

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-iskadenzi jirreferu għat-termini preskrittivi stabbiliti biex jiġi ffinalizzat stadju partikolari fi proċediment. Ċerti termini preskrittivi huma stipulati mil-liġi, u oħrajn huma ffissati mill-qorti.
Apparti s-Sibtijiet u l-Ħdud, dawn il-jiem li ġejjin jitqiesu bħala vaganza fil-Finlandja:
Ir-regoli dwar il-kalkolu tat-termini preskrittivi jinsabu fl-Att dwar it-Termini Preskrittivi (määräaikalaki) (150/1930). Jeżistu wkoll dispożizzjonijiet rigward it-tul ta' żmien tat-termini preskrittivi, li huma inklużi fil-Kodiċi dwar il-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari) u f'diversi regolamenti oħra.
Ġeneralment it-termini preskrittivi huma kkalkulati mill-bidu tal-jum ta' wara dak li fih ikun seħħ l-avveniment li kkaġuna l-att jew il-formalità inkwistjoni. Pereżempju, it-terminu preskrittiv għall-ikkontestar ta' wirt jiġi kkalkulat mill-bidu tal-jum ta' wara dak li fih ikun ġie nnotifikat il-wirt.
Il-metodu ta' trażmissjoni jew ta' notifika ta' dokumenti ma jaffettwax il-bidu tat-terminu. It-terminu preskrittiv jibda jiddekorri biss malli jiġi nnotifikat id-dokument.
Meta tali perjodu ta' żmien ikun espress f'numru ta' jiem li jgħoddu minn wara ċertu data, din tal-aħħar ma tiġix magħduda magħhom. Pereżempju, id-data tan-notifika ma tiġix inkluża fit-terminu preskrittiv.
In-numru ta' jiem indikat jinkludi l-jiem kalendarji kollha, mhux il-jiem ta' xogħol biss. Madankollu, jekk l-aħħar jum tat-terminu preskrittiv jinzerta wieħed mill-jiem elenkati fil-mistoqsija nru 2, it-terminu preskrittiv jiġi estiż sal-jum ta' xogħol li jkun imiss.
It-termini preskrittivi espressi f'ġimgħat, xhur jew snin, li jgħoddu minn wara ċertu data, jispiċċaw fil-jum tal-ġimgħa jew tax-xahar li jġib l-istess isem jew numru ta' dik id-data. Jekk ma jkunx hemm data korrispondenti fix-xahar li fih ikun se jiskadi t-terminu preskrittiv, l-aħħar jum ta' dak ix-xahar jitqies bħala l-iskadenza tat-terminu.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 8.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 7.
Huwa possibbli li l-iskadenzi jiġu estiżi sakemm il-ħtieġa għall-estensjoni tkun tista' tiġi ġġustifikata. Pereżempju, l-estensjoni ta' skadenza applikabbli għal kawża li tkun għaddejja l-qorti tista' tingħata mill-qorti kkonċernata, wara li tirċievi t-talba għal dan. Id-deċiżjoni dwar għandhiex tingħata estensjoni jew le tittieħed mill-persuna inkarigata mill-każ.
Il-parti li tkun tixtieq tappella kontra sentenza ta' Qorti Distrettwali (käräjäoikeus) trid tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tappella sa mhux aktar tard mis-seba' jum mid-data li fiha tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti. L-iskadenza biex jitressaq appell hija ta' 30 jum mid-data li fiha tkun ingħatat is-sentenza tal-Qorti Distrettwali. L-appellant irid jippreżenta l-ittra tal-appell lir-reġistru tal-Qorti Distrettwali sa mhux aktar tard mill-jum ta' skadenza tat-terminu preskrittiv, matul il-ħinijiet tax-xogħol.
Fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti tal-Appell (hovioikeus), it-terminu preskrittiv biex jintalab permess għall-appell u biex tiġi ppreżentata l-ittra tal-appell huwa ta' 60 jum mid-data li fiha l-Qorti tal-Appell tkun tat id-deċiżjoni tagħha. L-appellant irid jippreżenta l-ittra tal-appell, li trid tkun indirizzata lill-Qorti Suprema (korkein oikeus) u li magħha jridu jinhemżu t-talba għall-permess għall-appell kif ukoll l-appell innifsu, lir-reġistru tal-Qorti tal-Appell sa mhux aktar tard mill-jum ta' skadenza tat-terminu preskrittiv.
Jekk l-appell ikollu x'jaqsam ma' kawża li l-Qorti tal-Appell tkun semgħet fl-ewwel istanza, it-terminu preskrittiv biex jitressaq appell ikun ta' 30 jum mid-data li fiha l-Qorti tal-Appell tkun tat id-deċiżjoni tagħha.
It-termini preskrittivi stipulati fl-Att dwar it-Termini Preskrittivi ma jistgħux jitqassru. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-qorti tuża s-setgħa diskrezzjonali tagħha biex tiffissa t-termini preskrittivi għal atti u formalitajiet speċifiċi u kif ukoll biex testendihom. F'ċerti każijiet, il-qrati jistgħu jestendu wkoll l-iskadenzi stabbiliti għall-appelli.
Ma jeżistux postijiet bħal dawn fil-Finlandja, u għaldaqstant mhux possibbli li tinqala' sitwazzjoni ta' dan it-tip.
Bħala regola ġenerali, li parti tonqos milli tirrispetta l-iskadenzi jkun ta' detriment għaliha stess u jista' jwassal biex tiġi miċħuda mid-drittijiet tagħha fil-kwistjoni.
Ma hemmx rimedju universali għall-każijiet fejn ma jiġux irrispettati l-iskadenzi. Xi drabi tista' ssir talba biex tiġi stabbilita skadenza ġdida. Madankollu, dan rarament jiġri.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.