Time limits on procedures

When you are involved in a civil dispute and think you may have to litigate, you must be aware that there is certain deadline for taking action.

All modern legal systems including those of the 27 Member States provide for the temporal limitation of civil claims. The laws governing limitation or prescription periods vary greatly with respect to the length of the time limits, when exactly the time limit starts and depending on which act or event suspends or interrupts the time limit. The law applicable to the claim also governs the limitation period affecting the claim.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 01/02/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Belġju

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek) jirreferi għal numru ta’ limiti ta’ żmien differenti.

Dawn jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji: perjodi ta’ stennija u limiti ta’ żmien perentorji.

Il-perjodi ta’ stennija (délais d’attente/wachttermijnen) huma perjodi li jridu jiskadu. Fi kliem ieħor, dawn il-perjodi għandhom jiskadu qabel ma l-azzjoni legali tkun tista’ tittieħed b’mod validu.

Eżempju ta’ perjodu ta’ stennija huwa Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-perjodu ta’ taħrika (délai de citation/dagvaardingstermijn). Għandu jkun hemm “perjodu ta’ taħrika” bejn id-data li fiha t-taħrika tkun notifikata u s-seduta preliminari: dan huwa tmint ijiem fil-kawża prinċipali (kawżi ċivili) u jumejn fi proċedimenti interim.

Il-limiti ta’ żmien perentorji (délais de forclusion/vervaltermijnen) huma limiti ta’ żmien li fihom trid tittieħed azzjoni legali partikolari, mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tal-limitu ta’ żmien jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatad-dies ad quem, u fin-nuqqas ta’ dan jiskadi d-dritt li tittieħed din l-azzjoni legali.

Il-limiti ta’ żmien li fihom għandhom jinbdew il-proċedimenti legali huma eżempji ta’ limiti ta’ żmien perentorji, jiġifieri:

  • il-limitu ta’ żmien ta’ xahar biex tappella kontra sentenza wara l-kawża (l-Artikolu 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), mid-data li fiha s-sentenza ġiet notifikata;
  • il-limitu ta’ żmien ta’ xahar biex toġġezzjona għal sentenza kontumaċja (in absentia) (l-Artikolu 1048 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), mid-data li fiha s-sentenza tkun ġiet notifikata;
  • il-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur biex tappella fuq punti ta’ liġi lill-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation/ Hof van Cassatie) (l-Artikolu 1073 tal-Kodiċi Ġudizzjarju);
  • il-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur biex jitressqu l-proċedimenti ta’ partijiet terzi (l-Artikolu 1129 tal-Kodiċi Ġudizzjarju);
  • il-limitu ta’ żmien ta’ 30 jum għall-preżentazzjoni ta’ talba għal danni kontra imħallef għal nuqqas ta’ ġustizzja (l-Artikolu 1142 tal-Kodiċi Ġudizzjarju);
  • il-limitu ta’ żmien ta’ sitt xhur għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti ċivili (l-Artikolu 1136 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Il-perjodu ta’ taħrika huwa għalhekk perjodu ta’ stennija.

L-Artikolu 707 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jistipula li t-taħrika ordinarja fil-kawża prinċipali hija tmint ijiem għal persuni li għandhom id-domiċilju jew il-post ta’ residenza tagħhom fil-Belġju.

L-istess japplika meta:

1. it-taħrika tiġi notifikata fil-Belġju fl-indirizz għan-notifika;

2. il-persuna li lilha tkun notifikata t-taħrika ma jkollhiex domiċilju jew post ta’ residenza magħruf fil-Belġju jew barra mill-pajjiż;

3. it-taħrika għal parti domiċiljata barra mill-pajjiż tiġi notifikata personalment fil-Belġju.

Il-perjodu ta’ taħrika fi proċedimenti interim huwa mnaqqas għal jumejn (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 1035 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Il-perjodu ta’ taħrika għal proċedimenti quddiem Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-imħallef tas-sekwestri preventivi (juge des saisies/beslagrechter) huwa wkoll jumejn fejn dan tal-aħħar jippresjedi bħal fi proċedimenti interim.

Meta l-intimat ma jkollux domiċilju, post ta’ residenza jew indirizz għan-notifika fil-Belġju, il-“perjodi ordinarji” ta’ tmint ijiem u ta’ jumejn indikati hawn fuq huma estiżi skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 55 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Il-perjodu huwa għalhekk ta’ (tmint ijiem jew jumejn + ...):

  1. 15-il jum meta l-parti tgħix f’pajjiż ġar jew fir-Renju Unit;
  2. 30 jum meta l-parti tgħix f’pajjiż Ewropew ieħor;
  3. 80 jum meta l-parti tgħix f’parti oħra tad-dinja.

Din l-estensjoni għandha, madankollu, tkun prevista mil-liġi. Għat-taħrika fil-kawża prinċipali, hija stabbilita Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-Artikolu 709 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, filwaqt li għat-taħrika fil-proċedimenti interim, hija stabbilita Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-Artikolu 1035 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Jista’ jkun meħtieġ f’każijiet speċifiċi li tipproċedi malajr ħafna wara t-taħrika. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, talba biex jitqassru dawn il-perjodi tista’ tiġi sottomessa lill-qorti kompetenti minn avukat jew uffiċjal tal-qorti (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 708 tal-Kodiċi Ġudizzjarju fil-kawża prinċipali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 1036 tal-Kodiċi Ġudizzjarju fil-proċedimenti interim).

Meta t-taħrika tiġi notifikata, l-uffiċjal tal-qorti jagħti wkoll kopja tad-deċiżjoni li tqassar il-perjodu tat-taħrika sabiex jinforma lill-intimat li din ġiet awtorizzata.

Wieħed mill-aktar aspetti importanti tal-limitu ta’ żmien huwa l-kalkolutiegħu. Il-proċedura għall-kalkolu hija stabbilita Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-Artikoli 48 sa 57 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (jiġifieri l-Kapitolu VIII tal-Ewwel Parti tal-Kodiċi Ġudizzjarju) (ara hawn taħt).

Dawn l-artikoli jkopru punti ġenerali (l-Artikoli 48 u 49), il-limiti ta’ żmien perentorji (l-Artikolu 50, l-ewwel paragrafu), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-kalkolu tal-limiti ta’ żmien (l-Artikoli 52 u 53, l-ewwel paragrafu, u l-Artikoli 53 bis, 54 u 57), is-sitwazzjonijiet ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaforce majeure, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-estensjoni tal-limitu ta’ żmien (l-Artikolu 50, it-tieni paragrafu, l-Artikoli 51 u 53, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 55) u l-każ ta’ sospensjoni minħabba l-mewt ta’ waħda mill-partijiet (l-Artikolu 56).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

1 ta’ Jannar (L-Ewwel tas-Sena)

Ħadd il-Għid u t-Tnejn ta’ fuq l-Għid (dati jinbidlu)

1 ta’ Mejju (Jum il-Ħaddiem)

Jum Lapsi (is-sitt Ħamis wara Ħadd il-Għid)

Għid il-Ħamsin u t-Tnejn ta’ fuq Għid il-Ħamsin (is-seba’ Ħadd u Tnejn wara Ħadd il-Għid)

Festa nazzjonali: 21 ta’ Lulju

15 ta’ Awwissu (Festa tal-Assunzjoni tal-Madonna)

1 ta’ Novembru (Jum il-Qaddisin Kollha)

11 ta’ Novembru (l-Armistizju tal-1918)

25 ta’ Diċembru (Jum il-Milied)

Din il-lista ma tidhirx fil-Kodiċi Ġudizzjarju.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ara l-mistoqsija 1 (hawn fuq).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Ir-regola hija li d-dies a quo (jum tal-att jew tal-avveniment li jagħti bidu għal-limitu ta’ żmien) MHUX inkluż fil-limitu ta’ żmien, imma li d-dies ad quem (l-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien) HUWA inkluż (“dies a quo non computatur in termino”).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 52 tal-Kodiċi Ġudizzjarju: “Il-limitu ta’ żmien huwa kkalkulat min-nofsillejl sa nofsillejl. Huwa kkalkulat mill-jum wara l-jum tal-att jew tal-avveniment li jagħti bidu għal-limitu ta’ żmien u jinkludi l-ġranet kollha, anke s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi.”

Konsegwentement, il-kalkolu tal-limitu ta’ żmien ma jibdiex fil-jum tan-notifika ta’ taħrika jew sentenza (dies a quo), imma fil-jum ta’ wara (b’mod aktar preċiż, f’00.00 tal-jum ta’ wara).

Pereżempju, jekk it-taħrika tiġi notifikata nhar it-Tnejn 4 ta’ Mejju (dies a quo), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-perjodu ta’ taħrika jibda nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju. Fi kliem ieħor, l-ewwel ġurnata tal-limitu ta’ żmien ta’ tmint ijiem hija t-Tlieta 5 ta’ Mejju.

Jekk l-4 ta’ Mejju jaħbat il-Ġimgħa, mela l-perjodu ta’ taħrika jibda nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju. L-ewwel ġurnata tal-perjodu ta’ taħrika tista’ għalhekk taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

A/ Notifika minn uffiċjal tal-qorti:

Skont l-Artikolu 57 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor bil-liġi, il-limitu ta’ żmien għal oġġezzjoni, appell lil qorti superjuri jew appell fuq punti ta’ liġi lill-Qorti tal-Kassazzjoni jibda meta s-sentenza tiġi nnotifikata lill-persuna jew fid-domiċilju tagħha jew, fejn applikabbli, meta kopja tagħha tingħata personalment jew tiġi ddepożitata, kif stabbilit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-Artikoli 38 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida40.

Għal persuni li m’għandhomx id-domiċilju, il-post ta’ residenza jew l-indirizz għan-notifika tagħhom fil-Belġju u li ma jistgħux jiġu notifikati personalment, il-limitu ta’ żmien jibda meta kopja tas-sentenza li għandha tiġi notifikata tingħata lis-servizz postali jew, fejn applikabbli , lill-prosekutur pubbliku.

Fil-każ ta’ persuni mingħajr kapaċità legali, il-limitu ta’ żmien ma jibdiex qabel ma s-sentenza tkun ġiet notifikata lir-rappreżentant legali tagħhom.

B/ Notifika permezz ta’ karta (ittra):

Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor bil-liġi, skont l-Artikolu 53 bis tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-limiti ta’ żmien li jibdew meta d-dokument tal-karta jiġi notifikat lid-destinatarju jiġu kkalkulati:

  1. fejn id-dokument ikun notifikat permezz ta’ kunsinna ġudizzjarja rreġistrata jew b’ittra rreġistrata b’konferma tal-wasla, mill-ewwel jum wara l-jum meta l-ittra tkun ġiet ippreżentata fid-domiċilju tad-destinatarju jew, fejn applikabbli, fil-post ta’ residenza jew fl-indirizz għan-notifika tad-destinatarju;
  2. fejn id-dokument ikun notifikat b’ittra rreġistrata jew b’ittra ordinarja, mit-tielet jum tax-xogħol wara l-jum meta l-ittra tkun ingħatat lis-servizzi postali, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor mid-destinatarju;
  3. fejn id-dokument ikun notifikat b’konferma datata tal-wasla, mill-ewwel jum li jkun imiss.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Ir-regola hija li d-dies a quo (jum tal-att jew tal-avveniment li jagħti bidu għal-limitu ta’ żmien) MHUX inkluż fil-limitu ta’ żmien, imma li d-dies ad quem (l-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien) HUWA inkluż.

DIES A QUO:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 52 tal-Kodiċi Ġudizzjarju: “Il-limitu ta’ żmien huwa kkalkulat min-nofsillejl sa nofsillejl. Huwa kkalkulat mill-jum wara l-jum tal-att jew tal-avveniment li jagħti bidu għal-limitu ta’ żmien u jinkludi l-ġranet kollha, anke s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi.”

Konsegwentement, il-kalkolu tal-limitu ta’ żmien ma jibdiex fil-jum tan-notifika ta’ taħrika jew ta’ sentenza (dies a quo), imma fil-jum ta’ wara (b’mod aktar preċiż, f’00.00).

Pereżempju, jekk it-taħrika tiġi notifikata nhar it-Tnejn 4 ta’ Mejju (dies a quo), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-perjodu ta’ taħrika jibda nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju. Fi kliem ieħor, l-ewwel ġurnata tal-limitu ta’ żmien ta’ tmint ijiem hija t-Tlieta 5 ta’ Mejju.

Jekk l-4 ta’ Mejju jaħbat il-Ġimgħa, mela l-perjodu ta’ taħrika jibda nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju. L-ewwel ġurnata tal-perjodu ta’ taħrika tista’ għalhekk taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika.

DIES AD QUEM:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 53 tal-Kodiċi Ġudizzjarju: “Il-jum ta’ skadenza huwa inkluż fil-limitu ta’ żmien. Madankollu, fejn din il-ġurnata taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafesta pubblika, il-jum ta’ skadenza jitmexxa għall-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.”

Id-dies ad quem huwa l-jum meta jiskadi l-limitu ta’ żmien. Huwa inkluż fil-limitu ta’ żmien u għalhekk huwa l-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien.

Madankollu, jekk dan id-dies ad quem jaħbat is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika, il-jum ta’ skadenza jitmexxa għall-jum tax-xogħol ta’ wara.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Skont l-Artikolu 52 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-limitu ta’ żmien huwa kkalkulat minn nofsillejl sa nofsillejl. Jiġi kkalkulat mill-jum wara l-jum tal-att jew tal-avveniment li jagħti bidu għal-limitu ta’ żmien u jinkludi l-ġranet kollha, anke s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi.

Madankollu, l-att jista’ jitwettaq b’mod validu fir-reġistru tal-qorti biss fil-ġranet u matul il-ħinijiet li dan ir-reġistru tal-qorti jkun miftuħ għall-pubbliku, sakemm ma jitwettaqx b’mod elettroniku.

Għalhekk għandhom jintużaw jiem kalendarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Skont l-Artikolu 54 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-limitu ta’ żmien f’xhur jew fi snin jiġi kkalkulat minn data kalendarja f’xahar wieħed sal-jum ta’ qabel id-data kalendarja korrispondenti f’xahar ieħor.

Dan l-artikolu japplika biss għal limiti ta’ żmien f’xhur jew fi snin (pereżempju, il-limitu ta’ żmien għal oġġezzjoni jew appell: xahar); dan ifisser – meta jittieħed flimkien mal-Artikolu 53 tal-Kodiċi Ġudizzjarju – li l-limitu ta’ żmien ta’ xahar, pereżempju, mhuwiex dejjem 30 jew 31 jum, iżda jista’ jkun itwal jew iqsar.

“Data kalendarja” tfisser l-ewwel jum tal-limitu ta’ żmien, jiġifieri l-jum ta’ wara n-notifika.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-jum ta’ skadenza (jiġifieri d-dies ad quem) huwa inkluż fil-limitu ta’ żmien.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, huwa, madankollu, stipulat li, meta din il-ġurnata taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika, il-jum ta’ skadenza jitmexxa għall-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

a/ Limiti ta’ żmien li ma jikkawżawx id-dritt għal skadenza:

L-Artikolu 49 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jiddikjara li l-limiti ta’ żmien huma stabbiliti bil-liġi u li l-qrati jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ żmien biss meta dan huwa permess bil-liġi.

Skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, qabel dawn jiskadu, il-qrati jistgħu jqassru jew jestendu l-limiti ta’ żmien li ma jikkawżawx id-dritt għal skadenza. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor bil-liġi, l-estensjoni ma tistax tkun itwal mil-limitu ta’ żmien oriġinali u l-ebda estensjoni oħra ma tista’ tingħata, sakemm dan ma jsirx permezz ta’ deċiżjoni motivata u għal raġunijiet serji.

b/ Il-parti li m’għandhiex domiċilju, post ta’ residenza jew indirizz għan-notifika fil-Belġju:

Skont l-Artikolu 55 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, fejn il-liġi tipprovdi li l-limiti ta’ żmien imposti fuq parti li m’għandhiex domiċilju, post ta’ residenza jew indirizz għan-notifika fil-Belġju għandhom jiġu estiżi, din l-estensjoni hija:

  1. 15-il jum meta l-parti tgħix f’pajjiż ġar jew fir-Renju Unit;
  2. 30 jum meta l-parti tgħix f’pajjiż Ewropew ieħor;
  3. 80 jum meta l-parti tgħix f’parti oħra tad-dinja.

c/ Waqt il-ferjat tal-qrati:

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, kull limitu ta’ żmien għal oġġezzjoni jew appell previst Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafl-Artikoli 1048, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1051 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1253 quater, il-paragrafi (c) u (d), li jibda u jispiċċa matul il-ferjat tal-qrati jiġi estiż għall-ħmistax-il ġurnata tas-sena ġudizzjarja l-ġdida.

Il-ferjat tal-qrati jibda mill-1 ta’ Lulju u jintemm fil-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

Jekk il-limitu ta’ żmien għal oġġezzjoni jew appell jibda u jispiċċa matul dan il-perjodu, mela d-dies ad quem ta’ dan il-limitu ta’ żmien jiġi estiż sal-15 ta’ Settembru.

Eżempju 1: is-sentenza tiġi notifikata fit-30 ta’ Ġunju (dies a quo). Il-limitu ta’ żmien jibda fl-1 ta’ Lulju u jintemm (dies ad quem) fil-31 ta’ Lulju.

Eżempju 2: is-sentenza tiġi notifikata fil-31 ta’ Lulju (dies a quo). Il-limitu ta’ żmien jibda fl-1 ta’ Awwissu u jintemm (dies ad quem) fil-31 ta’ Awwissu.

Fiż-żewġ eżempji, kemm l-ewwel ġurnata tal-limitu ta’ żmien kif ukoll d-dies ad quem jaqgħu fil-ferjat tal-qrati, u għalhekk il-limitu ta’ żmien jiġi estiż sal-15 ta’ Settembru, li huwa l-aħħar jum tax-xogħol biex titressaq oġġezzjoni jew appell.

Eżempju 3: is-sentenza tiġi notifikata fid-29 ta’ Ġunju. Il-limitu ta’ żmien jibda fit-30 ta’ Ġunju. Id-dies ad quem jaħbat fid-29 ta’ Lulju.

Eżempju 4: is-sentenza tiġi notifikata fl-1 ta’ Awwissu. Il-limitu ta’ żmien jibda fit-2 ta’ Awwissu. Id-dies ad quem jaħbat fl-1 ta’ Settembru.

Fiż-żewġ eżempji, jew l-ewwel ġurnata tal-limitu ta’ żmien jew id-dies ad quem taħbat barra l-ferjat tal-qrati, u għalhekk il-limitu ta’ żmien ma jiġix estiż sal-15 ta’ Settembru.

Ta’ min wieħed jinnota li kemm it-tieni paragrafu tal-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (estensjoni minħabba l-ferjat tal-qrati) kif ukoll it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (ċaqliq tad-data ta’ skadenza għall-jum tax-xogħol li jmiss meta taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika) jistgħu japplikaw meta l-aħħar ġurnata tal-ferjat tal-qrati (31 ta’ Awwissu) taħbat is-Sibt jew il-Ħadd u l-aħħar ġurnata tal-limitu ta’ żmien (dies ad quem) taħbat fil-31 ta’ Awwissu.

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju għandu jiġi applikat l-ewwel, qabel ma jiġi applikat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Eżempju:

Is-sentenza tiġi notifikata fil-31 ta’ Lulju. Il-limitu ta’ żmien għal oġġezzjoni jew appell jibda mill-1 ta’ Awwissu u jintemm fil-31 ta’ Awwissu, li jaħbat is-Sibt jew il-Ħadd.

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, l-ewwel u l-aħħar jiem tal-limitu ta’ żmien jaħbtu fil-ferjat tal-qrati, li jfisser li l-limitu ta’ żmien jiġi estiż sal-15 ta’ Settembru.

Huwa biss meta l-15 ta’ Settembru jaħbat is-Sibt jew il-Ħadd li jista’ jiġi applikat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, bl-aħħar ġurnata tal-limitu ta’ żmien titmexxa għat-Tnejn.

d/ Il-mewt tal-parti li għandha permess tressaq oġġezzjoni, appell lil qorti superjuri jew appell fuq punti ta’ liġi lill-Qorti tal-Kassazzjoni:

Skont l-Artikolu 56 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-mewt tal-parti tissospendi l-limitu ta’ żmien impost fuq dik il-parti biex tagħmel oġġezzjoni, appell lil qorti superjuri jew appell fuq punti ta’ liġi lill-Qorti tal-Kassazzjoni.

Dan il-limitu ta’ żmien jerġa’ jibda biss wara li s-sentenza tkun ġiet notifikata mill-ġdid fid-domiċilju tal-mejjet u jibda jgħodd biss mill-iskadenza tal-limiti ta’ żmien biex jitfassal u jiġi kkunsidrat l-inventarju, jekk is-sentenza tkun ġiet notifikata qabel l-iskadenza ta’ dawk il-limiti ta’ żmien.

Is-sentenza tista’ tiġi notifikata b’mod konġunt lill-werrieta, mingħajr ma jiġu ddikjarati l-ismijiet u l-kapaċitajiet tagħhom. Madankollu, kwalunkwe parti interessata tista’ tiġi eżentata mill-iskadenza tad-dritt li tirriżulta mill-iskadenza tal-limiti ta’ żmien tal-appell fejn jidher li l-parti msemmija ma kinitx taf bin-notifika.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Bħala regola ġenerali, skont l-Artikolu 1050 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, jista’ jsir appell fil-każijiet kollha hekk kif tingħata s-sentenza, anke jekk tkun ingħatat f’kontumaċja. Fir-rigward ta’ sentenza mogħtija fuq il-ġurisdizzjoni jew, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-qorti b’ sentenza proviżorja, appell jista’ jiġi ppreżentat biss mal-appell kontra s-sentenza finali.

Skont l-Artikolu 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-limitu ta’ żmien biex jiġi ppreżentat l-appell huwa ta’ xahar min-notifika tas-sentenza skont it-tieni u t-tielet paragrafi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Artikolu 792. Madankollu, skont l-Artikolu 1054 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, l-intimat jista’ jagħmel appell inċidentali kontra kwalunkwe parti fil-proċedimenti quddiem il-qorti tal-appell fi kwalunkwe ħin, anke jekk is-sentenza tkun ġiet notifikata mingħajr riżerva jew tkun ġiet aċċettata qabel in-notifika tagħha.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Skont l-Artikolu 51 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, qabel ma dawn jiskadu, il-qrati jistgħu jqassru jew jestendu l-limiti ta’ żmien li ma jikkawżawx id-dritt għal skadenza. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor bil-liġi, l-estensjoni ma tistax tkun itwal mil-limitu ta’ żmien oriġinali u l-ebda estensjoni oħra ma tista’ tingħata, sakemm dan ma jsirx permezz ta’ deċiżjoni motivata u għal raġunijiet serji.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

L-Artikolu 55 tal-Kodiċi Ġudizzjarju ġie introdott speċifikament għal parti bħal din. Meta l-kundizzjonijiet ta’ dak l-artikolu jkunu sodisfatti, il-parti msemmija tista’ tieħu vantaġġ minn din id-dispożizzjoni.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-limiti ta’ żmien li jikkawżaw id-dritt għal skadenza ma jistgħux jiġu mqassra jew estiżi, anke bil-qbil tal-partijiet, sakemm din l-iskadenza ma tkunx koperta mill-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

Fi kliem ieħor, l-att legali għandu jitwettaq qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien, inkella jirriskja li jaqa’ barra l-limitu ta’ żmien u li ma jkunx ammissibbli.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-permess li limitu ta’ żmien perentorju jiskadi huwa definittiv. Fi kliem ieħor, ma jkunx aktar possibbli li jsir appell, sakemm ma tkunx inkisret il-liġi.

L-aħħar aġġornament: 29/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Bulgarija

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

(A) L-eżerċizzju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja ta’ drittijiet sostantivi suġġettivi huwa sostnut minn limitazzjoni u perjodi assoluti (perijodi ta’ żmien kalendarji) stabbiliti mil-liġi.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni huwa l-perjodu ta’ inattività tad-detentur ta’ dritt suġġettiv, li l-iskadenza tiegħu jillikwida l-abbilità tiegħu / tagħha biex ifittxu protezzjoni legali ta’ dak id-dritt. L-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ma ttemmx id-dritt sostantiv innifsu iżda d-dritt assoċjat ta’ azzjoni u d-dritt ta’ infurzar, li jittrasforma d-dritt fi dritt naturali (dritt sostantiv mhux soġġett għal protezzjoni ġudizzjarja). Il-limitazzjoni mhijiex applikata uffiċjalment iżda biss wara oġġezzjoni mid-debitur quddiem il-qorti kompetenti jew bailiff.

Ir-regoli ta’ durata, waqfien u sospensjoni ta’ perijodi ta’ limitazzjoni huma stipulati fl-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti (OCA). Perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali ta’ ħames snin huwa stabbilit għat-talbiet kollha mingħajr limiti ta’ żmien speċjali. (l-Artikolu 110 OCA)

Perjodu ta’ limitazzjoni ta’ tliet snin huwa stabbilit għal tliet gruppi ta’ talbiet (l-Artikolu 111 OCA):

  • talbiet għal remunerazzjoni li għalihom ma hemm previst ebda perjodu ta’ limitazzjoni
  • talbiet għal indennizz u kumpens li jirriżultaw minn kuntratt mhux imwettaq
  • talbiet għal kera, imgħax u pagamenti perjodiċi oħra bħalma huma talbiet ta’ provvista ta’ tisħin u tal-elettriku, irrispettivament minn varjazzjonijiet perjodiċi possibbli tal-ammont. Ir-rati ta’ ħlas lura skont ftehimiet ta’ self bankarju, madankollu, mhumiex tat-tip ta’ pagamenti perjodiċi u huma soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni standard.

Perjodu ta’ limitazzjoni ta’ tliet snin huwa wkoll stabbilit għad-dritt biex tintalab invalidazzjoni statutorja ta’ kuntratti konklużi bi żball, jew bħala riżultat ta’ frodi jew theddid, kif ukoll kuntratti konklużi minn persuni inkapaċitati jew ir-rappreżentanti tagħhom mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti.

Perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sena huwa stabbilit għad-dritt biex tintalab invalidazzjoni statutorja ta’ kuntratt konkluż minħabba neċessità eċċezzjonali jew kundizzjonijiet ovvjament sfavorevoli (l-Artikolu 33 OCA)

Perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sitt xhur huwa previst għal pretensjonijiet dwar in-nuqqas ta’ bejgħ ta’ beni immobbli jew nuqqas ta’ ħila fix-xogħol f’kuntratt ta’ manifattura, barra minn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fejn il-pretensjoni hija llikwidata fi ħdan it-terminu ġenerali ta’ ħames snin (l-Artikolu 265 OCA).

Perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ sentejn huwa stabbilit fi proċedimenti ta’ infurzar. Meta l-kreditur f’kawża ta’ eżekuzzjoni li jkun beda jonqos milli jfittex li jieħu azzjonijiet ta’ infurzar matul is-sentejn, il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jintemmu ex lege fuq il-bażi tal-punt 8 tal-Artikolu 433(1) CPC, u l-perjodu ta’ limitazzjoni ġdid jibda jiddekorri mit-teħid ta’ azzjoni ta’ infurzar valida l-aktar reċenti.

It-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri minn meta jiġi fformat u jista’ jiġi eżerċitat id-dritt ta’ azzjoni, li jiddependi min-natura tad-dritt sostantiv milqut. Dan jista’ ikun iż-żmien meta l-obbligu kuntrattwali jkun sar pagabbli, jew iż-żmien meta l-att kundannabbli jkun ġie mwettaq, jew iż-żmien ta’ identifikazzjoni ta’ min ikun wettaq ir-reat, jew iż-żmien tar-ritorn tal-oġġett fi pretensjoni għal difetti, eċċ.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni ma jistax jiġi mqassar jew imtawwal bil-kunsens tal-partijiet.

Madankollu, il-perjodu ta’ limitazzjoni jista’ jiġi sospiż u interrott.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni jieqaf milli jiddekorri fil-każijiet stipulati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 115 OCA:

  • bejn it-tfal u l-ġenituri, meta dawn tal-aħħar ikunu qed jeżerċitaw id-drittijiet parentali tagħhom;
  • bejn il-persuni li huma taħt kurazija jew tutela u l-kuraturi jew it-tuturi tagħhom sakemm dik il-kurazija jew it-tutela tippersisti;
  • bejn il-konjuġi;
  • għal pretensjonijiet ta’ persuni li l-proprjetà tagħhom, bil-liġi jew bl-ordni tal-qorti, hija suġġetta għal amministrazzjoni, kontra l-amministratur sakemm tibqa’ dik l-amministrazzjoni;
  • għal pretensjonijiet dwar kumpens ta’ entitajiet ġuridiċi kontra l-maniġers tagħhom filwaqt li dawn tal-aħħar ghadhom fil-kariga;
  • għal pretensjonijiet ta’ minorenni u persuni taħt sistema ta’ trażżin għall-perjodu ta’ assenza ta’ rappreżentanza legali jew trustee, u sitt xhur wara l-ħatra tat-tali persuna, jew wara li l-inkapaċità tkun ġiet fit-tmiem tagħha;
  • sakemm il-proċedimenti rigward il-pretensjoni jkunu fis-seħħ.

Fit-tali każijiet, il-parti hija mċaħħda temporanjament u legalment mill-abbilità li teżerċita’ id-dritt għal azzjoni. Il-perjodu ta’ limitazzjoni li jiddekorri sakemm is-sospensjoni tibqa’ fis-seħħ u jkompli jiddekorri wara li tkun għaddiet iċ-ċirkustanza li kkawżat is-sospensjoni.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni huwa sospiż fil-każijiet segwenti:

  • bir-rikonoxximent tad-debitur tal-pretensjoni
  • bi pretensjoni jew oġġezzjoni, jew bi pretensjoni għal konċiljazzjoni; madankollu, jekk il-pretensjoni jew l-oġġezzjoni mhijiex iġġustifikata, il-perjodu ta’ limitazzjoni mhuwiex meqjus li jkun ġie interrott
  • billi ssir pretensjoni fil-proċedimenti ta’ insolvenza
  • billi jittieħdu azzjonijiet ta’ infurzar

F’dawn il-każijiet, il-perjodu li jiddekorri miż-żmien ta’ oriġini tad-dritt għal azzjoni sas-sospensjoni tal-limitazzjoni jitlef ir-rilevanza legali tiegħu u perjodu ta’ limitazzjoni ġdid jibda jiddekorri. Meta s-sospensjoni hija mwettqa permezz ta’ pretensjoni jew oġġezzjoni, il-liġi tistabbilixxi wkoll konsegwenza importanti oħra: il-perjodu ta’ limitazzjoni ġdid li jibda jiddekorri wara s-sospensjoni huwa dejjem ta’ ħames snin.

Il-perjodi ta’ żmien assoluti (preklużjoni) huma dawk li mal-iskadenza tagħhom id-drittijiet sostantivi stess jiskadu. Dawn il-perjodi ta’ żmien jibdew jiddekorru minn żmien ta’ oriġini tad-dritt sostantiv, u mhux miż-żmien ta’ oriġini tad-dritt ta’ azzjoni.

Il-perjodi assoluti ma jistgħux jitwaqqfu jew jiġu sospiżi bħal perjodi ta’ limitazzjoni.

Dawn jiġu applikati mill-qorti jew minn uffiċjal ġudizzjarju ex officio, li jfisser li l-protezzjoni tagħhom ma teħtieġx oġġezzjoni mid-debitur. L-iskadenza ta’ terminu fiss twassal għall-inammissibbiltà ta’ rikors, filwaqt li l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni (dment li ssir oġġezzjoni) twassal sabiex l-azzjoni ma tkunx iġġustifikata.

Tali perjodi ta’ preklużjoni jinkludu: il-perjodu ta’ tliet xhur li fih id-detentur ta’ pleġġ jew self ipotekarju jista’ joġġezzjona jekk il-pagament ta’ indennizz ta’ assigurazzjoni jsir lis-sid tal-oġġett, u mhux lilu / lilha; il-perjodu ta’ xahrejn li fih koproprjetarju jista’ iressaq azzjoni għax-xiri ta’ oġġett kondiviż jekk il-koproprjetarju l-ieħor biegħ is-sehem tiegħu / tagħha lil parti terza; il-perjodu ta’ sena għat-tressiq ta’ azzjoni biex tiġi kkanċellata donazzjoni, eċċ.

B) Il-perjodi ta’ żmien għall-prestazzjoni ta’ ċerti azzjonijiet proċedurali mill-partijiet u l-qorti fi proċedimenti għal pretensjonijiet, u kif ukoll fi proċedimenti ta’ infurzar, huma stabbiliti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (CPC). It-termini għat-twettiq ta’ azzjonijiet proċedurali fi proċedimenti ta’ insolvenza huma stabbiliti mill-Att dwar il-Kummerċ (Targovski zakon) (TZ) u, rispettivament, mill-Att dwar l-Insolvenza tal-Banek (Zakon za bankovata nesastoyatelnost) (ZBN) fir-rigward tal-insolvenza tal-banek u f’liġijiet speċjali oħra.

Fir-rigward tal-partijiet, l-ommissjoni tal-iskadenza tirriżulta fil-likwidazzjoni tad-dritt li jwettqu l-azzjoni proċedurali rilevanti.  In-nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenza stabbilita għall-proċedimenti mill-qorti ma jikkostitwixxix impediment biex titwettaq l-azzjoni proċedurali aktar tard billi din għadha debita. It-termini stabbiliti fir-rigward tal-qorti huma biss indikattivi.

It-termini sabiex jitwettqu l-azzjonijiet proċedurali mill-partijiet huma dawk li huma stabbiliti mil-liġi, u dawk stabbiliti mill-qorti.

It-termini stabbiliti mil-liġi (termini legali) jinkludu:

  • it-terminu biex jiġu rimedjati n-nuqqas ta’ konformitajiet tad-dikjarazzjoni ta’ azzjoni (ġimgħa mill-komunikazzjoni lill-parti: Artikolu 129(2) CPC, iżda l-qorti hija ħielsa li tistabbilixxi limitu ta’ żmien itwal
  • it-terminu għar-replika għall-pretensjoni tal-konvenut, għall-ispeċifikar ta’ evidenza, għall-kontestazzjoni tal-veraċità tal-evidenza fid-dikjarazzjoni tal-pretensjoni, sabiex issir kontrotalba, għall-introduzzjoni ta’ parti terzi (aċċessorji) mill-konvenut u t-tressiq ta’ kawżi kontrihom, u għall-oġġezzjoni kontra l-proċedura stabbilità mil-qorti biex tikkunsidra l-proċedimenti. Dan jibda jiddekorri mir-riċeviment tal-kopja dupplikata tad-dikjarazzjoni ta’ azzjoni mill-konvenut, u huwa xahar jew xahrejn skont jekk il-proċedimenti humiex taħt il-proċedura standard jew taħt il-proċedura speċjali tal-pretensjonijiet għar-rieżami ta’ tilwim kummerċjali (l-Artikolu 131 u l-Artikolu 367 CPC)
  • it-terminu sabiex tintalab dikjarazzjoni addizzjonali mill-pretendent fi proċedimenti dwar disputi kummerċjali - perjodu ta’ ġimagħtejn mir-riċeviment tar-risposta tal-konvenut (l-Artikolu 372 CPC)
  • it-terminu għar-risposta għad-dikjarazzjoni addizzjonali mill-konvenut fi proċedimenti dwar disputi kummerċjali - perjodu ta’ ġimagħtejn mir-riċeviment tad-dikjarazzjoni addizzjonali tal-pretensjoni (l-Artikolu 373 CPC)
  • it-terminu għall-appell kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti - perjodu ta’ ġimagħtejn min-notifika tad-deċiżjoni lill-parti (l-Artikolu 259 CPC)
  • it-terminu għar-risposta għall-appell mill-parti opposta u għas-sottomissjoni ta’ kontrappell - perjodu ta’ ġimagħtejn mir-riċeviment ta’ kopja tal-appell (l-Artikolu 263 CPC)
  • it-terminu għall-appell ta’ kassazzjoni kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti - perjodu ta’ xahar min-notifika tad-deċiżjoni lill-parti (l-Artikolu 283 CPC)
  • it-terminu għall-appell kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti - perjodu ta’ ġimgħa mill-komunikazzjoni tagħhom lill-parti, u jekk ikunu ngħataw f’seduta ta’ smigħ tal-qorti li fiha l-parti tkun preżenti, it-terminu jiddekorri mid-data tas-smigħ (l-Artikolu 275 CPC)
  • it-terminu għas-sottomissjoni ta’ rikors għall-kanċellazzjoni ta’ deċiżjoni infurzata - perjodu ta’ tliet xhur mill-okkorrenza tar-raġunament għall-kanċellazzjoni tagħha (l-Artikolu 305 CPC)
  • it-terminu li fih il-parti tista’ titlob għar-rekuża tal-imħallef - l-ewwel seduta ta’ smigħ wara l-okkorrenza tar-raġunament għar-rekuża, jew minn meta l-parti ssir taf dwaru (l-Artikolu 23 CPC)
  • it-terminu li fih il-parti tista’ tressaq oġġezzjoni għal nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni esklużiva - sakemm jispiċċaw il-proċedimenti fit-tieni istanza (l-Artikolu 119 CPC)
  • it-terminu li fih parti tista’ tressaq oġġezzjoni għan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni lokali billi tiġi lokalizzata l-proprjetà immobbli - sakemm tispiċċa l-inkjesta ġudizzjarja fl-ewwel istanza (l-Artikolu 119 CPC), u fil-każijiet l-oħra ta’ ksur tar-regoli ta’ ġuriżdizzjoni lokali, tista’ titressaq oġġezzjoni biss mill-parti konvenuta fi ħdan il-perjodu għar-risposta tar-rikors (l-Artikolu 119 CPC). F’azzjonijiet tal-konsumatur u azzjonijiet miġjuba minn persuna korruta kontra assiguratur, il-Fond ta’ Garanzija (Garantsionen fond) u l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ Assiguraturi ta’ Vetturi bil-Mutur (Natsionalno byuro na balgarskite avtomobilni zastrahovateli), il-qorti tiżgura ex officio konformità mal-ġuriżdizzjoni lokali sakemm l-ewwel seduta tal-qorti tiġi fit-tmiem tagħha.
  • it-terminu li fih il-pretendent jista’ jirtira’ id-dikjarazzjoni tal-pretensjoni mingħajr il-kunsens tal-parti konvenuta - sakemm jispiċċa s-smigħ tal-ewwel qorti (l-Artikolu 232 CPC)
  • it-terminu li fih parti tista’ tissottometti rikors inċidentali - fl-ewwel seduta ta’ smigħ għall-pretendent u fi ħdan il-perjodu għar-risposta għad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni mill-parti konvenuta (l-Artikolu 212 CPC)
  • it-terminu għall-kontestazzjoni tal-veraċità ta’ dokument - bir-replika għall-azzjoni legali li hija ppreżentata magħha, l-aktar tard, u jekk ippreżentata mad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni, il-parti konvenuta għandha tikkontestaha bir-replika bil-miktub tagħha (l-Artikolu 193 CPC)
  • it-terminu biex issir oġġezzjoni kontra ordni ta’ pagament - perjodu ta’ ġimagħtejn min-notifika tal-ordni (l-Artikolu 414 CPC)
  • it-terminu biex jsir appell minn rifjut biex jinħareġ ordni ta’ pagament - perjodu ta’ ġimgħa mill-komunikazzjoni lill-petizzjonant (l-Artikolu 413 CPC)
  • it-terminu biex isir appell minn ordni biex jinħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni - perjodu ta’ xahrejn li jiddekorri minn notifika tal-ordni għall-petizzjonant, u minn notifika tat-talba għal konformità volontarja għad-debitur (l-Artikolu 407 CPC)
  • it-terminu għal konformità volontarja mid-debitur fil-proċedimenti ta’ infurzar - perjodu ta’ ġimagħtejn minn notifika tat-talba mill-bailiff (l-Artikolu 428 CPC)
  • it-terminu għall-appell mill-azzjonijiet tal-bailiff - perjodu ta’ ġimgħa mill-prestazzjoni tal-azzjoni jekk il-parti kienet preżenti għal dik il-prestazzjoni, jew jekk kienet regolarment imħarrka, u f’każijiet oħra - mid-data tal-avviż formali (l-Artikolu 436 CPC)
  • it-terminu għas-sottomissjoni tal-pretensjoni fi proċedimenti ta’ insolvenza - fi żmien xahar, u fi żmien tliet xhur, rispettivament, mill-inklużjoni fir-reġistru kummerċjali tad-deċiżjoni li jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza (l-Artikolu 685 u l-Artikolu 688 CA)
  • it-terminu biex jiġi applikat pjan ta’ rkupru - fi żmien xahar mid-data tal-inklużjoni fir-reġistru kummerċjali tad-deċiżjoni tal-qorti għall-approvazzjoni tal-lista ta’ pretensjonijiet aċċettati (l-Artikolu 696 CA)
  • it-terminu biex isiru l-oġġezzjonijiet kontra l-lista ta’ pretensjonijiet aċċettati - perjodu ta’ sebat ijiem mill-iżvelar tal-lista fir-reġistru kummerċjali (l-Artikolu 690 CA)
  • it-terminu għas-sottomissjoni ta’ oġġezzjonijiet kontra l-kont allokat imħejji mill-amministratur tal-insolvenza - perjodu ta’ erbatax-il jum mill-inklużjoni tal-kont fir-reġistru kummerċjali (l-Artikolu 727 CA)
  • it-termini fiss għat-twettiq ta’ azzjonijiet proċedurali rilevanti huma wkoll regolati f’liġijiet speċjali oħra li ma jistgħux possibbilment jiġu elenkati b’mod eżawrjenti: fir-rigward tal-proċedimenti ta’ stabbilizzazzjoni min-negozjant, iż-ZBN, il-Kodiċi tal-Assigurazzjoni (Kodeks za zastrahovaneto), eċċ.

It-termini stabbiliti mill-qorti jinkludu:

  • it-terminu għall-ġbir tal-evidenza (l-Artikolu 157 CPC)
  • it-terminu għall-iddepożitar tal-ispejjeż għall-ġbir tal-evidenza (taħrika tax-xhieda, pagament ta’ benefiċċju għal xhieda esperti, eċċ.) - (l-Artikolu 160 CPC)
  • it-terminu għar-rimedju tal-irregolarità ta’ azzjoni proċedurali mwettqa mill-parti (l-Artikolu 101 CPC)
  • terminu għar-riċeviment tad-dikjarazzjoni ta’ azzjoni, li normalment ikun itwal minn ġimgħa

It-termini huma diviżi wkoll f’żewġ tipi skont jekk dawn jistgħux jiġu estiżi mill-qorti, jew din l-opzjoni hija eskluża. It-termini kollha stabbiliti mill-qorti huma soġġetta għal estenżjoni. It-termini għall-appell u għas-sottomissjoni ta’ talba għall-annullament ta’ sentenza eżegwibbli mhumiex soġġetti għal estenżjoni: Artikolu 63(3) CPC.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Il-btajjel pubbliċi jinkludu:

l-1 ta’ Jannar - l-Ewwel tas-Sena

it-3 ta’ Marzu - Jum il-Liberazzjoni - Festa Nazzjonali;

l-1 ta’ Mejju - Jum il-Ħaddiem;

is-6 ta’ Mejju - Jum San Ġorġ, Jum il-Kurraġġ u l-Armata Bulgara;

l-24 ta’ Mejju - Jum l-Edukazzjoni u l-Kultura Bulgara u l-Litteratura Slavonika;

is-6 ta’ Settembru - Jum l-Unifikazzjoni;

it-22 ta’ Settembru - Jum l-Indipendenza;

l-1 ta’ Novembru - Jum l-Aġenti Nazzjonali: jum mhux tax-xogħol għall-istituzzjonijiet edukattivi kollha u għal jum ta’ xogħol għall-entitajiet legali l-oħrajn kollha;

l-24 ta’ Diċembru - Lejlet il-Milied, il-25 u s-26 ta’ Diċembru - il-Milied;

il-Ġimgħa l-Kbira, is-Sibt Qaddis u l-Għid il-Kbir - jumejn (il-Ħadd u t-Tnejn), li huma stabbiliti għal ċelebrazzjoni fis-sena rispettiva.

Il-Kunsill tal-Ministri jista’ jiddikjara wkoll, f’okkażjoni waħda biss, jiem oħra għall-btajjel pubbliċi, jiem għaċ-ċelebrazzjoni ta’ uħud mill-professjonijiet, u kif ukoll bħala jiem ta’ xift mhux tax-xogħol matul is-sena.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli ġenerali dwar it-termini għat-twettiq ta’ azzjonijiet proċedurali mill-partijiet u mill-qorti fi proċedimenti għal pretensjonijiet, kif ukoll fi proċedimenti ta’ infurzar, huma stabbiliti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (CPC). Għadd ta’ liġijiet speċjali jistabbilixxu wkoll perjodi fissi għall-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali, eż. l-Artikolu 74 tat-TZ, l-Artikolu 19 u l-Artikolu 25 tar-Reġistru Kummerċjali u l-Att dwar ir-Reġistru ta’ Entitajiet Legali Mingħajr Skop ta’ Qligħ (Zakon za targovskiya registar i registara na yuridicheskite litsa s nestopanska tsel) (ZTRRYLNT), eċċ. Informazzjoni ġenerali dwar ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu Sebgħa tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili “Limiti ta’ żmien u rkupru ta’ limiti ta’ żmien” hija ppreżentata fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet 4, 5 u 6.

Ir-regoli ġenerali dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 110 et seq. tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti. Ara l-Intestatura 1.

Ir-regoli ġenerali dwar it-termini għas-issodisfar tal-obbligi li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ obbligi huma stabbiliti fl-Artikoli 69-72 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti.

Fil-preżenza ta’ prekundizzjonijiet iddefiniti fil-liġi proċedurali (l-Artikolu 61, l-Artikolu 229, l-Artikolu 432 CPC), it-termini proċedurali stabbiliti ma jibqgħux jiddekorru, f’liema każ il-waqfien jibda mill-avveniment li wassal għas-sospensjoni tal-proċedimenti. Il-proċedimenti jiġu sospiżi meta jkun hemm ostakolu għall-progress kontinwu tagħhom u sakemm jitneħħa l-eżekuzzjoni tal-azzjoni proċedurali hija inammissibbli, bl-eċċezzjoni tal-garanzija tal-azzjoni. Wara li jitneħħa l-impediment (eż. tmut parti, trid tiġi istitwita tutela, jeżistu proċedimenti sottostanti, eċċ.), il-proċedimenti jkunu soġġetti għall-issoktar, u mbagħad l-azzjonijiet kollha li jkunu ttieħdu qabel is-sospensjoni jżommu l-validità tagħhom.

Il-liġijiet speċjali jistabbilixxu limiti ta’ żmien oħrajn li huma iqsar mill-perjodu ta’ limitazzjoni standard.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-punt tat-tluq li minnu t-terminu biex tittieħed xi azzjoni proċedurali jibda jiddekorri huwa ġeneralment id-data li fiha l-parti tiġi informata li hija għandha twettaq dik l-azzjoni, jew tiġi nnotifikata konsegwentement ta’ att deċiż mill-qorti li kontrih jista’ isir ilment.

  • it-terminu għal rimedju ta’ kull irregolarità tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni jiddekorri mid-data li fiha l-istruzzjonijiet tal-qorti huma kkomunikati lill-parti.
  • it-terminu għal replika bil-miktub għad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni mill-konvenut jiddekorri mir-riċeviment ta’ kopja tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni u l-evidenza mehmuża magħha, u fl-avviż formali li bih il-qorti tibgħat il-kopji lill-konvenut hija trid tispeċifika t-terminu għar-replika u l-konsegwenzi fin-nuqqas li dan isir.
  • it-terminu biex isir appell mis-sentenza jiddekorri min-notifika tagħha lill-parti.
  • it-terminu biex isir appell minn sentenza deċiża f’kawża kkunsidrata taħt il-proċedura “Proċedimenti Sommarji” (It-Tielet Parti, Kapitolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jiddekorri mid-data li fiha l-qorti tkun iddikjarat li hija se tagħti s-sentenza tagħha.
  • it-terminu għall-appell mis-sentenza jiddekorri mill-komunikazzjoni tagħha lill-parti, u jekk tkun ingħatat f’seduta ta’ smigħ tal-qorti li fiha l-parti tkun preżenti, it-terminu jiddekorri mid-data tas-seduta ta’ smigħ.
  • l-appell mill-azzjonijiet ta’ bailiff għandu jitressaq f’perjodu ta’ ġimgħa mill-prestazzjoni tal-azzjoni jekk il-parti kienet preżenti għal dik il-prestazzjoni, jew jekk kienet regolarment imħarrka, u f’każijiet oħra - mid-data tal-komunikazzjoni.
  • it-termini fi proċedimenti ta’ insolvenza jiddekorru mid-divulgazzjoni tal-azzjoni rilevanti tal-amministratur tal-insolvenza (pereżempju, it-tlestija ta’ lista ta’ kredituri bi pretensjonijiet aċċettati), jew minn att tal-qorti fir-Reġistru Kummerċjali.

Hemm wkoll termini li jibdew jiddekorru mill-mument tat-tħejjija tal-proċedimenti tal-pretensjonijiet, peress li l-liġi tistabbilixxi biss iż-żmien aħħari għall-prestazzjoni tagħhom.

Pereżempju:

  • il-pretendent jista’ ibiddel ir-raġunijiet jew il-petizzjoni tat-talba tiegħu jew jirtira t-talba mingħajr il-kunsens tal-parti konvenuta sat-tlestija tal-ewwel seduta ta’ smigħ fil-kawża,
  • kull werriet fil-proċedimenti ta’ partizzjoni jista’, mal-ewwel seduta ta’ smigħ, jitlob permezz ta’ rikors bil-miktub li jkollu proprjetà addizzjonali inkluża bħala suġġetta għall-partizzjoni, eċċ.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

It-terminu jibda jiddekorri minn meta ssir in-notifika lill-parti. Iż-żmien li matulu l-avviż formali lill-parti jkun meqjus li jkun ġie nnotifikat b’mod adegwat jiġi stabbilit b’mod differenti, skont il-mod tan-notifika. Il-Kapitolu VI “Avviżi formali u taħrikiet” tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi r-regoli dwar il-mod tan-notifika tal-avviżi formali u t-taħrikiet lill-partijiet, u kif ukoll dwar iż-żmien li fih l-avviżi formali huma meqjusa li jkunu ġew innotifikati b’mod adegwat.

Meta l-avviż formali jiġi nnotifikat personalment lid-destinatarju tar-rappreżentant tiegħu, jew lil persuna oħra, rispettivament, li tgħix jew taħdem fl-indirizz, it-taħrika trid issemmi d-data li fiha l-avviż formali jkun ġie riċevut mill-persuna, kemm jekk tkun ġiet innotifikata minn aġent tal-qorti jew ħaddiem tal-posta. Minn dik id-data, it-termini għall-azzjoni proċedurali rilevanti jibdew jiddekorru.

L-avviżi formali jistgħu jiġu nnotifikati wkoll f’indirizz tal-posta elettronika speċifikat mill-parti. Dawn jitqiesu li jkunu ġew innotifikati bl-inklużjoni tagħhom fis-sistema ta’ informazzjoni speċifikata.

Fil-preżenza ta’ prekundizzjonijiet legali (pereżempju, meta l-parti tkun bidlet l-indirizz li hija tkun speċifikat għall-każ mingħajr ma tkun innotifikat lill-qorti), il-qorti tista’ tordna li n-notifika ssir billi jiġi mehmuż l-avviż formali mal-każ, imbagħad it-terminu jibda jiddekorri mid-data li fiha dan ikun ġie mehmuż. Dan huwa servizz ta’ sostituzzjoni, li jintuża meta ma jkunx hemm konformità ma’ obbligu proċedurali impost.

Meta parti konvenuta ma tinstabx fl-indirizz stabbilit tagħha u ebda persuna ma tinstab biex tingħata l-avviż formali, is-server irid iwaħħal notifika mal-bieb, jew mal-kaxxa tal-ittri, li tgħid li d-dokumenti tħallew fl-uffiċċju tal-qorti u jistgħu jiġu riċevuti fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika. F’dan il-każ, jekk il-konvenut ma jiġix jiġborhom, l-avviż formali u d-dokumenti relatati jkunu meqjusa li jkunu ġew innotifikati mal-iskadenza tat-terminu għar-riċeviment tagħhom.

Notifika alternattiva f’din is-sitwazzjoni tirriżulta min-nuqqas ta’ konformità tal-persuna fiżika mal-obbligu amministrattiv tagħha li tiddikjara l-indirizz permanenti u attwali li fih hija suppost tinstab.

L-avviżi jiġu nnotifikati lil negozjanti u entitajiet legali li jiddaħħlu f’reġistru rilevanti fl-aħħar indirizz iddikjarat fir-reġistru. Jekk ma jeżistix uffiċċju f’dak l-indirizz u ma jinstabx sinjal korporattiva, jiġifieri hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-persuna ħalliet l-indirizz tagħha, il-komunikazzjonijiet kollha jitqiegħdu fil-fajl tal-kawża u jitqiesu li jkunu ġew debitament notifikati: Artikolu 50(2) CPC.

