Hemm żewġ tipi ta’ drittijiet fundamentali:
- Drittijiet fundamentali ‘klassiċi’: drittijiet ċivili u politiċi. Dawn jinkludu d-dritt għal vot, il-libertà tal-espressjoni, id-dritt għall-privatezza, il-libertà tar-reliġjon u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni.
- Drittijiet fundamentali ‘soċjali’: drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali. Dawn jinkludu d-dritt għal akkomodazzjoni, sigurtà soċjali, kura tas-saħħa u edukazzjoni.
Drittijiet fundamentali soċjali normalment mhumiex eżegwibbli f’qorti tal-ġustizzja, filwaqt li drittijiet fundamentali klassiċi huma. Għalhekk membru tal-pubbliku jista’ jieħu azzjoni legali jekk awtorità muniċipali trid tipprojbixxi dimostrazzjoni mingħajr raġuni valida.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.