Imputati (proċeduri kriminali)

Malta

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt li jiġi ttrattat fil-qorti.

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

Jekk inti vittma ta’ delitt, tista’ ssib it-tagħrif kollu dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Sommarju tal-proċess kriminali

Dejjem titressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Jekk titressaq taħt arrest, l-ewwel il-Qorti trid tiddeċiedi dwar jekk hemmx bażi legali biex tkompli tinżamm taħt arrest u mbagħad tgħarrfek li inti tista’ titlob garanzija. Jekk ma titressaqx taħt arrest, inti tiġi notifikat bl-akkużi u bid-data meta trid tidher fil-qorti għall-ewwel smigħ.

Hemm tliet tipi differenti ta’ proċessi quddiem il-qorti kriminali skont il-gravità tal-akkużi miġjuba kontrik:

Proċeduri sommarji quddiem il-Qorti tal-Maġistrati

  • Taħrika quddiem il-qorti
  • Każ tal-prosekuzzjoni mmexxi mill-Pulizija Eżekuttiva
  • Trattazzjoni tad-difiża
  • Sottomissjonijiet Finali
  • Sentenza

Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Maġistrati wara l-ġbir ta’ provi

  • Taħrika quddiem il-qorti
  • Każ tal-prosekuzzjoni mmexxi mill-Pulizija Eżekuttiva u mill-Avukat Ġenerali
  • Trattazzjoni tad-difiża
  • Sottomissjonijiet finali
  • Sentenza

Proċess quddiem il-qorti kriminali b’ġuri

  • Eċċezzjonijiet preliminari u eċċezzjonijiet relatati mal-ammissibbiltà tal-provi
  • Qari tal-att ta’ akkuża
  • Indirizz mill-Prosekuzzjoni
  • Trattazzjoni tal-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Avukat Ġenerali
  • Trattazzjoni tad-difiża
  • Replika mill-Prosekuzzjoni
  • Kontroreplika mid-Difiża
  • Għeluq
  • Verdett
  • Sentenza

Dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek jistgħu jinsabu fl-iskedi informattivi. Dan it-tagħrif ma jiħux post parir legali u huwa maħsub biss bħala gwida.

Rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok, kun af li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fi proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik jekk ikollok xi kwerela. F’dawn l-iskedi informattivi huwa pprovdut tagħrif dwar kif tagħmel kwerela u lil min.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess

Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

L-aħħar aġġornament: 20/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.