Jekk in-negozjant ikun jinsab fl-indirizz imniżżel fir-reġistru, iżda l-marixxall ma jiksibx aċċess għall-uffiċċju jew ma jsibx persuna li lesta taċċetta l-avviż, il-marixxall iħalli avviż u, sakemm id-dokumenti ma jaslux fi żmien ġimagħtejn ta’ dak l-avviż, dawn jitqiesu li jkunu ġew innotifikati (sostituzzjoni ta’ avviż).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

It-terminu huwa kkalkulat fi snin, ġimgħat u jiem. Terminu li jingħadd f’jiem huwa kkalkulat mill-jum li jiġi wara l-jum li fih il-perjodu jibda jiddekorri u jiskadi fi tmiem tal-aħħar jum. Pereżempju, jekk il-parti tiġi ordnata tirremedja għall-irregolaritajiet ta’ azzjoni fi żmien sebat ijiem, u avviż formali jiġi nnotifikat fl-1 ta’ Ġunju, din hija d-data li fiha t-terminu jibda jiddekorri, iżda ż-żmien jibda jingħadd mal-jum kalendarju li jmiss, it-2 ta’ Ġunju, u l-perjodu jiskadi fit-8 ta’ Ġunju.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

It-termini huma kkalkulati f’jiem kalendarji. Jekk, madankollu, it-terminu jiskadi f’jum mhux tax-xogħol (tmiem il-ġimgħa jew vaganza), dan jitqies li jiskadi fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-jum li fih ma jsirx xogħol.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Terminu li jingħadd f’ġimgħat jiskadi fil-jum rispettiv tal-aħħar ġimgħa. Pereżempju, jekk il-parti tingħata istruzzjonijiet biex tirrimedja għall-irregolarità tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni fi żmien ġimgħa, u avviż formali relatat jiġi nnotifikat l-Ġimgħa, it-terminu jiskadi l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla.

Terminu li jingħadd f’xhur jiskadi fid-data rispettiva tal-aħħar xahar, u jekk l-aħħar xahar ma għandu ebda tali data, il-perjodu se jiskadi fl-aħħar jum tax-xahar.

Terminu li jingħadd fi snin jiskadi fid-data rispettiva tal-aħħar sena, u jekk l-aħħar sena ma għandha ebda tali data, il-perjodu se jiskadi fl-aħħar jum tas-sena.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Ara r-risposta għad-Domanda 8.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Meta l-aħħar jum tal-perjodu huwa wieħed ta’ nuqqas ta’ dehra, it-terminu jiskadi dejjem fl-ewwel jum sussegwenti ta’ dehra.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Biss it-termini għall-appell minn sentenzi u ordnijiet, u għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ deċiżjoni infurzata ma jistgħux jiġu estiżi mill-qorti, kif ukoll it-terminu għat-tressiq ta’ oġġezzjoni kontra ordni ta’ ħlas.

It-termini legali l-oħra kollha u dawk iffissati mill-qorti jistgħu jiġu estiżi mill-qorti fuq it-talba tal-parti kkonċernata, li ssir qabel l-iskadenza tat-terminu jekk ikun hemm raġunijiet validi (l-Artikolu 63 CPC). It-terminu l-ġdid stabbilit jista’ ikun iqsar minn dik inizjali. It-terminu estiż jibda jiddekorri mill-iskadenza ta’ dak inizjali. Id-deċiżjoni li biha jiġi estiż it-terminu (u d-deċiżjoni li biha tali estenżjoni tiġi miċħuda) ma tiġix ikkomunikata lill-parti li, għalhekk, għandha ssegwi b’mod attiv l-attività tal-qorti.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-appell kontra s-sentenzi u l-ordnijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kollha billi jipprevedi:

  • perjodu ta’ ġimagħtejn għall-appell kontra s-sentenzi deċiżi mill-qorti, li jiddekorri min-notifika tas-sentenza lill-parti
  • perjodu ta’ ġimgħa għall-appell kontra appell ta’ kassazzjoni mis-sentenzi deċiżi mill-qorti, li jiddekorri min-notifika tas-sentenza lill-parti
  • perjodu ta’ ġimgħa għall-appell mis-sentenzi deċiżi mill-qorti, li jiddekorri mill-komunikazzjoni tagħhom lill-parti, u jekk tkun ingħataw f’seduta ta’ smigħ tal-qorti li fiha l-parti tkun preżenti, li jiddekorri mid-data tas-seduta ta’ smigħ.

L-esklużjonijiet għal dawn ir-regoli ġenerali huma stabbiliti b’mod eżawrjenti mil-liġi u huma bbażati fuq il-fatturi speċifiċi tal-proċedimenti rilevanti. It-tali esklużjonijiet huma previsti għal:

  • deċiżjonijiet biex jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza li huma suġġetti għal appell fi żmien sebat ijiem mid-dħul tagħhom fir-Reġistru Kummerċjali;
  • deċiżjonijiet li jiċħdu rikors għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, li huma suġġetti għal appell fi żmien sebat ijiem mid-data tal-avviż skont il-proċedura tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • deċiżjoni fi proċedimenti ta’ partizzjoni li fiha l-qorti tiddeċiedi dwar il-pretensjonijiet tal-kopartizzjonarji għal kontijiet, deċiżjoni biex tiġi assenjata proprjetà immobbli indiviżibbli għal bejgħ pubbliku, deċiżjoni li tiġi assenjata proprjetà immobbli indiviżibbli għal wieħed mill-kopartizzjonarji, u deċiżjoni biex jiġi żvelat l-aħħar protokoll finali ta’ partizzjoni tista’ tiġi appellata b’ilment konġunt fi ħdan it-terminu għall-appell kontra d-deċiżjoni l-aktar riċenti
  • deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ dehra mhijiex suġġetta għall-appell, iżda fi żmien xahar min-notifika tagħha l-parti li kontriha tkun ġiet ordnata tista’ titlob lill-qorti tal-appell sabiex tikkanċella d-deċiżjoni jekk hija ma tkunx tista’ tipparteċipa fil-każ
  • deċiżjoni biex jitħalla divorzju kunsenswali mhijiex suġġetta għal appell,
  • hemm ukoll sitwazzjonijiet speċjali oħra li jirregolaw it-termini għal appell minn sentenza: eż. deċiżjoni dwar id-dħul ta’ partit politiku tista’ tiġi appellata fi żmien sebat ijiem.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Ma hemm ebda provvediment sabiex il-qorti tqassar it-termini stabbiliti minnha jew mil-liġi, iżda biss sabiex testendi t-termini fuq it-talba tal-partijiet. Biss it-termini għall-appell minn sentenzi u ordnijiet, u għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ deċiżjoni infurzata ma jistgħux jiġu estiżi mill-qorti, kif ukoll it-terminu għat-tressiq ta’ oġġezzjoni kontra ordni ta’ ħlas.

Madankollu, ma hemm ebda ostakolu sabiex il-qorti, ex officio jew fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, tbiddel id-data tas-seduta ta’ smigħ billi tiskedaha f’data li tiġi qabel jew wara, jekk dan ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi importanti. Fit-tali każijiet, madankollu, il-qorti għandha tinnotifika l-partijiet bid-data l-ġdida, u l-avviż formali għandu jiġi nnotifikat mill-inqas fi żmien ġimgħa qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ir-regoli proċedurali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, inkluż dawk relatati mal-estenżjoni tat-terminu, japplikaw għall-parteċipanti kollha fil-proċedimenti, irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Il-prinċipju komuni huwa li l-azzjonijiet proċedurali mwettqa wara l-iskadenza tat-termini ma jiġux meqjusa mill-qorti. Barra minn din ir-regola, ic-CPC jipprevedi espressament li jekk in-nuqqasijiet tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni ma jiġux rimedjati fil-ħin, din tiġi ritornata; jekk appell, talba għal annullament jew oġġezzjoni għal mandat ta’ eżekuzzjoni jiġu ppreżentati wara l-iskadenza tat-terminu, dawn jiġu ritornati bħala preskritti; jekk il-parti tonqos milli tressaq fiż-żmien dovut l-evidenza disponibbli lilha, din ma tiġix aċċettata fil-kawża, sakemm l-ommissjoni mhijiex dovuta għal ċirkustanzi speċjali mhux previsti. In-nuqqas ta’ konformità mat-termini proċedurali jipprekludi l-eżerċizzju tad-drittijiet li għalihom huma previsti dawn it-termini.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Parti li ma tkunx osservat it-terminu stabbilit mil-liġi jew mill-qorti tista’ titlob li terġa’ tiddaħħal fil-proċedura tal-każ jekk hija tipprova li n-nonosservazzjoni kienet dovuta għal ċirkostanzi speċjali mhux previsti li hija ma setgħetx tikkontrolla. Ebda dħul mill-ġdid fil-proċedura tal-każ mhuwa permess jekk kien possibbli li tingħata estensjoni tat-terminu sabiex tiġi mwettqa l-azzjoni proċedurali.

Talba għal dħul mill-ġdid fil-proċedura tal-każ trid tiġi ppreżentata fi żmien ġimgħa mill-avviż formali ta’ nonosservazzjoni, billi jiġu indikati ċ-ċirkostanzi kollha li jiġġustifikawha u kull evidenza tal-merti tat-talba.  It-talba trid tiġi ppreżentata lill-qorti li quddiemha kellha tittieħed l-azzjoni proċedurali rilevanti. Flimkien mat-talba għad-dħul mill-ġdid fil-proċedura tal-każ, għandhom jitressqu wkoll id-dokumenti li għalihom qed jintalab rkupru tat-terminu, u jekk it-terminu huwa għall-pagament tal-ispejjeż, il-qorti tistabbilixxi terminu ġdid għas-sottomissjoni tagħhom.

It-talba tiġi eżaminata b’mod obbligatorju f’qorti bil-miftuħ. Jekk it-talba tiġi aċċettata, id-drittijiet mitlufa jiġu stabbiliti mill-ġdid.

L-aħħar aġġornament: 02/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Repubblika Ċeka

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

B’mod ġenerali, l-iskadenzi li huma rilevanti fi proċeduri ċivili huma proċedurali jew sostantivi.

Hemm żewġ tipi ta’ skadenzi proċedurali: statutorji u ġudizzjarji.

L-iskadenzi statutorji huma stabbiliti bil-liġi. Nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza proċedurali statutorja dejjem jinvolvi xi tip ta’ konsegwenza proċedurali (pereżempju, telf tal-possibbiltà tal-eżekuzzjoni b’suċċess ta’ kompitu partikolari, l-impożizzjoni ta’ multa dixxiplinarja). In-nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza statutorja jista’ jiġi skużat (ara l-Artikolu 58 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (zákon č. 99/1963 Sb., občanský soudní řád, ve znění pozdějších předpisů) (Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), kif emendat, jekk il-parti jew ir-rappreżentant legali tagħha jkunu naqsu milli josservaw l-iskadenza għal raġuni skużabbli, li b’riżultat tagħha ma setgħux iwettqu azzjoni li kienu intitolati li jeffettwaw. Rikors irid jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum minn dakinhar li l-ostaklu ma baqax fattur, u l-azzjoni li tkun għadha ma tteħditx trid tiġi effettwata fl-istess ħin. Qorti tista’, fuq talba ta’ parti, tagħti effett sospensiv lir-rikors, sabiex b’hekk tiskuża n-nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenza.

Jekk ma jiġi stabbilit ebda limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ azzjoni direttament mil-liġi, dan jiġi stabbilit mill-president tal-bord ġudizzjarju (jew l-imħallef li jisma’ l-kawża waħdu). Il-president tal-bord ġudizzjarju (jew l-imħallef li jisma’ l-kawża waħdu) jista’ jistabbilixxi skadenza mhux biss f’dawk il-kawżi li huma previsti mil-liġi, iżda wkoll fil-kawżi meta jkun meħtieġ li jiżgura li l-proċedimenti jimxu b’mod effiċjenti u bil-ħeffa li jistħoqqu. Qorti tista’ testendi terminu ġudizzjarju abbażi taċ-ċirkostanzi (ara l-Artikolu 55 tal-Att Nru. 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat). Mhuwiex permessibbli li tiġi skużata skadenza li tinqabeż.

L-iskadenzi proċedurali mhumiex skadenzi stabbiliti għall-qorti, pereżempju, għall-ħruġ ta’ deċiżjoni: tali skadenzi huma skadenzi amministrattivi.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Jum it-Tiġdid tal-Istat Ċek Indipendenti, l-Ewwel tas-Sena: L-1 ta’ Jannar

It-Tnejn ta’ Wara l-Għid: il-jum jinbidel, iżda ġeneralment il-btala tiġi fl-aħħar ta’ Marzu jew fil-bidu ta’ April.

Jum il-Ħaddiema: L-1 ta’ Mejju

Jum il-Vitorja: It-8 ta’ Mejju

Il-Jum iddedikat lill-Missjunarji Slavi Ċirillu u Metodju: Il-5 ta’ Lulju

Il-Jum iddedikat lill-Ħruq ta’ Jan Hus: Is-6 ta’ Lulju

Il-Jum iddedikat lis-Sovranità tar-Repubblika Ċeka: It-28 ta’ Settembru

Id-Data tal-Ħolqien ta’ Stat Ċekoslovakk Indipendenti: It-28 ta’ Ottubru

Il-Jum iddedikat lill-Ġlieda għal-Libertà u d-Demokrazija: Is-17 ta’ Novembru

Lejlet il-Milied: L-24 ta’ Diċembru

Jum il-Milied: Il-25 ta’ Diċembru

L-Għada tal-Milied: Is-26 ta’ Diċembru

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli statutorji għall-metodu li permezz tiegħu jiġu kkalkolati t-termini huma stabbiliti fit-Taqsimiet 55-58 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat.

Terminu stabbilit f’jiem jibda fil-jum wara l-fatt li huwa deċiżiv għall-bidu tiegħu.

Nofs xahar ifisser ħmistax-il jum.

It-tmiem ta’ perjodu stabbilit f’ġimgħat, xhur jew snin jaqa’ fil-jum li d-deżinjazzjoni jew in-numru tiegħu jikkorrespondu għall-jum li fih seħħ l-avveniment li minnu jibda jiddekorri l-perjodu. Jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, it-tmiem tal-perjodu jaqa’ fl-aħħar jum tax-xahar.

Jekk l-aħħar jum ta’ perjodu jaqa’ nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika, l-aħħar jum tal-perjodu huwa l-jum tax-xogħol li jkun imiss.

Il-perjodi stabbiliti f’sigħat jintemmu mal-iskadenza tas-siegħa li d-deżinjazzjoni tagħha tikkorrespondi għas-siegħa meta seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu.

Skadenza proċedurali tintlaħaq jekk l-azzjoni tiġi eżegwita f’qorti jew preżentazzjoni tiġi ttrasferita lil awtorità li hija obbligata li twassalha, jiġifieri, ħafna drabi detentur ta’ liċenzja postali, fl-aħħar jum tal-perjodu.

Jekk il-proċedimenti jkunu ġew interrotti, id-dekorrenza tat-termini proċedurali tiġi interrotta wkoll (l-Artikolu 111(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk il-proċedimenti jitkomplew, il-perjodi jerġgħu jibdew jiddekorru.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu ta’ terminu ma jiġix inkluż fil-kalkolu tat-terminu. Dan ma japplikax fil-każ ta’ terminu stabbilit f’sigħat. B’hekk, terminu ġeneralment jiddekorri mill-jum wara dak li fih seħħ l-avveniment deċiżiv għad-dekorrenza tat-terminu (ara l-Artikolu 57(1) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Il-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu ta’ terminu ma jiġix inkluż fil-kalkolu tat-terminu. Dan ma japplikax fil-każ ta’ terminu stabbilit f’sigħat (ara l-Artikolu 57(1) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Perjodu jiġi kkalkolat f’jiem kalendarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-perjodi stabbiliti f’ġimgħat jidhru biss rarament fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat) (pereżempju, l-Artikolu 260(3), l-Artikolu 295(1) u t-Artikolu 295(2)). Huma jidhru aktar ta’ spiss bħala skadenzi ġudizzjarji fil-prattika ġudizzjarja.

Il-perjodi stabbiliti f’xhur jidhru fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili fit-tul ta’ xahar (pereżempju, l-Artikolu 82(3), l-Artikolu 336m(2) u l-Artikolu 338za(2)); xahrejn (pereżempju, l-Artikolu 240(1) u l-Artikolu 247(1)); tliet xhur (pereżempju, l-Artikolu 111(3), l-Artikolu 233(1) u l-Artikolu 234(1)); u sitt xhur (pereżempju, l-Artikolu 77a(2) u l-Artikolu 260g(3)).

Il-perjodi stabbiliti fi snin huma ta’ żewġ tipi fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili: perjodu ta’ sena (pereżempju, l-Artikolu 111(3)) u perjodu ta’ tliet snin (pereżempju, l-Artikolu 99(3), l-Artikolu 233(2) u l-Artikolu 234(2)).

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Il-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur jew snin jintemmu fi tmiem il-jum li d-deżinjazzjoni tiegħu tikkorrespondi għall-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu u, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fix-xahar, mela fl-aħħar jum tax-xahar (ara l-Artikolu 57(2) tal-Att Nru 99/163, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva (ara l-Artikolu 57(2) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-iskadenzi proċedurali statutorji ma jistgħux jinbidlu permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti.

Perjodu proċedurali ġudizzjarju jista’ jiġi estiż minn qorti, skont iċ-ċirkostanzi.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Parti tista’ tikkontesta d-deċiżjoni ta’ qorti distrettwali (okresní soud) jew id-deċiżjoni ta’ qorti reġjonali (krajský soud) mogħtija fi proċedimenti tal-prim’istanza permezz ta’ sentenza, sakemm il-liġi ma teskludix dan (ara l-Artikolu 201 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat). Appell għandu jitressaq fi żmien ħmistax-il jum mill-għoti ta’ deċiżjoni bil-miktub, fil-qorti li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi kkontestata. Il-perjodu għat-tressiq ta’ appell ma jinkludix il-jum li fih id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-parti. Sabiex tiġi osservata din l-iskadenza proċedurali, huwa biżżejjed jekk l-appell jiġi ttrasferit lil awtorità li hija obbligata li tinnotifikah (b’mod partikolari, detentur ta’ liċenzja postali, istituzzjoni ta’ ħabs fil-każ ta’ persuni mitfugħa l-ħabs jew miżmuma f’kustodja, istituzzjoni għat-trobbija protettiva jew istituzzjonali ta’ persuna mqiegħda fiha, eċċ.) jew fil-qorti fl-aħħar jum tal-perjodu.

Jekk tkun inħarġet deċiżjoni korrettiva li tappartjeni għad-deċiżjoni proprja, il-perjodu jiddekorri mid-data effettiva tad-deċiżjoni korrettiva (ara l-Artikolu 204(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Appell imressaq wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 15-il jum sempliċiment minħabba li l-appellant segwa struzzjoni skorretta mogħtija mill-qorti fir-rigward ta’ appell jitqies bħala li tressaq fil-ħin. Jekk deċiżjoni ma jkunx fiha struzzjonijiet dwar appell, dwar it-terminu għal appell jew dwar il-qorti li fiha għandu jitressaq tali appell, jew jekk ikun fiha struzzjonijiet skorretti li jiddikjaraw li appell mhuwiex permessibbli, appell jista’ jitressaq fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni.

Jekk tkun ingħatat ordni għal ħlas f’kawża, dik l-ordni tista’ titwaqqaf milli ssir effettiva biss billi tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni mill-konvenut, fil-perjodu statutorju ta’ 15-il jum mill-jum tan-notifika tal-ordni, fil-qorti li toħroġ l-ordni (ara l-Artikolu 172(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-ordni għall-ħlas tiġi annullata permezz tal-preżentata ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, u l-qorti tordna seduta ta’ smigħ. Appell jista’ jitressaq biss kontra d-dikjarazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż tal-proċeduri, iżda dan ma jannullax l-ordni għall-ħlas b’mod awtomatiku.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat) jagħmilha possibbli li tiġi aġġornata seduta ta’ smigħ għal raġunijiet importanti, jekk kwistjoni ma tkunx tista’ tiġi ddeliberata u deċiża f’seduta ta’ smigħ waħda (ara l-Artikolu 119 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Raġuni importanti għal aġġornament tista’ tkun, pereżempju, il-fatt li waħda mill-partijiet għall-proċedimenti tkun naqset milli tattendi l-qorti u ma jkunx possibbli li s-seduta ta’ smigħ issir fl-assenza tagħha (ara l-Artikolu 101 (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), jew jekk waħda mill-partijiet ma kellhiex biżżejjed żmien sabiex tipprepara għas-seduta ta’ smigħ minħabba li t-taħrika ma tkunx waslitilha b’avviż suffiċjenti minn qabel, jew inkella għal raġunijiet importanti oħrajn.

Parti tista’ titlob lill-qorti sabiex taġġorna seduta ta’ smigħ. Qorti tiddeċiedi dwar talba ta’ parti għal aġġornament, li tkun ġiet ippreżentata bil-quddiem, fuq il-bażi tas-serjetà tar-raġuni mitluba. Jekk il-qorti ma tilqax it-talba tal-parti, il-parti tkun trid tidher għas-seduta ta’ smigħ.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Il-liġijiet tar-Repubblika Ċeka ma jirregolawx espliċitament sitwazzjoni bħal din.

Fil-każ ta’ proċedimenti li jinvolvu element internazzjonali, li matulhom għandu jiġi nnotifikat dokument lil parti li tkun tirrisjedi barra l-pajjiż, jiġu applikati r-regoli proċedurali tal-lex fori, jiġifieri r-regoli proċedurali tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha taqa’ l-kawża.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Kull nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza proċedurali jkollu konsegwenzi proċedurali.

Jekk il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat) jistabbilixxi skadenza partikolari għall-eżekuzzjoni ta’ azzjoni (pereżempju, it-tressiq ta’ appell jew appell straordinarju), in-nuqqas li tintlaħaq l-iskadenza jirriżulta fit-telf tal-possibbiltà li l-azzjoni tiġi eżegwita b’suċċess. Skadenza li tinqabeż tista’ tiġi skużata jekk il-parti jew ir-rappreżentant tagħha jkunu qabżuha għal raġuni skużabbli (pereżempju, marda f’daqqa, korriment, eċċ.) u għalhekk ma jkunux jistgħu jeżegwixxu l-azzjoni li jkunu intitolati jeffettwaw (ara l-Artikolu 58 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), sakemm l-iskużar ta’ skadenza speċifika li tinqabeż ma jkunx eskluż mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (pereżempju, skont l-Artikolu 235(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-iskużar ta’ skadenza li tinqabeż huwa eskluż fil-każ tar-rikorsi għat-tiġdid tal-proċedimenti u għall-konfużjoni). Fil-każ ta’ skadenza stabbilita għal konformità ma’ obbligu partikolari, in-nuqqas li tintlaħaq l-iskadenza jwassal sabiex tiġi imposta sanzjoni partikolari (pereżempju, multa dixxiplinarja).

Kull każ ta’ skadenza proċedurali ġudizzjarja li tinqabeż huwa marbut bil-liġi ma’ ċerti konsegwenzi. Skadenza ġudizzjarja tista’ tiġi estiża mill-president ta’ bord ġudizzjarju (jew minn imħallef li jisma’ l-kawża waħdu). Mhuwiex permessibbli li tiġi skużata skadenza ġudizzjarja li tinqabeż.

Ordni għal ħlas li kontriha ma tkun ġiet iddepożitata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandha l-effetti ta’ sentenza infurzabbli u finali (ara l-Artikolu 174(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Seduta ta’ smigħ li tinqabeż għandha konsegwenzi differenti minn skadenza li tinqabeż. Jekk parti debitament imħarrka tonqos milli tidher għal seduta ta’ smigħ u tkun naqset milli titlob aġġornament b’mod f’waqtu u għal raġuni importanti, il-qorti tista’ tiddelibera fuq il-kwistjoni u tiddeċiedi fl-assenza tagħha (ara l-Artikolu 101(3) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat) u, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 153b tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiġu ssodisfati, hija tista’ tagħti sentenza b’kontumaċja.

