

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fir-Repubblika tal-Kroazja, it-termini għall-proċeduri ċivili huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 111 - 114 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 25/13, 89/14 u 70/19; minn hawn ’il quddiem: ZPP).
Terminu huwa perjodu ta’ żmien speċifiku li matulu tista’ tittieħed azzjoni proċedurali, jew li qabel l-iskadenza tiegħu ma tistax tittieħed tali azzjoni.
Il-liġi proċedurali Kroata tirrikonoxxi diversi tipi ta’ termini:
Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-lista ta’ jiem mhux tax-xogħol hija rregolata mill-Att dwar il-Btajjel, il-Jiem ta’ Tifkira u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tal-Kroazja(Zakon o blagdanima, spomendanima i neradnim danima u Republici Hrvatskoj) (NN Nru 110/19).
Il-btajjel pubbliċi fir-Repubblika tal-Kroazja huma dawn li ġejjin:
Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-btajjel pubbliċi huma jiem mhux tax-xogħol.
It-termini jiġu kkalkolati f’jiem, xhur u snin.
Ir-regoli dwar il-kalkolu tat-termini japplikaw għat-termini kollha. It-termini jiġu kkalkolati f’jiem sħaħ, minn nofs il-lejl sa nofs il-lejl (computatio civilis, a die ad diem) u mhux minn mument għal mument, billi jiġu kkalkolati s-sigħat u l-minuti (computation naturalis, a momento ad momentum). Għal aktar informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ara r-risposta taħt 1).
Id-data tal-bidu hija d-data tal-bidu tal-proċeduri jew ta’ xi azzjoni oħra (pereżempju, notifika, avviż) minn meta jrid jiġi kkalkolat it-tul taż-żmien. Id-data tal-bidu mhijiex inkluża fit-termini espressi f’jiem. L-ewwel jum li jkun imiss jitqies bħala l-bidu tat-terminu.
Ir-regola ġenerali tan-notifika hija li din trid tiġi effettwata f’jum tax-xogħol u speċifikament mis-sebgħa (7) ta’ filgħodu sat-tmienja (8) ta’ filgħaxija, fir-residenza jew fuq il-post tax-xogħol tal-persuna li għandha tingħata n-notifika, jew fil-qorti meta l-persuna msemmija tkun tinsab hemmhekk. L-eċċezzjoni għar-regola msemmija fuq, jiġifieri li n-notifika għandha tiġi effettwata f’jum tax-xogħol u speċifikament mis-sebgħa (7) ta’ filgħodu sat-tmienja (8) ta’ filgħaxija, ma tapplikax għal notifika bil-posta jew minn nutar pubbliku.
In-notifika tista’ tiġi effettwata wkoll f’ħin u post ieħor bil-kunsens tal-persuna li għandha tingħata n-notifika
Jekk il-qorti tqis li jkun meħtieġ, hija toħroġ ordni sabiex in-notifika tiġi effettwata fi kwalunkwe post ieħor jew fi kwalunkwe ħin ieħor. Fil-każ ta’ din il-forma ta’ notifika, il-persuna li lilha tiġi kkomunikata l-komunikazzjoni għandha tingħata kopja tad-deċiżjoni tal-qorti li biha din tkun ġiet ordnata. Din id-deċiżjoni ma għandhiex bżonn tinkludi spjegazzjoni.
Jekk terminu jkun ġie kkalkolat f’jiem, il-jum meta saret in-notifika jew il-jum meta seħħ l-avveniment minn meta beda jiddekorri t-terminu ma jiġix inkluż f’tali terminu. Minflok, it-terminu għandu jibda fl-ewwel jum li jkun imiss.
Pereżempju, jekk l-avveniment minn meta beda perjodu ta’ żmien ta’ 15-il jum seħħ fil-5 ta’ Frar, it-terminu ta’ 15-il jum jiskadi f’nofs il-lejl fl-20 ta’ Frar.
