Sib informazzjoni għal kull reġjun
Qrati b’ġuriżdizzjoni ġenerali: introduzzjoni
Fil-Latvja, is-setgħa ġudizzjarja hija eżerċitata mill-qrati distrettwali u tal-belt, mill-qrati reġjonali, mill-Qorti Suprema u mill-Qorti Kostituzzjonali (u, fl-istati ta’ emerġenza jew waqt xi gwerra, mill-qrati militari), li l-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali tagħhom huma l-qrati distrettwali u tal-belt, il-qrati reġjonali u l-Qorti Suprema.
Il-proċedimenti ċivili u kriminali fil-Latvja jistgħu jinstemgħu f’dawn il-qrati, li huma maqsuma fi tliet livelli:
- il-qrati tal-belt jew il-qrati distrettwali (rajonu (pilsētu) tiesas);
- il-qrati reġjonali (apgabaltiesas);
- Id-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili (Civillietu departaments) u d-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali (Krimināllietu departaments) tal-Qorti Suprema (Augstākās tiesa).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom hija stabbilita fid-Deċiżjoni dwar il-qrati, il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom u l-post fejn jinsabu (Lēmums par tiesām, darbības teritorijām un atrašanās vietām).
Il-qrati tal-belt u l-qrati distrettwali u l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom
Nru |
Qorti |
Territorji amministrattivi |
1. |
Il-Qorti ta’ Daugavpils (Daugavpils tiesa) |
1.1 Il-muniċipalità ta’ Augšdaugava |
1.2 Il-Belt ta’ Daugavpils |
||
1.3 Il-muniċipalità ta’ Krāslava |
||
1.4 Il-muniċipalità ta’ Līvāni |
||
1.5 Il-muniċipalità ta’ Preiļi |
||
2. |
Il-Qorti Distrettwali ta’ Kurzeme (Kurzemes rajona tiesa) |
2.1 Il-muniċipalità ta’ Dienvidkurzeme |
2.2 Il-muniċipalità ta’ Kuldīga |
||
2.3 Il-Belt ta’ Liepāja |
||
2.4 Il-muniċipalità ta’ Saldus |
||
2.5 Il-muniċipalità ta’ Talsi |
||
2.6 Il-Belt ta’ Ventspils |
||
2.7 Il-muniċipalità ta’ Ventspils |
||
3. |
Il-Qorti ta’ Rēzekne (Rēzeknes tiesa) |
3.1 Il-muniċipalità ta’ Balvi |
3.2 Il-muniċipalità ta’ Ludza |
||
3.3 Il-muniċipalità ta’ Rēzekne |
||
3.4 Il-Belt ta’ Rēzekne |
||
4. |
Il-Qorti Distrettwali ta’ Riga (Rīgas rajona tiesa) |
4.1 Il-muniċipalità ta’ Ādaži |
4.2 Il-Belt ta’ Jūrmala |
||
4.3 Il-muniċipalità ta’ Ķekava |
||
4.4 Il-muniċipalità ta’ Mārupe |
||
4.5 Il-muniċipalità ta’ Olaine |
||
4.6 Il-muniċipalità ta’ Ropaži |
||
4.7 Il-muniċipalità ta’ Salaspils |
||
4.8 Il-muniċipalità ta’ Saulkrasti |
||
4.9 Il-muniċipalità ta’ Sigulda |
||
5. |
Il-Qorti Distrettwali ta’ Vidzeme (Vidzemes rajona tiesa) |
5.1 Il-muniċipalità ta’ Alūksne |
5.2 Il-muniċipalità ta’ Cēsis |
||
5.3 Il-muniċipalità ta’ Gulbene |
||
5.4 Il-muniċipalità ta’ Limbaži |
||
5.5 Il-muniċipalità ta’ Madona |
||
5.6 Il-muniċipalità ta’ Smiltene |
||
5.7 Il-muniċipalità ta’ Valka |
||
5.8 Il-muniċipalità ta’ Valmiera |
||
5.9 Il-muniċipalità ta’ Varakļāni |
||
6. |
Il-Qorti Distrettwali ta’ Zemgale (Zemgales rajona tiesa) |
6.1 Il-muniċipalità ta’ Aizkraukle |
6.2 Il-muniċipalità ta’ Bauska |
||
6.3 Il-muniċipalità ta’ Dobele |
||
6.4 Il-muniċipalità ta’ Jelgava |
||
6.5 Il-Belt ta’ Jelgava |
||
6.6 Il-muniċipalità ta’ Jēkabpils |
||
6.7 Il-muniċipalità ta’ Ogre |
||
6.8 Il-muniċipalità ta’ Tukums |
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti tal-Belt ta’ Riga hija t-territorju amministrattiv tal-Belt ta’ Riga.