Jekk il-konvenut jaqbeż l-ewwel seduta ta’ smigħ fi kwistjoni fejn tkun ingħatat sentenza b’kontumaċja għal raġunijiet skużabbli, il-qorti għandha tannulla s-sentenza fuq talba tal-konvenut u tordna li ssir seduta ta’ smigħ dwar il-kwistjoni. Parti tista’ tippreżenta tali rikors sad-data li fiha tidħol fis-seħħ is-sentenza b’kontumaċja (ara l-Artikolu 153b(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Huwa permess ukoll li jitressaq appell dwar il-merti tal-każ kontra sentenza b’kontumaċja. Jekk il-konvenut, minbarra li jkun ippreżenta rikors għall-annullament ta’ sentenza ta’ qorti tal-prim’istanza, ikun ukoll appella s-sentenza, u r-rikors għall-annullament tas-sentenza jkun ingħata permezz ta’ deċiżjoni infurzabbli, l-appell għandu jiġi miċħud (ara l-Artikolu 153b(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Estonja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Id-dispożizzjonijiet tat- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili (tsiviilseadustiku üldosa seadus) li tikkonċerna t-termini u l-iskadenzi japplikaw meta tiġi kkalkulata l-preskrizzjoni proċedurali, sakemm mhux provdut mod ieħor mil-liġi. Skont l-Artikolu 134(2) tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili, terminu jiġi definit fi snin, xhur, ġimgħat, jiem, sigħat jew kejl tal-ħin iqsar jew b'referenza għal avveniment li se jseħħ żgur. Terminu jibda jgħaddi mill-ġurnata wara l-jum kalendarju jew id-dħul fis-seħħ tal-avveniment li kien stabbilit bħala l-bidu tat-terminu, u jieqaf mal-iskadenza. Jekk l-iskadenza hija definita bħala terminu kkalkulat f'jiem jew kejl tal-ħin itwal, it-terminu jiskadi f'nofsillejl fid-data ta' skadenza sakemm mhux provdut mod ieħor bil-liġi. Dikjarazzjoni ta' intenzjoni li trid tiġi kkomunikata f'terminu ta’ żmien lil persuna impenjata f'attività ekonomika jew professjonali għandha tiġi komunikata lill-persuna u kull att li jrid jitwettaq f'terminu ta' żmien fir-rigward ta' dik il-persuna jrid jitwettaq l-aktar tard fid-data ta' skadenza tal-ħin normali tax-xogħol tal-post fejn trid tiġi komunikata d-dikjarazzjoni tal-intenzjoni jew fejn se jitwettaq l-att. Jekk l-att proċedurali jrid jitwettaq fil-bini tal-qorti, it-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol tal-qorti titqies bħala t-tmiem tat-terminu.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Il-ġranet ta' festa huma stabbiliti fl-Att dwar il-Festi Pubbliċi u l-Jiem ta' Importanza Nazzjonali (pühade ja tähtpäevade seadus) (daħal fis-seħħ fit-23 ta' Frar 1998). Dawn huma:

  1. L-24 ta' Frar - Jum l-Indipendenza u l-anniversarju tar-Repubblika tal-Estonja;
  2. L-1 ta' Jannar - l-Ewwel tas-Sena;
  3. il-Ġimgħa l-Kbira;
  4. l-Għid il-Kbir;
  5. l-1 ta' Mejju - Jum il-Ħaddiem;
  6. Pentekoste;
  7. it-23 ta' Ġunju - Jum ir-Rebħa;
  8. l-24 ta' Ġunju - il-Ħġejjeġ ta' San Ġwann;
  9. l-20 ta' Awwissu - Jum l-Indipendenza;
  10. l-24 ta' Diċembru - Lejlet il-Milied;
  11. il-25 ta' Diċembru - Jum il-Milied;
  12. is-26 ta' Diċembru - San Stiefnu.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Skont l-Artikolu 62(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik), id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili dwar it-termini u l-iskadenzi japplikaw meta jiġu kkalkulati l-limiti taż-żmien proċedurali, sakemm mhux provdut mod ieħor bil-liġi.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Ir-regola ġenerali hija stabbilita fl-Artikolu 135(1) tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili, fejn terminu jibda għaddej fid-data wara l-jum jew l-avveniment li kien stabbilit bħala l-bidu tat-terminu, sakemm mhux provdut mod ieħor bil-liġi jew b'kuntratt. Terminu stabbilit mill-qorti jibda għaddej mill-ġurnata wara l-ġurnata li fih jiġi nnotifikat id-dokument li għalih ġie stabbilit it-terminu, sakemm mhux provdut mod ieħor meta jiġi stabbilit it-terminu. Jekk id-dokument mhemmx għalfejn jiġi nnotifikat, it-terminu jibda jgħaddi kif jingħata avviż tat-terminu li ġie stabbilit (l-Artikolu 63 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jgħid li terminu stabbilit mill-qorti jibda għaddej mill-ġurnata wara l-ġurnata li fiha jkun ġie notifikat id-dokument ġudizzjarju. Dan japplika għall-mezzi kollha ta' notifika tad-dokumenti.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Skont l-Artikolu 135(1) tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili, terminu jibda għaddej fid-data wara l-jum kalendarju jew l-avveniment li kien stabbilit bħala l-bidu tat-terminu, sakemm mhux provdut mod ieħor bil-liġi jew b'kuntratt.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Skont l-Artikolu 136(9) tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili, għall-finijiet tad-definizzjoni ta' terminu, ġurnata titqies li hija perjodu ta' żmien bejn nofsillejl sa nofsillejl. Għalhekk, jekk terminu huwa espress f'jiem, in-numru ta' ġranet jirreferi għall-jiem kalendarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Bħala regola ġenerali, il-limiti taż-żmien proċedurali jiġu espressi f'jiem.

Terminu jista' jiġi espress f'xhur jekk, pereżempju, ma jista' jsir l-ebda appell kif jiskadi t-terminu. Skont l-Artikolu 632 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, appell jista' jitressaq fi żmien 30 jum min-notifika tas-sentenza lill-appellant, iżda mhux aktar tard minn ħames xhur wara d-data minn meta s-sentenza tal-qorti tal-prim'istanza saret pubblika. Kif jgħaddu ħames xhur mid-data li fiha saret pubblika s-sentenza, ma jista' jsir l-ebda appell anki jekk ikun fadal inqas minn 30 jum sakemm jgħaddu l-ħames xhur wara n-notifika u l-pubblikazzjoni tas-sentenza. Dan il-limitu definittiv ġie stabbilit sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali. Ġie stabbilit ukoll limitu definittiv simili ta' ħames xhur għall-preżentata ta' appell fir-rigward ta', pereżempju, il-preżentata ta' appell kontra sentenza jew appell fil-kassazzjoni.

Eżempju ta' terminu espress fi snin huwa t-terminu għall-iskadenza ta' talba għal rimborż ta' tariffa tal-Istat jew garanzija - it-talba ssir preskritta meta jkunu għaddew sentejn mill-aħħar tas-sena li fiha jkunu tħallsu l-garanzija jew it-tariffa tal-Istat, iżda mhux qabel ma tkun daħħlet fis-seħħ sentenza li ġġib fi tmiemhom il-proċedimenti. Dan huwa, madankollu, it-terminu ta' skadenza ta' talba u mhux limitu taż-żmien proċedurali - dan il-perjodu la jista' jiġi estiż u l-anqas jerġa jibda jgħaddi.

Terminu għall-iskadenza ta' talba huwa espress ukoll fi snin. Dan mhux limitu ta' żmien proċedurali l-anqas. Skont l-Artikolu 143 tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili, qorti tqis l-iskadenza ta' talba biss b'talba tal-persuna obbligata.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Terminu jispiċċa fid-data ta' skadenza. Jekk perjodu ta' skadenza huwa definit bħala perjodu ta' żmien ikkalkulat f'ġimgħat, id-data ta' skadenza hija l-ġurnata korrispondenti tal-aħħar ġimgħa tal-perjodu ta' żmien. Jekk perjodu ta' skadenza huwa definit bħala perjodu ta' żmien ikkalkulat f'ġimgħat, id-data ta' skadenza hija l-ġurnata korrispondenti tal-aħħar xahar. Jekk perjodu ta' skadenza huwa definit bħala perjodu ta' żmien ikkalkulat fi snin, id-data ta' skadenza hija l-ġurnata u x-xahar korrispondenti tal-aħħar sena. Jekk perjodu ta' skadenza huwa definit bħala perjodu ta' żmien ikkalkulat f'ġimgħat jew snin, u d-data ta' skadenza tkun f'xahar li ma jkollux dik id-data partikolari, id-data ta' skadenza tkun l-aħħar ġurnata tax-xahar (l-Artikolu 136(2)-(5) tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili).

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva. L-Artikolu 136(8) tat-Taqsima Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili jgħid li, jekk data ta' skadenza biex issir dikjarazzjoni ta' intenzjoni jew jitwettaq obbligu taqa' f'festa pubblika jew ġurnata oħra mhux ta' festa, id-data ta' skadenza tkun l-ewwel ġurnata ta' xogħol wara l-ġurnata‑mhux ta' festa.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Skont l-Artikolu 64(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, qorti tista', fuq il-bażi ta' talba motivata jew b'inizjattiva tagħha stess, testendi limitu taż-żmien proċedurali li kienet stabbilixxiet jekk hemm raġuni valida għal dan. Limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż għal aktar minn darba biss bil-kunsens tal-parti l-oħra.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Appell irid isir fi żmien 30 jum min-notifika tas-sentenza lill-appellant iżda mhux aktar tard minn ħames xhur minn meta s-sentenza tal-qorti tal-prim'istanza (esimese astme kohus) kienet saret pubblika (l-Artikolu 632(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Madankollu, hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali:

  1. Jekk, meta tkun qed tiddeċiedi każ, qorti tal-kontea (maakohus) tiddikjara fil-parti operattiva tas-sentenza li l-leġiżlazzjoni rilevanti ta' applikazzjoni ġenerali hija kontra l-Kostituzzjoni (põhiseadus) u tirrifjuta li tapplikaha, il-perjodu għall-appell ma jibdiex jgħaddi sakemm tingħata sentenza dwar il-leġiżlazzjoni ta' applikazzjoni ġenerali li ma ġietx applikata permezz ta' stħarriġ ġudizzjarju mill-Qorti Suprema (Riigikohus);
  2. Jekk tingħata sentenza supplimentari matul il-perjodu għall-appell, il-perjodu għall-appell jibda jgħaddi mid-data li fiha ngħatat is-sentenza supplimentari, inkluż rigward is-sentenza oriġinali. F'każijiet fejn il-parti minsija tiġi miżjuda ma sentenza mogħtija mingħajr il-parti deskrittiva jew dikjarazzjoni tar-raġunijiet, il-perjodu għal appell jerġa' jibda mill-ġdid mid-data li fiha tingħata s-sentenza finali.

Jekk il-partijiet jilħqu ftehim f'dan ir-rigward u javżaw lill-qorti, il-perjodu ta' appell jista' jiġi mnaqqas, jew jista' jiżdied sa massimu ta' ħames xhur minn meta ssir pubblika s-sentenza.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, qorti tiffissa seduta immedjatament wara l-preżentata ta' talba jew rikors u r-risposta għaliha, jew mal-iskadenza tat-terminu stabbilit għar-risposta. Il-qorti tista' tiffissa wkoll seduta qabel ma tirċievi risposta jew qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit għar-risposta jekk jista' jkun preżunt li hemm bżonn seduta l-qorti għal deċiżjoni dwar il-kwistjoni irrispettivament mir-risposta jew jekk l-iffissar immedjat tas-seduta huwa raġonevoli skont iċ-ċirkostanzi għal raġunijiet oħra. Jekk il-qorti ma għandhiex bżonn ta' risposta, hija tiffissa s-seduta tal-qorti immedjatament wara l-irċevuta ta' talba jew rikors. Jekk ikun possibbli, il-qorti tikseb u tqis l-opinjoni tal-parteċipanti fil-proċedimenti meta tiffissa seduta l-qorti.

Qorti tista' tikkanċella, tbiddel il-ħin ta' jew tiddifferixxi seduta tal-qorti biss jekk ikollha raġuni tajba (l-Artikolu 352(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Jekk il-proċedimenti jsiru skont il-liġi proċedurali Estonjana, persuna ma titlifx id-dritt għall-estensjoni tal-limitu taż-żmien proċedurali biss minħabba l-possibbiltà ta' estensjoni jew le tal-limitu taż-żmien fil-post fejn il-persuna saret taf bl-att.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk l-att proċedurali ma twettaqx fil-ħin, il-parteċipant fil-proċedimenti ma għandux dritt iwettaq att proċedurali fi stadju ulterjuri, sakemm qorti ma terġax iġġedded it-terminu provdut mil-liġi, testendi t-terminu li tkun stabbilixxiet jew tisma' t-talba, ir-rikors, il-provi jew l-oġġezzjoni ppreżentata mill-parteċipant fil-proċedimenti. Dan japplika irrispettivament minn jekk il-parteċipant fil-proċedimenti kienx imwissi dwar dawn il-konsegwenzi minn qabel.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk il-qorti tat sentenza f'kontumaċja minħabba li l-konvenut ma deherx, il-konvenut jista' jippreżenta talba biex tiġi annullata dik is-sentenza (l-Artikolu 415 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-konvenut jista' jippreżenta talba biex tiġi annullata s-sentenza mogħtija f'kontumaċja jekk kien hemm raġuni tajba għan-nuqqas ta' azzjoni tal-konvenut li wassal għas-sentenza f'kontumaċja. Raġunijiet tajba għan-nuqqas ta' rispons għall-azzjoni jew dehra l-qorti u għan-nuqqas ta' notifika lill-qorti huma, qabel kollox, problemi tat-traffiku, mard mhux mistenni ta' parti jew mard serju mhux mistenni ta' persuna qrib il-parti li minħabba f'hekk naqas milli jwieġeb għall-azzjoni jew li jidher il-qorti u jibgħat rappreżentant minfloku (l-Artikolu 422(1)).

Talba biex tiġi annullata sentenza f'kontumaċja tista' tiġi ppreżentata irrispettivament mill-eżistenza ta' raġuni tajba jekk:

  1. f'każ ta' nuqqas ta' tweġiba għal azzjoni, l-azzjoni ġiet notifikata lill-konvenut jew lil rappreżentant tiegħu b'kull mezz ħlief notifika personali ffirmata jew b'mod elettroniku;
  2. f'każ ta' nuqqas ta' dehra l-qorti, it-taħrika tiġi notifikata lill-konvenut jew lil rappreżentant tiegħu b'kull mezz ħlief notifika personali li trid tiġi ffirmata jew notifikata waqt seduta l-qorti;
  3. is-sentenza mogħtija f'kontumaċja ma setgħetx tingħata skont il-liġi.

Talba biex tiġi annullata sentenza mogħtija f'kontumaċja tista' titressaq fi żmien 30 jum wara n-notifika ta' dik is-sentenza. Jekk is-sentenza mogħtija f'kontumaċja tingħata b'mod pubbliku, talba għall-annullament tagħha tista' ssir fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-konvenut sar jaf bis-sentenza mogħtija f'kontumaċja jew bil-proċedimenti ta' eżekuzzjoni għas-sentenza mogħtija f'kontumaċja. Jekk tingħata sentenza f'kontumaċja oħra kontra l-konvenut wara li jkunu reġgħu nfetħu l-proċedimenti, il-konvenut jista' jappella kontra dik is-sentenza biss fuq il-bażi tan-nuqqas ta' verifika tal-kundizzjonijiet meħtieġa għal sentenza mogħtija f'kontumaċja.

L-aħħar aġġornament: 19/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Greċja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

It-termini huma l-perjodi li fihom trid titwettaq azzjoni jew li jridu jgħaddu qabel ma tinstema’ kawża jew qabel ma titwettaq azzjoni. L-introduzzjoni tat-termini għandha l-għan li twassal ġustizzja rapida u li tiggarantixxi d-dritt li persuna tinstema’. Termini proċedurali huma dawk li l-konformità jew in-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ikollhom konsegwenzi proċedurali. Huma jiġu distinti f’żewġ kategoriji ewlenin: 1) Il-perjodi preskritti għat-twettiq ta’ AZZJONI huma dawk li fihom irid jitwettaq att proċedurali, bħat-terminu legali għat-tressiq ta’ appell (ara l-Artikolu 318(1) tas-CCP) u 2) it-termini PREPARATORJI huma dawk li wara li jgħaddu jkun irid jitwettaq l-att proċedurali. Minn dawn it-termini, bħat-terminu sabiex jitħarrek il-konvenut (ara l-Artikolu 228 tas-CCP), ġeneralment jibbenifikaw il-konvenuti, minħabba li jingħataw żmien sabiex jippreparaw. Din id-distinzjoni hija sinifikanti minħabba li t-termini għat-twettiq ta’ azzjoni jistgħu jiġu estiżi permezz ta’ ftehim reċiproku tal-partijiet, filwaqt li t-termini preparatorji ma jistgħux jiġu estiżi. It-termini għat-twettiq ta’ azzjoni jiskadu fil-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk id-data ta’ skadenza tagħhom tikkoinċidi ma’ jum mhux tax-xogħol legali, filwaqt li t-termini preparatorji jiskadu fid-data ta’ skadenza tagħhom, irrispettivament minn jekk dak il-jum ikunx btala jew jum mhux tax-xogħol. Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (CCP), it-termini proċedurali importanti huma, b’mod indikattiv, dawn li ġejjin:

  1. It-terminu sabiex jitħarrku l-partijiet wara li titressaq azzjoni (sittin [60] jum qabel is-seduta ta’ smigħ, sakemm il-parti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ disgħin [90] jum qabel is-seduta ta’ smigħ - ara l-Artikolu 228 tas-CCP).
  2. L-iskadenza għar-rikors għall-annullament ta’ sentenza (ħmistax-il [15] jum min-notifika tad-deċiżjoni, jekk il-parti ġġudikata in absentia tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li ma dehritx quddiem qorti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ sittin [60] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza - ara l-Artikolu 503 tas-CCP).
  3. It-terminu għal appell (tletin [30] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza finali, jekk il-parti li tressaq l-appell tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq l-appell ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ sittin [60] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza finali. Jekk is-sentenza finali ma tiġix innotifikata, it-terminu għal appell huwa ta’ tliet [3] snin mill-pubblikazzjoni tas-sentenza - ara l-Artikolu 518 tas-CCP).
  4. It-terminu għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċess (sittin [60] jum jekk il-parti li tressaq il-proċedimenti tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq il-proċedimenti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ mija u għoxrin [120] jum - ara l-Artikolu 545 tas-CCP).
  5. It-terminu għal appell ulterjuri (tletin [30] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza, jekk l-appellant ikun jirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq l-appell ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ disgħin [90] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza. Jekk is-sentenza ma tiġix innotifikata, it-terminu għal appell ulterjuri huwa ta’ tliet [3] snin mill-pubblikazzjoni tas-sentenza - ara l-Artikolu 564 tas-CCP).

Is-CCP jistabbilixxi wkoll, b’mod partikolari, termini proċedurali għal proċedimenti oħrajn, bħal dawk relatati ma’ kwistjonijiet matrimonjali (divorzju, annullament taż-żwieġ, eċċ.), rikors għal ordni ta’ ħlas u oppożizzjoni għal tali rikors (ara l-Artikolu 632 tas-CCP), tilwimiet dwar kirjiet, tilwimiet industrijali, miżuri interim, proċedimenti ta’ infurzar u oġġezzjoni għal tali proċedimenti ta’ infurzar.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Fil-Greċja, il-btajjel huma stabbiliti, f’lista mhux eżawrjenti, fil-Liġi Nru. 1157/1981. Il-kriterju sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ btala huwa n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet b’mod ġenerali u, għalhekk, għal professjonijiet jew servizzi speċifiċi, il-btajjel huma irrilevanti. Dawn jistgħu jkunu btajjel nazzjonali, reliġjużi jew oħrajn, anki ta’ natura lokali jew mhux permanenti. Il-btajjel għas-servizzi pubbliċi huma jiem mhux tax-xogħol. Dawn li ġejjin huma meqjusa bħala btajjel: Il-25 ta’ Marzu (btala nazzjonali), it-28 ta’ Ottubru (btala nazzjonali), l-Ewwel tas-Sena, l-Epifanija (is-6 ta’ Jannar), il-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid, l-1 ta’ Mejju, il-15 ta’ Awwissu, il-Milied u l-Għada tal-Milied, it-Tnejn, l-Għid il-Ħamsin, Clean Monday (l-ewwel jum tar-Randan), it-Tnejn ta’ wara l-Għid u l-Ħdud kollha.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

L-Artikoli 144-151 tas-CCP jirreferu għat-termini proċedurali. Skont is-sors li jiddetermina t-tul ta’ żmien tagħhom, it-termini jiġu distinti f’termini legali (dawk speċifikati mil-liġi, bħat-termini sabiex tittieħed azzjoni), ġudizzjarji (dawk iddeterminati mill-qorti li tisma’ l-kawża, bħat-terminu għad-dehra personali tal-partijiet - ara l-Artikolu 245 tas-CCP), sospensivi (li n-nuqqas ta’ konformità magħhom huwa kastigabbli permezz ta’ aġġornament tas-seduta ta’ smigħ) u mandatorji (li n-nuqqas ta’ konformità magħhom huwa kastigabbli permezz ta’ telf tad-dritt). Il-bidu u l-iskadenza tat-termini se jissemmew hawn taħt. Terminu jiġi interrott jekk parti tmut matulu. Jekk in-notifika ta’ dokument tistabbilixxi d-dekorrenza tat-terminu, it-terminu l-ġdid jibda jiddekorri mid-data tan-notifika ġdida tas-suċċessuri legali lill-persuna deċeduta. Jekk ikun hemm avveniment ieħor li jistabbilixxi d-dekorrenza tat-terminu, it-terminu l-ġdid jibda jiddekorri mid-data tan-notifika tad-dikjarazzjoni rilevanti lill-persuni msemmija hawn fuq. L-interruzzjoni ta’ proċess matul terminu tinterrompi t-terminu u t-terminu l-ġdid jibda jiddekorri mid-data tal-proċess ġdid. Il-perjodu mill-1 sal-31 ta’ Awwissu ma jiġix ikkalkolat għat-termini għat-twettiq ta’ azzjoni li jissemmew fl-Artikolu 147(7) tas-CCP. Dawn jinkludu termini sabiex titressaq azzjoni u termini preskrittivi għall-oppożizzjoni.

Il-liġi tippermetti l-estensjoni ta’ terminu mhux biss permezz ta’ ftehim reċiproku tal-partijiet, iżda wkoll bil-kunsens tal-imħallef. Kemm it-termini legali kif ukoll dawk ġudizzjarji huma soġġetti għal estensjoni, bir-restrizzjoni li din ma tippreġudikax id-drittijiet ta’ partijiet terzi. L-imħallef mhuwiex marbut bir-rikors għall-estensjoni tal-ftehim u huwa jista’ jżommu parzjalment jew saħansitra jirrifjutah, wara li jevalwa ċ-ċirkostanzi fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan ifisser li l-partijiet iridu jippreżentaw raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni. Fl-aħħar nett, it-terminu jista’ jitqassar permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, bi qbil bejn il-partijiet. It-termini legali kollha jistgħu jitqassru, ħlief għat-termini sabiex titressaq azzjoni.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

It-terminu jibda jiddekorri mill-jum wara d-data li fiha seħħ l-avveniment li beda jiddekorri t-terminu (a momento ad momentum).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ma jipprevedix l-estensjoni jew it-tnaqqis tat-terminu jekk id-dokumenti jiġu trażmessi jew jintbagħtu bil-posta jew b’xi tip ieħor ta’ servizz ta’ trasport

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Il-jum li fih seħħ l-avveniment li beda jiddekorri t-terminu preskrittiv jista’ jiġi inkluż biss jekk ikun previst espressament fil-liġi, fis-sentenza jew fil-kuntratt. Id-dispożizzjoni li terminu speċifikat jibda jiddekorri mid-data tas-servizz ma tikkostitwixxi ebda każ bħal dan. Għalhekk, it-termini preskrittivi kritiċi għar-rimedji legali ta’ appell, appell ulterjuri jew oppożizzjoni jibdew jiddekorru mill-jum wara d-data tan-notifika jew tal-pubblikazzjoni tas-sentenza. Madankollu, meta jiġi stabbilit li t-terminu preskrittiv jibda jiddekorri minn jum partikolari, tali jum jitqies fil-kalkolu. Meta l-avveniment li stabbilixxa d-dekorrenza tat-terminu preskrittiv jkun in-notifika, kwalunkwe mod ieħor ta’ kif jiġi riċevut avviż tal-kontenut tad-dokument li jrid jiġi nnotifikat huwa irrilevanti għall-kalkolu tat-terminu.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Jekk hemmx btajjel bejniethom huwa irrilevanti. Il-jiem tax-xogħol jitqiesu fil-kalkolu biss jekk dan ikun previst espliċitament (bħal fil-każ tat-terminu għal appell kontra ordni ta’ ħlas).

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Bl-istess mod, jekk it-terminu jiġi espress f’xhur jew snin, huwa irrilevanti jekk ikunx hemm btajjel bejniethom jew le, sakemm il-liġi ma tipprevedix espliċitament li t-terminu jappartjeni għal jiem tax-xogħol.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Jekk it-terminu jiġi espress fi snin, huwa jiskadi meta tgħaddi d-data korrispondenti tal-aħħar sena. Jekk jogħġbok innota li huwa irrilevanti għall-kalkolu jekk ikunx hemm sena biżestili fin-nofs jew le.

Jekk it-terminu jkun espress f’xhur, huwa jiskadi meta jgħaddi l-jum tal-aħħar xahar li jikkorrespondi għall-jum tal-bidu tiegħu. Jekk ma jkun hemm ebda korrispondenza bħal din, jintuża l-aħħar jum tax-xahar. Jekk jogħġbok innota li n-numru tal-jiem ta’ kull xahar huwa irrilevanti.

It-terminu ta’ nofs sena japplika bħala terminu ta’ sitt (6) xhur u t-terminu ta’ nofs xahar japplika bħala terminu ta’ ħmistax-il (15) jum.

Jekk it-terminu jkun espress f’ġimgħat, huwa jiskadi meta jgħaddi l-jum korrispondenti tal-ġimgħa li jikkorrespondi għall-jum tal-bidu tiegħu; jiġifieri, jekk l-avveniment seħħ it-Tnejn, it-terminu ta’ kull ġimgħa jiskadi t-Tnejn ta’ wara.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Jekk it-terminu jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd, fi btala jew f’jum mhux tax-xogħol, huwa jiġi estiż għall-jum tax-xogħol li jkun imiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Il-liġi tippermetti l-estensjoni ta’ terminu mhux biss permezz ta’ ftehim reċiproku tal-partijiet, iżda wkoll bil-kunsens tal-imħallef. Kemm it-termini legali kif ukoll dawk ġudizzjarji huma soġġetti għal estensjoni, bir-restrizzjoni li din ma tippreġudikax id-drittijiet ta’ partijiet terzi. L-imħallef mhuwiex marbut bir-rikors għall-estensjoni tal-ftehim u huwa jista’ jżommu parzjalment jew saħansitra jirrifjutah, wara li jevalwa ċ-ċirkostanzi fuq bażi ta’ każ b’każ.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

  1. . L-iskadenza għar-rikors għall-annullament ta’ sentenza (ħmistax-il [15] jum min-notifika tas-sentenza, jekk il-parti ġġudikata in absentia tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li ma dehritx quddiem qorti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ sittin [60] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza - ara l-Artikolu 503 tas-CCP).
  2. It-terminu preskrittiv għal appell huwa stipulat fl-Artikolu 518(1) tas-CCP. Jekk l-appellant ikun jirrisjedi fil-Greċja, tali terminu preskrittiv jkun ta’ tletin (30) jum, filwaqt li, jekk ikun jirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tiegħu ma jkunx magħruf, ikun ta’ sittin (60) jum. It-terminu ta’ sittin (60) jum ma jikkonċernax lill-persuni li jirrisjedu barra l-pajjiż temporanjament (ivvjaġġar ta’ divertiment, assenza ta’ ftit jiem għal skop speċifiku), iżda għandu ċertu tul ta’ żmien li huwa marbut mal-istat ċivili jew professjonali tagħhom.
  3. It-terminu għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċess (sittin [60] jum jekk il-parti li tressaq il-proċedimenti tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq il-proċedimenti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ mija u għoxrin [120] jum - ara l-Artikolu 545 tas-CCP).
  4. It-terminu għal appell ulterjuri (tletin [30] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza, jekk l-appellant ikun jirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq l-appell ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ disgħin [90] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza. Jekk is-sentenza ma tiġix innotifikata, it-terminu għal appell ulterjuri huwa ta’ tliet [3] snin mill-pubblikazzjoni tas-sentenza - ara l-Artikolu 564 tas-CCP).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

It-talba għal protezzjoni ġudizzjarja skont il-leġiżlazzjoni Griega tkopri, irrispettivament min-natura tat-tilwima, kemm il-protezzjoni ġudizzjarja interim kif ukoll dik permanenti. Il-każijiet fejn, minħabba l-urġenza tal-materja jew fl-interessi tal-prevenzjoni ta’ periklu imminenti, il-qrati jistgħu jordnaw miżuri sabiex jiggarantixxu jew jissalvagwardjaw dritt jew sabiex jirregolaw sitwazzjoni, kif ukoll jirriformawhom jew iħassruhom, jiġu riżolti permezz ta’ proċedura mħaffa (skont l-Artikoli 682-738 tas-CCP). Minħabba l-urġenza tagħhom, l-imħallef, filwaqt li jaġixxi sabiex jiżgura riżoluzzjoni rapida, u wara li jqis id-dritt tal-partijiet li jinstemgħu, għandu ġurisdizzjoni sabiex jiddetermina l-ħin u l-post tas-smigħ tar-rikors għal miżuri interim. B’hekk, l-imħallef għandu diskrezzjoni li jagħżel il-metodu tal-ħruġ ta’ taħrika u t-terminu sabiex il-persuni jidhru quddiem qorti, anki dawk li jirrisjedu barra l-pajjiż jew li d-domiċilju tagħhom mhuwiex magħruf. Is-seduta ta’ smigħ tista’ tiġi ffissata wkoll nhar ta’ Ħadd jew fi btala. It-termini msemmija hawn fuq japplikaw għall-proċeduri kollha ta’ qorti ċivili, minbarra l-miżuri interim, mingħajr ma tiġi prevista l-estensjoni tagħhom.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ma hemm ebda dispożizzjoni bħal din fil-leġiżlazzjoni Griega.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

In-nuqqas ta’ konformità mat-termini li jirrigwardjaw azzjoni ġudizzjarja ma għandux konsegwenzi proċedurali. L-eċċess tat-terminu għal azzjoni kontra atti tal-partijiet jirriżulta fit-telf tad-dritt, filwaqt li tipi oħrajn ta’ konsegwenzi, bħall-inammissibbiltà tas-seduta ta’ smigħ, jirriżultaw fil-każ ta’ termini preparatorji (ara l-Artikolu 271(1) tas-CCP).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Restitutio in integrum huwa rimedju legali previst fil-Kostituzzjoni, li permezz tiegħu parti li, minħabba force majeure jew minħabba l-intenzjoni frodulenti tal-parti l-oħra, tkun naqset milli tikkonforma ma’ terminu, hija intitolata li tapplika sabiex treġġa’ lura l-pożizzjoni tagħha għall-istatus quo qabel skada t-terminu.

