Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Qrati nazzjonali u korpi mhux ġudizzjarji oħrajn

Skozja

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Ombudsperson

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

L-istituzzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jipprovdu parir b’rabta maċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek.

1. The Equality and Human Rights Commission (Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tal-Bniedem)

L-Equality and Human Rights Commission (EHRC) hija l-Korp ta’ Ugwaljanza Nazzjonali (National Equality Body, NEB) għall-Iskozja, l-Ingilterra u Wales, u taħdem biex telimina d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza fuq disa’ elementi fl-Att ta’ Ugwaljanza tal-2010: l-età, id-diżabbiltà, is-sess, ir-razza, ir-reliġjon u t-twemmin, it-tqala u l-maternità, iż-żwieġ u l-unjoni ċivili, l-orjentazzjoni sesswali u r-riassenjazzjoni tas-sess.  Hi Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ “Status A”, indipendenti mill-gvern, u taqsam il-mandat tagħha biex tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem fl-Iskozja mas-Scottish Human Rights Commission (il-Kummissjoni Skoċċiża tad-Drittijiet tal-Bniedem).

Bħala Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-EHRC:

  • tippromwovi għarfien, ftehim u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem
  • tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi biex ikunu konformi mal-Att dwar id-Drittijiet tal-Bniedem
  • tipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem għal membri tal-pubbliku, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi
  • timmonitorja s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gran Brittanja, u tirrapporta s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha lin-NU, lill-gvern u lill-Parlament
  • tagħti parir lill-Gvern u l-Parlament tar-Renju Unit u l-amministrazzjonijiet devoluti Skoċċiżi u ta’ Wales dwar l-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem ta’ politiki u l-leġiżlazzjoni proposta
  • tuża s-setgħat legali tagħha biex itejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

L-EHRC għandha setgħat legali sabiex, fost affarijiet oħra:

  • tieħu proċedimenti ta’ rieżami ġudizzjarju — tip ta’ proċediment tal-qorti li fih mħallef jirrieżamina l-legalità ta’ deċiżjoni jew azzjoni magħmula jew meħuda minn korp pubbliku
  • thedded stħarriġ ġudizzjarju qabel tiġi approvata leġiżlazzjoni jekk tqis li proposta ta’ liġi se tikser id-drittijiet tal-bniedem ta’ grupp
  • tintervjeni f’każijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem meħuda minn oħrajn (magħrufa bħala intervent ta' “terza persuna”) - madankollu l-Kummissjoni ma tistax tappoġġa każijiet individwali tad-drittijiet tal-bniedem li ma jqajmux kwistjoni ta’ ugwaljanza
  • tagħmel inkjesti dwar kwalunkwe kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem - jekk il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet għal bidliet u titjib fil-politika, prattika u leġiżlazzjoni lil kwalunkwe organizzazzjoni, huma jridu jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet
  • isservi avviż ta’ konformità jekk jidhrilha li awtorità pubblika ma tkunx ikkonformat mad-dmir tagħha tal-ugwaljanza - dan jista’ jirrikjedi biex tikkonforma ma’ dmir jew tista’ tagħti dettalji dwar il-passi li jeħtieġ li jittieħdu biex tiġi żgurata l-konformità

http://www.equalityhumanrights.com/

Dettalji ta' kuntatt:

Equality an Human Rights Commission - Scotland Office

Telefown: 0141 288 5910

Indirizz elettroniku: scotland@equalityhumanrights.com

Utenti BSL jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fuq bażi ekwa għal smigħ tal-partijiet ikkonċernati.  Għal aktar informazzjoni kkuntattja l-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u tad-Drittjiet tal-Bniedem f’http://www.equalityhumanrights.com/

Equality Advisory Support Service (Is-Servizz ta’ Appoġġ Konsultattiv dwar l-Ugwaljanza)