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Ekonomika hija t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Latvja.
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qrati Reġjonali
|
Il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu mill-
- qorti distrettwali amministrattiva (li l-bini tal-qrati tagħha li jinsabu f’Riga, f’Jelgava, f’Liepāja, f’Rēzekne u f’Valmiera)
- Il-Qorti Reġjonali amministrattiva
- Id-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi (Administratīvo lietu deparataments) tal-Qorti Suprema.
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali Amministrattiva u tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Latvja. Il-Qorti Distrettwali Amministrattiva għandha ħames binjiet tal-qorti, waħda f’kull reġjun ġudizzjarju, jiġifieri waħda f’Riga, waħda f’Jelgava, waħda f’Rēzekne, waħda f’Valmiera u waħda f’Liepāja.
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva
Nru |
Qorti |
Territorji amministrattivi |
1. |
Qorti ta’ Riga tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva | 1.1 Il-muniċipalità ta’ Ādaži |
1.2 Il-Belt ta’ Jūrmala | ||
1.3 Il-muniċipalità ta’ Ķekava | ||
1.4 Il-muniċipalità ta’ Mārupe | ||
1.5 Il-muniċipalità ta’ Ogre | ||
1.6 Il-muniċipalità ta’ Olaine | ||
1.7 Il-Belt ta’ Riga | ||
1.8 Il-muniċipalità ta’ Ropaži | ||
1.9 Il-muniċipalità ta’ Salaspils | ||
1.10 Il-muniċipalità ta’ Saulkrasti | ||
1.11 Il-muniċipalità ta’ Sigulda | ||
2. |
Il-qorti ta’ Jelgava tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva | 2. Il-muniċipalità ta’ Aizkraukle |
2.2 Il-muniċipalità ta’ Bauska | ||
2.3 Il-muniċipalità ta’ Dobele | ||
2.4 Il-muniċipalità ta’ Jelgava | ||
2.5 Il-Belt ta’ Jelgava | ||
2.6 Il-muniċipalità ta’ Jēkabpils | ||
2.7 Il-muniċipalità ta’ Tukums | ||
3. |
Il-qorti ta’ Rēzekne tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva | 3. Il-muniċipalità ta’ Augšdaugava |
3.2 Il-muniċipalità ta’ Balvi | ||
3.3 Il-Belt ta’ Daugavpils | ||
3.4 Il-muniċipalità ta’ Krāslava | ||
3.5 Il-muniċipalità ta’ Līvāni | ||
3.6 Il-muniċipalità ta’ Ludza | ||
3.7 Il-muniċipalità ta’ Preiļi | ||
3.8 Il-muniċipalità ta’ Rēzekne | ||
3.9 Il-Belt ta’ Rēzekne | ||
4. |
Il-qorti ta’ Valmiera tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva | 4. Il-muniċipalità ta’ Alūksne |
4.2 Il-muniċipalità ta’ Cēsis | ||
4.3 Il-muniċipalità ta’ Gulbene | ||
4.4 Il-muniċipalità ta’ Limbaži | ||
4.5 Il-muniċipalità ta’ Madona | ||
4.6 Il-muniċipalità ta’ Smiltene | ||
4.7 Il-muniċipalità ta’ Valka | ||
4.8 Il-muniċipalità ta’ Valmiera | ||
4.9 Il-muniċipalità ta’ Varakļāni | ||
5. |
Il-qorti ta’ Liepāja tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva | 5. Il-muniċipalità ta’ Dienvidkurzeme |
5.2 Il-muniċipalità ta’ Kuldīga | ||
5.3 Il-Belt ta’ Liepāja | ||
5.4 Il-muniċipalità ta’ Saldus | ||
5.5 Il-muniċipalità ta’ Talsi | ||
5.6 Il-muniċipalità ta’ Ventspils | ||
5.7 Il-Belt ta’ Ventspils |
Il-ġuriżdizzjoni skont is-suġġett
Skont il-Liġi dwar il-proċedura kriminali (Kriminālprocesa likums), qorti tal-belt jew qorti distrettwali tisma’ l-proċedimenti kriminali kollha bħala l-qorti tal-prim’istanza.
