Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Unjoni Ewropeaeu
- Internazzjonaliii
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Iċ-Ċekjacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
Qabel ma kien hemm l-ECLI, ir-riċerka dwar il-ġurisprudenza kienet diffiċli u kienet tieħu ħafna ħin. Ħu, pereżempju, każ fejn sentenza tal-Qorti Suprema ta' Stat Membru A kienet titqies bħala ta' interess f'dibattitu legali speċifiku. Il-każ kien ikun reġistrat f’diversi databases ta’ ġurisprudenza, nazzjonali u transkonfinali, iżda f’kull database is-sentenza jkollha identifikatur differenti. Dawn l-identifikaturi kollha - jekk biss ikun magħrufa – kellhom jiġu kkwotati sabiex il-qarrejja tal-kwotazzjoni setgħu jsibu l-kawża fid-database li jippreferu. Regoli u stili differenti dwar il-kwotazzjonijiet komplew jikkomplikaw ir-riċerka. Barra minn dan, l-utenti kellhom jidħlu fid-databases kollha biex isibu jekk din il-kawża fil-Qorti Suprema kinitx disponibbli - miġbura fil-qosor, tradotta jew annotata. Bis-sistema tal-ECLI, riċerka waħda permezz ta’ interface ta’ riċerka wieħed bl-użu ta’ identifikatur wieħed ikun biżżejjed biex jinstabu l-okkorrenzi kollha tas-sentenza fid-databases kollha nazzjonali u transkonfinali li jipparteċipaw.
Bħalissa qiegħda tikber l-importanza ta’ aċċess faċli għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji ta' Stati Membri oħra għat-tisħiħ tar-rwol tal-imħallef nazzjonali meta jkun qed japplika u jinforza l-liġi tal-UE. Ir-riċerka u l-kwotazzjoni ta’ sentenzi minn Stati Membri oħra hija mfixkla b’mod serju minn sistemi nazzjonali ta’ identifikazzjoni differenti tal-ġurisprudenza, minn regoli tal-kwotazzjonijiet u minn oqsma tekniċi li jiddeskrivu l-karatteristiċi ta’ sentenza.
Sabiex jingħelbu dawn id-differenzi u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġurisprudenza nazzjonali, barranija u Ewropea, kif ukoll il-kwotazzjonijiet tagħha, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jintroduċu l-Identifikatur tal-Ġurisprudenza Ewropea (ECLI) kif ukoll sett minimu ta’ metadejta uniformi għall-ġurisprudenza.
Il-karatteristiċi ewlenin tal-ECLI
L-ECLI huwa identifikatur uniformi li għandu l-istess format rikonoxxibbli għall-Istati Membri kollha u għall-qrati kollha tal-UE. Huwa magħmul minn ħames elementi obbligatorji:
- ‘ECLI’: biex l-identifikatur jiġi identifikat bħala Identifikatur tal-Ġurisprudenza Ewropea;
- il-kodiċi tal-pajjiż;
- il-kodiċi tal-qorti li tkun tat is-sentenza;
- is-sena li fiha ngħatat is-sentenza;
- numru ordinali, mhux itwal minn 25 karattru alfanumeriku, f’format li jiġi deċiż minn kull Stat Membru. It-tikek jitħallew, iżda l-ebda sinjal ta' punteġġjatura ieħor.
L-elementi jinfirdu minn xulxin permezz ta' kolon. Dan li ġej huwa eżempju (li ma jeżistix) ta kif jista' jkun ECLI:
ECLI:NL:HR:2009:384425, li tista’ tkun id-deċiżjoni 384425 tal-Qorti Suprema (“HR”) tal-Pajjiżi l-Baxxi (“NL”), tas-sena 2009.
Metadejta
Sabiex ikun eħfef li l-ġurisprudenza tinstab u tinftiehem, kull dokument li jkun fih deċiżjoni ġudizzjarja għandu jkollu sett ta' metadejta kif deskritt f'dan il-paragrafu. Din il-metadejta għandha tiġi deskritta skont l-istandards stabbiliti minn Dublin Core Metadata Initiative.
Il-Konkluzjonijet tal-Kunsill dwar l-ECLI jagħtu deskrizzjoni tal-metadejta li tista’ tintuża.
Il-koordinatur tal-ECLI
Kull Stat Membru li juża l-ECLI għandu jaħtar organizzazzjoni governattiva jew ġudizzjarja bħala l-koortinatur nazzjonali tal-ECLI. Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa responsabbli mit-tfassil tal-lista ta’ kodiċijiet għall-qrati parteċipanti, mill-pubblikazzjoni tal-mod li bih jsiru n-numru ordinali, u minn kull informazzjoni oħra li tkun relevanti għat-tħaddim tas-sistema tal-ECLI. Il-koordnatur tal-ECLI għall-UE hija l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Kull Stat Membru jiddeċiedi jekk, u sa liema livell, se juża s-sistema tal-ECLI, eż. jekk japplikahiex b’mod retroattiv għal dokumentazzjoni storika jew l-għadd ta' qrati li jipparteċipaw, pereżempju fil-livell tal-qorti suprema biss, fil-qrati kollha, eċċ.
Id-dimensjoni Ewropea u internazzjonali
Billi tikklikkja fuq il-bnadar tal-UE u dawk internazzjonali, disponibbli fuq in-naħa tal-lemin, tista' ssib informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ECLI mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.
Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill il-Kummissjoni Ewropew żviluppat magna tat-tiftix multilingwa tal-ECLI li tippermetti lill-utenti li jsibu sentenzi ġudizzjarji mid-dejtabejżis ta' dawk il-pubblikaturi tal-ġurisprudenza li jkunu implimentaw l-istandard ECLI u li jkunu tawna aċċess għad-dejta tagħhom.
Hemm ukoll għodda ta' tiftix fis-sit web https://e-justice.europa.eu/ecli/ - kull darba li tiġi ttajpjata ECLI wara dan l-isem titla' l-metadejta relevanti tal-ECLI (jekk tkun disponibbli). Pereżempju, jekk wieħed jittajpja https://e-justice.europa.eu/ecli/ECLI:NL:HR:2016:764 tidher direttament il-metadejta tad-deċiżjoni ECLI:NL:HR:2016:764.
Il-paġni tal-Istati Membri
Fil-paġni tal-Istati Membri tista’ ssib informazzjoni dwar:
- jekk l-Istat Membru jkunx diġà daħħal l-ECLI u l-metadejta;
- jekk le: jekk ikollux ħsieb jagħmel dan;
- jekk iva: informazzjoni dwar il-kodiċijiet tal-qorti, ir-regoli tal-ifformattjar, il-metadejta, eċċ.;
- il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.