Sib informazzjoni għal kull reġjun
Sommarju tal-proċedura kriminali
Hawn taħt issib il-punti prinċipali tal-istadji normali ta' proċedura kriminali
- il-proċess jibda b'denunzja ta' ksur, bi kwerela mill-vittma jew b'rapport tal-pulizija dwar reat jew delitt
- il-Prosekutur tal-Istat jordna inkjesta preliminari
- il-pulizija tinterroga lill-persuni ssuspettati u tista' żżommhom taħt arrest sa massimu ta' 24 siegħa
- jekk il-Prosekutur tal-Istat jaħtar imħallef inkwirenti, ikun hu li jieħu ħsieb l-akkuża, jiġifieri jkun hu li jressaq l-akkuża uffiċjali kontrik li tkun wettaqt ksur u wara jinterrogak
- l-imħallef jista' jitlob lill-pulizija tarrestak u tpoġġik il-ħabs : inti jkollok id-dritt li titlob għal-libertà proviżorja mis-sigrieta tal-qorti distrettwali
- l-imħallef inkwerenti joħroġ il-mandat għall-akkuża jew għall-ħelsien
- malli jlesti, l-imħallef inkwerenti jerġa' jgħaddi l-każ għand il-Prosekutur li jew jipproponi l-ħelsien (tmiem il-każ, bla segwitu) jew jibagħtek quddiem qorti biex tiġi ġġudikat. Għandek dritt tressaq rikors kontra r-rinviju
- tidher għal seduta tal-qorti kriminali
- tingħata sentenza li teħilsek jew tikkundannak
- għandek id-dritt tressaq appell u terġa' tiġi ġġudikat mill-Qorti tal-Appell
Fin-noti informattivi ssib dettalji dwar l-istadji kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma tiħux post il-parir ta' avukat u għandha sservi biss biex tiffamiljarizza ruħek mas-sistema.
L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea
Importanti tkun taf illi l-Kummissjoni Ewropea m'għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tkun ta' assistenza jekk tkun trid tressaq ilment. Dawn l-iskedi informattivi juru kif inti tista’ tressaq ilment u fejn tressqu.
Ikklikkja fuq il-links t'hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ.
1 - Parir ta' avukat
2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta
- interrogazzjoni/inkjesta preliminari tal-pulizija
- Arrest (li jinkludi mandat ta' arrest Ewropew)
- Interrogazzjoni mill-maġistrat inkwerenti u ż-żamma taħt arrest
- Smigħ in camera sabiex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rilaxx
- Tmexxija tal-kawża mill-Prosekutur tal-Istat/maġistrat inkwerenti u d-drittijiet tad-difiża
- Il-proċedura sabiex tingħalaq l-inkjesta u terġa' tintbagħat quddiem il-qorti
3. Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.