Il-Qorti tal-Belt ta’ Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-prim’istanza fi proċedimenti kriminali li fihom l-atti tal-kawża jirreferu għal materji ta’ segretezza tal-Istat. Fil-qrati distrettwali jew tal-belt, il-proċedimenti kriminali jinstemgħu minn imħallef wieħed. Jekk il-proċedimenti kriminali jkunu partikolarment kumplessi, il-president tal-qorti tal-prim’istanza jista’ jiddeċiedi illi l-proċess jinstema’ minn bord ta’ tlieta mill-imħallfin ta’ dik il-qorti.
Appell skont il-proċedura għall-appelli (apelācija) minn sentenza ta’ qorti distrettwali jew tal-belt jinstema’ minn qorti reġjonali bħala qorti tal-appell.
Appell fil-kassazzjoni (kasācija) fuq punt tal-liġi kontra deċiżjoni ta’ kwalunkwe qorti inferjuri jinstema’ mid-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali tal-Qorti Suprema.
L-appelli kriminali, kemm jekk ikunu appelli sħaħ kif ukoll jekk ikunu appelli fil-kassazzjoni, jinstemgħu minn bord ta’ mħallfin.
Skont il-Liġi dwar il-proċedura ċivili (Civilprocesa licuma) il-proċedimenti huma kkunsidrati fil-prim’istanza minn qorti distrettwali jew tal-belt.
Il-Qorti tal-Belt ta’ Riga teżamina kawżi li fihom l-atti jirreferu għal kwistjonijiet ta’ segretezza tal-Istat u kawżi rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tal-privattivi, id-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti, it-topografija ta’ prodotti semikondutturi, disinji, trademarks, marki ta’ ċertifikazzjoni u indikazzjonijiet ġeografiċi, flimkien ma’ kawżi dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, il-protezzjoni tad-drittijiet sui generis ta’ dawk li jagħmlu l-bażijiet tad-data u tal-proċedimenti li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali mill-akkwist, l-użu u d-divulgazzjoni illegali. Jekk il-kawża inkwistjoni tinvolvi talba relatata ma’ talba f’kawża li tkun fil-ġuriżdizzjoni jew tal-Qorti tal-Belt ta’ Riga, jew ta’ qorti distrettwali jew tal-belt, jew anke kontrotalba quddiem qorti distrettwali jew tal-belt li tkun fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Belt ta’ Riga, huwa f’idejn il-Qorti tal-Belt ta’ Riga li tikkunsidra l-kawża.
Skont il-Liġi dwar il-privattivi (Patentu likums), il-Qorti Reġjonali ta’ Riga tisma’ l-kawżi li ġejjin li jikkonċernaw il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet fi proċedimenti ċivili bħala qorti tal-prim’istanza:
- kawżi dwar ir-restawrazzjoni ta’ drittijiet ta'-privattiva;
- kawżi dwar id-dikjarazzjoni ta’ privattiva bħala nulla;
- kawżi dwar id-drittijiet ta’ użu minn qabel;
- kawżi dwar l-użu illegali ta’ privattiva (il-ksur ta’ privattiva);
- kawżi fejn il-ksur ta’ privattiva jinstab li jkun null u bla effett;
- kawżi dwar l-għoti ta’ liċenzja, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ta’ liċenzja jew il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet;
- kawżi dwar id-dritt għall-kumpens minħabba li invenzjoni ma tkunx tista’ tintuża pubblikament.