Telefown: 0808 800 0082
Telefown għall-sms: 0808 800 0084

Posta elettronika: eass@mailgb.custhelp.com

Indirizz tal-Posta: Għajnuna fuq it-telefown Freepost FPN6521

Disponibbli wkoll permezz tas-sit web http://www.equalityadvisoryservice.com/ huma l-interpretazzjoni BSL, webchat u formola ta’ kuntatt

Ħinijiet tal-ftuħ:
Mid-9:00 sat-20:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Mill-10:00 sas-14:00 is-Sibt
Magħluq il-Ħdud u fil-Btajjel tal-Banek

2. The Scottish Human Rights Commission (Il-Kummissjoni Skoċċiża tad-Drittijiet tal-Bniedem)

Is-Scottish Human Rights Commission hija l-istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, skont il-Prinċipji ta’ Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti relatati mal-istatus tal-istituzzjonijiet nazzjonali u bl-ogħla livell ta’ akkreditazzjoni (“status A”).  L-SHRC (Scottish Human Rights Commission, il-Kummissjoni Skoċċiża għad-Drittijiet tal-Bniedem) hi korp indipendenti stabbilit mill-Parlament Skoċċiż għall-promozzjoni tal-għarfien, il-fehim u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kollha - ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċivili u politiċi - għal kulħadd kullimkien fl-Iskozja, u għat-tħeġġiġ tal-aħjar prattika f’relazzjoni mad-drittijiet tal-bniedem.  Hi tista’ tirrapporta direttament lin-NU dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.  L-obbligi u s-setgħat kollha tal-Kummissjoni huma riprodotti fil-Kummissjoni Skoċċiża għall-Att tal-2006 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

L-SHRC għandha s-setgħat li:

  • tirrakkomanda bidliet fil-liġi, il-politika u l-prattika
  • tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem permezz tal-edukazzjoni, taħriġ u riċerka ta’ pubblikazzjoni
  • tmexxi inkjesti dwar il-politiki u l-prattiċi tal-awtoritajiet pubbliċi Skoċċiżi

L-SHRC ma tiħux ħsieb ilmenti jew tipprovdi servizz ta’ għajnuna lil individwi.  Madankollu, il-fuljett tagħha Help with Human Rights (Għajnuna bid-Drittijiet tal-Bniedem) jagħti dettalji dwar organizzazzjonijiet u servizzi li jistgħu jkunu kapaċi li jipprovdu parir u assistenza.

Dettalji ta' kuntatt:

Scottish Human Rights Commission
Governor's House
Regent Road
Edinburgh
EH1 3DE
Telefown: 0131 244 3550
Posta elettronika: hello@scottishhumanrights.com
Sit elettroniku: Scottish Human Rights Commission

Ombudspersons

1. Scottish Public Services Ombudsman (L-Ombudsman Skoċċiż għas-Servizzi Pubbliċi)

L-Ombudsman Skoċċiż għas-Servizzi Pubbliċi jipprovdi servizz mingħajr ħlas, indipendenti u imparzjali b’rabta ma’ tilwim bejn ċittadini u kemm il-gvern lokali u ċentrali, bil-għan li jgħin fir-riżoluzzjoni ta' tilwim jew għall-irranġar ta' sitwazzjonijiet mhux ġusti.  Huwa l-aħħar stadju għall-ġestjoni ta’ lmenti dwar korpi pubbliċi fl-Iskozja (Kunsilli, is-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali, assoċjazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni, kulleġġi u universitajiet, ħabsijiet, il-biċċa l-kbira tal-fornituri tal-ilma, il-Gvern Skoċċiż u l-aġenziji u d-dipartimenti tiegħu u l-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet Skoċċiżi.)

