To jezikovno različico trenutno prevajajo naši prevajalci.
Opozarjamo, da so že na voljo naslednje jezikovne različice: angleščinapoljščina.
Swipe to change

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Poljska

Vsebino zagotavlja
Poljska
Za izbrano jezikovno različico ni uradnega prevoda.
Tukaj je na voljo strojni prevod vsebine. Opozarjamo, da je prevod samo okviren. Lastnik te strani ne prevzema nikakršne odgovornosti glede kakovosti tega strojno prevedenega besedila.

Jien vittma ta’ reat. Lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Il-vittmi ta’ reat u l-eqreb qarib tagħhom huma megħjuna minn NGOs li jirċievu sussidji għal dak il-għan mingħand il-Fond ta’ Appoġġ għall-Vittmi u ta’ Għajnuna Postpenitenzjarja. Is-sussidji jingħataw mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-vittmi jiġu informati li din l-għajnuna hi disponibbli qabel ma jagħmlu l-ewwel dikjarazzjoni tagħhom.

Lista tal-organizzazzjonijiet kollha li kisbu sussidji għall-vittmi u għall-eqreb qarib tagħhom u informazzjoni (bil-Pollakk) dwar dak li tkopri l-għajnuna jistgħu jinkisbu mis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja https://www.ms.gov.pl/pl/dzialalnosc/pokrzywdzeni-przestepstwem/pomoc-osobom-pokrzywdzonym-przestepstwem-oraz-osobom-im-najblizszym---lista-podmiotow-i-organizacji/, taħt Działalność/Pomoc pokrzywdzonym/Pomoc pokrzywdzonym przestępstwem oraz osobom im najbliższym – lista podmiotów i organizacji.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

Bħalissa ma jeżisti ebda hotline nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi fil-Polonja. Madankollu, hemm hotline għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

L-appoġġ għall-vittmi hu offrut mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

L-awtoritajiet jipprovdu lill-vittmi b’informazzjoni dwar il-postijiet fejn ikun disponibbli l-appoġġ. Ċerti kategoriji ta’ vittmi huma intitolati għal assistenza legali mingħajr ħlas fid-dawl tal-età u tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Il-vittmi ta’ reat huma intitolati għal assistenza medika skont ir-regoli ġenerali.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

L-NGOs iffinanzjati mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Vittmi u ta’ Għajnuna Postpenitenzjarja joffru lill-vittmi assistenza legali, psikoloġika u finanzjarja, eż. kupuni għall-ikel jew għajnuna fl-ispejjeż tal-ikel u tal-ilbies, tal-ħwejjeġ ta’ taħt, taż-żraben, ta’ prodotti tat-tindif u tal-iġjene personali, ta’ akkomodazzjoni jew ta’ kenn temporanji, ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ, ta’ miżuri biex jadattaw appartament jew dar għall-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ reat u fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Tip ieħor ta’ appoġġ hu finanzjament għas-servizzi ta’ interpretu, inkluż interpretu tal-lingwa tas-sinjali.

L-assistenza medika tinkludi l-kopertura tal-ispejjeż tal-kura medika, tal-mediċina u tat-tagħmir mediku neċessarji biex tiġi ttrattata l-ħsara għas-saħħa mġarrba bħala riżultat tar-reat.

L-aħħar aġġornament: 20/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.