-Istitut tad-Dritt Ewropew

L-Istitut tad-Dritt Ewropew huwa organizzazzjoni indipendenti mingħajr skop ta' qligħ, stabbilita biex tikkontribwixxi biex it-tfassil tal-liġijiet fl-Ewropa jsir aħjar, biex titejjeb l-intergrazzjoni legali Ewropea u tissawwar komunità legali Ewropea iktar enerġetika.

Informazzjoni ta' sfond

L-Istitut tad-Dritt Ewropew (IDE) ġie stabbilit bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligħ fl-1 ta' Ġunju 2011. Sir Francis Jacobs ġie elett bħala l-ewwel president tal-IDE. Mill-2017, Christiane Wendehorst hija l-President il-ġdid tal-Istitut tad-Dritt Ewropew. Is-Segretarjat tal-Istitut jinsab fi Vjenna, fl-Awstrija, fi ħdan il-bini tal-Università ta’ Vjenna.

Għanijiet ewlenin

Billi jibni fuq ir-rikkezza tat-tradizzjonijiet ġuridiċi differenti u l-kooperazzjoni bejn il-ġuristi li ġejjin minn sfondi vokazzjonali differenti u huma ispirati mill-attivitajiet tal-Istitut tad-Dritt Amerikan, l-IDE jevalwa u jistimola l-iżvilupp tal-liġi, tal-politika legali u tal-prattika f'kuntest globali. Huwa jmexxi u jiffaċilita r-riċerka pan-Ewropea u jipprovdi forum ta’ diskuzzjoni u koperazzjoni tal-ġurisiti – akkademiċi, imħallfin, avukati u persuni oħrajn li jeżerċitaw il-professjoni legali, li jirrappreżentaw medda wiesgħa ta’ tradizzjonijiet ġuridiċi.

Biex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-IDE jopera b’inizjattiva tiegħu stess. Madankollu, huwa wkoll disponibbli biex jiġi kkonsultat mill-istituzzjonijiet involuti fl-iżvilupp tal-liġi fuq il-livell Ewropew, internazzjonali jew nazzjonali.

Il-membri

L-Istitut ilaqqa’ flimkien mhux biss l-istudenti, iżda anki lil min jeżerċita l-prattikanti legali u l-imħallfin minn madwar l-Ewropa kollha.

Hemm żewġ kategoriji ta’ Membri: Is-Soċji, li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Istitut fuq il-bażi tal-konvinzjonijiet personali u professjonali tagħhom u l-Osservaturi bla vot li jistgħu jkunu individwi jew entitajiet ġuridiċi (Osservaturi Istituzzjonali), bħall-istituzzjonijiet Ewropej, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-organizzazzjonijiet tal-prattikanti legali. Fost l-Osservaturi tiegħu, l-Istitut għandu lill-Parlament Ewropew, l-UNIDROIT, l-UNCITRAL u għadd ta' qrati supremi.

Huwa miftuħ għall-Membri u esperti esterni biex jipproponu proġetti li fuqhom għandu jaħdem l-Istitut, biex jikkummentaw dwar proġetti waqt li jkunu qed jiġu żviluppati u biex jipparteċipaw fl-Assemblea Ġenerali tal-IDE, avveniment annwali li jiġbor flimkien ħafna prattikanti legali minn madwar l-Ewropa u minn barra l-Ewropa.

Proġetti

Il-proġetti ta-IDE jkopru l-oqsma kollha tal-liġi: sostantivi u proċedurali; privati u pubbliċi. Kwalunkwe proġett imwettaq taħt il-patroċinju tal-IDE għandu jkun ta’ servizz għaċ-ċittadin Ewropew, jirrispondi għal ħtieġa prattika u manifesta u għandu jimmira lejn riżultati li potenzjalment ikollhom impatt prattiku immedjat. Sabiex jingħatataw appoġġ, il-proġetti tal-IDE jridu jkunu approvati minn kostitwenza wiesgħa ta' ġuristi li jaħdmu indipendentement u mingħajr kunsiderazzjonijiet tal-interessi ta' partijiet interessati partikolari jew restrizzjonijiet ta’ natura politika.

L-attivitajiet tal-proġett iwasslu għal pubblikazzjonijiet li jistgħu jintużaw direttament (pereżempju, bħala abbozz ta’ regoli jew mudell ta’ kuntratti) minn korpi leġiżlattivi, ġudizzjarji jew partijiet interessati oħra. Il-pubblikazzjonijiet tal-ELI prinċipalment għandhom l-għan li jtejbu l-għarfien u l-prattika fil-qasam rispettiv tal-liġi u fl-istess ħin iqajmu sensibilizzazzjoni fost il-membri tal-komunità legali dwar l-aktar kwistjonijiet urġenti fil-liġi. Għalkemm il-ħidma tiegħu hija ġeneralment indirizzata lil-leġiżlatur Ewropew u l-ġudikatura Ewropea, il-benefiċjarji ewlenin tal-ħidma tal-IDE huma, fl-aħħar mill-aħħar, il-pubbliku ġenerali, persuni legali u fiżiċi tal-Ewropa, li se jibbenefikaw minn liġijiet imtejba u aktar koerenti.

Il-pubblikazzjonijiet tal-IDE jistgħu jitniżżlu hawnhekk.

Ħoloq relatati

L-Istitut tad-Dritt Ewropew (IDE)

L-aħħar aġġornament: 09/07/2024

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.