Madankollu, b’mod eċċezzjonali, tali rikors ma jistax jiġi ddepożitat jekk jibbaża ruħu (a) fuq żball tal-avukat awtorizzat jew tar-rappreżentant legali tal-applikant, (b) fuq fatti li l-imħallef evalwa matul is-smigħ tar-rikors għal estensjoni jew posponiment ta’ terminu sabiex jingħataw l-estensjoni jew il-posponiment rilevanti. Ir-rikors irid jiddikjara r-raġunijiet li għalihom ma kienx osservat it-terminu, l-evidenza sabiex tiġi aċċertata l-verità u l-att li tħalla barra, jew inkella jiddikjara li dan sar. Ir-rikors għal restitutio in integrum irid jinstema’ fi żmien tletin (30) jum mid-data li fiha jitneħħa l-ostakolu li jikkostitwixxi force majeure jew tiġi nnotifikata l-intenzjoni frodulenti, diment li ma jkunx jista’ jiġi applikat terminu ġdid jekk, għal xi raġuni jew oħra, ma jiġix osservat it-terminu msemmi hawn fuq (ara l-Artikoli 152-158 tas-CCP).

L-aħħar aġġornament: 20/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Franza

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-liġi Franċiża tipprovdi għal “termini ta' preskrizzjoni” (délais de prescription), “termini ta' dekadenza” (délais de forclusion) u skadenzi proċedurali (délais de procédure).

It-termini ta' preskrizzjoni huma perjodi ta’ żmien li malli jiskadu persuna tikseb dritt fir-rigward ta’ proprjetà permezz ta’ pussess, imsejjaħ terminu ta' preskrizzjoni akkwiżittiva (délai de prescription acquisitive) jew bħala konsegwenza ta’ nuqqas ta’ eżerċizzju ta’ dritt, titilfu jew jiskadi, imsejjaħ terminu ta' preskrizzjoni estintiva (délai de prescription extinctive). It-termini ta' preskrizzjoni jistgħu jiġu sospiżi (suspendu) jew interrotti (interrompu).

It-termini ta' dekadenza huma partikolarment stretti u ġeneralment stabbiliti mil-liġi sabiex tinfetaħ kawża. Meta jiskadu, l-azzjoni titqies li ntemmet. It-termini ta' dekadenza ma jistgħux jiġu sospiżi. Bħala regola ġenerali, huma lanqas jistgħu jiġu interrotti: madankollu, skont l-Artikoli 2241 u 2244 tal-Kodiċi Ċivili, ċerti passi, bħal taħrika sabiex persuna tidher quddiem il-qorti jew sekwestru jew miżura ta’ eżekuzzjoni oħra, jinterrompu dawn it-termini.

L-iskadenzi proċedurali (délais de procédure) huma dawk li japplikaw għall-proċeduri tal-qorti ladarba jkunu nbdew il-proċedimenti. Jistgħu jiġu stabbiliti mil-liġi jew imposti mill-qorti. Għall-kuntrarju tat-termini ta' dekadenza, it-termini stabbiliti għall-proċeduri tal-qorti ma jwasslux sabiex l-azzjoni tiġi preskritta. Dawn it-termini ma jistgħux jiġu sospiżi jew interrotti.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont il-leġiżlazzjoni attwali, il-jiem li ġejjin huma btajjel pubbliċi:

  • l-1 ta’ Jannar;
  • it-Tnejn ta’ wara l-Għid;
  • l-1 ta’ Mejju;
  • l-8 ta’ Mejju;
  • Jum Lapsi;
  • it-Tnejn ta’ wara l-Għid il-Ħamsin;
  • l-14 ta’ Lulju;
  • L-Assunta (il-15 ta’ Awwissu);
  • Jum il-Qaddisin Kollha (l-1 ta’ Novembru);
  • il-11 ta’ Novembru;
  • il-Milied (il-25 ta’ Diċembru).

Il-btajjel pubbliċi ġew stabbiliti f’ċerti postijiet (ċerti dipartimenti (départements) u komunitajiet territorjali (communautés territoriales)) sabiex jikkommemoraw l-abolizzjoni tal-iskjavitù: is-27 ta’ Mejju għal Guadeloupe, l-10 ta’ Ġunju għall-Guyana Franċiża, it-22 ta’ Mejju għal Martinique, l-20 ta’ Diċembru għal La Réunion u s-27 ta’ April għal Mayotte.

Fid-dipartimenti ta’ Alsace-Moselle, is-26 ta’ Diċembru u l-Ġimgħa l-Kbira huma btajjel pubbliċi.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Minn mindu daħlet fis-seħħ il-Liġi Nru 2008-561 tas-17 ta’ Ġunju 2008 (li tinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji), il-terminu ta' preskrizzjoni li skont il-liġi ordinarja warajh jintilef dritt, huwa ta’ ħames snin (qabel kien ta’ 30 sena).

Madankollu, hemm numru ta’ eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, eż. għal azzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili li tirriżulta minn avveniment li jikkawża ħsara fuq il-persuna, li għalihom il-terminu ta' preskrizzjoni huwa ta’ 10 snin.

It-tul tat-termini ta' dekadenza u tat-skadenzi proċedurali jvarja skont is-soġġett u l-proċedura involuta.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Għall-iskadenzi proċedurali, l-Artikolu 640 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiddikjara li meta att jew formalità jkunu jridu jitwettqu f’perjodu partikolari, il-perjodu jiġi kkalkolat mid-data tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika li jwassal sabiex jibda jiddekorri dak il-perjodu.

Il-punt tat-tluq tal-terminu ta' preskrizzjoni estintiva skont il-liġi ordinarja tal-azzjonijiet personali jew azzjonijiet li jinvolvu proprjetà mobbli huwa “id-data li fiha d-detentur tad-dritt kien jaf jew kellu jkun jaf bil-fatti li jintitolawh jeżerċita d-dritt”. F’ċerti oqsma, bħal azzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili li tirriżulta minn avveniment li jikkawża ħsara fuq il-persuna, hemm stabbiliti punti tat-tluq speċifiċi. Skont l-Artikolu 2226 tal-Kodiċi Ċivili, il-punt tat-tluq tal-terminu ta' preskrizzjoni ta’ 10 snin huwa d-data li fiha l-ħsara inizjali jew aggravata hija kkunsidrata kkonsolidata.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Skont l-Artikolu 664-1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta dokument jiġi nnotifikat minn uffiċjal ġudizzjarju (huissier), id-data tan-notifika tkun id-data tan-notifika personali, fid-dar jew fir-residenza tad-destinatarju, jew id-data tar-rapport uffiċjali mħejji mill-uffiċjal ġudizzjarju li jelenka l-passi meħuda sabiex jinstab id-destinatarju meta dik il-persuna la jkollha dar, la residenza u lanqas post tax-xogħol magħruf. Meta dokument jiġi nnotifikat b’mod elettroniku, id-data u l-ħin tan-notifika huma dawk tat-trażmissjoni tad-dokument lid-destinatarju tiegħu.

Meta dokument jiġi nnotifikat bil-posta, skont l-Artikoli 668 u 669 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, id-data tan-notifika tkun, fir-rigward tal-mittent, id-data tad-dispaċċ, u, fir-rigward tad-destinatarju, id-data tal-wasla tal-ittra. Id-data tad-dispaċċ hija d-data li tidher fuq it-timbru tal-posta tal-uffiċċju tad-dispaċċ. Id-data tal-wasla hija d-data tal-irċevuta ffirmata (récipissé) jew tal-firma (émargement) tad-destinatarju. Jekk id-dokument jiġi nnotifikat permezz ta’ ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni tal-kunsinna (avis de réception), id-data tal-irċevuta hija dik li tiġi ttimbrata mis-servizz postali meta l-ittra tiġi mgħoddija lid-destinatarju.

Bħala eċċezzjoni, l-Artikolu 647-1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jindika li d-data tan-notifika ta’ dokument ġudizzjarju jew ekstraġudizzjarju fil-Polineżja Franċiża, l-Gżejjer Wallis u Futuna, il-Kaledonja Ġdida, it-Territorju Franċiżi tan-Nofsinhar u Antartiċi jew barra l-pajjiż hija, fir-rigward tal-mittent, id-data tad-dispaċċ tat-taħrika mill-uffiċjal ġudizzjarju jew mir-reġistru tal-qorti (greffe), jew fin-nuqqas id-data tal-wasla fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku responsabbli (parquet).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Skont l-Artikolu 641 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta terminu jiġi espress f’jiem, il-jum tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika li jwassal sabiex jibda jiddekorri dan it-terminu ma jingħaddx. Din ir-regola tapplika għall-iskadenzi proċedurali.

Terminu ta' preskrizzjoni estintiva huwa espress ukoll f’jiem, sabiex il-jum tal-avveniment li jwassal biex dan it-terminu jibda jiddekorri ma jingħaddx. Fir-rigward tat-termini għal appelli, meta dokument ma jiġix innotifikat personalment, ċerti dispożizzjonijiet jippermettu li ż-żmien minn meta t-terminu jibda jiddekorri jiġi differit għad-data meta d-dokument jiġi fil-fatt innotifikat lill-persuna jew għad-data meta jittieħdu miżuri ta’ eżekuzzjoni fuq il-bażi tad-dokument.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Skont l-Artikolu 642 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, terminu li altrimenti jiskadi nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd, fi btala pubblika jew f’jum mhux tax-xogħol jiġi estiż sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

B’hekk, it-termini jkomplu jiddekorru fil-Ħdud u l-btajjel pubbliċi, iżda jiġu estiżi sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss meta altrimenti jintemmu nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd, fi btala pubblika jew f’jum mhux tax-xogħol.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Skont l-Artikolu 641 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta terminu jiġi espress f’xhur jew snin, dan jiskadi f’dak il-jum tal-aħħar xahar, jew tax-xahar fl-aħħar sena, li jkun iġib l-istess numru fix-xahar bħall-jum tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika minn meta jibda jiddekorri t-terminu. Meta x-xahar sussegwenti rilevanti ma jkollu ebda jum bl-istess numru, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Meta terminu jkun espress f’xhur u f’jiem, ix-xhur jingħaddu l-ewwel, imbagħad il-jiem.

Ir-regola stabbilita fl-Artikolu 642 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ara l-mistoqsija preċedenti) tapplika għat-termini kollha, irrispettivament minn jekk ikunux espressi f’jiem, xhur jew snin.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Skont l-Artikolu 641 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta terminu jiġi espress f’xhur jew snin, dan jiskadi f’dak il-jum tal-aħħar xahar, jew tax-xahar fl-aħħar sena, li jkun iġib l-istess numru fix-xahar bħall-jum tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika minn meta jibda jiddekorri t-terminu. Meta x-xahar sussegwenti rilevanti ma jkollu ebda jum bl-istess numru, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Meta terminu jkun espress f’xhur u f’jiem, ix-xhur jingħaddu l-ewwel, imbagħad il-jiem.

Ir-regola stabbilita fl-Artikolu 642 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ara l-mistoqsija preċedenti) tapplika għat-termini kollha, irrispettivament minn jekk ikunux espressi f’jiem, xhur jew snin.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Kif ġie spjegat hawn fuq, terminu li altrimenti jiskadi nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd, fi btala pubblika jew f’jum mhux tax-xogħol jiġi estiż sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

L-estensjoni tat-terminu sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss tapplika għas-suġġetti kollha u fil-proċeduri kollha.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Skont l-Artikolu 643 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta l-azzjoni titressaq quddiem seduta tal-qorti fi Franza metropolitana, it-termini sabiex persuna tidher quddiem il-qorti (comparution), tressaq appell ordinarju (appel), tressaq oġġezzjoni (opposition), titlob li jsir stħarriġ ta’ sentenza (révision) u tressaq appell fuq punti ta’ liġi lill-Qorti tal-Kassazzjoni (recours en cassation) jiġu estiżi:

  • b’xahar għal persuni li jgħixu fi Guadeloupe, fil-Gujana Franċiża, f’Martinique, f’Réunion, f’Mayotte, f’Saint Barthélemy, f’Saint Martin, f’Saint Pierre u Miquelon, fil-Polineżja Franċiża, fil-Gżejjer ta’ Wallis u Futuna, fil-Kaledonja Ġdida, fit-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika;
  • b’xahrejn għall-persuni li jgħixu f’pajjiż barrani.

Skont l-Artikolu 644 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta azzjoni titressaq quddiem seduta tal-qorti fi Guadeloupe, fil-Gujana Franċiża, f’Martinique, f’Réunion, f’Mayotte, f’Saint Barthélemy, f’Saint Martin, f’Saint Pierre u Miquelon jew fil-Gżejjer ta’ Wallis u Futuna t-termini sabiex persuna tidher quddiem il-qorti, tressaq appell ordinarju, tressaq oġġezzjoni u titlob li ssir reviżjoni ta’ sentenza jiġu estiżi:

  • b’xahar għall-persuni li ma jgħixux fil-komunità territorjali li għaliha s-seduta tal-qorti għandha ġuriżdizzjoni;
  • b’xahrejn għall-persuni li jgħixu f’pajjiż barrani.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Fil-prinċipju, skont l-Artikolu 538 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-terminu għal appell ordinarju huwa ta’ xahar fi kwistjonijiet kontenzjużi, jew ħmistax-il jum fi kwistjonijiet mhux kontenzjużi. Madankollu, diversi dispożizzjonijiet oħrajn jagħmlu eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju. Pereżempju, it-terminu għal tali appell huwa ta’ ħmistax-il jum f’każijiet ta’ ordnijiet magħmula fi proċedimenti interim, deċiżjonijiet tal-qorti ta’ eżekuzzjoni, deċiżjonijiet tal-qorti tal-familja, deċiżjonijiet tal-qorti tal-minorenni fi kwistjonijiet ta’ appoġġ edukattiv, eċċ.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Bħala regola ġenerali, it-termini sabiex persuna tidher quddiem il-qorti u għan-notifika ta’ taħrikiet fil-qrati ċivili jistgħu jitnaqqsu f’każijiet ta’ emerġenza, suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-qorti. Dawn it-termini jistgħu jitnaqqsu wkoll b’applikazzjoni tal-liġi jew tar-regoli.

Pereżempju, il-partijiet jistgħu jiġu awtorizzati jinnotifikaw taħrika għal data interim speċifikament indikata/proċedimenti ta’ notifika qasira, iżda wkoll fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa.

Bħala regola ġenerali, il-qrati jistgħu jiddeċiedu li jipposponu l-kunsiderazzjoni tagħhom tal-kawża għal data aktar tard sabiex jippermettu lill-partijiet jidhru quddiem il-qorti.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

F’konformità mal-Artikolu 647 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta att intenzjonat għal parti residenti f’post fejn tkun se tibbenifika minn estensjoni tat-terminu jiġi nnotifikat lilha personalment f’post fejn ir-residenti lokali ma jibbenifikawx minn tali estensjoni, japplikaw biss it-termini permessi għar-residenti lokali.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Mal-iskadenza ta’ terminu ta' preskrizzjoni jew dekadenza kwalunkwe proċedimenti jiġu preskritti; rikors jiġi ddikjarat inammissibbli mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-merti tiegħu.

Fil-każ ta’ terminu proċedurali stabbilit mil-liġi jew impost mill-qorti, il-pieni għal nuqqas ta’ osservanza jvarjaw skont ir-rwol tat-terminu u n-natura tal-pass li jrid jittieħed. Fil-leġiżlazzjoni ma hemm ebda dispożizzjoni għal sanzjonijiet minħabba nuqqas ta’ konformità mat-termini sabiex persuna tidher quddiem qorti: skont il-ġurisprudenza, nuqqas ta’ konformità ma’ dak it-terminu jannulla sentenza mogħtija qabel l-iskadenza tat-terminu jekk il-konvenut ma jkunx deher.

In-nuqqas ta’ diliġenza dovuta min-naħa tal-partijiet, fejn ikun hemm terminu stabbilit għal dak il-għan, ġeneralment jiġi ppenalizzat bit-tneħħija mil-lista tal-kawżi. Madankollu, nuqqas ta’ twettiq ta’ stadju proċedurali jista’ jiġi ppenalizzat ukoll permezz tan-nullità (pereżempju jekk it-taħrika ma tiġix innotifikata fir-reġistru tal-qorti fit-terminu preskritt) jew permezz tal-għeluq tal-investigazzjoni fil-kuntest tat-tħejjija tal-atti tal-kawża (proċedura bil-miktub standard).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Ma huma disponibbli ebda rimedji sabiex titreġġa’ lura l-iskadenza tad-dritt li tittieħed azzjoni legali, li huwa effett legali tal-iskadenza tal-terminu ta' preskrizzjoni jew dekadenza.

Madankollu, meta jkun hekk stabbilit mil-liġi, il-qorti għandha l-għażla li teħles parzjalment lil parti mid-dekadenza konsegwenti għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu. L-Artikolu 540 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jippermetti tneħħija parzjali tal-preskrizzjoni li tirriżulta minn nuqqas ta’ konformità mat-terminu sabiex tiġi kkontestata sentenza mogħtija f’kontumaċja, jew meqjusa li ngħatat fuq azzjoni difiża, jekk il-parti, mingħajr ebda ħtija min-naħa tagħha, ma kinitx taf bis-sentenza fil-ħin sabiex setgħet tikkontestaha, jew jekk ma setgħetx tieħu azzjoni.

Rikors għal ħelsien jista’ jitressaq kontra deċiżjoni tal-qorti li tiddikjara stadju proċedurali null u bla effett. Barra minn hekk, nullità ta’ dan it-tip tittermina l-proċedimenti attwali, iżda tħalli d-dritt li tittieħed azzjoni intatt. Għalhekk, jista’ jsir rikors ġdid sakemm ma tapplika ebda kawża li tkun ta’ ostaklu għall-proċedimenti, b’mod partikolari l-iskadenza tat-termini ta' dekadenza.

Ma jista’ jitressaq ebda appell kontra d-deċiżjoni li titneħħa kawża mil-lista ta’ kawżi. Madankollu, it-tneħħija tħalli l-azzjoni nnifisha intatta. It-termini ta' preskrizzjoni jew dekadenza jkunu ġew interrotti permezz tan-notifika tat-taħrika, u dak l-effett jibqa’. Is-sospensjoni tista’ tintemm permezz ta’ rikors sabiex il-kawża tiġi rreġistrata mill-ġdid fil-lista ta’ kawżi li jindika l-passi meħuda li jiġġustifikaw it-tneħħija.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSite Legifrance – Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (bil-Franċiż)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSite Legifrance - Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili bl-Ingliż u l-Ispanjol

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSite Legifrance – btajjel pubbliċi

L-aħħar aġġornament: 01/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - il-Kroazja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Fir-Repubblika tal-Kroazja, it-termini għall-proċeduri ċivili huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 111 - 114 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 25/13, 89/14 u 70/19; minn hawn ’il quddiem: ZPP).

Terminu huwa perjodu ta’ żmien speċifiku li matulu tista’ tittieħed azzjoni proċedurali, jew li qabel l-iskadenza tiegħu ma tistax tittieħed tali azzjoni.

Il-liġi proċedurali Kroata tirrikonoxxi diversi tipi ta’ termini:

  • termini statutorji (zakonski) u ġudizzjarji (sudski) — it-tul ta’ żmien tat-termini statutorji huwa stabbilit mil-liġi u ma jistax jitbiddel mill-qorti jew mill-partijiet, u t-tul ta’ żmien tat-termini ġudizzjarji huwa stabbilit mill-qorti, fid-diskrezzjoni tagħha għal kull każ speċifiku, fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni legali;
  • termini li jistgħu jiġu estiżi (produživi) u li ma jistgħux jiġu estiżi (neproduživi) — it-termini statutorji ma jistgħux jiġu estiżi, filwaqt li t-termini ġudizzjarji jistgħu jiġu estiżi, kif deċiż mill-qorti, iżda biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata, fejn ikun hemm bażi raġonevoli sabiex tagħmel dan (l-Artikolu 111(2) taz-ZPP);
  • termini suġġettivi (subjektivni) u oġġettivi (objektivni) — termini suġġettivi huma dawk li l-bidu tagħhom jiddependi fuq li l-persuna awtorizzata tikseb għarfien ta’ avveniment li huwa rilevanti għall-kalkolu tat-terminu u t-termini oġġettivi jiġu kkalkolati minn meta jseħħ il-fatt rilevanti, irrispettivament mill-persuna awtorizzata li tikseb għarfien tiegħu;
  • termini ta’ preskrizzjoni negattiva (prekluzivni) u termini indikattivi (instruktivni) — in-nuqqas ta’ konformità ma’ terminu ta’ preskrizzjoni negattiva jwassal għat-telf tad-dritt li titwettaq l-azzjoni proċedurali sussegwentement, filwaqt li n-nuqqas ta’ konformità ma’ terminu indikattiv ma jwassalx għal konsegwenzi dannużi u l-azzjoni proċedurali tista’ titwettaq sussegwentement;
  • termini minimi (dilatorni) u termini għall-eżekuzzjoni (paricijski) — termini minimi jfissru li azzjoni proċedurali ma tistax tittieħed qabel ikun għadda perjodu ta’ żmien partikolari, filwaqt li t-termini għall-eżekuzzjoni jfissru li l-qorti ma tistax twettaq attività partikolari qabel ma jkun skada t-terminu għall-eżekuzzjoni;
  • termini ċivili (građanskopravni) u proċedurali (procesnopravni) — termini ċivili jfissru dawk li jiffissaw perjodu ta’ żmien sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni jew jiġu ssodisfati d-dmirijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva ċivili, filwaqt li t-termini proċedurali jiffissaw perjodu ta’ żmien sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni jew jiġu ssodisfati d-dmirijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-liġi proċedurali (ċivili).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-lista ta’ jiem mhux tax-xogħol hija rregolata mill-Att dwar il-Btajjel, il-Jiem ta’ Tifkira u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tal-Kroazja(Zakon o blagdanima, spomendanima i neradnim danima u Republici Hrvatskoj) (NN Nru 110/19).

Il-btajjel pubbliċi fir-Repubblika tal-Kroazja huma dawn li ġejjin:

  • L-1 ta’ Jannar - L-Ewwel tas-Sena
  • Is-6 ta’ Jannar - L-Epifanija
  • Ħadd il-Għid u t-Tnejn ta’ wara l-Għid
  • Corpus Christi
  • L-1 ta’ Mejju - Jum il-Ħaddiem
  • It-30 ta’ Mejju - Jum is-Sovranità
  • It-22 ta’ Ġunju - Il-Jum tal-Ġlieda Kontra l-Faxxiżmu
  • Il-5 ta’ Awwissu - Jum il-Vitorja u r-Radd il-Ħajr u l-Jum iddedikat lill-Veterani tal-Patrija
  • Il-15 ta’ Awwissu - L-Assunzjoni
  • L-1 ta’ Novembru - Jum il-Qaddisin Kollha
  • It-18 ta’ Novembru - Jum ta’ Tifkira għall-vittmi tal-Gwerra Interna u ta’ Tifkira għall-vittmi ta’ Vukovar u Škabrnja
  • Il-25 ta’ Diċembru - Il-Milied
  • Is-26 ta’ Diċembru - L-Għada tal-Milied/Il-Jum iddedikat lil San Stiefnu

Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-btajjel pubbliċi huma jiem mhux tax-xogħol.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

It-termini jiġu kkalkolati f’jiem, xhur u snin.

Ir-regoli dwar il-kalkolu tat-termini japplikaw għat-termini kollha. It-termini jiġu kkalkolati f’jiem sħaħ, minn nofs il-lejl sa nofs il-lejl (computatio civilis, a die ad diem) u mhux minn mument għal mument, billi jiġu kkalkolati s-sigħat u l-minuti (computation naturalis, a momento ad momentum). Għal aktar informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ara r-risposta taħt 1).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Id-data tal-bidu hija d-data tal-bidu tal-proċeduri jew ta’ xi azzjoni oħra (pereżempju, notifika, avviż) minn meta jrid jiġi kkalkolat it-tul taż-żmien. Id-data tal-bidu mhijiex inkluża fit-termini espressi f’jiem. L-ewwel jum li jkun imiss jitqies bħala l-bidu tat-terminu.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Ir-regola ġenerali tan-notifika hija li din trid tiġi effettwata f’jum tax-xogħol u speċifikament mis-sebgħa (7) ta’ filgħodu sat-tmienja (8) ta’ filgħaxija, fir-residenza jew fuq il-post tax-xogħol tal-persuna li għandha tingħata n-notifika, jew fil-qorti meta l-persuna msemmija tkun tinsab hemmhekk. L-eċċezzjoni għar-regola msemmija fuq, jiġifieri li n-notifika għandha tiġi effettwata f’jum tax-xogħol u speċifikament mis-sebgħa (7) ta’ filgħodu sat-tmienja (8) ta’ filgħaxija, ma tapplikax għal notifika bil-posta jew minn nutar pubbliku.

