Tiġi kkunsidrat vittma ta’ reat, jekk tkun ġarrabt dannu (pereżempju tkun ġejt ferut jew il-proprjetà personali tiegħek tkun ġarrbet dannu jew tkun insterqet, eċċ.) b’konsegwenza ta’ azzjoni li tkun tikkostitwixxi reat skont il-liġi nazzjonali. Skont il-liġi, bħala vittma ta’ reat għandek ċerti drittijiet individwali qabel, matul u wara l-proċedimenti.
Fi Franza, il-proċedimenti kriminali jikkonsistu f’inkjesta u proċess. Hemm żewġ tipi ta’ inkjesti, skont it-tip ta’ reat imwettaq: inkjesta tal-pulizija mwettqa minn uffiċjali tal-pulizija taħt l-awtorità tal-prosekutur pubbliku u inkjesta ġuddizjarja (investigazzjoni) imwettqa taħt l-awtorità tal-maġistrat inkwirenti mill-uffiċjali tal-pulizija kriminali jew mill-maġistrat inkwirenti nnifsu.
Meta l-injesta titlesta, il-każ jista’ jingħalaq jew jiġi rinvijat il-qorti għall-proċess, skont l-evidenza miġbura. Fil-każ tal-aħħar, il-qorti teżamina l-evidenza miġbura u tiddeċiedi jekk it-trażgressur allegat ikunx ħati jew le. Jekk it-trażgressur allegat jinstab ħati, il-qorti tagħtih is-sentenza. Fil-każ li ma jkunx ħati, it-trażgressur jiġi dikjarat mhux ħati u jiġi liberat jew meħlus mill-kundanni.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ
1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat
2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess
3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess
5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.