Dettalji ta' kuntatt:

Telefown bla ħlas: 0800 377 7330
Telefown: 0131 225 5330

Indirizz tal-Posta: Freepost SPSO (l-ebda bżonn ta’ bolla)

Personalment: 4 Melville Street, Edinburgh, EH3 7NS (ħinijiet tal-ftuħ nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa, 9am-5pm, it-Tlieta 10am-5pm)

Sit elettroniku: SPSO

2. Parliamentary and Health Service Ombudsman (L-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa)

Il-Parliamentary and Health Service Ombudsman huwa l-istadju finali għal ilmenti dwar l-NHS fl-Ingilterra u s-servizzi pubbliċi mogħtija mill-Gvern tar-Renju Unit.  Huwa jipprovdi servizz bla ħlas u jinvestiga l-ilmenti fejn xi ħadd li jemmen li kien hemm inġustizzja jew diffikultajiet għaliex organizzazzjoni ma tkunx aġixxiet sew jew ġustament jew tkun tat servizz ħażin u ma kkoreġitx is-sitwazzjoni.

L-Ombudsman mhuwiex parti mill-gvern.  Huwa ġie mwaqqaf mill-Parlament biex jipprovdi servizz indipendenti għat-trattament tal-ilmenti.  Huwa jikkondividi r-riżultati mix-xogħol dwar il-każ mal-Parlament biex jgħinu jifli l-fornituri tas-servizzi pubbliċi, u jikkondividi s-sejbiet b’mod aktar wiesa’ ma’ oħrajn biex tingħata spinta lit-titjib fis-servizzi pubbliċi.  L-Ombudsman irid jagħti kont lill-Parlament tar-Renju Unit u l-ħidma tiegħu hija suġġetta għall-iskrutinju tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Amministrazzjoni Pubblika.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tilmenta mal-organizzazzjoni li m'intix kuntent biha.  Jekk l-ilment tiegħek ikun dwar dipartiment tal-Gvern tar-Renju Unit jew organizzazzjoni pubblika tar-Renju Unit, trid tikkuntattja membru parlamentari biex jirreferi l-kwistjoni lill-Ombudsman.

Sit elettroniku: Ombudsman

Dettalji ta' Kuntatt:

Telefown: 0345 015 4033 (mit-08:30 sal-17:30, mit-Tnejn sal-Ġimgħa)

Servizz ta’ messaġġ “ċempel lura”: 07624 813 005

Jekk tuża BSL tista’ tuża s-servizz SignVideo: SignVideo

Korpi Speċjalizzati tad-Drittijiet tal-Bniedem

1. Children and Young People's Commissioner Scotland (Il-Kummissarju tat-Tfal u ż-Żgħażagħ tal-Iskozja)

Iċ-Children and Young People's Commissioner Scotland iqajjem l-għarfien u l-fehim tad-drittijiet tat-tfal u jgħin lit-tfal jasserixxu d-drittijiet tagħhom. Il-Kummissarju għandu s-setgħat li jwettaq investigazzjonijiet fir-rigward ta’ jekk il-fornituri tas-servizz jikkunsidrawx id-drittijiet, l-interessi u l-opinjonijiet ta’ gruppi tat-tfal u ż-żgħażagħ f’teħid ta’ deċiżjonijiet jew azzjonijiet li jikkonċernawhom.

Dettalji ta’ Kuntatt

Children and Young People's Commissioner Scotland (Il-Kummissarju tat-Tfal u ż-Żgħażagħ tal-Iskozja) 
Roseberry House
9 Haymarket Terrace
Edinburgh
EH12 5EZ
Telefown: 0131 346 5350
Telefown bla ħlas għaż-żgħażagħ: 0800 019 1179
Messaġġ: 0770 233 5720

Posta elettronika: inbox@cypcs.org.uk
Sit elettroniku: CYPCS

2. The Scottish Information Commissioner (Il-Kummissarju Skoċċiż għall-Informazzjoni)

L-iScottish Information Commissioner jippromwovi u jinforza kemm id-dritt tal-pubbliku li jistaqsi għall-informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet pubbliċi Skoċċiżi, u għal prattika tajba mill-awtoritajiet.  Permezz tal-ħidma tagħha, il-Kummissarju jappoġġa l-ftuħ, it-trasparenza u r-responsabbiltà ta’ korpi pubbliċi.