Skont il-Liġi dwar id-disinji (Dizainparaugu likums), il-Qorti Reġjonali ta’ Riga tisma’ t-tilwim li ġej dwar il-protezzjoni legali tad-disinji bħala qorti tal-prim’istanza:
- tilwim dwar ir-rikonoxximent tar-reġistrazzjoni ta’ disinn bħala null;
- tilwim dwar sejba li r-reġistrazzjoni ta’ disinn hija invalida;
- tilwim dwar l-użu illegali ta’ disinn (vjolazzjoni ta’ disinn);
- tilwim dwar l-għoti ta’ liċenzja, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ta’ liċenzja jew il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Il-kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet suġġetti għal tilwima eżaminata mill-Bord tal-Appell dwar il-Proprjetà Industrijali huma kkunsidrati mill-Qorti tal-Belt ta’ Riga.
Il-Qorti tal-Belt ta’ Riga toħroġ ordnijiet ta’ eżekuzzjoni għal atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Il-kawżi li jirrigwardaw is-sottomissjoni ta’ opinjoni lil qorti barranija f’kawżi li jikkonċernaw wild minuri li jkun qed jiġi ttrasferit illegalment lil hinn mill-fruntiera lejn pajjiż barrani jew li jkun qed jinżamm f’pajjiż barrani, meta l-post ta’ residenza tal-wild minuri jkun fil-Latvja, jiġu eżaminati mill-Qorti tal-Belt ta’ Riga.
Il-kawżi li jikkonċernaw wild minuri li jkun qed jiġi ttrasferit illegalment lil hinn mill-fruntiera lejn il-Latvja jew li jkun qed jinżamm fil-Latvja, meta l-post ta’ residenza tal-wild minuri jkun f’pajjiż ieħor, jiġu eżaminati mill-Qorti tal-Belt ta’ Riga.
Il-qrati distrettwali jew tal-belt jisimgħu wkoll kawżi dwar ir-reġistru tal-artijiet. Fl-2019, bħala parti mit-titjib fis-sistema tal-qrati, il-qrati distrettwali jew tal-belt ħatru wkoll 72 imħallef tat-taqsima tar-reġistru tal-artijiet, li żammew l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.
Il-Qorti Reġjonali ta’ Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-prim’istanza fi proċedimenti ċivili li fihom l-atti tal-kawża jirreferu għal materji ta’ segretezza tal-Istat. Fil-qorti tal-prim’istanza, il-kawżi ċivili jinstemgħu minn imħallef uniku, filwaqt li fl-appell (appell sħiħ jew appell fil-kassazzjoni) dawn jinstemgħu minn bord.
Il-partijiet fil-kawża jistgħu jippreżentaw appell kontra s-sentenza (jew is-sentenza anċillari) tal-qorti tal-prim’istanza, iżda l-prosekutur jista’ joħroġ biss appell straordinarju f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’din it-taqsima, ħlief minn sentenzi li bil-liġi ma jistgħux jiġu appellati.
Is-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza mogħtija abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 30.4 tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili u s-sentenza (sentenza anċillari) tal-qorti tal-appell jistgħu jiġu appellati mill-partijiet fuq punt ta’ liġi skont il-proċedura ta’ kassazzjoni, iżda l-prosekutur jista’ jippreżenta biss appell straordinarju fil-kassazzjoni.
Kawżi dwar ksur tal-liġi amministrattiva jinstemgħu minn qrati distrettwali jew tal-belt u mill-qrati reġjonali li għandhom ġuriżdizzjoni f’materji ċivili u kriminali. Skont il-Liġi Latvjana dwar l-Akkontabilità Amministrattiva (Latvijas Administratīvās atbildības likums), deċiżjoni adottata minn awtorità ogħla tista’ tiġi kkontestata f’qorti distrettwali jew tal-belt. Deċiżjoni ta’ mħallef tal-qorti distrettwali jew tal-belt tista’ tiġi appellata quddiem qorti reġjonali, jekk dan ikun previst b’mod espliċitu mill-Kodiċi Latvjan dwar il-Ksur tal-Liġi Amministrattiva. Deċiżjoni ta’ qorti tal-appell fi proċedimenti dwar ksur tal-liġi amministrattiva ma tistax tiġi appellata u ssir eżekutorja fil-ġurnata meta tingħata.
