

Sib informazzjoni għal kull reġjun
a) Statutorji – it-tul ta’ żmien tagħhom jiġi stabbilit mil-liġi;
b) Ġudizzjarji – il-qorti tista’ testendi skadenza fuq talba tal-entità kkonċernata.
Jiem mhux tax-xogħol huma dawk il-jiem magħżula għat-tixtil tal-ħaddiema matul il-ġimgħa, u l-btajjel statutorji,
a) Jiem mhux tax-xogħol fir-Repubblika Slovakka: is-6 ta’ Jannar, il-Ġimgħa l-Kbira, Ħadd il-Għid, it-Tnejn ta’ wara l-Għid, l-1 ta’ Mejju, it-8 ta’ Mejju, il-15 ta’ Settembru, l-1 ta’ Novembru, l-24 ta’ Diċembru, il-25 ta’ Diċembru, is-26 ta’ Diċembru
b) Btajjel statutorji fir-Repubblika Slovakka: l-1 ta’ Jannar, il-5 ta’ Lulju, id-29 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Settembru, is-17 ta’ Novembru.
a) Skont l-Att Nru. 160/2015, il-Kodiċi tal-Proċedura Kontradittorja Ċivili (zákona č. 160/2015 Civilný sporový poriadok) (li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala "CCAP"), u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet għall-kuntrarju, terminu għall-eżekuzzjoni ta’ att jiġi stabbilit minn qorti. Il-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu ma jiġix inkluż fil-kalkolu ta’ perjodu stabbilit f’jiem.
b) Terminu ma jibdiex jiddekorri fir-rigward ta’ persuna li tkun tilfet il-kapaċità tagħha li tkun parti għal proċedimenti jew il-kapaċità li taġixxi quddiem qorti (it-Taqsima 119 tas-CCAP).
ċ) Jekk parti ġdida, rappreżentant legali, jew kustodju ta’ parti jissieħbu fil-proċedimenti, jibdew jiddekorru termini ġodda fir-rigward tagħhom, minn dak il-ħin li jkunu ssieħbu fil-proċedimenti (it-Taqsima 120 tas-CCAP).
d) Terminu jkun ġie osservat jekk l-att ikkonċernat jiġi eżegwit fil-qorti, jew jekk sottomissjoni tkun ġiet mgħoddija lil awtorità obbligata li tikkonsenjaha, fl-aħħar jum tal-perjodu (it-Taqsima 121 (5) tas-CCAP).
Perjodu jibda jiddekorri l-għada li jkun seħħ l-avveniment li jiddetermina l-bidu tal-perjodu.
Le.
Le.
Il-jiem kalendarji jintużaw fil-kalkolu tat-termini.
Il-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur u snin jiġu kkalkolati wkoll skont il-jiem kalendarji.
L-iskadenzi tal-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur jew snin jaqgħu fl-aħħar tal-jum li d-deżinjazzjoni tiegħu huwa l-istess bħal dak tal-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu u, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan f’xahar, mela l-aħħar jum tax-xahar. Jekk skadenza taqa’ nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala, l-aħħar jum tal-perjodu huwa l-jum tax-xogħol li jiġi immedjatament wara (it-Taqsima 121 tas-CCAP).
Iva.
Jekk il-liġi ma tiddikjara ebda skadenza għall-eżekuzzjoni ta’ att, din għandha tiġi stabbilita minn qorti, jekk ikun hemm bżonn. Qorti tista’ wkoll testendi skadenza li tkun stabbilixxiet hija stess (it-Taqsima 118(2) tas-CCAP).
Appell jitressaq fi żmien 15-il jum min-notifika ta’ deċiżjoni fil-qorti li lilha tkun indirizzata (it-Taqsima 362 tas-CCAP).
Iva, iżda biss terminu li jappartjeni għal interrogazzjoni informattiva.
Il-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza hija li tinqabeż l-iskadenza.
Qorti tista’ taħfer l-iskadenza li tinqabeż jekk dan in-nuqqas kien dovut għall-fatt li parti jew ir-rappreżentant tagħha kellhom raġuni skużabbli li minħabba fiha ma setgħux jeffettwaw att li kienu intitolati li jeżerċitaw. Rikors irid jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mill-waqfien tal-ostakolu u l-att mitluf irid jiġi effettwat f’dak il-ħin (it-Taqsima 122 tas-CCAP). Huwa kompletament fid-diskrezzjoni tal-qorti li tevalwa jekk ir-raġuni li minħabba fiha l-parti jew ir-rappreżentant tagħha qabżu skadenza statutorja hijiex skużabbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.