Il-Kummissarju huwa responsabbli għall-infurzar u l-promozzjoni tal-liġijiet tal-Iskozja dwar il-libertà tal-informazzjoni, jiġifieri:

  • The Freedom of Information (Scotland) Act 2002 (L-Att tal-Libertà ta’ Informazzjoni (l-Iskozja) tal-2002)
  • The Environmental Information (Scotland) Regulations 2004 (Ir-Regolament tal-Informazzjoni Ambjentali (l-Iskozja) tal-2004)
  • The INSPIRE (Scotland) Regulations 2009 (Ir-Regolamenti INSPIRE (l-Iskozja) tal-2009)

Il-Kummissarju u t-tim tal-Kummissarju:

  • jinvestigaw l-applikazzjonijiet u joħorġu deċiżjonijiet eżekutorji
  • jippromwovu prattika tajba fost l-awtoritajiet pubbliċi
  • jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku dwar id-drittijiet tagħhom

Dettalji ta’ Kuntatt

Scottish Information Commissioner
Kinburn Castle
Doubledykes Road
St Andrews
Fife
KY16 9DS
Telefown: 01334 464610
Faks: 01334 464611
Indirizz elettroniku: enquiries@itspublicknowledge.info
Sit elettroniku: Scottish Information Commissioner

3. Information Commissioner's Office (L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni)

L-Information Commissioner's Office huwa l-awtorità indipendenti tar-Renju Unit stabbilita biex tħares id-drittijiet tal-informazzjoni fl-interess pubbliku, tippromwovi t-trasparenza fl-entitajiet pubbliċi u l-privatezza tad-dejta għall-individwi

Dettalji ta' kuntatt:

Information Commissioner's Office
Wycliffe House
Water Lane
Wilmslow
Cheshire
SK9 5AF

Telefown: 0303 123 1113 (jew 01625 545745 jekk tippreferi ma ċċempilx numru biż-“03”)
Faks: 01625 524 510

The Information Commissioner's Office Scotland
45 Melville Street
Edinburgh
EH3 7HL

Telefown: 0131 244 9001

Posta elettronika: Scotland@ico.org.uk
Sit elettroniku: Information Commissioner's Office

Organizzazzjonijiet oħra

1. Citizens Advice Service (Is-Servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini)

Is-Citizens Advice Service jgħin lin-nies isolvu l-problemi legali u finanzjarji u problemi oħrajn billi jipprovdi pariri indipendenti, kunfidenzjali u b'xejn, u billi jinfluwenza lil min ifassal il-politika.

Dettalji ta' kuntatt

Linja telefonika diretta tal-pariri għaċ-ċittadini: 0808 800 9060 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-09:00 sas-18:00)

Sit elettroniku: Pariri liċ-Ċittadini

Biex tagħmel kuntatt mas-Citizens Advice Service, ikklikkja fuq http://citizensadvice.org.uk/index/contact_us.htm,

2. Victim Support Scotland (L-Appoġġ għall-Vittmi fl-Iskozja)

Il-Victim Support Scotland hija organizzazzjoni volontarja fl-Iskozja li tgħin lin-nies affettwati minn reati.  Tipprovdi appoġġ emozzjonali, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali għal vittmi, xhieda u oħrajn affettwati minn reati.  Is-servizz huwa mingħajr ħlas, kunfidenzjali u huwa pprovdut minn voluntiera permezz ta' netwerk ta' Komunità bbażat fuq servizzi ta’ ġustizzja għal vittmi u żgħażagħ u servizzi ta’ xhieda bbażati fuq il-qorti.

Is-sit web tal-Victim Support Scotland jipprovdi aktar informazzjoni, inkluż kif tagħmel kuntatt:

Victim Support Scotland

Għajnuna fuq it-telefown: 0345 603 9213 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8am sat-8pm)

The Victims' Code for Scotland (Il-Kodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja)

Il-Victims' Code for Scotland twaqqaf b’mod ċar u f’punt wieħed id-drittijiet u l-appoġġ disponibbli għal vittmi ta’ reat fl-Iskozja.

