Sib informazzjoni għal kull reġjun
Inti titqies bħala vittma ta’ reat jekk tkun sofrejt dannu b’riżultat ta’ reat kriminali, pereżempju jekk tkun ġarrabt ħsara fuq il-persuna jew jekk ikun ġie kkawżat xi dannu lill-proprjetà (tanġibbli jew intanġibbli) tiegħek bħala riżultat ta’ avveniment li jikkostitwixxi reat kriminali skont il-liġi nazzjonali. Il-liġi tagħtik, bħala vittma ta’ reat, ċerti drittijiet individwali qabel, matul u wara l-proċedimenti tal-qorti.
Il-vittmi tal-kriminalità għandhom privileġġi matul il-proċedimenti kriminali u tista’ teżerċitahom fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti.
Fis-Slovakkja, il-proċedimenti kriminali jibdew b’investigazzjoni kriminali mwettqa mill-pulizija, li fiha tinġabar evidenza dwar l-att kriminali u t-trasgressur akkużat bl-att. Jekk l-evidenza tkun biżżejjed, il-proċedimenti jgħaddu għal proċess. Il-proċess jintemm jew bil-verdett tal-qorti dwar il-ħtija tal-intimat jew bil-liberazzjoni, u jista’ jinkludi wkoll deċiżjoni dwar it-talba tiegħek għal kumpens għad-dannu li tkun ġarrabt. Tista’ tappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti quddiem qorti superjuri.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ
1 - Id-drittijiet tiegħi bħala vittma ta’ reat
2 - Ir-rapportar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.