Sib informazzjoni għal kull reġjun
- Unjoni Ewropeaeu
- Internazzjonaliii
- Belġjube
- Bulgarijabg
- Repubblika Ċekacz
- Danimarkadk
- Ġermanjade
- Estonjaee
- Irlandaie
- Greċjael
- Spanjaes
- Franzafr
- il-Kroazjahr
- Italjait
- Ċiprucy
- Latvjalv
- Litwanjalt
- Lussemburgulu
- Ungerijahu
- Maltamt
- Olandanl
- Awstrijaat
- Polonjapl
- Portugallpt
- Rumanijaro
- Slovenjasi
- Slovakkjask
- Finlandjafi
- Svezjase
Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI
L-uffiċċju tal-informazzjoni legali u amministrattiva (Direction de l’information légale et administrative (DILA)) ġie nnominat bħala l-koordinatur nazzjonali tal-ECLI għal Franza, mis-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern.
Kodiċi “tal-pajjiż”
Il-kodiċi “tal-pajjiż” ta’ Franza huwa: [FR]
Il-ħolqien ta' ECLI nazzjonali
Il-qrati supremi Franċiżi kkonċernati mis-sistema tal-ECLI huma:
- Il-Kunsill Kostituzzjonali (Conseil constitutionnel);
- il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation);
- il-Kunsill tal-Istat (Conseil d'Etat).
L-ECLI huwa magħmul minn ħames partijiet, u l-ewwel tnejn minnhom huma dejjem l-istess għal Stat Membru:
ECLI:FR:{kodiċi_tal-qorti}:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
Kull waħda minn dawn il-qrati adottat kodiċi tal-qorti kif ukoll regoli għall-ħolqien tan-numru ordinali.
Is-sena ta' meta tkun ingħatat id-deċiżjoni jkollha dejjem erba' karattri numeriċi (fil-format SSSS, pereżempju 2012).
1. Il-Kunsill Kostituzzjonali.
Il-kodiċi tal-qorti għall-Kunsill Kostituzzjonali huwa dejjem CC.
Għaldaqstant, il-forma ġenerika ta' ECLI hija:
ECLI:FR:CC:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
In-numru ordinali huwa magħmul minn żewġ partijiet, separati b'punt tal-waqfa:
- in-numru tas-serje tat-tip tad-deċiżjoni (dan in-numru jerġa' jibda min-numru 1 mal-bidu ta' kull sena);
- it-tip tad-deċiżjoni (DC, QPC, AN… ara l-lista ta' dawn it-tipi
Pereżempju:
l-ECLI tad-Deċiżjoni tal-Ġimgħa, is-27 ta' Lulju 2012, Nru 2012-270 QPC ikun ECLI:FR:CC:2012:2012.270.QPC
2. il-Qorti tal-Kassazzjoni.
Il-kodiċi tal-qorti għall-Qorti tal-Kassazzjoni huwa dejjem CCASS.
Għaldaqstant, il-forma ġenerika ta' ECLI hija:
ECLI:FR:CCASS:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
In-numru ordinali jinkludi żewġ elementi li jinkitbu wara xulxin, mingħajr spazju:
- il-kodiċi ECLI, li jikkorrispondi ma' kull diviżjoni tal-qorti (żewġ karattri alfanumeriċi skont it-tabella ta' hawn taħt):
- L-aħħar ħames karattri numeriċi tan-numru tal-amministrazzjoni.
AP | ASSEMBLEA PLENARJA (ASSEMBLÉE PLÉNIÈRE) |
AV | OPINJONI (AVIS) |
C1 | IL-PRIM’AWLA ĊIVILI (PREMIÈRE CHAMBRE CIVILE) |
C2 | IS-SEKOND’AWLA ĊIVILI (DEUXIÈME CHAMBRE CIVILE) |
C3 | IT-TERZ’AWLA ĊIVILI (TROISIÈME CHAMBRE CIVILE) |
CO | L-AWLA KUMMERĊJALI (CHAMBRE COMMERCIALE) |
CR | L-AWLA KRIMINALI (CHAMBRE CRIMINELLE) |
MI | L-AWLA KONĠUNTA (CHAMBRE MIXTE) |
OR | ORDNI TAL-PRESIDENT (ORDONNANCE DU PREMIER PRÉSIDENT) |
SO | L-AWLA SOĊJALI (CHAMBRE SOCIALE) |
Dan il-kodiċi huwa bbażat fuq l-użu ta' numru ta' amministrazzjoni interna, magħmul minn tmien karattri:
karattru wieħed li jidentifika d-diviżjoni tal-qorti;
żewġ karattri numeriċi li jindikaw is-sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni;
ħames karattri numeriċi li jindikaw in-numru tas-serje għal dik is-sena, għad-diviżjoni tal-qorti inkwistjoni.
Pereżempju: in-numru tar-rikors għas-sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni fl-Awla Kriminali, tas-27 ta' Frar 2013, huwa 12-81.063 u n-numru tal-amministrazzjoni huwa C1300710. L-ewwel parti tan-numru ordinali ta' din is-sentenza se tkun CR, għall-Awla Kriminali (Chambre criminelle).
Fl-eżempju li qed inġibu hawnhekk, it-tieni parti tan-numru ordinali se tkun 00710. Kollu f'daqqa, l-ECLI tas-sentenza mogħtija mill-Awla Kriminali tal-Qorti tal-Kassazzjoni fis-27 ta' Frar 2013 bin-numru tar-rikors 12-81063, ikun: ECLI:FR:CCASS:2013:CR00710.
3. Il-Kunsill tal-Istat
Il-Kunsill tal-Istat juża kodiċi tal-qorti li jidentifika t-tip ta' diviżjoni tal-qorti kkonċernata: l-għerq CE huwa segwit, mingħajr spazji, minn diversi ittri, kif indikat hawn isfel:
Assemblea (Assemblée) | CEASS |
Ordni (Ordonnance) | CEORD |
Diviżjoni tat-Tilwimiet (Section du contentieux) | CESEC |
Sottodiviżjoni li tiddeċiedi waħedha (Sous-section jugeant seule) | CESJS |
Sottodiviżjonijiet tal-imħallfin flimkien (Sous-sections reunies) | CESSR |
Awla li tiddeċiedi waħedha (Chambre jugeant seule) | CECHS |
Awla tal-imħallfin flimkien (Chambre réunies) | CECHR |
Il-kodiċi CE waħdu ma jintużax.
Għaldaqstant, il-forma ġenerika hija:
ECLI:FR:CE…:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
In-numru ordinali huwa magħmul ukoll minn żewġ partijiet, separati b'punt tal-waqfa:
- in-numru tat-talba tad-deċiżjoni;
- id-data ta' meta tingħata d-deċiżjoni, fil-format SSSSXXJJ.
Pereżempju:
L-ECLI tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat Nru 355099, li ngħatat mit-tielet u mit-tmien subdiviżjoni tal-imħallfin kollha f'daqqa, fl-1 ta' Marzu 2013, ikun: ECLI:FR:CESSR:2013:355099.20130301
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.