3. The Office of the Immigration Services Commissioner (L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni)

L-Office of the Immigration Services Commissioner (OISC) huwa korp pubbliku indipendenti u mhux dipartimentali stabbilit mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-1999.

Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-OISC huma:

  • ir-regolamentazzjoni tal-konsulenti dwar l-immigrazzjoni
  • il-promozzjoni ta' prassi tajba billi jiġu stabbiliti standards
  • l-ilqugħ u l-indirizzar tal-ilmenti dwar kull persuna li tagħti pariri dwar l-immigrazzjoni
  • il-prosekuzzjoni ta' dawk li ma jkunux operaw skont il-liġi
  • is-sorveljanza tar-regolament ta' dawk li jagħtu pariri dwar l-immigrazzjoni u li jkunu regolati minn waħda mill-Entitajiet Professjonali Nominati

L-OISC la jipprovdi pariri dwar l-immigrazzjoni u lanqas ma jirrakkomanda jew jendorsja konsulent speċifiku.

L-OISC jaħdem ma' firxa wiesgħa ta' għaqdiet, inklużi assoċjazzjonijiet professjonali, tribunali, l-Aġenzija tal-Fruntieri tar-Renju Unit u korpi volontarji.

Għal aktar informazzjoni żur: Office of the Immigration Services Commissioner

Dettalji ta' kuntatt:

Office of the Immigration Services Commissioner
5th Floor
21 Bloomsbury Street
London
WC1B 3HF

Telefown: 0845 000 0046

Posta elettronika: info@oisc.gov.uk

4. The Scottish Legal Aid Board (SLAB) (Il-Bord Skoċċiż dwar l-Għajnuna Legali (SLAB))

L-għan tal-għajnuna legali fl-Iskozja huwa li jipprovdi aċċess għall-ġustizzja għal dawk li ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż legali tagħhom stess.  L-iScottish Legal Aid Board (SLAB) jamministra s-sistema tal-għajnuna legali fl-Iskozja fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni.

Biex tapplika għal għajnuna legali jkollok issib avukat li jagħmel xogħol ta’ għajnuna legali.  Ikollok turi li ma tistax taffordja li tħallas għall-għajnuna legali tiegħek u li l-problema tiegħek hija serja.  Jista’ jkollok tħallas xi flus lejn l-ispejjeż legali tal-każ tiegħek, jew trodd lura l-ispejjeż aktar tard.

Jista’ jagħti l-każ li ma jkollok bżonn tħallas xejn affattu, skont il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek u t-tip ta’ għajnuna legali li għandek bżonn.

It-tip ta’ għajnuna legali li tapplika għaliha jiddependi fuq it-tip ta’ għajnuna legali li għandek bżonn.  L-avukat tiegħek jista’ jtik parir dwar dan.

  • Pariri u assistenza jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-ispejjeż ta’ kif tieħu parir legali minn avukat, bħalma hi l-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-għażliet tiegħek jew għajnuna fin-negozjati u l-burokrazija.  Mhux se tkopri l-ispejjeż tal-qorti.

Jekk meħtieġ, l-avukat tiegħek jista' madanakollu jkun jista' jirrappreżentak fil-qorti għal:

  • kawżi ċivili pereżempju meta jkollok kwistjonijiet ta’ akkomodazzjoni, għaddej minn divorzju, ikollok tilwim dwar it-tfal tiegħek jew teħtieġ għajnuna b’dejn tal-abitazzjoni
  • Smigħ tat-tfal pereżempju meta int żagħżugħ (jew ġenitur tagħhom/persuna li tindokra) mitlub li tmur għal smigħ biex tissolva problema
  • kawża kriminali pereż. tkun sfajt akkużat b’reat jew tiffaċċja l-ħabs

Għal aktar informazzjoni dwar SLAB, u sabiex tagħmel kuntatt, ara hawn taħt.

