Qrati ordinarji nazzjonali

Malta

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji f’Malta.

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

Qrati ordinarji – introduzzjoni

Tista’ ssib informazzjoni dwar il-qrati ċivili u kriminali ta’ Malta fit-tabelli t’hawn taħt.

Qrati ċivili

Il-Qorti tal-Appell It-tieni istanza

Appell
Il-Qorti tal-Appell tisma’ l-appelli mill-qrati ċivili kemm fil-ġurisdizzjoni superjuri kif ukoll f’dik inferjuri. (i) Din il-qorti tisma’ l-appelli mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). (ii) L-appelli mill-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisidizzjoni ċivili tagħha, mit-Tribunal għat-Talbiet Żgħar u mit-tribunali amministrattivi wkoll jinstemgħu minn din il-qorti. (i) Magħmula minn tlett imħallfin.


(ii) Magħmula minn imħallef wieħed.

Il-Qorti Ċivili: Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili



 


Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja)





Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)

L-ewwel istanza

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tisma’ l-kawżi ċivili u/jew kummerċjali kollha li jmorru lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Maġistrati. Fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha, tisma’ wkoll il-kawżi marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali li huma protetti mill-Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal- Libertaijiet Fundamentali.

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja) hija qorti b’ġurisdizzjoni volontarja u hija responsabbli mill-interdizzjoni jew mill-inabilitazzjoni tal-persuni mentalment instabbli, min-nomina ta’ tuturi għall-istess persuni, mill-ftuħ tas-suċċessjonijiet u mill-konferma tal-eżekuturi testamentarji. Tieħu ħsieb iżżomm ukoll it-testmenti sigrieti.

Din il-qorti tisma’ l-kawżi kollha marbuta ma’ kwistjonijiet familjari bħal annullamenti taż-żwiġijiet, separazzjoni personali, divorzju, manteniment u kustodja tat-tfal.

Ippreseduta minn imħallef 





 

Ippreseduta minn imħallef





Ippreseduta minn imħallef

Il-Qorti tal-Maġistrati L-ewwel istanza Fil-qasam ċivili, il-Qorti tal-Maġistrati għandha biss ġurisdizzjoni inferjuri tal-ewwel istanza, b’mod ġenerali limitata għat-talbiet li ma jaqbżux il-€15,000. Ippreseduta minn maġistrat
Il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex L-ewwel istanza Fil-qasam ċivili, il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex għandha ġurisdizzjoni doppja: ġurisdizzjoni inferjuri paragunabbli għal dik eżerċitata mill-kontroparti tagħha f’Malta, u ġurisdizzjoni superjuri, bl-istess kompetenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, iżda eskluża l-ġurisdizzjoni kostituzzjonali, u tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja). Ippreseduta minn maġistrat
Tribunal għal Talbiet Żgħar L-ewwel istanza Dan it-Tribunal jiddeċiedi b’mod sommarju, skont il-prinċipji tal- ekwità u tal-liġi, fuq talbiet b’valur ta’ inqas minn €5,000. Ippresedut minn Ġudikatur

 

Qrati kriminali

Il-Qorti tal-Appell Kriminali It-tieni istanza Appell Din il-Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha tisma’ l-appelli ta’ persuni misjuba ħatja mill-Qorti Kriminali. Din il-Qorti fil-Gurisdizzjoni Inferjuri tagħha tisma’ l-appelli rigward kawżi li ġew deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali. Magħmula minn tlett imħallfin   Magħmula minn imħallef wieħed
Il-Qorti Kriminali L-ewwel istanza Din il-qorti sservi bħala qorti kriminali u tisma’ kawżi kriminali li jmorru lil hinn mill-kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati. Ippreseduta minn imħallef li jkollu miegħu ġurija ta’ disa’ persuni
Il-Qorti tal-Maġistrati L-ewwel istanza Fil-qasam kriminali, il-Qorti għandha ġurisdizzjoni doppja: bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali rigward il-kawżi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, u bħala qorti istruttorja rigward reati li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali. (i) Qorti ta’ Gudikatura Kriminali – din il-Qorti għandha l-kompetenza li tisma’ l-kawżi kollha relatati ma’ reati li jġorru piena sa 6 xhur priġunerija. (ii) Qorti Istruttorja – il-Qorti tmexxi l-inkjesta preliminari rigward id-delitti u tirrinvija l-atti rilevanti lill-Avukat Ġenerali. Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-akkużat, l-Avukat Ġenerali jista’ jirrinvija l-każijiet li jġorru piena sa 10 snin ħabs lura quddiem il-Qorti tal-Maġistrati biex tisma’ u tiddeċiedi l-każ. Ippreseduta minn maġistrat
Il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex L-ewwel istanza Fil-qasam kriminali, il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex għandha l-istess kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali u bħala Qorti Istruttorja. Ippreseduta minn maġistrat
Il-Qorti tal-Minorenni L-ewwel istanza Il-Qorti tal-Minorenni tisma’ l-akkużi fil-konfront ta’, u tieħu ħsieb proċedimenti oħrajn marbuta ma’ minorenni li għandhom inqas minn 16-il sena u tista’ anki tagħmel ordnijiet ta’ kura. Ippreseduta minn maġistrat u żewġ membri

Bażijiet tad-dejta legali

Jekk jogħġbok irreferi għall-paġna Maltija “Organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri – Malta” fejn għandek issib informazzjoni dettaljata dwar u links għall-bażijiet tad-dejta rilevanti.

Links relatati

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Servizzi tal-Qorti

Servizzi tal-Qorti - Sentenzi Online

Servizzi tal-Qorti - Proċeduri tal-Qorti

Servizzi tal-Qorti - Użu tal-Awli

Servizzi tal-Qorti - Statistika

Servizzi tal-Qorti - Bejgħ b’subbasti

Servizzi tal-Qorti - Formoli Ċivili (bil-Malti)

Esperti tal-Qorti

Servizzi Legali (Liġijiet ta’ Malta)

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.