Sib informazzjoni għal kull reġjun
Qrati ċivili
Il-kwistjonijiet privati kollha jiġu rinvijati lill-qrati ċivili, inklużi l-kawżi mhux kontenzjużi assenjati lil dawn il-qrati bil-liġi.
Il-qrati ċivili huma:
- Il-Qorti Suprema (Ο Άρειος Πάγος)
- Il-Qrati tal-Appell (Ο Άρειος Πάγος)
- Il-Qrati tal-Ewwel Istanza b’numru ta’ mħalfin (Πολυμελές Πρωτοδικεία)
- Il-Qrati b’Membru tal-Ġudikatura Wieħed (Μονομελές Πρωτοδικεία)
- Il-Qrati Ċivili Distrettwali (Ειρηνοδικεία)
Il-Qrati Kriminali (Ποινικά δικαστήρια)
Il-Qrati Kriminali jisimgħu l-kawżi kriminali.
Il-Qrati Kriminali huma:
- Il-Qorti Suprema
- Il-Qrati tal-Appell b’ħames membri tal-ġudikatura (Πενταμελή Εφετεία)
- Il-Qrati tal-ġurija mħallta (μεικτά ορκωτά δικαστήρια)
- Il-Qrati tal-Appell b’ġurija mħallta (μεικτά ορκωτά Εφετεία)
- Il-Qrati tal-Appell bi tliet membri tal-ġudikatura (Τα Τριμελή Εφετεία)
- Il-Qrati tal-Maġistratura bi tliet membri tal-ġudikatura (Τα Τριμελή Πλημμελειοδικεία)
- Il-Qrati tal-Maġistratura b’membri wieħed tal-ġudikatura (Τα Μονομελή Πλημμελειοδικεία)
- Il-Qrati Kriminali Distrettwali (Τα Πταισματοδικεία)
- Il-Qrati tal-Minorenni (Τα Δικαστήρια Ανηλίκων)
Bis-saħħa tal-liġijiet speċjali, il-ġuriżdizzjoni kriminali tiġi eżerċitata wkoll minn:
- Qrati Marzjali (Στρατοδικεία)
- Qrati Navali (Ναυτοδικεία)
- Qrati tal-Forzi tal-Ajru (Αεροδικεία)
Dawn il-qrati jisimgħu kawżi bħala qrati kriminali speċjali.
Dawn il-qrati jisimgħu kawżi li jinvolvu reati kommessi minn persunal militari fl-armata, fil-qawwa navali jew fil-forzi tal-ajru.
Qrati Amministrattivi (Διοικητικά δικαστήρια)
Fil-qosor, il-Kunsill tal-Istat jisma’ kawżi li jinkludu:
rikorsi għall-annullament ta’ atti amministrattivi għal ksur tal-liġi, abbuż ta’ poter, nuqqas ta’ kompetenza jew ommissjoni formali;
appelli tal-impjegati, tal-persunal militari, governattiv u oħrajn mid-deċiżjonijiet tal-kunsilli tal-persunal υπηρεσιακά συμβούλια) dwar il-promozzjoni, it-tkeċċija, ir-regressjoni fil-karriera, eċċ.;
rikorsi għal rieżami ta’ deċiżjonijiet minn Qrati Amministrattivi. Il-qrati amministrattivi huma responsabbli biex isolvu tilwim ta’ natura amministrattiva bejn l-amministrazzjoni tal-gvern u ċ-ċittadini.
Il-Qrati Amministrattivi Ordinarji huma l-Qrati Amministrattivi tal-Prim’Istanza u l-Qrati Amministrattivi tal-Appell.
Il-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’bord ta’ tliet persuni jisimgħu wkoll l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’membru wieħed.
Bażijiet tad-data legali
- Sit web tal-Kunsill tal-Istat L-aċċess għall-bażi tad-data huwa b’xejn.
- Sit web tal-Qorti Suprema. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa b’xejn.
Links relatati
Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ateni
Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Tessaloniki
Il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Piraeus
Il-Kunsill tal-Istat u l-Ġustizzja Amministrattiva
Il-Qorti tal-Awdituri Ellenika
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ateni
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.