tal-qorti minuri jkun kompetenti, il-prosekutur pubbliku joħroġ taħrika jew taħrika diretta għad-dehra (mandato di comparizione, citazione diretta in giudizio).
Hemm ukoll diversi proċeduri speċjali: proċedimenti sommarji, impożizzjoni ta’ penali fuq talba tal-partijiet (sentenza fuq talba tal-partijiet), tqegħid immedjat jew dirett taħt att ta’ akkuża (giudizio immediato, giudizio direttissimo), ordni ta’ penali.
Il-proċedimenti kriminali ġeneralment isiru fi tliet stadji:
- il-prim’istanza (qorti tal-assise, qorti f’formazzjoni kolleġġjali, imħallef uniku jew maġistrat tal-qorti minuri),
- l-appell u
- il-qorti tal-kassazzjoni (l-ogħla istanza).
Fil-prim’istanza, jinġabru l-provi, it-testimonjanza tax-xhieda u l-provi dokumentarja kollha; il-proċedimenti jintemmu b’kundanna jew b’liberazzjoni.
Tista’ tressaq appell kontra s-sentenza mogħtija fil-prim’istanza.
Il-qorti tal-appell tiddeċiedi jekk tikkonfermax is-sentenza mogħtija fil-prim’istanza jew jekk temendahiex kompletament jew parzjalment, jew jekk tannullahiex u tirrinvija l-kawża lura lill-qorti tal-prim’istanza.
Jista’ jitressaq appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-appell quddiem il-qorti tal-kassazzjoni (l-ogħla istanza).
Il-qorti tal-kassazzjoni tagħti s-sentenza tagħha, li biha tista’ tiddikjara t-talba inammissibbli jew tiċħadha, tannulla s-sentenza appellata mingħajr rinviju, jew tannulla s-sentenza u tirrinvija l-kawża lura lill-qorti tal-prim’istanza.
Ladarba jitlestew l-istadji kollha tal-proċedimenti, is-sentenza ssir finali. Fil-każ ta’ kundanna bl-impożizzjoni ta’ penali, din tal-aħħar issir eżegwibbli.
Fin-noti ta’ informazzjoni, tista’ ssib deskrizzjoni dettaljata ta’ kull stadju tal-proċedimenti, kif ukoll tad-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma hijiex sostituzzjoni għal konsulenza legali u hija maħsuba biss bħala gwida.
Jekk inti vittma ta’ reat, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea
Ta’ min jinnota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fi proċedimenti kriminali fl-Istati Membri u għalhekk ma tistax tgħinek biex tressaq kwerela. L-informazzjoni pprovduta f’dawn in-noti ta’ informazzjoni qiegħda biss biex tinformak dwar kif tista’ tippreżenta kwerela u lil min għandek tikkuntattja.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ:
1 - Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.