Qrati ordinarji nazzjonali

Olanda

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fin-Netherlands.

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

Il-qrati distrettwali (rechtbanken)

Hemm 11-il qorti distrettwali fin-Netherlands.

Kull qorti hija komposta minn numru ta’ sezzjonijiet:

  • Il-ġustizzja ċivili (kunflitti bejn individwi privati u/jew organizzazzjonijiet)
  • Id-dritt amministrattiv (kunflitti bejn individwi jew organizzazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi)
  • Id-dritt kriminali (reati kriminali)

Il-qorti għandha wkoll settur subdistrettwali (kanton), li fih l-imħallef subdistrettwali jittratta, fost l-oħrajn, kawżi kriminali u ċivili minuri li jinvolvu ammonti ta’ sa EUR 25 000.

Appelli

Parti li ma taċċettax is-sentenza tal-qorti distrettwali tista’ tappella. Il-kawżi kriminali u ċivili jinstemgħu minn waħda mill-erba’ qrati tal-appell (gerechtshoven). F’każijiet amministrattivi, skont is-suġġett, l-appell jista’ jinstema’ minn:

  • Il-Qrati tal-Appell (gerechtshoven)
  • Il-Qorti tal-Appelli Ċentrali (Centrale Raad van Beroep)
  • Il-Qorti tal-Appelli Kummerċjali u Industrijali (College van Beroep voor het Bedrijfsleven)
  • Il-Kunsill tal-Istat (Raad van State), sezzjoni tal-kontroversji amministrattivi (Afdeling bestuursrechtspraak)

Il-Qorti Suprema (Hoge Raad)

Il-Qorti Suprema tan-Netherlands hija l-ogħla qorti fin-Netherlands fil-liġi ċivili, kriminali u fil-liġi ta’ tassazzjoni. Il-Qorti Suprema tista’ tannulla sentenzi, b’mod partikolari dawk tal-qrati tal-appell (li s-sentenzi tagħhom jistgħu jkunu kkontestati fil-Qorti Suprema dwar punti ta’ liġi, proċess magħruf bħala cassatie). Il-Qorti Suprema hija responsabbli wkoll biex tiżgura l-uniformità legali u l-iżvilupp tal-liġi Olandiża.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar kif tiġi organizzata s-sistema ġudizzjarja fis-sit rechtspraak.nl.

Bażijiet tad-data legali

Il-bażi tad-data tal-ġurisprudenza tippubblika għadd sinifikanti ta’ sentenzi. Dawn id-deċiżjonijiet u s-sentenzi jsiru aċċessibbli għall-pubbliku billi jiġu inklużi fil-bażi tad-data fis-sit rechtspraak.nl.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Links Relatati

Il-ġudikatura Olandiża u l-Qorti Suprema tan-Netherlands

Informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Olandiża (bl-Ingliż)

L-aħħar aġġornament: 13/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.