Ir-Regolament Brussell IIa - Il-formoli dwar kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri



Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (ir-Regolament Brussell IIa) japplika għal proċedimenti legali istitwiti, għal strumenti awtentiċi formalment imfassla jew irreġistrati, u għal soluzzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi, fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri qabel l-1 ta’ Awwissu 2022.

Għall-proċedimenti mibdija fl-1 ta’ Awwissu 2022 jew wara, ir-Regolament Brussell IIa ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 (ir-Regolament Brussell IIb). Informazzjoni addizzjonali dwar ir-Regolament Brussell IIb: notifiki u formoli online.

Ir-Regolament Brussell IIa japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Ir-Regolament Brussell IIa jiddetermina l-qrati ta’ liema Stat Membru għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jew kwistjonijiet matrimonjali, fejn hemm element internazzjonali. Dan jipprevedi wkoll li deċiżjoni fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura speċjali. Skont it-tip ta’ deċiżjoni, tista’ tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà (“exequatur”).

Barra minn hekk, ir-Regolament Brussell IIa jikkomplementa u jsaħħaħ il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 billi jispeċifika regoli dwar il-kooperazzjoni f’każijiet ta’ ħtif ta’ minuri mill-ġenituri li jseħħ bejn l-Istati Membri.

Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas Awtorità Ċentrali waħda biex tassisti fl-applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIa.

Ir-Regolament jipprovdi għal erba’ formoli standard.

Sottomissjoni ta’ formoli lill-awtorità kompetenti

Il-formoli mimlija għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’mod mitlub mill-awtorità. Aktar informazzjoni dwar id-dettalji ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti, il-leġiżlatura nazzjonali rilevanti eċċ. tinsab fit-taqsima tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew. Din il-paġna tinkludi għodda ta’ tiftix biex jinstabu l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli mimlija.

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha  billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.
Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċeduri mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Sa tmiem l-2022, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel fil-formoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ dawk il-proċedimenti u proċeduri. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-formoli tad-dokumenti Pubbliċi, li fi fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel.

  • Ċertifikat imsemmi fl-artikolu 39 li jikkonċerna sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Ċertifikat imsemmi fl-artikolu 39 li jikkonċerna sentenzi dwar responsabbiltà tal-ġenituri
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Ċertifikat imsemmi fl-artikolu 41(1) li jikkonċerna sentenzi dwar id-drittijiet ta’ aċċess
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Ċertifikat imsemmi fl-artikolu 42(1) li jikkonċerna r-ritorn tal-wild
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament : 01/08/2022