The Scottish Legal Aid Board
Thistle House
91 Haymarket Terrace
Edinburgh,
EH12 5HE
Telefown: 0131 226 7061 (mit-8:30am sal-17:00pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa)
British Sign Language: contact Scotland-BSL, is-servizz tal-interpretar onlajn Skoċċiż.
Posta elettronika: general@slab.org.uk
Sit Web: Scottish Legal Aid Board

5. Care Inspectorate (L-Ispettorat tal-Kura)

Il-Care Inspectorate jirregola u jispezzjona s-servizzi ta’ kura fl-Iskozja u jiżgura li jissodisfaw l-istandards it-tajba.  Jikkontrolla b’mod konġunt ma’ regolaturi oħra biex jiġi vverifikat kif organizzazzjonijiet differenti f’żoni lokali jaħdmu biex jappoġġaw l-adulti u t-tfal.

Dettalji ta' kuntatt

Telefown: 0345 600 9527
Posta elettronika: enquiries@careinspectorate.com
Sit elettroniku: Care Inspectorate

6. Mental Welfare Commission Scotland (Il-Kummissjoni tal-Benesseri Mentali fl-Iskozja)

Il-Kummissjoni tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem ta’ persuni b’mard mentali, persuni b’diżabbiltajiet fit-tagħlim, id-demenzja u l-kundizzjonijiet relatati.  Hi tagħmel hekk billi tagħti s-setgħa lill-individwi u l-persuni li jindukraw tagħhom, il-monitoraġġ tas-saħħa mentali u l-liġi tal-inkapaċità, u l-influwenzar u l-għoti ta’ sfida lil fornituri tas-servizzi u dawk li jfasslu l-politika.

Telefown għal pariri: 0800 389 6809 (min juża s-servizzi u dawk li jindokraw) jew 0131 313 8777 (professjonisti) (mit-Tnejn sal-Ħamis 09:00-17:00, il-Ġimgħa 09:00–16:30)
Posta elettronika: enquiries@mwcscot.org.uk
Sit elettroniku: Mental Welfare Commission Scotland

Informazzjoni jew assistenza ulterjuri

L-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin jistgħu jipprovdu informazzjoni jew assistenza skont il-kompetenzi tagħhom.

Is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit għaċ-ċittadini tar-Renju Unit: Gov.UK

Għoti ta’ parir dwar is-settur tal-abitazzjoni: Shelter Scotland

ACAS jagħti pariri dwar ix-xogħol: ACAS

National Debtline jagħti l-pariri dwar id-dejn nazzjonali: National Debt Line

Il-karità tad-dejn StepChange tagħti pariri dwar id-dejn: Step Change

Is-Servizz Money Advice jagħti pariri dwar il-flus u kwistjonijiet finanzjarji: Money Advice Service

The Law Society of Scotland tista’ tgħinek issib avukat, inkluż għal kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem: Law Society

L-iScottish Child Law Centre jipprovdi pariri legali mingħajr ħlas għal, u dwar it-tfal: SCLC

Contact għandha informazzjoni, appoġġ u pariri għall-familji ta’ tfal b’diżabbiltà: Ikkuntattja

Patient Advice and Support Service (PASS) fl-Uffiċċju tal-Konsulenza għaċ-Ċittadini huwa servizz indipendenti li jipprovdi informazzjoni, pariri u appoġġ lill-pazjenti u lill-persuni li jindokrawhom: PASS

The Scottish Association for Mental Health (L-Assoċjazzjoni Skoċċiża dwar is-Saħħa Mentali): SAMH

Care Information Scotland hija linja tat-telefon u servizz ta’ sit web li tipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi tal-kura għal persuni anzjani li jgħixu fl-Iskozja: CIS

SurvivorScotland jissorvelja l-istrateġija nazzjonali għal superstiti ta’ abbuż tat-tfal: SurvivorScotland

Scottish Helpline for Older People (Scottish Helpline għall-Anzjani): Age UK Scotland

Scottish Women's Aid: SWA

Scottish Refugee Council (Il-Kunsill Skoċċiż għar-Refuġjati): SRC

Ethnic Minorities Law Centre (Iċ-Ċentru Legali għall-Minoranzi Etniċi): EMLC

L-aħħar aġġornament: 17/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.