In-notifika tista’ tiġi effettwata wkoll f’ħin u post ieħor bil-kunsens tal-persuna li għandha tingħata n-notifika

Jekk il-qorti tqis li jkun meħtieġ, hija toħroġ ordni sabiex in-notifika tiġi effettwata fi kwalunkwe post ieħor jew fi kwalunkwe ħin ieħor. Fil-każ ta’ din il-forma ta’ notifika, il-persuna li lilha tiġi kkomunikata l-komunikazzjoni għandha tingħata kopja tad-deċiżjoni tal-qorti li biha din tkun ġiet ordnata. Din id-deċiżjoni ma għandhiex bżonn tinkludi spjegazzjoni.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Jekk terminu jkun ġie kkalkolat f’jiem, il-jum meta saret in-notifika jew il-jum meta seħħ l-avveniment minn meta beda jiddekorri t-terminu ma jiġix inkluż f’tali terminu. Minflok, it-terminu għandu jibda fl-ewwel jum li jkun imiss.

Pereżempju, jekk l-avveniment minn meta beda perjodu ta’ żmien ta’ 15-il jum seħħ fil-5 ta’ Frar, it-terminu ta’ 15-il jum jiskadi f’nofs il-lejl fl-20 ta’ Frar.

Għalhekk, il-kalkolu tat-terminu ma jibdiex f’dak il-jum li jkun seħħ avveniment (dies a quo), iżda fil-jum ta’ wara.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta terminu jiġi espress f’jiem, in-numru ta’ jiem indikat jirreferi għal jiem kalendarji. Madankollu, jekk l-aħħar jum ta’ terminu jaqa’ fi btala pubblika jew nhar ta’ Ħadd jew fi kwalunkwe jum ieħor meta l-qorti ma tkunx miftuħa, tali terminu jiskadi fl-aħħar tal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

It-termini kkalkolati f’xhur jew snin jiġu fi tmiemhom fl-aħħar tal-jum tal-aħħar xahar jew sena li jkollhom l-istess numru bħall-jum li fih beda jiddekorri t-terminu.

Jekk ma jkun hemm ebda data bħal din fl-aħħar xahar, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Ara l-punt 8.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Terminu ffissat minn qorti jista’ jiġi estiż darba biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi għal dan.

Il-mozzjoni għandha tiġi ppreżentata qabel l-iskadenza tat-terminu li għalih tintalab estensjoni.

Ma hemm ebda appell kontra deċiżjoni dwar l-estensjoni ta’ terminu.

It-terminu estiż jibda fl-ewwel jum li jkun imiss wara l-iskadenza tat-terminu li għalih intalbet l-estensjoni.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-partijiet jistgħu jressqu appell kontra sentenza mogħtija minn qorti tal-prim’istanza fi żmien ħmistax-il jum mid-data meta tiġi nnotifikata kopja tas-sentenza, sakemm dan l-Att ma jipprevedix terminu ieħor. F’tilwimiet li jinvolvu kontrolli u kambjali, dan it-terminu jkun ta’ tmint ijiem.

Dawn it-termini għall-preżentazzjoni ta’ appell huma sospiżi bejn l-1 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Awwissu.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Terminu ffissat minn qorti jista’ jiġi estiż darba biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi għal dan.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ir-regoli tal-proċedura ċivili fir-Repubblika tal-Kroazja ma jipprevedu ebda estensjoni tat-terminu skont il-post tar-residenza tal-partijiet.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Il-konsegwenzi jiddependu fuq in-natura legali tal-iskadenzi, jiġifieri, fil-każ ta’ termini statutorji li ma jistgħux jiġu estiżi u fejn il-parti tonqos milli tieħu azzjoni proċedurali fit-terminu preskritt, tali nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenza jirriżulta fit-telf tad-dritt li sussegwentement tittieħed l-azzjoni proċedurali.

Min-naħa l-oħra, hemm termini li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ma jirriżultax fit-telf tad-dritt li sussegwentement tittieħed azzjoni, u dawn it-termini ssir referenza għalihom bħala indikattivi.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk parti tonqos milli tidher f’seduta ta’ smigħ jew milli tilħaq skadenza sabiex tieħu azzjoni fil-proċedimenti u, għal dik ir-raġuni, titlef id-dritt li tieħu dik l-azzjoni, il-qorti tista’ tippermetti lil dik il-parti, fuq mozzjoni tagħha stess, li tieħu dik l-azzjoni aktar tard (mozzjoni sabiex jitreġġa’ lura status preċedenti), jekk hija tqis li kien hemm raġunijiet leġittimi għall-ommissjoni.

Il-mozzjoni għandha titressaq fi żmien tmint ijiem mill-jum meta tkun waqfet teżisti r-raġuni għall-ommissjoni; jekk il-parti tkun saret taf bl-ommissjoni aktar tard, il-perjodu ta’ żmien imsemmi fuq jibda jiddekorri minn dakinhar li hija tkun saret taf biha. Wara l-iskadenza ta’ xahrejn mid-data tal-ommissjoni, ma tista’ titressaq ebda mozzjoni sabiex jitreġġa’ lura status preċedenti.

L-aħħar aġġornament: 25/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Italja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

It-termini proċedurali, jiġifieri l-perjodu ta’ żmien li fih trid issir miżura partikolari, jista’ jkun a) perentorju (perentorio), jiġifieri li jekk jitħalla jgħaddi l-azzjoni tiġi preskritta; b) indikattiv ordinatorio), jiġifieri li n-nuqqas ta’ osservazzjoni ma ġġibx magħha l-preskrizzjoni tal-azzjoni jew in-nullità; c) minimu (dilatorio), jiġifieri li l-miżura ssir nulla jekk tittieħed qabel id-data konċernata. (l-Artikoli minn 152 sa 155 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ara l-anness imsemmi iktar l’isfel).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Huma meqjusa bħala festi: il-Ħdud kollha, l-1 ta’ Jannar, is-6 ta’ Jannar, il-25 ta’ April, it-Tnejn ta’ wara l-Għid, l-1 ta’ Mejju, it-2 ta’ Ġunju, il-15 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Novembru, it-8 ta’ Diċembru u l-25 u s-26 ta’ Diċembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Fil-kalkolu ta’ terminu proċedurali l-ewwel ġurnata (dies a quo) ma tgħoddx. Jekk l-aħħar ġurnata (dies ad quem) tinzerta festa, it-terminu jiġi pospost awtomatikament għall-ewwel jum suċċessiv li ma jkunx festa. Jekk il-liġi tagħmel referenza għall-kunċett ta’ “ġranet ta’ festa” (giorni liberi), ma jingħaddux la l-ewwel u lanqas l-aħħar ġurnata.

Jekk il-liġi ma tgħidx b’mod ċar li l-limitu taż-żmien huwa perentorju, jiġi kkunsidrat indikattiv.

Għal kalkolu tat-termini f’xhur jew snin, jiġi osservat il-kalendarju komuni; għalhekk l-iskadenza sseħħ kif jgħaddi l-aħħar mument tal-jum tax-xahar tal-ewwel wieħed jew, f’każ ta’ limiti taż-żmien fi snin, fl-aħħar mument tal-jum tax-xahar u tas-sena (ta’ wara) li jikkorrespondu għal dawk tal-bidu, irrispettivament minn jekk ix-xahar għandux 31 jew 28 ġurnata jew jekk fil-kalkolu huwiex inkluż ix-xahar ta’ Frar ta’ sena biżestili.

It-termini perentorji ma jistgħux jiġu estiżi.

Il-limiti taż-żmien proċedurali fi qrati ordinarji u amministrattivi (bl-eċċezzjoni ta’ każijiet industrijali) jiġu sospiżi awtomatikament matul il-vaganzi tas-sajf mill-1 sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, skont ir-riforma implimentata mid-Digriet tal-Liġi Nru 132/2014 (qabel is-sospensjoni kienet iddum sal-15 ta’ Settembru) u l-kalkolu tagħhom kien jerġa’ jibda jew jintemm ma’ tmiem dan il-perjodu ta’ sospensjoni.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Jekk id-data tal-bidu ma tiġix speċifikata mill-imħallef, il-limitu taż-żmien normalment jibda jiddekorri minn meta l-parti realment jew ġuridikament issir taf bl-obbligu (pereżempju: il-limitu taż-żmien għal appell jibda bin-notifika tas-sentenza, jew fin-nuqqas, mal-pubblikazzjoni).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Il-problema tista’ tqum f’żewġ sitwazzjonijiet:

a) B’referenza għat-termini li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika jew komunikazzjoni ta’ att (pereżempju t-termini għall-appell ta’ sentenza).

F’dawn il-każijiet, għall-finijiet ta’ appell fit-terminu qasir skont l-Artikolu 325 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (30 jum għall-appell, jew 60 jum għal appell fuq punt ta’ liġi quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni) huwa importanti l-mument tal-wasla tal-kopja tas-sentenza mingħand id-destinatarju. Għalhekk il-mument li fih jibda jgħodd it-terminu jista’ jvarja skont id-diversi mezzi ta’ notifika, għaliex in-notifika bil-posta tista’ tieħu aktar żmien min-notifika bil-marixxall.

b) Il-Qorti Kostituzzjonali, f’dak li jikkonċerna n-notifika bil-posta (is-sentenzi Nru 477 tal-2002 u Nru 28 tal-2004) qalet li n-notifika ta’ dokument tal-qorti titwettaq min-naħa tal-mittent meta d-dokument jasal f’idejn il-marixxall tal-qorti, ikun xi jkun il-metodu ta’ notifika (permezz tal-posta jew bil-marixxall tal-qorti), filwaqt li d-destinatarju jitqies innotifikat fid-data meta jirċievi l-att.

Dan il-prinċipju jfisser li l-ħin tan-notifika tad-dokument mill-mittent huwa differenti mil-ħin tal-wasla għand id-destinatarju, prinċipju aċċettat ukoll mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000. Il-prinċipju jikkonċerna biss in-notifika fil-ħin tad-dokument, għaliex il-limitu taż-żmien legali jitqies li ġie osservat mill-parti li qed tagħmel in-notifika jekk id-dokument jingħata lill-marixxall tal-qorti qabel l-iskadenza tat-terminu. Ma għandu l-ebda impatt fuq il-bidu tal-bidu għal termini oħra, li huwa l-ħin tan-notifika jew konsenja tad-dokument lid-destinatarju, jew il-pubblikazzjoni ta’ sentenza, jew avveniment ieħor kif spjegat f’aktar dettall iktar il-fuq.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Le, id-data meta jseħħ l-avveniment ma tingħaddx.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Jingħaddu l-ġranet kollha; meta t-terminu finali jaħbat festa biss jiġi estiż għall-ġurnata ta’ xogħol li jmiss.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Għall-kalkolu tat-termini f’xhur jew snin, jiġi osservat il-kalendarju komuni.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

F’dawk il-każijiet l-iskadenza sseħħ kif jgħaddi l-aħħar jum tax-xahar li jikkorrespondi ma dak tal-bidu jew, f’każ ta’ termini fi snin, fl-aħħar mument tal-ġurnata tax-xahar u s-sena (sussegwenti) li tikkorespondi ma dik tal-bidu, irrispettivament minn jekk ix-xhur għandhomx 31 jew 28 ġurnata jew jekk il-kalkolu jinkludix ix-xahar ta’ Frar ta’ sena biżestili.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

It-termini perentorji ma jistgħux jiġu estiżi. Madankollu l-partijiet jistgħu jitolbu lill-qorti għal estensjoni meta jistgħu juru li għaddielhom it-terminu minħabba raġunijiet mhux ħtija tagħhom.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Trid issir distinzjoni, l-ewwelnett, bejn termini fit-tul u termini qosra.

It-terminu twil huwa ta’ sitt xhur mill-pubblikazzjoni tas-sentenza. It-terminu qasir, li jibda jgħaddi min-notifika tas-sentenza, huwa ta’ 30 jum għall-appell quddiem qorti tal-appell u 60 jum għal appelli quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. L-azzjoni revokatorja minn terz (opposizione di terzo revocatoria) u rikorsi għal reviżjoni (revocazione) jridu jiġu ppreżentati fi żmien 30 jum wara l-iskopertà tal-frodi jew żball li fuqu jistrieħ ir-rikors. L-appelli minħabba nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni jridu jiġu ppreżentati fi żmien 30 jum.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Normalment il-qorti tista’ tiffissa t-terminu fid-diskrezzjoni tagħha skont intervall stabbilit bil-liġi. Madankollu it-termini li fihom trid tidher il-qorti l-parti hija l-liġi u mhux il-qorti li tistabbilixxihom. Skont l-Artikolu 168bis tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, il-qorti tista’ tipposponi d-data tal-ewwel seduta ta’ smigħ sa massimu ta’ 45 jum.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Fl-Italja mhemmx regola ġenerali għall-awtorizzazzjoni ta’ estensjoni tat-termini. Madankollu, f’ċerti każjijiet, it-termini ġew sospiżi minħabba diżastri naturali. Għalhekk, b’mod ġenerali, il-benefiċċju tal-estensjoni japplika biss għall-persuna jew qasam kopert minn miżura jew minn digriet ministerjali.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

In-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu perentorju jfisser li l-parti ma tkunx tista’ tieħu dik il-miżura li kien jippermettilha t-terminu.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-partijiet li jkunu ħallew it-terminu jgħaddi jistgħu jitolbu, billi juru raġuni mhux ħtija tagħhom, li jerġa’ jibda jgħaddi t-terminu.

Annessi relatati

Termini proċedurali: Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, Artikoli 323–338 PDF(72 Kb)it

Termini proċedurali: Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, Artikoli 152-155 PDF(41 Kb)it

L-aħħar aġġornament: 22/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Ċipru

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Dawn li ġejjin huma l-aktar tipi ta' preskrizzjoni importanti skont ir-regoli tal-proċedura ċivili:

Il-preskrizzjoni biex jiġu ppreżentati dokumenti ġudizzjarji:

F'każ ta' rikors ġuramentat ġeneralment approvat, ir-rikorrent irid jippreżenta r-rikors tiegħu lill-qorti u jinnotifikah lill-konvenut fi żmien għaxart ijiem mid-data meta l-konvenut jiddikjara li se jidher personalment il-qorti biex jiddefendi lilu nnifsu, sakemm mhux speċifikat xorta oħra mill-qorti.

In-nota tal-eċċezzjonijiet ta' konvenut li diġà ddikjara li se jidher personalment il-qorti għandha tiġi ppreżentata fi żmien 14-il jum mid-data ta' notifika tar-rikors, sakemm dan iż-żmien ta' preskrizzjoni ma jiġix estiż mill-qorti.

Il-preskrizzjoni għall-eżekuzzjoni ta' sentenza tal-qorti:

Sentenza tal-qorti hija eżegwibbli fi żmien sitt snin mid-data li fiha saret eżekuttiva. Jekk is-sentenza ma tistax tiġi eżegwita fiż-żmien stabbilit, ir-rikorrent jista' jitlob it-tiġdid tas-sentenza (li jikkostitwixxi estensjoni indiretta tal-preskrizzjoni).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Minbarra s-Sibt u l-Ħadd, il-ġranet ta' festa f'Ċipru jinkludu l-ġranet li ġejjin:

  • L-Ewwel tas-Sena: l-1 ta' Jannar
  • L-Epifanija is-6 ta' Jannar
  • Clean Monday (timxi skont il-kalendarju)
  • Btala Nazzjonali: il-25 ta' Marzu (tifkira tal-bidu tar-rivoluzzjoni tal-1821)
  • Btala Nazzjonali: l-1 ta' April (tifkira tal-bidu tal-ġlieda għall-ħelsien ta' Ċipru bejn l-1955-1959)
  • Jum il-Ħaddiem: l-1 ta' Mejju
  • Il-Ġimgħa l-Kbira: Il-Ġimgħa ta' qabel l-Għid
  • It-Tnejn ta' wara l-Għid: It-Tnejn ta' wara l-Għid
  • Il-Pentekoste
  • Santa Marija: il-15 ta' Awwissu
  • Jum l-Indipendenza: l-1 ta' Ottubru
  • Btala Nazzjonali: it-28 ta' Ottubru (l-anniversarju tal-"LE" tal-1940)
  • Lejlet il-Milied: l-24 ta' Diċembru
  • Jum il-Milied: il-25 ta' Diċembru
  • San Stiefnu: il-26 ta' Diċembru

Barra minn hekk, skont ir-regola Nru 61 tal-Proċedura Ċivili, il-jiem li ġejjin huma l-ġranet ta' festa uffiċjali għas-sistema ġudizzjarja:

  • Il-perjodu bejn l-10 ta' Lulju u d-9 ta' Diċembru inklużi (il-vaganzi tas-sajf).
  • Il-perjodu bejn l-24 ta' Diċembru sas-6 ta' Jannar inklużi (il-vaganzi tal-Milied).
  • Il-perjodu mill-Ħamis ta' qabel l-Għid sal-Ħadd ta' San Tumas inklużi (il-vaganzi tal-Għid).

Is-seduti tas-smigħ jew proċedimenti oħra jistgħu jsiru matul il-perjodi msemmijin biss jekk ikun hemm struzzjonijiet mill-Qorti Suprema jew minn imħallef f'każ ta' proċedimenti li jaqgħu fil-ġurizdizzjoni tiegħu.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

  • Ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili japplikaw għal diversi proċeduri ċivili.
  • Id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Preskrizzjoni 165(I)/2002 japplikaw għall-preskrizzjoni biex tinfetaħ kawża.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-preskrizzjoni tibda tgħodd mid-data wara li ssir in-notifika għaliex, skont l-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Interpretazzjoni, "jiem" tfisser "jiem sħaħ".

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Skont ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili, id-dokumenti jiġu notifikati fir-Repubblika ta' Ċipru personalment permezz ta' marixxall (ħlief f'każijiet eċċezzjonali fejn il-Qorti tista' tordna li ssir mod ieħor wara talba tal-partijiet). Il-preskrizzjoni mhix affettwata mid-data tan-notifika.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Le. Ara t-tweġiba mogħtija għad-domanda Nru 4 aktar 'il fuq.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta l-preskrizzjoni tiġi espressa f'jiem, hija tindika "jiem kalendarji", ħlief jekk il-qorti tordna mod ieħor f'każ speċifiku. Pereżempju, il-qorti tista' tordna li l-oġġezzjoni tal-konvenut tiġi ppreżentata "fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mid-data tal-lum" jew li l-inġunzjoni għandha tiġi nnotifikata (pereż. lill-konvenut fi proċedimenti ex parte jew lil bank fi proċedimenti ta' ffriżar tal-kontijiet) "fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mit-tfassil tagħha".

Skont l-Att dwar l-Interpretazzjoni, "jiem" dejjem tfisser "jiem sħaħ".

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-preskrizzjoni tirreferi għal ġimgħat jew xhur kalendarji.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

F'dawn il-każijiet il-preskrizzjoni tiskadi kif tgħaddi l-aħħar siegħa tal-aħħar ġurnata tal-ġimgħa, xahar jew sena tal-preskrizzjoni.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, f'dan il-każ il-preskrizzjoni tiġi estiża sal-ewwel ġurnata ta' xogħol tal-għada li jkun imiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Skont ir-Regola tal-Proċedura Ċivili Nru 57, Ordni 2, il-qorti tista' testendi jew tqassar kull preskrizzjoni li hija pprovduta fir-regoli msemmija hawn fuq jew f'inġunzjoni rilevanti, mingħajr ma timponi kundizzjonijiet jew skont dawn il-kundizzjonijiet kif meħtieġa fl-interessi tal-ġustizzja.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Jista' jsir appell kontra inġunzjoni finali jew temporanja fuq kwistjoni li ma tikkostitwixxix azzjoni u kontra ċ-ċaħda ta' rikors provviżorju fi żmien 14-il jum minn meta l-inġunzjoni ssir vinkolanti jew minn meta r-rikors jiġi miċħud.

Fil-każijiet l-oħra (pereż. kontra sentenza finali f'kawża ċivili) l-appell irid isir fi żmien sitt ġimgħat minn meta s-sentenza ssir vinkolanti.

Il-preskrizzjoni tista' tiġi estiża biss f'każijiet rari u eċċezzjonali.

It-tipi ta' preskrizzjoni differenti biex issir kawża huma stabbiliti fl-Att dwar il-Preskrizzjoni 165(I)/2002.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Wara li ssir in-notifika tar-rikors, hemm preskrizzjoni ta' għaxart ijiem sabiex il-konvenut jiddikjara li se jidher personalment quddiem il-qorti.

Mill-bqija, id-dati sabiex il-partijiet jidhru l-qorti jiġu stabbiliti mill-qorti nnifisha.

L- ewwel data għad-dehra l-qorti f'każ ta' rikors tiġi stabbilita mir- reġistru tal-qorti mal-preżentata tar-rikors, sakemm ma hemmx raġuni speċjali biex tiġi ffissata data speċifika għad-dehra l-qorti. F'dak il-każ, id-data speċifika tiġi ffissata biss wara li tingħata l-awtorizzazzjoni mill-qorti li tkun qed tisma' l-każ.

Rigward il-modifika ta' preskrizzjoni oħra, ara t-tweġiba għad-domanda Nru 11 aktar 'il fuq.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Jekk il-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni hija dik ta' Ċipru, l-istess regoli u l-istess preskrizzjoni japplikaw, minkejja l-post ta' residenza tal-parti li ġiet innotifikata.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta d-dikjarazzjoni li se jidher il-qorti, jew, sussegwentement, in-nota tal-eċċezzjonijiet fiż-żmien stabbilit, ir-rikorrent jista' jippreżenta rikors għal deċiżjoni favur tiegħu.

Bl-istess mod il-konvenut jista' jippreżenta rikors biex it-talba tar-rikorrent tiġi miċħuda jekk, fil-każ ta' rikors ġuramentat ġeneralment aċċettat, ir-rikorrent ma jkunx ippreżentah fiż-żmien stabbilit.

Barra minn hekk, oġġezzjoni għal rikors ippreżentata wara li jkun skada ż-żmien rilevanti tista' tiġi injorata mill-qorti u għalhekk il-konvenut kontumaċi jista' jitlef id-dritt li jinstema' matul il-proċedimenti.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-konvenut kontumaċi li t-talba tiegħu ġiet miċħuda jista' jitlob sabiex jinstema' fil-kawża.

Konvenut kontumaċi li ngħatat sentenza kontrih jista' jitlob li titħassar is-sentenza.

Dawn it-talbiet jiġu awtorizzati bħala deroga.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Latvja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-preskrizzjoni proċedurali hija l-perjodi ta' żmien li fihom irid jittieħed il-pass proċedurali.

Dawn il-perjodi jistgħu jinqassmu f'kategoriji skont min hu marbut bihom:

Il-preskrizzjoni li trid tiġi osservata minn qorti, mħallef jew bailiff hija stabbilita mil-liġi, u normalment tkun qasira. Fil-proċedimenti ċivili, dawn il-perjodi jvarjaw minn jum għal 30 jum (pereżempju, l-Artikolu 102(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), 15-il jum; l-Artikolu 140(9), 30 jum; l-Artikolu 341.6(2), 15-il jum). L-imħallef irid jiddeċiedi jaċċettax rikors fi żmien sebat ijiem minn mindu jirċevih, iżda meta r-rikors jikkonċerna r-ritorn ta' minuri lejn il-Latvja, u jrid jiġi ppreżentat lil qorti barranija, id-deċiżjoni trid tittieħed matul seduta tal-qorti fi żmien 15-il jum wara li jkunu bdew il-proċedimenti. Sentenza dwar miżuri għall-garanzija ta' talba trid tingħata mhux aktar tard mill-għada li jkunu bdew il-proċedimenti. Deċiżjoni dwar protezzjoni provviżorja kontra l-vjolenza trid tingħata mhux aktar tard mill-ġurnata ta' xogħol wara li jkun wasal ir-rikors, jekk ma jkunux meħtieġa aktar provi jew jekk id-dewmien jista' jaffettwa d-drittijiet tar-rikorrent b'mod sinifikanti; f'każijiet oħra trid tingħata fi żmien 20 jum minn meta jasal ir-rikors. Għal ċerti kategoriji ta' kawżi hemm preskrizzjoni li fiha jrid jibda l-eżami tal-kawża jew inkella jsir rieżami u jispiċċa b'sentenza. Kopja vera tas-sentenza jew deċiżjoni trid tintbagħat mhux aktar tard minn tlett ijiem wara li tingħata s-sentenza jew id-deċiżjoni, jew, jekk tingħata sentenza qasira, fi żmien tlett ijiem tat-tfassil tas-sentenza sħiħa. Hemm preskrizzjoni oħra provvduta mil-liġi. Xi kultant il-qorti jew il-bailiff iridu jieħdu ċerti passi minnufih. F'ċerti każijiet previsti mil-liġi hemm preskrizzjoni ġenerali li l-qrati jew l-imħallef jistgħu jagħmluhom speċifiċi, u b'hekk jimponu huma stess iż-żmien li fih irid isir dan il-pass. F'kawżi kumplessi l-qorti tista' tagħti sentenza qasira li tikkonsisti biss f'parti introduttorja u parti operattiva. Il-qorti tikteb is-sentenza sħiħa fi żmien 14-il jum u tispeċifika data meta din tkun lesta. Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili ma tispeċifikax preskrizzjoni li fiha l-qorti trid tipprepara u tiddeċiedi kawża ċivili. Madankollu, l-Artikolu 28 tal-Liġi dwar is-Setgħa Ġudizzjarja jgħidli, sabiex tiġi żgurata d-difiża tad-drittijiet miksura ta' persuna, qorti trid teżamin każ "b'mod f'waqtu" (savlaicīgi), li jfisserli l-kawża trid tinqata' malajr kemm jista' jkun. Fl-istess ħin, b'eċċezzjoni għall-proċedura ordinarja tal-qorti, il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tistabbilixxi preskrizzjoni speċifika għall-eżami ta' rikorsi għal ċerti kategoriji ta' kawżi ċivili li huma soġġetti għal proċeduri speċjali: pereżempju, imħallef irid jiddeċiedi dwar rikors għall-eżekuzzjoni mhux kontestata tal-obbligi (saistību bezstrīdus piespiedu izpildīšana) fi żmien sebat ijiem mill-wasla tar-rikors. Barra minn hekk, hemm dispożizzjonijiet f'leġiżlazzjoni speċjalizzata li jispeċifikaw liema kwistjonijiet iridu jiġu deċiżi permezz ta' proċedura straordinarja (pereżempju, trid tingħata prijorità li kull kawża marbuta mat-tħaris tad-drittijiet u l-interessi tat-tfal kif previst fil-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal).

