Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajiet li jipprovdu assistenza lill-vittmi jinsabu fuq https://www.justice.gov.sk/Stranky/Registre/Zoznamy-vedene-MS-SR/Register-pomoc-obetiam-zoznam.aspx

Helpline ta’ appoġġ għall-vittmi

Helpline nazzjonali għan-nisa li jesperjenzaw vjolenza (24/7)

0800 212 212

Helpline għas-sikurezza tat-tfal (24/7)

116 111

Helpline għat-tfal neqsin (24/7)

116 000

Helpline ta’ appoġġ emozzjonali għat-tfal (14.00-20.00)

055/234 72 72

Helpline għal persuni abbużati

0800 300 700

Helpline għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

0800 800 818

Helpline għall-appoġġ emozzjonali ‘Nezábudka’

0800 800 566

KUNTATTI OĦRA

Sistema Integrata ta’ Salvataġġ

112

Il-pulizija

158

Helpline tal-Uffiċċju tax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja (UPSVaR) għar-rappurtar ta’ negliġenza fil-kura tat-tfal

0800 191 222

Helpline tal-uffiċċju tal-prosekutur għar-rappurtar tal-vjolenza domestika

0800 300 700

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (għal talbiet għal kumpens)

02/888 91 544

L-Uffiċċji tal-Informazzjoni lill-Vittmi (l-uffiċċji jinsabu fil-bliet kapitali reġjonali u jipprovdu informazzjoni bażika u għajnuna biex jiġi stabbilit kuntatt mal-entitajiet li jipprovdu assistenza lill-vittmi)

L-appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi jew mill-awtoritajiet tal-Istat?

L-għajnuna legali tista’ tinkiseb mill-entitajiet li jipprovdu assistenza lill-vittmi, miċ-ċentru ta’ intervent għall-vittmi ta’ vjolenza domestika jew, taħt ċerti kundizzjonijiet, miċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali. L-Istat jikkoopera mal-entitajiet li jipprovdu assistenza lill-vittmi, u matul l-ewwel kuntatt il-pulizija tipprovdilek id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom u l-informazzjoni dwar il-forma ta’ assistenza pprovduta minn dawn l-entitajiet. Fuq talba tiegħek, il-pulizija se tgħinek tikkuntattjahom.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi minn organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Kull vittma għandha d-dritt li tirċievi assistenza esperta. Din hija pprovduta prinċipalment mill-entitajiet akkreditati skont l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità, kif ukoll minn entitajiet oħra li jipprovdu assistenza lill-vittmi (“entitajiet reġistrati” – madankollu, dawn l-entitajiet mhux neċessarjament jipprovdu assistenza sal-punt indikat hawn taħt).

L-entitajiet akkreditati jissodisfaw b’mod speċjali l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza professjonali, jiġifieri jimpjegaw professjonisti li jkunu kisbu lawrji universitarji u esperjenza professjonali fil-qasam. Id-diversi entitajiet normalment jispeċjalizzaw fl-għoti ta’ assistenza esperta lil grupp partikolari ta’ vittmi, bil-ħsieb li jiffokaw b’mod aktar speċifiku fuq il-ħtiġijiet tal-vittmi u jipprovdu assistenza ta’ kwalità aħjar. Ir-reġistru tal-entitajiet li jipprovdi assistenza lill-vittmi fih informazzjoni dwar din l-ispeċjalizzazzjoni, kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt jew il-kopertura ġeografika ta’ kull entità.

L-entitajiet akkreditati jistgħu jipprovdulek assistenza esperta ġenerali jew assistenza esperta speċjalizzata maħsuba għal vittmi partikolarment vulnerabbli

L-assistenza esperta ġenerali lill-vittmi tinkludi:

  • għoti u spjegazzjoni adegwata ta’ informazzjoni (speċjalment fir-rigward ta’ proċedimenti kriminali, proċeduri u drittijiet, assistenza esperta);
  • għajnuna legali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vittma;
  • għajnuna legali biex jiġu eżerċitati d-drittijiet ta’ vittma li għandha l-istatus ta’ parti ċivili jew ta’ xhud fi proċedimenti kriminali;
  • għajnuna psikoloġika;
  • konsulenza dwar ir-riskju u l-prevenzjoni ta’ vittimizzazzjoni ripetuta.

Entità akkreditata li tipprovdi assistenza esperta ġenerali dejjem trid tipprovdi l-ewwel konsultazzjoni mingħajr ħlas. Jekk tkun irċeviet għotja, hija tipprovdi assistenza esperta mingħajr ħlas għal 90 jum u anki għal perjodu itwal jekk ikun meħtieġ u jekk il-vittma titlob dan.

Assistenza esperta speċjalizzata għal vittmi partikolarment vulnerabbli tinkludi:

  • għoti ta’ assistenza minn esperti ġenerali;
  • provvista ta’ intervent psikoloġiku f’każ ta’ kriżi;
  • evalwazzjoni tat-theddida ta’ periklu għall-ħajja jew għas-saħħa;
  • arranġamenti għall-provvista ta’ servizzi soċjali f’faċilità ta’ akkomodazzjoni ta’ emerġenza u konsulenza soċjali speċjalizzata fejn ikun hemm theddida immedjata għall-ħajja jew is-saħħa ta’ vittma partikolarment vulnerabbli.

Il-vittmi partikolarment vulnerabbli huma dejjem intitolati li jirċievu assistenza esperta speċjalizzata mingħajr ħlas. Din l-assistenza tingħata għal 90 jum u anke għal aktar żmien jekk ikun meħtieġ u jekk il-vittma titlob dan (informalment ukoll, pereż. billi torganizza laqgħa oħra).

L-akkreditazzjoni tal-entitajiet hija soġġetta għall-għoti ta’ waħda mill-forom ta’ assistenza msemmija hawn fuq, li hija marbuta wkoll mat-tip ta’ vittmi li lilhom jipprovdu assistenza. Jekk m’intix ċert(a) x’tip ta’ assistenza esperta tipprovdi l-entità akkreditata u x’tip ta’ vittmi tittratta, toqgħodx lura milli tikkuntattjahom. Dawn se jkunu jistgħu jagħtuk parir u jirreferuk għal entità oħra fejn xieraq.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.