Imputati (proċeduri kriminali)

Slovakkja

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw il-proċedura tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jekk inti ssuspettat jew akkużat b’delitt.

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

Sommarju tal-proċess kriminali

Dawn li ġejjin huma sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali fir-Repubblika Slovakka.

Il-proċess ta’ qabel is-smigħ jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

  • passi qabel il-bidu tal-prosekuzzjoni kriminali;
  • preparazzjonijiet ta’ qabel il-proċess (investigazzjoni).

Il-proċess jikkonsisti fl-istadji li ġejjin:

  • l-eżami u s-smigħ preliminari tal-att tal-akkuża;
  • il-proċess ewlieni;
  • il-proċess ta’ appell (appell ordinarju [odvolanie] quddiem qorti ta’ istanza superjuri, appell ulterjuri [dovolanie] quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka [Najvyšší súd Slovenskej Republiky], ftuħ mill-ġdid tal-kawża);
  • il-proċess tal-eżekuzzjoni, it-twettiq tas-sentenza u l-miżuri protettivi.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ

Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess

Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

L-aħħar aġġornament: 02/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.