Il-preskrizzjoni għall-passi proċedurali li jridu jittieħdu mill-partijiet fil-proċedimenti - dawn it-termini huma stabbiliti mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili - 14-il jum qabel is-seduta ta' smigħ għall-preżentazzjoni tal-provi, sakemm l-imħallef ma jistabbilixxix żmien ieħor; għaxart ijiem għall-preżentazzjoni ta' oġġezzjoni anċillari (blakus sūdzība); 20 jum għal appell (apelācija), eċċ. B'mod ġenerali, madankollu, il-preskrizzjoni applikabbli għall-partijiet fil-proċedimenti u kull parti interessata oħra tiġi stabbilita mill-qorti, imħallef jew bailiff, li jiffissaw data speċifika ta' preskrizzjonili l-liġi tistabbilixxi biss f'termini ġenerali, jew jiffissaw data b'mod indipendenti, filwaqt li jqisu t-tip ta' pass proċedurali, kemm hemm bogħod mill-post ta' residenza jew fejn tinsab il-persuna, u ċirkostanzi oħra.

Il-preskrizzjoni applikabbli għall-persuni li mhumiex partijiet fil-kawża tiġi stabbilita biss minn qorti jew imħallef.

Il-preskrizzjoni ewlenija hija kif ġej:

  • preskrizzjoni għall-preżentazzjoni tal-provi: sakemm l-imħallef ma jipprovdix mod ieħor, il-provi jridu jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn 14-il jum qabel seduta ta' smigħ. Waqt li tkun qed tinstema' l-kawża, il-provi jistgħu jiġu ppreżentati wara talba dettaljata tal-parti fil-kawża jew parti terza, sakemm dan ma jkunx ifisser dewmien fid-deċiżjoni tal-kawża, jewli l-qorti taċċettali hemm raġunijiet tajba għaliex il-provi ma ġewx ippreżentati fil-ħin, jewli l-provi jikkonċernaw fatti li nkixfu matul l-andament tal-proċedimenti. Deċiżjoni tal-qorti li tirrifjuta l-provi ma tistax tiġi kontestata, iżda l-oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni jistgħu jitressqu f'appell sħiħ (apelācija) jew f'appell fuq punt ta' liġi (kasācija).
  • il-preskrizzjoni għall-konvenut biex jippreżenta l-osservazzjonijiet: jekk ikunu bdew il-proċedimenti, ir-rikors u l-kopji tad-dokumenti mehmuża jridu jintbagħtu lill-konvenut minnufih, b'posta reġistrata, bi preskrizzjoni għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub ta' 15 sa 30 jum mid-data minn meta jkun intbagħat ir-rikors.
  • il-preskrizzjoni għall-korrezzjoni tan-nuqqasijiet f'rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti u r-ritrattazzjoni tal-kawża: meta s-sentenza tingħata b'kontumaċja, il-konvenut għandu 20 jum mid-data tas-sentenza biex jitlob lil-qorti terġa' tiftaħ il-proċedimenti u terġa' tisma' l-kawża mill-ġdid.

Il-preskrizzjoni għas-sospensjoni tal-proċedimenti:

  • f'każ ta' mewt ta' persuna fiżika, jew meta ma tibqax reġistrata persuna ġuridika, min hu parti fil-kawża jew parti terza b'talba indipendenti, u meta r-relazzjoni ġuridika tippermetti t-trasferiment tad-drittijiet, il-perjodu rilevanti jkun iż-żmien sakemm jinħatar suċċessur jew rappreżentant legali;
  • Meta l-qorti tkun iddeterminat din ir-restrizzjoni fuq il-kapaċità ta’ azzjoni għal parti jew terza persuna li minħabba f’hekk ma tistax teżerċità b’mod indipendenti d-drittijiet u l-obbli proċedurali ċivili‑ - sakemm jiġi maħtur rappreżentant legali;
  • meta l-parti għall-proċedimenti jew parti terza ma tistax tieħu sehem fil-proċedimenti minħabba mard serji, l-età jew diżabbiltà, il-perjodu rilevanti jkun iż-żmien sal-iskadenza stabbilita mill-qorti għall-ħatra ta' rappreżentant;
  • meta l-qorti tieħu deċiżjoni dwar il-preżentazzjoni ta' rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, jew il-Qorti Kostituzzjonali bdiet proċedimenti dwar talba kostituzzjonali tar-rikorrent jew tal-applikant, jew meta l-qorti tieħu deċiżjoni li tirreferi kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal sentenza preliminari, jew meta mhux possibbli li l-kawża tiġi deċiża sakemm tinqata' kawża oħra ċivili, kriminali jew amministrattiva, iż-żmien rilevanti huwa ż-żmien sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali jew tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew tal-qorti ċivili, kriminali jew amministrattiva;
  • meta l-parti fil-proċedimenti jew parti terza b'talba indipendenti tinsab barra l-fruntieri tal-Latvja fuq missjoni għal żmien twil jew dmirijiet uffiċċjali, jew ħareġ avviż biex jinsab il-konvenut, jew meta parti fil-proċedimenti jew parti terza b'talba indipendenti ma tistax tieħu sehem fil-proċedimenti minħabba mard, jew meta l-qorti tordna rapport espert, il-perjodu rilevanti jkun iż-żmien sakemm ma jibqgħux fis-seħħ dawn iċ-ċirkostanzi;
  • meta l-partijiet jaqblu dwar is-sospensjoni tal-proċedimenti u t-terza parti b'talba indipendenti ma għandhiex oġġezzjoni, il-perjodu rilevanti jkun l-iskadenza mniżżla fid-deċiżjoni tal-qorti;
  • fejn il-proċedimenti ta’ insolvenza ta’ persuna ġuridika jew proċedimenti ta’ insolvenza ta’ persuna fiżika ġew iddikjarati għal konvenut fit-talbiet li huma ta’ natura finanzjarja, il-perjodu rilevanti huwa ż-żmien sakemm jitlestew il-proċedimenti ta’ insolvenza.

Il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' appell (apelācija): appell kontra deċiżjoni ta' qorti tal-ewwel istanza jista' jitressaq fi żmien 20 jum wara li tingħata s-sentenza. Meta tingħata s-sentenza fil-qosor, il-preskrizzjoni għall-appell tibda għaddejja mid-data ffissata mill-qorti għall-għoti tas-sentenza sħiħa. Jekk is-sentenza sħiħa tingħata wara d-data stabbilita, il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' appell kontriha tibda għaddejja mid-data li fiha kienet ingħatat is-sentenza. Appell ippreżentat wara l-perjodu ta' preskrizzjoni mhux ammissibbli u jintbagħat lura lill-mittent.

Il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' oġġezzjoni anċillari (blakus sūdzība); oġġezzjoni anċillari tista' tiġi ppreżentata fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni kontestata, sakemm il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili ma tipprovdix mod ieħor. Oġġezzjoni anċillari ppreżentata wara l-perjodu ta' preskrizzjoni mhix ammissibbli u tintbagħat lura lill-mittent;

Il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' rikors dwar il-kunsiderazzjoni ta' fatti li jkunu nstabu riċentement: il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni għal dan ir-rikors tibda għaddejja:

  • fir-rigward ta' ċirkostanzi essenzjali għall-kawża li kienu fis-seħħ fi żmien il-proċedimenti iżda ma kienux u ma setax ikun jaf bihom ir-rikorrent: mill-ġurnata li fiha nkixfu dawn il-fatti;
  • fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet tax-xhieda foloz mogħtija bi ħsieb, opinjonijiet tal-esperti jew traduzzjonijiet, jew provi miktuba jew materjali ffalsifikati li nkixfu fir-rigward ta' sentenza tal-qorti li daħħlet fis-seħħ f'kawża kriminali, li fuqha ngħatat is-sentenza, jew fir-rigward ta' attivitajiet kriminali li nkixfu fir-rigward ta' sentenza li daħħlet fis-seħħ wara kawża kriminali, li fuqhom ġiet ibbażata s-sentenza illegali jew mhux fondata jew ittieħdet id-deċiżjoni; mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-sentenza wara kawża kriminali;
  • fir-rigward tal-annullament ta' sentenza tal-qorti, jew ta' deċiżjoni minn istituzzjoni oħra li fuqha ġiet ibbażata s-sentenza jew id-deċiżjoni: mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-qorti li tannulla s-sentenza fil-kawża ċivili jew kriminali, jew mid-data tal-annullament tad-deċiżjoni tal-istituzzjoni l-oħra li fuqha ġiet ibbażata s-sentenza jew id-deċiżjoni li qed jintalab l-annullament tagħha fid-dawl tal-fatti mikxufa‑riċentement;
  • meta jiġi rikonoxxut li regola ġuridika li ġiet applikata fid-deċiżjoni tal-kawża mhix kompatibbli ma' regola ġuridika li tieħu preċedenza fuqha: mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-sentenza jew deċiżjoni oħra meta r-regola applikata titlef is-saħħa tagħha għaliex mhix konformi mar-regola li tieħu preċedenza fuqha.

Il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' eżekuzzjoni: dokument ta' eżekuzzjoni jista' jiġi ppreżentat għall-eżekuzzjoni fi żmien 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni tal-qorti jew imħallef, sakemm ma jkunux stabbiliti perjodi oħra.

Meta s-sentenza tal-qorti tordnali d-dejn jiġi rkuprat permezz ta' pagamenti perjodiċi, id-dokument ta' eżekuzzjoni jibqa' fis-seħħ matul il-perjodu kollhu li fih iridu jsiru l-pagamenti; madankollu, il-perjodu ta' 10 snin msemmija hawn qabel jibdew għaddejjin fl-aħħar ġurnata għal kull pagament.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont il-Liġi dwar il-Festi Pubbliċi, il-Jiem ta’ Tifkira u l-Jiem ta’ Festa, id-dati li ġejjin ġew stabbiliti bħala festi pubbliċi:

  • l-1 ta' Jannar: Jum l-Ewwel tas-Sena;
  • il-Ġimgħa l-Kbira, Ħadd il-Għid u t-Tnejn ta' wara l-Għid;
  • l-1 ta’ Mejju: Jum il-Ħaddiem, il-kommemorazzjoni tal-Konvokazzjoni tal-Assemblea Kostitwenti tar-Repubblika tal-Latvja;
  • l-4 ta’ Mejju: il-kommemorazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar ir-Ristawr tal-Indipendenza tar-Repubblika tal-Latvja;
  • it-tieni Ħadd tal-Mejju; Jum l-Omm;
  • Għid il-Ħamsin;
  • it-23 ta' Ġunju: Nofs is-Sajf;
  • l-24 ta' Ġunju: Jum San Ġwann, Nofs is-Sajf;
  • L-aħħar jum tal-Festival Latvjan tal-Kant u ż-Żfin;
  • it-18 ta' Novembru: il-kommemorazzjoni tal-proklamazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja.
  • L-24, il-25 u s-26 ta' Diċembru: il-Milied (solstizju tax-xitwa);
  • il-31 ta' Diċembru: Lejlet l-Ewwel tas-Sena.

L-Ortodossi u oħrajn li jemmnu ta’ denominazzjonijiet reliġjużi oħra jiċċelebraw l-Għid, Għid il-Ħamsin u l-Milied fid-dati determinati minn dawn id-denominazzjonijiet reliġjużi.

Jekk l-4 ta’ Mejju, l-aħħar jum tal-Festival Latvjan tal-Kant u ż-Żfin jew it-18 ta’ Novembru jaqgħu is-Sibt jew il-Ħadd, il-ġurnata ta’ xogħol li jmiss issir vaganza.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-passi proċedurali huma soġġetti għall-preskrizzjoni prevista mil-liġi. Meta l-liġi ma tipprovdix għal preskrizzjoni, din tiġi stabbilita mill-qorti jew mill-imħallef. Il-preskrizzjoni stabbilita minn qorti jew imħallef trid tkun twila biżżejjed sabiex ikun jista' jittieħed il-pass proċedurali li jkun imiss.

Il-preskrizzjoni tista' tkun data preċiża, jew perjodu li jispiċċa f'data preċiża, jew perjodu espress fi snin, xhur, jiem jew siegħat. Meta l-pass jista' ma jittiħidx fid-data stabbilita, jista' jittieħed kull ħin matul il-perjodu indikat. Il-perjodu jista' jiġi stabbilit b'referenza għall-okkorrenza ta' avveniment li żgur se jseħħ.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Preskrizzjoni proċedurali kkalkulata fi snin, xhur jew jiem tibda għaddejja fil-ġurnata wara d-data jew avveniment li juri l-bidu tagħha.

Preskrizzjoni proċedurali kkalkulata fi snin, xhur jew jiem tibda għaddejja fis-siegħa wara l-avveniment li juri l-bidu tagħha.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Id-dokumenti tal-qorti jintbagħtu lil persuna fiżika fil-post ta' residenza dikjarata tagħha, jew jekk għandha xi indirizz addizzjonali, f'dak l-indirizz, jew fl-indirizz li tkun indikat għall-korrispondenza mal-qorti. Dik il-persuna għandha dmir li tkun tista' tiġi kkuntattjata fl-indirizz tal-post ta' residenza dikjarat tagħha, jew fl-indirizz addizzjonali li ddikjarat, jew fl-indirizz li indikat għall-korrispondenza mal-qorti. Jekk il-konvenut ma għandux post ta' residenza dikjarat u ma indikax indirizz għall-korrispondenza mal-qorti, id-dokumenti tal-qorti jintbagħtu fl-indirizz indikat mir-rikorrent, jew dak miksub mill-qorti minflok l-indirizz attwali tal-parti. Id-dokumenti tal-qorti jistgħu jintbagħtu wkoll fil-post tax-xogħol.

Id-dokumenti ġudizzjarji għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika, jekk il-parteċipant fil-kawża innotifika lill-qorti li jaqbel li tintuża l-posta elettronika għall-korrispondenza mal-qorti. F’dak il-każ id-dokumenti ġudizzjarji għandhom jintbagħtu fl-indirizz tal-posta elettronika indikat mill-parteċipant fil-kawża. Jekk il-qorti ssib ostakli tekniċi għall-konsenja ta’ dokumenti ġudizzjarji bil-posta elettronika, għandhom jintbagħtu b’mezz ieħor kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ din it-Taqsima.

Jekk il-parteċipant fil-każ innotifika lill-qorti bil-fatt li jaqbel dwar korrispondenza elettronika mal-qorti, kif ukoll bir-reġistrazzjoni tiegħu fis-sistema online, id-dokumenti ġudizzjarji għandhom jiġu kkomunikati fis-sistema online. Jekk il-qorti ssib ostakli tekniċi għall-komunikazzjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji fis-sistema online, huma għandhom jiġu kkonsenjati mod ieħor kif imsemmi fit-tieni paragrafu ta’ din it-Taqsima, iżda ċ-ċitazzjoni tal-qorti għandha tintbagħat fl-indirizz tal-posta elettronika indikat mill-parteċipant fil-kawża.

Għandu jiġi nnutat li jekk id-dokumenti ġudizzjarji jitqiesux li ġew innotifikati mhux determinat per se minn jekk ġewx ikkonsenjati fil-post ta’ residenza ddikjarat ta’ persuna fiżika, fl-indirizz addizzjonali indikat fid-dikjarazzjoni ta’ residenza, fl-indirizz indikat minn persuna fiżika għall-korrispondenza mal-qorti, jew fl-indirizz irreġistrat ta’ persuna ġuridika, jew jekk waslitx dikjarazzjoni mill-uffiċċju postali li tgħid li l-oġġett intbagħat jew ġewx ritornati d-dokumenti. Minflok, hemm preżunzjoni li d-dokumenti ġew innotifikati fis-seba’ jum wara d-data tal-konsenja jekk id-dokumenti intbagħtu bil-posta, jew fit-tielet jum wara d-data ta’ konsenja jekk id-dokumenti intbagħtu bil-posta elettronika jew permezz ta’ notifika bis-sistema online: id-destinatarju jista’ jopponi din il-preżunzjoni billi juri li kien hemm ċirkostanzi oġġettivi mhux fil-kontroll tiegħu li kienu ta’ ostaklu għall-wasla tad-dokumenti fl-indirizz indikat.

Madankollu, jekk id-dokumenti tal-qorti jkunu ġew innotifikati lid-destinatarju personalment minn messaġġier bil-firma, jew jekk il-parti tal-kawża tinnotifika lid-destinatarju personalment bil-firma, jew jekk, waqt in-notifika tad-dokumenti tal-qorti personalment, il-persuna li trid tmur bihom ma tiltaqax mad-destinatarju fil-post ta' residenza tiegħu, u tgħaddi d-dokumenti lil xi membru tal-familja adult li jirrisjedi mad-destinatarju, id-dokumenti tal-qorti jitqiesu li ġew innotifikati fid-data meta ġew aċċettati mid-destinatarju jew mill-persuna l-oħra.

Jekk id-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta d-dokumenti tal-qorti, id-dokumenti jitqiesu li ġew notifikati fid-data meta d-destinatarju rrifjuta li jaċċettahom.

Jekk id-dokumenti jintbagħtu bil-posta, jitqiesu li ġew notifikati fis-seba' jum wara l-impustar tagħhom.

Jekk id-dokumenti jintbagħtu bil-posta elettronika, jitqiesu li ġew notifikati fit-tielet jum wara l-impustar tagħhom.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Jekk il-perjodu jibda għaddej mal-okkorrenza ta' avveniment partikolari, iż-żmien jibda għaddej fil-ġurnata ta' wara l-okkorrenza tal-avveniment li jiddeċiedi l-bidu tiegħu.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Jekk il-perjodu jiġi espress f'jiem, in-numru ta' ġranet jinkludi l-ġranet kalendarji wkoll.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-perjodi espressi f'jiem, xhur jew ġranet jinkludu l-jiem kalendarji.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Perjodu espress fi snin jiskadi fix-xahar rispettiv u fid-data rispettiva tas-sena finali ta' dan il-perjodu.

Perjodu espress f'xhur jiskadi fid-data rispettiva tas-sena finali ta' dak il-perjodu. Meta l-perjodu espress f'xhur jispiċċa f'xahar li ma għandux id-data rispettiva, jiskadi fl-aħħar ġurnata ta' dak ix-xahar.

Perjodu li jistendi sa data partikolari jiskadi f'dik id-data.

  • Pass proċedurali b'perjodu li qed jiskadi jista' jsir sa nofsillejl fid-data finali ta' dak il-perjodu.
  • Jekk il-pass proċedurali jrid isir il-qorti, iż-żmien jiskadi meta l-qorti tieqaf taħdem għal dik il-ġurnata. Meta rikors, appell jew dokument ieħor jingħata lil uffiċċjal tal-komunikazzjoni sa nofsillejl fid-data finali tal-perjodu, jitqies li ġie ppreżentat fil-ħin.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Jekk il-perjodu jiskadi s-Sibt, il-Ħadd jew f'festa nazzjonali obbligatorja, l-aħħar ġurnata tal-perjodu ssir il-ġurnata ta' xogħol li jmiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Il-preskrizzjoni stabbilita minn qorti jew imħallef biss tista' tiġi estiża wara talba tal-parti fil-kawża. Il-preskrizzjoni stabbilita mil-liġi, madankollu tista' tiġi mġedda mill-qorti, wara talba tal-partijiet. Rikors għall-estensjoni tal-preskrizzjoni jew għat-tiġdid tal-preskrizzjoni li għaddiet għandu jiġu ppreżentat lill-qorti li quddiemha kellu jsir il-pass proċedurali li kien imiss; il-qorti tiddeċiedi permezz ta' proċedura miktuba. Il-partijiet jingħataw avviż bil-miktub li r-rikors qed jiġu meqjus permezz tar-rikors li jiġi mibgħut lilhom, u fl-istess ħin jintbagħtilhom ir-rikors dwar l-estensjoni tal-iskadenza jew it-tiġdid tal-iskadenza li għaddiet. Rikors għat-tiġdid ta' preskrizzjoni proċedurali jrid jiġi akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa għat-twettiq tal-pass proċedurali, u r-raġunijiet għat-tiġdid tal-preskrizzjoni.

Preskrizzjoni stabbilita minn imħallef tista' tiġi estiża minn imħallef uniku. Oġġezzjoni anċillari tista' tiġi ppreżentata kontra rifjut minn qorti jew imħallef għall-estensjoni jew tiġdid tal-preskrizzjoni.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' oġġezzjoni anċillari (blakus sūdzība); oġġezzjoni anċillari trid tiġi ppreżentata fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni kontestata.

Jekk id-deċiżjoni tiġi adottata bi proċedura miktuba, il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' oġġezzjoni anċillari tibda għaddejja mid-data li fiha tiġi notifikata d-deċiżjoni.

Jekk id-deċiżjoni tittieħed fl-assenza ta' parti minnhom (pereżempju deċiżjoni li tordna l-kumpilazzjoni tal-provi jew miżura ta' protezzjoni provviżorja), il-perjodu għall-preżentazzjoni ta' oġġezzjoni anċillari jibda għaddej mill-ġurnata tan-notifika jew minn meta tintbagħat id-deċiżjoni.

Jekk deċiżjoni tal-qorti intbagħtet lill-persuna li l-post ta' residenza, l-inħawi tagħha jew l-uffiċċju reġistrat tagħha ma jkunux il-Latvja iżda l-indirizz tagħha jkun magħruf, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew il-ftehimiet internazzjonali vinkolanti fuq il-Latvja, hija tista' tippreżenta oġġezzjoni anċillari fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-kopja tad-deċiżjoni jew, jekk il-qorti tkun tat sentenza qasira, mid-data ta' notifika tal-kopja tad-deċiżjoni sħiħa.

Kull appell sħiħ (apelācija) irid jiġi ppreżentat fi żmien 20 jum mid-data tal-pronunzja tas-sentenza, jew jekk tingħata sentenza qasira, mid-data li tkun stabbilit il-qorti għall-għoti tas-sentenza sħiħa. Jekk is-sentenza sħiħa tingħata wara d-data stabbilita, il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' appell kontriha tibda għaddejja mid-data li fiha kienet ingħatat is-sentenza.

Jekk kopja ta’ deċiżjoni tal-qorti intbagħtet lill-persuna li l-post ta' residenza, l-inħawi tagħha jew l-uffiċċju reġistrat tagħha ma jkunux il-Latvja iżda l-indirizz tagħha jkun magħruf, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew il-ftehimiet internazzjonali vinkolanti fuq il-Latvja, hija tista' tippreżenta appell fi żmien 20-il jum mid-data tan-notifika tal-kopja tas-sentenza.

Appell fuq punt tal-liġi (kasācija) irid jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum mid-data tal-pronunzja tas-sentenza, iżda jekk tingħata sentenza qasira, mid-data li l-qorti tkun stabbilit għall-għoti tas-sentenza sħiħa. Jekk is-sentenza sħiħa tingħata wara d-data stabbilita, il-preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' appell kontriha tibda għaddejja mid-data li fiha kienet ingħatat is-sentenza.

Jekk kopja ta’ sentenza tal-qorti intbagħtet lill-persuna li l-post ta' residenza, l-inħawi tagħha jew l-uffiċċju reġistrat tagħha ma jkunux il-Latvja iżda l-indirizz tagħha jkun magħruf, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew il-ftehimiet internazzjonali vinkolanti fuq il-Latvja, hija tista' tippreżenta appell fuq punt ta’ liġi fi żmien 30-il jum mid-data tan-notifika tal-kopja tas-sentenza.

Sew jekk l-appell ikun wieħed sħiħ jew biss fuq punt tal-liġi, jekk jiġi ppreżentat wara li tkun skadiet il-preskrizzjoni jsir inammissibbli u jintbagħat lura lill-mittent. Tista' titressaq oġġezzjoni anċillari kontra d-deċiżjoni tal-imħallef li jiċħad appell jew appell fuq punt ta’ liġi, fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni.

F'każ ta' ċerti kategoriji ta' tilwim, pereżempju dwar ir-rikonoxximent ta' deċiżjoni minn qorti barranija, jistgħu jiġu stabbiliti perjodi speċifiċi għall-appelli, fuq bażi ta' każ b'każ skont ir-regoli dwar il-proċedura ċivili.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Qorti trid tipposponi d-deċiżjoni ta' kawża, u tiffissa seduta ta' smigħ oħra, jekk:

  • kull parti fil-kawża tkun assenti għas-smigħ u ma tkunx ġiet innotifikata bil-ħin u l-post tas-seduta;
  • kull parti fil-kawża li ġiet innotifikata bil-ħin u l-post tas-seduta madankollu ma tattendix għas-seduta għal raġunijiet li l-qorti tqis validi;
  • kopja tar-rikors ma tkunx ġiet innotifikata lill-konvenut, u għal din ir-raġuni l-konvenut jitlob għas-sospensjoni tat-trattazzjoni tal-kwistjoni;
  • ikun meħtieġ li titħarrek, bħala parti interessata, persuna bi drittijiet jew interessi leġittimi li jistgħu jiġu miksura mis-sentenza tal-qorti;
  • jekk il-posponiment jista’ jgħin sabiex il-konġui jerġgħu jibdew jgħixu flimkien jew jippromwovi ftehim bonarju, il-qorti tista’ tipposponi s-seduti ta’ smigħ ex officio. Fuq talba ta’ parti it-trattazzjoni tal-kawża tista’ tiġi posposta ripetutament għal dan il-għan;
  • jekk il-post ta' residenza jew fejn jinsab il-konvenut mhumiex fil-Latvja, u jkun ġie nnotifikat dwar il-post u l-ħin tas-seduta ta' smigħ, u tkun intbagħtet kopja tar-rikors, iżda ma tkun waslet l-ebda konferma fil-ħin u l-konvenut jonqos milli jidher għas-seduta ta' smigħ;
  • jekk il-post ta' residenza jew fejn jinsab il-konvenut mhumiex fil-Latvja, u jkun ġie nnotifikat dwar il-post u l-ħin tas-seduta ta' smigħ, jew tkun intbagħtet kopja tar-rikors, iżda ma tkun waslet l-ebda konferma u l-konvenut jonqos milli jidher għas-seduta ta' smigħ.
  • jekk il-partijiet jagħtu l-kunsens tagħhom għall-medjazzjoni

Il-qorti tista' tipposponi t-trattazzjoni tal-kawża f'ċerti ċirkostanzi oħra wkoll.