Għalhekk, il-kalkolu tat-terminu ma jibdiex f’dak il-jum li jkun seħħ avveniment (dies a quo), iżda fil-jum ta’ wara.
Meta terminu jiġi espress f’jiem, in-numru ta’ jiem indikat jirreferi għal jiem kalendarji. Madankollu, jekk l-aħħar jum ta’ terminu jaqa’ fi btala pubblika jew nhar ta’ Ħadd jew fi kwalunkwe jum ieħor meta l-qorti ma tkunx miftuħa, tali terminu jiskadi fl-aħħar tal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.
It-termini kkalkolati f’xhur jew snin jiġu fi tmiemhom fl-aħħar tal-jum tal-aħħar xahar jew sena li jkollhom l-istess numru bħall-jum li fih beda jiddekorri t-terminu.
Jekk ma jkun hemm ebda data bħal din fl-aħħar xahar, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.
Ara l-punt 8.
Iva.
Terminu ffissat minn qorti jista’ jiġi estiż darba biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi għal dan.
Il-mozzjoni għandha tiġi ppreżentata qabel l-iskadenza tat-terminu li għalih tintalab estensjoni.
Ma hemm ebda appell kontra deċiżjoni dwar l-estensjoni ta’ terminu.
It-terminu estiż jibda fl-ewwel jum li jkun imiss wara l-iskadenza tat-terminu li għalih intalbet l-estensjoni.
Il-partijiet jistgħu jressqu appell kontra sentenza mogħtija minn qorti tal-prim’istanza fi żmien ħmistax-il jum mid-data meta tiġi nnotifikata kopja tas-sentenza, sakemm dan l-Att ma jipprevedix terminu ieħor. F’tilwimiet li jinvolvu kontrolli u kambjali, dan it-terminu jkun ta’ tmint ijiem.
Dawn it-termini għall-preżentazzjoni ta’ appell huma sospiżi bejn l-1 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Awwissu.
Terminu ffissat minn qorti jista’ jiġi estiż darba biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi għal dan.
Ir-regoli tal-proċedura ċivili fir-Repubblika tal-Kroazja ma jipprevedu ebda estensjoni tat-terminu skont il-post tar-residenza tal-partijiet.
Il-konsegwenzi jiddependu fuq in-natura legali tal-iskadenzi, jiġifieri, fil-każ ta’ termini statutorji li ma jistgħux jiġu estiżi u fejn il-parti tonqos milli tieħu azzjoni proċedurali fit-terminu preskritt, tali nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenza jirriżulta fit-telf tad-dritt li sussegwentement tittieħed l-azzjoni proċedurali.
Min-naħa l-oħra, hemm termini li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ma jirriżultax fit-telf tad-dritt li sussegwentement tittieħed azzjoni, u dawn it-termini ssir referenza għalihom bħala indikattivi.
Jekk parti tonqos milli tidher f’seduta ta’ smigħ jew milli tilħaq skadenza sabiex tieħu azzjoni fil-proċedimenti u, għal dik ir-raġuni, titlef id-dritt li tieħu dik l-azzjoni, il-qorti tista’ tippermetti lil dik il-parti, fuq mozzjoni tagħha stess, li tieħu dik l-azzjoni aktar tard (mozzjoni sabiex jitreġġa’ lura status preċedenti), jekk hija tqis li kien hemm raġunijiet leġittimi għall-ommissjoni.
Il-mozzjoni għandha titressaq fi żmien tmint ijiem mill-jum meta tkun waqfet teżisti r-raġuni għall-ommissjoni; jekk il-parti tkun saret taf bl-ommissjoni aktar tard, il-perjodu ta’ żmien imsemmi fuq jibda jiddekorri minn dakinhar li hija tkun saret taf biha. Wara l-iskadenza ta’ xahrejn mid-data tal-ommissjoni, ma tista’ titressaq ebda mozzjoni sabiex jitreġġa’ lura status preċedenti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.