Skont il-Liġi dwar il-proċedura amministrattiva (Administratīvā procesa likums), il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu fil-prim’istanza fil-binja tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Jekk il-proċedimenti jinstemgħu fil-Qorti Distrettwali Amministrattiva bħala l-qorti tal-prim’istanza, u dik il-qorti teħtieġ tivverifika informazzjoni relatata ma’ kwistjoni ta’ segretezza tal-Istat, il-proċedimenti jinstemgħu fil-Qorti Distrettwali Amministrattiva f’Riga. Jekk il-liġi tipprevedi li l-proċedimenti amministrattivi għandhom jinstemgħu fil-prim’istanza mill-Qorti Reġjonali Amministrattiva jew mid-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi tal-Qorti Suprema minflok mill-Qorti Distrettwali Amministrattiva, ir-rikors rilevanti jrid jiġi ppreżentat lill-Qorti Reġjonali Amministrattiva jew lid-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi tal-Qorti Suprema, skont il-każ. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista’ tressaq appell sħiħ kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-prim’istanza, sakemm il-liġi ma tipprevedix illi dik is-sentenza ma tistax tiġi appellata, jew li trid tiġi appellata fil-kassazzjoni. Sentenza tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva li tkun għadha ma saritx eżekutorja tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti Reġjonali Amministrattiva. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista’ tressaq appell fil-kassazzjoni kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-appell, jekk il-qorti tkun kisret xi regoli sostantivi jew proċedurali jew eżerċitat is-setgħat tagħha b’mod ultra vires matul il-proċedimenti. Fil-qorti tal-prim’istanza, il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu minn imħallef uniku jew minn bord ta’ mħallfin, filwaqt li f’qorti tal-appell – appell sħiħ jew appell fil-kassazzjoni – dawn jinstemgħu minn bord.
Il-Qorti Suprema tinkludi d-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili, id-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali u d-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi. Id-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili, id-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali u d-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi tal-Qorti Suprema huma l-korpi ta’ kassazzjoni fil-kawżi kollha mismugħa minn qrati distrettwali jew tal-belt u mill-qrati reġjonali, u huma l-korpi tal-prim’istanza f’kawżi li jinvolvu deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat (Valsts kontroles padome) adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 55 tal-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat (Valsts kontroles likums). Fid-Dipartimenti tal-Qorti Suprema, il-kawżi jinstemgħu minn bord ta’ tliet imħallfin jew, f’ċerti każijiet stabbiliti bil-liġi, f’kompożizzjoni estiża.
Bażijiet tad-data legali
L-isem u l-URL tal-bażi tad-data
Il-Portal tal-Qrati Nazzjonali tal-Latvja
Is-sit web tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Latvjani
L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?
Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Il-kontenut tal-bażi tad-data fil-qosor
Il-Portal tal-Qrati Nazzjonali Latvjani jipprovdi informazzjoni aġġornata ġenerali dwar il-qrati fil-Latvja.
Is-sit web tas-servizzi elettroniċi tal-Qrati Latvjani jippermettu lill-utent jaċċessa bażi tad-data ta’ sentenzi tal-qorti anonimizzati, isegwi l-progress ta’ proċedimenti ġudizzjarji b’mod elettroniku, iressaq talba elettronika quddiem qorti, jikkalkula l-kost tal-proċedimenti ġudizzjarji u tal-ħlas tas-servizzi bl-użu ta’ kalkolatur tal-onorarji u tad-dazji, jirċievi u jimla formoli elettroniċi, u jaċċessa servizzi elettroniċi tal-qorti oħrajn.
Is-sit web tal-Qorti Suprema fih arkivju ta’ deċiżjonijiet tal-ġurisprudenza li jipprovdi aċċess għal deċiżjonijiet riċenti tal-Qorti Suprema u kollezzjonijiet ta’ ġurisprudenza. L-informazzjoni tinsab fit-taqsima Judikatūra (“Ġurisprudenza”).
Sfond
L-informazzjoni ppubblikata fil-Portal tal-Qrati Nazzjonali Latvjani u d-deċiżjonijiet u l-kollezzjonijiet tal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema ppubblikati fil-portal tal-Qorti Suprema attwalment huma disponibbli biss bil-Latvjan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.