Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Qrati ordinarji nazzjonali

Greċja

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

Qrati ċivili

Il-kwistjonijiet privati kollha jiġu rinvijati lill-qrati ċivili, inklużi l-kawżi mhux kontenzjużi assenjati lil dawn il-qrati bil-liġi.

Il-qrati ċivili huma:

  1. Il-Qorti Suprema (Ο Άρειος Πάγος)
  2. Il-Qrati tal-Appell (Ο Άρειος Πάγος)
  3. Il-Qrati tal-Ewwel Istanza b’numru ta’ mħalfin (Πολυμελές Πρωτοδικεία)
  4. Il-Qrati b’Membru tal-Ġudikatura Wieħed (Μονομελές Πρωτοδικεία)
  5. Il-Qrati Ċivili Distrettwali (Ειρηνοδικεία)

Il-Qrati Kriminali (Ποινικά δικαστήρια)

Il-Qrati Kriminali jisimgħu l-kawżi kriminali.

Il-Qrati Kriminali huma:

  1. Il-Qorti Suprema
  2. Il-Qrati tal-Appell b’ħames membri tal-ġudikatura (Πενταμελή Εφετεία)
  3. Il-Qrati tal-ġurija mħallta (μεικτά ορκωτά δικαστήρια)
  4. Il-Qrati tal-Appell b’ġurija mħallta (μεικτά ορκωτά Εφετεία)
  5. Il-Qrati tal-Appell bi tliet membri tal-ġudikatura (Τα Τριμελή Εφετεία)
  6. Il-Qrati tal-Maġistratura bi tliet membri tal-ġudikatura (Τα Τριμελή Πλημμελειοδικεία)
  7. Il-Qrati tal-Maġistratura b’membri wieħed tal-ġudikatura (Τα Μονομελή Πλημμελειοδικεία)
  8. Il-Qrati Kriminali Distrettwali (Τα Πταισματοδικεία)
  9. Il-Qrati tal-Minorenni (Τα Δικαστήρια Ανηλίκων)

Bis-saħħa tal-liġijiet speċjali, il-ġuriżdizzjoni kriminali tiġi eżerċitata wkoll minn:

  • Qrati Marzjali (Στρατοδικεία)
  • Qrati Navali (Ναυτοδικεία)
  • Qrati tal-Forzi tal-Ajru (Αεροδικεία)

Dawn il-qrati jisimgħu kawżi bħala qrati kriminali speċjali.

Dawn il-qrati jisimgħu kawżi li jinvolvu reati kommessi minn persunal militari fl-armata, fil-qawwa navali jew fil-forzi tal-ajru.

Qrati Amministrattivi (Διοικητικά δικαστήρια)

  • Il-Kunsill tal-Istat huwa wieħed mill-ogħla tliet qrati fil-Greċja (flimkien mal-Qorti Suprema u l-Qorti Ellenika tal-Awdituri).
  • Fil-qosor, il-Kunsill tal-Istat jisma’ kawżi li jinkludu:

    rikorsi għall-annullament ta’ atti amministrattivi għal ksur tal-liġi, abbuż ta’ poter, nuqqas ta’ kompetenza jew ommissjoni formali;

    appelli tal-impjegati, tal-persunal militari, governattiv u oħrajn mid-deċiżjonijiet tal-kunsilli tal-persunal υπηρεσιακά συμβούλια) dwar il-promozzjoni, it-tkeċċija, ir-regressjoni fil-karriera, eċċ.;

    rikorsi għal rieżami ta’ deċiżjonijiet minn Qrati Amministrattivi. Il-qrati amministrattivi huma responsabbli biex isolvu tilwim ta’ natura amministrattiva bejn l-amministrazzjoni tal-gvern u ċ-ċittadini.

  • Il-Qorti tal-Awdituri għandha kemm setgħat ġudizzjarji kif ukoll amministrattivi, li jagħmluha korp b’żewġ funzjonijiet. Il-mandat tagħha huwa li tikkontrolla n-nefqa tal-Istat, kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mill-awtoritajiet lokali. Hija responsabbli wkoll mis-sorveljanza u l-ħatra ta’ kompiti lill-amministraturi pubbliċi, u għandha setgħat ġudizzjarji biex tiddeċiedi dwar ċerti każijiet ta’ salarju tal-impjegati taċ-ċivil.
  • Il-Qrati Amministrattivi Ordinarji huma l-Qrati Amministrattivi tal-Prim’Istanza u l-Qrati Amministrattivi tal-Appell.

  • Il-Qrati Amministrattivi tal-Prim’Istanza għandhom formazzjoni ta’ membru wieħed jew ta’ tliet membri, skont il-valur monetarju tat-tilwima. Dawn il-qrati jisimgħu kawżi dwar it-taxxa, tilwim bejn individwi u organizzazzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew tal-politika soċjali u tilwim ta’ natura amministrattiva bejn iċ-ċittadini u l-gvern nazzjonali jew lokali.
  • Il-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’bord ta’ tliet persuni jisimgħu wkoll l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’membru wieħed.

  • Il-qrati amministrattivi tal-appell jisimgħu l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’membru wieħed. Dawn il-qrati jisimgħu wkoll fil-prim’istanza r-rikorsi għall-annullament ta’ atti amministrattivi dwar l-impjiegi tal-ħaddiema tal-gvern (tkeċċijiet, nuqqas ta’ ħatra jew għoti ta’ promozzjoni, eċċ.).
  • Bażijiet tad-data legali

    1. Sit web tal-Kunsill tal-Istat L-aċċess għall-bażi tad-data huwa b’xejn.
    2. Sit web tal-Qorti Suprema. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa b’xejn.

    Links relatati

    Il-Qorti Suprema

    Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ateni

    Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Tessaloniki

    Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Piraeus

    Il-Kunsill tal-Istat u l-Ġustizzja Amministrattiva

    Il-Qorti tal-Awdituri Ellenika

    L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ateni

    L-aħħar aġġornament: 30/12/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.