Qrati ordinarji – introduzzjoni
Il-qrati ġenerali jittrattaw kawżi kriminali u ċivili. Huma organizzati f’sistema fuq tliet livelli:
- Qrati distrettwali (tingsrätt)
- Qrati tal-appell (hovrätt) u
- Il-Qorti Suprema (Högsta domstolen).
Il-qrati amministrattivi ġenerali jittrattaw kawżi relatati mal-amministrazzjoni pubblika. Huma organizzati f’sistema fuq tliet livelli:
- Qrati amministrattivi tal-konteji (förvaltningsrätt)
- Qrati amministrattivi tal-appell (kammarrätt) u
- Qorti Amministrattiva Suprema (Regeringsrätten).
Barra minn dan, ġew stabbiliti xi qrati u tribunali speċjali sabiex jisimgħu tipi speċifiċi ta’ kawżi u kwistjonijiet, bħall-Qorti tax-Xogħol (Arbetsdomstolen) u l-Qorti tas-Suq (Marknadsdomstolen).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.