Sib informazzjoni għal kull reġjun
Id-Drittijiet tal-Vittmi fl-Iskozja
Bħala vittma ta’ reat, inti għandek id-drittijiet tiegħek.
Inti intitolat(a) wkoll għal appoġġ prattiku u emozzjonali matul il-proċess kollu u tista’ tkun eliġibbli għal kumpens għal kwalunkwe danni kkawżati mir-reat.
Il- Kodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja jistabbilixxi d-drittijiet tiegħek, kif għandek teżerċitahom u lil min għandek tikkuntattja għall-għajnuna u l-pariri. Dan jinkludi informazzjoni dwar:
- Id-dritt tiegħek għal standards minimi ta’ servizz - kif ser tiġi ttrattat(a) mill-organizzazzjonijiet tal-ġustizzja kriminali
- Id-dritt tiegħek għall-informazzjoni - kif ser tiġi aġġornat(a) dwar il-każ tiegħek u dwar xiex tista’ tistaqsi
- Id-dritt tiegħek għall-parteċipazzjoni - li tinftiehem, tifhem x’qed jiġri u tgħid lill-qorti kif affettwak reat
- Id-dritt tiegħek għall-protezzjoni u l-protezzjoni tal-privatezza - li tħossok sikur u protett mill-intimidazzjoni
- Id-dritt tiegħek għall-appoġġ - kemm jekk tirrapporta r-reat lill-pulizija kif ukoll jekk le
- Id-dritt tiegħek għall-kumpens u l-ispejjeż - bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, it-telf ta' qligħ jew il-kumpens jekk korrejt.
Inti għandek ukoll dritt li tilmenta jekk ma tkunx kuntent bil-mod kif ittrattatek organizzazzjoni.
Żur mygov.scot sabiex issir taf aktar dwar id-drittijiet tiegħek bħala vittma ta’ reat fl-istadji differenti tal-proċess tal-ġustizzja kriminali, inklużi r-rapportar ta’ reat, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, jekk każ imur il-qorti u x’jiġri wara l-verdett.
Inti tista’ wkoll taqra dwar l-għajnuna u l-appoġġ għall-vittmi ta’ reati.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ
1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat
2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess
3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess
5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.