Il-qorti tista’ tipposponi t-trattazzjoni ta’ kawża:

  • jekk ir-rikorrent li ġie nnotifikat bil-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ il-qorti joqnos milli jidher għal raġunijiet mhux magħrufa;
  • jekk il-konvenut li ġie nnotifikat bil-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ il-qorti joqnos milli jidher għal raġunijiet mhux magħrufa;
  • jekk il-qorti tqis li huwa mpossibbli li tiddeċiedi l-każ minħabba n-nuqqas ta’ dehra tal-parti li l-preżenza tagħha hija obbligatorja skont il-liġi, jew ta’ xhud, espert jew interpretu provdut mill-qorti;
  • fuq talba ta’ parti fil-kawża li titlob li tingħata ċ-ċans li tippreżenta provi ulterjuri;
  • jekk persuna ma tkunx tista’ tieħu sehem f’seduta ta’ smigħ il-qorti bil-vidjokonferenzjar, minħabba kwistjonijiet tekniċi jew raġunijiet oħra mhux fil-kontroll tal-qorti;
  • jekk l-interpretu ma jkunx preżenti għas-seduta ta’ smigħ għal raġunijiet meqjusa validi mill-qorti.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Skont ir-regoli tal-proċedura ċivili, il-konsenja u n-notifika tad-dokumenti tal-qorti lil persuna li ma għandhiex residenza fil-Latvja jew li ma tinsabx fil-Latvja jkunu soġġetti għal mekkaniżmu differenti, u l-preskrizzjoni proċedurali li jibdew jgħaddu mal-mument tal-wasla tad-dokumenti tal-qorti jiġu kkalkulati b'mod differenti.

Pereżempju, bħala regola ġenerali, appell kontra deċiżjoni ta' qorti fl-ewwel istanza jista' jitressaq fi żmien 20 jum mid-data tas-sentenza. Jekk is-sentenza tintbagħat lil parti li ma għandhiex residenza fil-Latvja jew li ma tinsabx fil-Latvja, hija għandha dritt tressaq appell fi żmien 20 jum mid-data ta' notifika tal-kopja tas-sentenza tal-qorti. Meta japplikaw perjodi ta' preskrizzjoni differenti għall-preżentazzjoni tal-appelli kontra sentenza ta' qorti tal-ewwel istanza għal partijiet differenti fil-kawża, is-sentenza tidħol fis-seħħ jekk ma jitressaq l-ebda appell fiż-żmien imħolli għall-appelli, li jiġi kkalkulat mid-data ta' notifika tal-aħħar kopja tas-sentenza sakemm ma jiġix preżentat appell sħiħ.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Id-dritt biex wieħed jieħu pass fil-proċedura jispiċċa mal-iskadenza tal-perjodu ta' żmien stabbilit mill-qorti jew mil-liġi. L-appelli u d-dokumenti ppreżentati wara din l-iskadenza ma jiġux ammessi.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Wara talba ta' parti l-qorti tista' ġġedded il-perjodu li skada jekk hija tqis li kien hemm raġunijiet validi għal dan id-dewmien.

Il-qorti tista' ġġedded:

  • il-preskrizzjoni li għaddiet;
  • il-preskrizzjoni stabbilita mil-liġi;
  • il-preskrizzjoni mħollija lill-partijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tagħhom.

Il-preskrizzjoni purament proċedurali marbuta ma' perjodi ġenerali ma tiġix imġedda; pereżempju, it-tiġdid tal-perjodu ta' preskrizzjoni għall-preżentazzjoni ta' dokument ta' eżekuzzjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta' 10 snin li beda għaddej fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-qorti jew imħallef mhux possibbli.

Meta terġa ġġedded il-perjodu li jkun għada, fl-istess ħin il-qorti tippermetti li jitwettaq il-pass proċedurali li jkun waqa' lura.

Il-perjodi ta' preskrizzjoni proċedurali stabbiliti minn qorti, imħallef jew bailiff jistgħu wara talba ta' parti minnhom jiġu estiżi qabel jiskadu. Il-perjodi ta' preskrizzjoni stabbiliti mil-liġi ma jistgħux jiġu estiżi. Meta jkun skada perjodu ta' preskrizzjoni stabbilit minn qorti, imħallef jew bailiff, il-persuna marbuta b'dak il-perjodu tista' titlobli jiġi ffissat perjodu ġdid biex fih twettaq dak il-pass proċedurali.

Rikors għall-estensjoni tal-preskrizzjoni jew għat-tiġdid tal-preskrizzjoni li għaddiet għandu jiġu ppreżentat lill-qorti li quddiemha kellu jsir il-pass proċedurali li kien imiss; Ir-rikors jiġi deċiż fis-seduta ta' smigħ, u l-partijiet jiġu notifikati bil-quddiem bil-post u l-ħin tas-seduta. In-nuqqas ta' parti li tidher il-qorti mhux impediment għad-deċiżjoni dwar ir-rikors.

Rikors għat-tiġdid ta' preskrizzjoni proċedurali jrid jiġi akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa għat-twettiq tal-pass proċedurali, u r-raġunijiet għat-tiġdid tal-preskrizzjoni.

Preskrizzjoni stabbilita minn imħallef tista' tiġi estiża minn imħallef uniku.

Oġġezzjoni anċillari tista' tiġi ppreżentata kontra rifjut minn qorti jew imħallef għall-estensjoni jew tiġdid tal-preskrizzjoni.

L-aħħar aġġornament: 16/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Litwanja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-Kodiċi Ċivili (Civilinis kodeksas) jipprevedi perijodu ta’ limitazzjoni ġenerali u perjodi ta’ limitazzjoni iqsar. Il-perjodi ta’ limitazzjoni jistgħu jkunu rkupratorji, akkwiżitorji jew riżolutorji.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

il-Ħdud;

l-1 ta’ Jannar: l-Ewwel Jum tas-Sena;

is-16 ta’ Frar: Jum ir-Restawr tal-Istat ta’ Litwanja;

il-11 ta’ Marzu: Jum ir-Restawr tal-Indipendenza tal-Litwanja;

L-Għid il-Kbir u t-Tnejn ta’ wara l-Għid (skont it-tradizzjoni tal-punent);

l-1 ta’ Mejju: Jum il-Ħaddiem;

l-Ewwel Ħadd ta’ Mejju: Jum l-Omm;

l-Ewwel Ħadd ta’ Ġunju: Jum il-Missier;

l-24 ta’ Ġunju: Jum f’Nofs is-Sajf, il-Festa ta’ San Ġwann;

is-6 ta’ Lulju: Jum l-Istat (L-ikkurunar tar-Re Mindaugas);

il-15 ta’ Awwissu: Il-Madonna Mtellgħa s-Sema;

l-1 ta’ Novembru Jum l-Erwieħ kollha;

l-24 ta’ Diċembru: Lejlet il-Milied;

il-25 u s-26 ta’ Diċembru: il-Milied

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Perijodu ta' limitazzjoni stabbilit mil-liġijiet, permezz ta’ kuntratt jew permezz ta’ awtorità ġudizzjarja f’termini ta’ data kalendarja jew numru ta’ snin, xhur, ġimgħat, jiem jew siegħat.

Perijodu ta' limitazzjoni jista’ jiġi ddefinit ukoll f’termini ta’ avveniment li jrid iseħħ b’mod inevittabli. Dan jista’ jkunu rkupratorju, akkwiżitorju jew riżolutorju. Perijodu ta' limitazzjoni ta’ rkupru fuq wieħed li jista’ ikun irkuprat minn qorti wara li jkun skada sakemm l-iskadenza rilevanti tkun seħħet għal raġunijiet importanti. Perijodu ta' limitazzjoni akkwiżitorju huwa perijodu li fit-tmiem tiegħu jirriżulta (jinkiseb) ċerta dritt jew dover ċivili. Perijodu ta' limitazzjoni riżolutorju huwa perijodu li fit-tmiem tiegħu jiskadi ċerta dritt jew dover ċivili. Perijodi ta' limitazzjoni riżolutorju ma jistax jiġi stabbilit mill-ġdid minn qorti jew arbitraġġ.

Il-perijodu ta' limitazzjoni ġenerali huwa għaxar snin.

Il-leġiżlazzjoni Litwana tistipula perijodi ta' limitazzjoni iqsar għal tipi partikolari ta’ pretensjonijiet.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ xahar jiġi applikat għall-pretensjonijiet li joriġinaw mir-riżultati ta’ proċeduri tal-offerti.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ tliet xhur jiġi applikat għall-pretensjonijiet sabiex id-deċiżjonijiet ta’ korpijiet ta’ entità ġuridika jiġu ddikjarati invalidi.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur jiġi applikat għal:

  1. pretensjonijiet dwar l-infurzar ta’ nuqqas (multa, imgħax għal pagament tardiv);
  2. pretensjonijiet dwar difetti ta’ oġġetti mibjugħa.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur huwa applikat għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet bejn il-kumpaniji tat-trasport u l-klijenti tagħhom fir-rigward tal-merkanzija mibgħuta minn ġewwa il-Litwanja filwaqt li perijodu ta' limitazzjoni ta’ sena huwa applikat għal merkanzija mibgħuta barra mill-pajjiż.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ sena jiġi applikat għal pretensjonijiet tal-assigurazzjoni.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ tliet snin jiġi applikat għal pretensjonijiet għal danni, inkluż pretensjonijiet għal danni li jirriżultaw mill-kwalità inadegwata tal-prodotti.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ ħames snin jiġi applikat għal pretensjonijiet ta’ infurzar tal-imgħax u pagamenti perjodiċi oħra.

10. Il-pretensjonijiet dwar difetti ta’ xogħlijiet imwettqa huma suġġetti għal perijodi ta' limitazzjoni iqsar.

Il-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-trasport ta’ merkanzija, passiġġieri u bagalji huma suġġetti għall-perijodi ta' limitazzjoni stabbiliti fil-kodiċijiet (liġijiet) applikabbli għal modi ta’ trasport speċifiċi.

Il-perijodu ta' limitazzjoni u kif ukoll ir-regoli għall-kalkolu tat-tali perijodu ma jistgħux jinbidlu bi ftehim bejn il-partijiet.

Perijodu ta' limitazzjoni ma japplikax għal:

1) pretensjonijiet li jirriżultaw mill-ksur ta’ drittijiet personali mhux tal-proprjetà, barra minn każijiet stabbiliti mil-liġijiet;

2) pretensjonijiet tad-depożitanti għall-ħlas lura tad-depożiti tagħhom li jinżammu f’bank jew istituzzjoni bankarja oħra;

3) pretensjonijiet oħra għal danni li jirriżultaw mir-reati segwenti li ġejjin speċifikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kriminali (Baudžiamasis kodeksas):

1) ġenoċidju (l-Artikolu 99);

2) it-trattament ta’ persuni projbit taħt il-liġi internazzjonali (l-Artikolu 100);

3) il-qtil ta’ persuni protetti taħt il-liġi umanitarja internazzjonali (l-Artikolu 101);

4) id-deportazzjoni jew it-trasferiment ta’ ċivili (l-Artikolu 102);

5) l-ikkawżar ta’ offiża fuq il-persuna, it-tortura jew trattament inuman ieħor ta’ persuni protetti taħt il-liġi umanitarja internazzjonali (l-Artikolu 103);

6) l-użu bilfors ta’ ċivili jew priġunieri tal-gwerra fil-forzi armati tal-għedewwa (l-Artikolu 105);

7) qerda ta’ oġġetti protetti jew ħerba ta’ teżori nazzjonali (l-Artikolu 106);

8) aggressjoni (l-Artikolu 110);

9) attakki militari projbiti (l-Artikolu 111);

10) l-użu ta’ mezzi projbiti ta’ armi tal-gwerra (l-Artikolu 112);

11) it-twettiq negliġenti tad-doveri ta’ kmandant.

4) każijiet speċifikati f’liġijiet oħra jew pretensjonijiet oħra.

Termini applikabbli għal seduti ta' smigħ ta’ kawżi ċivili. L-għan tal-qorti jrid ikun li tisma’ kawża ċivili kemm jista’ ikun malajr, tevita d-dewmien u tiżgura li kawża ċivili tinstema’ f’sessjoni unika tal-qorti.

Il-liġijiet jistgħu jistabbilixxu termini speċifiċi għal xi kategoriji ta’ każijiet ċivili li għandhom jinstemgħu. Meta qorti tal-ewwel istanza tonqos milli twettaq l-azzjoni proċedurali li hija meħtieġa taħt il-Kodiċi Ċivili, parti fil-proċedimenti b’interess li dik l-azzjoni titwettaq hija intitolata titlob lill-qorti tal-appell biex tistabbilixxi skadenza għat-twettiq tagħha. It-talba trid issir lill-qorti li qedha tisma’ il-każ, u din tal-aħħar trid tiddeċiedi dwar l-ammissibilità tagħha mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jiġi wara r-riċeviment tagħha. Jekk il-qorti li naqset milli twettaq l-azzjoni proċedurali li tagħti lok għat-talba twettaq l-azzjonijiet inkwistjoni fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, il-parti inkwistjoni hija meqjusa li tkun ħassret it-talba. Inkella t-talba tiġi ttrasferita lill-qorti tal-appell fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mid-data tar-riċeviment tagħha. It-tali talbiet huma ġeneralment eżaminati permezz tal-proċedura bil-miktub mingħajr ma l-partijiet ikunu nnotifikati tal-ħin u l-post tas-sessjoni jew ma jiġu mistiedna għaliha. It-talba trid tiġi eżaminata fi żmien sebat ijiem mir-riċeviment tagħha mill-qorti tal-appell. Din trid tiġi eżaminata u deċiżjoni tittieħed mill-president tal-qorti tal-appell, il-president tat-taqsima tal-każijiet ċivili jew minn imħallef maħtur minnhom. Is-sentenza deċiża ma tistax tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

It-terminu jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara d-data kalendarja jew avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Kull rikors bil-miktub u notifiki mpustati, mibgħuta bit-telegraph jew trażmessi b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni qabel nofsillejl fl-aħħar jum ta’ terminu huma meqjusa li jkunu ġew mibgħuta fil-ħin (l-Artikolu 1.122 tal-Kodiċi Ċivili).

L-Artikolu 123 (3)–(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) jistipula li meta persuna li tkun qed tikkonsenja dokument proċedurali ma jsibx id-destinatarju fil-post tar-residenza jew fuq il-post tax-xogħol tiegħu, id-dokument irid jiġi nnotifikat lil kull membru tal-familja adulta li tirrisjedi miegħu (ulied (ġenituri adottivi), konjuġi, eċċ.), barra minn meta l-membri tal-familja jkollhom interessi legali kunfliġġenti fl-eżitu tal-każ, jew, jekk ikunu assenti wkoll, lill-amministrazzjoni tal-post tax-xogħol.

Meta persuna li tikkonsenja dokument proċedurali ma ssibx id-destinatarju f’uffiċċju reġistrat ta’ entità ġuridika jew f’post ieħor speċifikat mill-entità ġuridika, id-dokument proċedurali jrid jiġi nnotifikat lil kull impjegat tal-entità ġuridika li tkun preżenti fil-post tal-konsenja. Jekk dokument proċedurali ma jiġix ikkonsenjat bil-mod speċifikat f’dan il-paragrafu, dan irid jiġi mpostat fl-indirizz tal-uffiċċju tal-entità ġuridika u huwa meqjus li jkun ġie kkonsenjat fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-impostar.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

It-terminu jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi. (l-Artikolu 73 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Perijodu ta' limitazzjoni jiġi kkalkolat f’jiem kalendarji. Dan jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara d-data kalendarja jew avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Terminu proċedurali espress fi snin, xhur, ġimgħat jew jiem jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara d-data kalendarja jew avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Terminu espress f’ġimgħat jiskadi f’24 siegħa 00 minuti fil-jum adegwat tal-aħħar ġimgħa inkluża fit-terminu. Terminu espress f’xhur jiskadi f’24 siegħa 00 minuti fil-jum adegwat tal-aħħar xahar inkluż fit-terminu. Terminu espress fi snin jiskadi f’24 siegħa 00 minuti fil-jum adegwat tax-xahar adegwat tal-aħħar sena inkluża fit-terminu. Jekk terminu li huwa espress fi snin jew xhur jiskadi f’xahar li ma fihx id-data inkwistjoni, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Il-btajjel uffiċjali u l-jiem ta’ mistrieħ (is-Sibtijiet u l-Ħdud) huma inklużi fit-terminu. Jekk l-aħħar jum tat-terminu jkun jum ta’ mistrieħ jew vaganza pubblika, dan jitqies bħala li jiskadi fil-jum tax-xogħol segwenti.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-irkupru ta’ termini proċedurali. Il-persuni li tgħalqilhom l-iskadenza stabbilita minn liġijiet speċifiċi jew minn qorti għal raġunijiet rikonoxxuti mill-qorti bħala importanti jista’ ikollhom it-terminu inkwistjoni rkuprat. Qorti li għandha d-dritt li tirkupra terminu ex officio meta l-fajl tal-każ jindika li l-iskadenza tat-terminu inkwistjoni tkun għaddiet.

Talba biex jiġi rkuprat terminu trid tiġi ppreżentata lill-qorti li quddiemha kellha titressaq l-azzjoni proċedurali. Din tiġi eżaminata permezz ta’ proċedura bil-miktub. L-azzjoni proċedurali (il-preżentata tat-talba, is-sottomissjoni tad-dokumenti u l-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet oħra) li fil-konfront tagħha ma tkunx intlaħqet l-iskadenza trid tiġi eżegwita b’mod parallel mar-rikors. It-talba għall-irkupru ta’ terminu trid tkun motivata. Din trid tkun akkumpanjata minn evidenza li tiġġustifika l-bżonn għall-irkupru.

Terminu proċedurali jiġi rkuprat permezz ta’ sentenza mill-qorti. Ir-rifjut milli jiġi rkuprat terminu proċedurali jinħareġ fil-forma ta’ sentenza motivata mill-qorti. Sentenza mill-qorti li tiċħad talba għall-irkupru ta’ terminu proċedurali skadut tista’ tiġi kkontestata permezz tal-preżentata ta’ appell separat.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Appell minn sentenza tal-qorti reġjonali jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn meta tkun ingħatat s-sentenza mill-qorti tal-ewwel istanza.

Jista’ isir appell separat kontra sentenza ta’ qorti reġjonali:

  • fi żmien sebat ijiem minn meta tkun ingħatat is-sentenza f’każijiet li fihom tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza taħt appell fi proċedimenti orali;
  • fi żmien sebat ijiem minn meta tkun ġiet notifikata kopja attestata tas-sentenza f’każijiet li fihom tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza taħt appell fi proċedimenti bil-miktub.

Jistgħu jsiru appelli minn sentenzi ta’ qrati reġjonali li jisimgħu każ fuq il-mertu, filwaqt li jistgħu jsiru appelli separati kontra sentenzi preliminari ta’ qrati reġjonali msemmija espressament fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (pereż. kontra sentenza li tiċħad rikors għall-irkupru ta’ terminu proċedurali (l-Artikolu 78(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), kontra sentenza dwar l-ispejjeż ta’ litigazzjoni (l-Artikolu 100 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jew kontra sentenza li tipprekludi proċedimenti ulterjuri).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Sessjoni tal-qorti trid f’kull każ tiġi mmexxija b’mod kontinwu barra minn meta jitħabbar aġġornament, li ma jistax ikun itwal minn ħamest ijiem ta’ xogħol. Aġġornament jista’ jitħabbar biex jippermetti lill-qorti u lill-partijiet fil-proċedimenti sabiex jistrieħu minn seduta ta' smigħ imtawwla u biex tinġabar kull evidenza nieqsa, b’mod li jiġi żgurat li l-każ huwa riżolt kemm jista’ ikun malajr.

Jekk qorti taġġorna seduta ta' smigħ, id-data tas-seduta ta' smigħ li jmiss tal-qorti trid tiġi ffissata u nnotifikata lill-parteċipanti bil-kontraparti ta’ konferma ta' riċevuta. Il-persuni li ma jkunux dehru l-qorti jew li għadhom kif ġew inklużi fil-proċedimenti huma nnotifikati bid-data tas-seduta ta' smigħ li jmiss tal-qorti f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

F’ċerti sitwazzjonijiet, seduta ta' smigħ tal-qorti tista’ tiġi sospiża. It-tali sospensjoni timplika li kull azzjoni proċedurali li għandha titwettaq bl-għan li jiġi deċiż il-każ fuq il-merti tiegħu hija sospiża temporanjament għal perijodu ta’ żmien indefinit. Każ jista’ jiġi sospiż għal raġunijiet objettivi speċifikati f’liġijiet speċifiċi li jipprekludu s-seduta ta' smigħ ta’ każ ċivili u huma suġġetta għad-diskrezzjoni tal-partijiet jew tal-qorti, jew f’ċirkustanzi li mhumiex previsti f’liġijiet speċfiċi iżda li madankollu jipprekludu l-qorti milli tisma’ l-każ fuq il-merti tiegħu.

Il-qorti trid tissospendi seduta ta' smigħ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

  • fil-każ tal-mewt ta’ persuna fiżika jew terminazzjoni ta’ entità ġuridika li kienet parti fil-każ meta s-suċċessjoni ta’ drittijiet hija permessa fid-dawl tar-relazzjonijiet legali involuti fil-kontroversja; meta parti titlef il-kapaċità ġuridika tagħha, il-każ irid jiġi sospiż sakemm is-suċċessur tal-persuna fiżika deċeduta jew entità ġuridika terminata jew iċ-ċirkostanzi li jirriżultaw fin-nuqqas ta’ suċċessjoni jkunu ġew iċċarati jew rappreżentant statutorju ta’ persuna fiżika li tkun tilfet il-kapaċità ġuridika tagħha ma jkunx ġie maħtur;
  • meta kawża partikolari ma tistax tinstema’ sakemm kawża oħra ma tkunx ġiet deċiża, kawża fi proċedimenti ċivili, kriminali jew amministrattivi tiġi sospiża sakemm deċiżjoni, sentenza jew riżoluzzjoni tal-qorti tidħol fis-seħħ jew sakemm tingħata sentenza fi proċedimenti amministrattivi;
  • meta jirriżulta f’kawża li tinvolvi pretensjonijiet dwar proprjetà kontra parti konvenuta li l-issodisfar tat-tali pretensjonijiet dwar proprjetà huwa relatat mas-smigħ ta’ kawża kriminali, il-kawża tiġi sospiża sakemm tkun saret it-trattazzjoni tal-kawża kriminali jew ikunu ġew xolti r-restrizzjonijiet dwar drittijiet ta’ proprjetà; ċirkostanzi oħra huma indikati wkoll f’liġijiet speċifiċi.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Mhux applikabbli.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

L-iskadenza ta’ perijodu ta' limitazzjoni qabel ma ssir talba tirriżulta fiċ-ċaħda tat-talba.

Meta l-qorti tirrikonoxxi li ma tkunx intlaħqet skadenza għal raġuni importanti, id-dritt miksur irid jiġi protett u l-perijodu ta' limitazzjoni inkwistjoni jrid jiġi rkuprat.

Kwistjonijiet dwar il-liġi tal-proprjetà li jkunu relatati mal-irkupru ta’ proprjetà li huwa suġġett għal perijodi ta' limitazzjoni li jkunu skadew għandhom ikunu riżolti f’konformità mal-provvedimenti tal-Volum IV tal-Kodiċi Ċivili.

Id-dritt li ssir azzjoni proċedurali jiskadi meta t-terminu stess, stabbilit mil-liġi jew minn qorti, jiskadi. Kull dokument proċedurali mressaq wara l-iskadenza ta’ terminu jiġi rritornat lir-rikorrenti. Il-fatt li l-iskadenza ma tintlaħaqx għat-twettiq ta’ ċertu obbligu proċedurali ma jeżonerax lill-persuna kkonċernata minn dak l-obbligu.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk l-iskadenzi ma jintlaħqux għal raġunijiet importanti u ma jkunux għaddew aktar minn tliet xhur minn meta tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti, il-qorti tista’ tirkupra t-termini inkwistjoni fuq it-talba tar-rikorrent. Terminu għat-tressiq ta’ appell jista’ jiġi rkuprat meta l-qorti tirrikonoxxi li l-iskadenza inkwistjoni ma tkunx intlaħqet għal raġunijiet importanti. Sentenza tal-qorti li tiċħad talba għall-irkupru ta’ terminu tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat. Jekk il-qorti tal-appell tilqa’ dan l-appell separat u tirkupra t-terminu għall-appell, il-president tat-taqsima tal-kawżi ċivili tal-qorti tal-appell irid jitrasferixxi l-appell, flimkien mal-fajl tal-kawżi, lill-panel ġudizzjarju tal-qorti tal-appell jew jirrinvija l-kwistjoni dwar l-ammissibilità tal-appell lill-qorti tal-ewwel istanza biex tiddeċiedi dwarha. Jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fajl tal-kawżi huwa rrinvijat lill-panel ġudizzjarju tal-qorti tal-appell, il-qorti tal-appell trid tibgħat kopji tal-appell u l-annessi tiegħu lill-partijiet fil-proċedimenti fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol minn meta l-appell ikun ġie permess. Ladarba t-terminu għall-kontestazzjoni ta’ sentenza u għall-kontrappell ikun skada, il-qorti tal-ewwel istanza tibgħat il-każ lill-qorti tal-appell fi żmien sebat ijiem u tinnotifika lill-partijiet. Meta l-każ jintbagħat lill-qorti tal-appell u din tal-aħħar tistabbilixxi li l-iskadenza għall-appell ma tkunx intlaħqet, il-qorti tista’ tirkupra t-terminu fuq l-inizjattiva tagħha stess (ex officio) sakemm il-fajl tal-kawża jindika b’mod ċar li l-iskadenza ma tkunx intlaħqet għal raġunijiet importanti, jew tipproponi lill-parti fil-proċedimenti li hija tressaq talba għall-irkupru tat-terminu għall-appell (l-Artikoli 307(2)–(3), 338 u 78 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Sentenza li tiċħad it-talba tar-rikorrent biex it-terminu jiġi rkuprat tista’ tiġi kkontestata billi jsir appell separat (l-Artikolu 78(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Lussemburgu

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Skont il-liġi Lussemburgiża, hemm limiti taż-żmien biex tressaq rikors, biex tissodisfa l-formalitajiet proċedurali, biex tidher fl-awla, limiti taż-żmien marbuta mad-distanza u oħrajn.

Il-limiti taż-żmien preskrittivi u li jipprekludu azzjoni mhumiex ta' natura purament proċedurali u għalhekk mhux se jiġu ttrattati hawnhekk.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Is-Sibtijiet u l-Ħdud, flimkien mal-festi pubbliċi statutorji li ġejjin mhumiex meqjusa bħala ġranet tax-xogħol:

  • L-ewwel tas-sena, l-għada tal-Għid, l-ewwel ta' Mejju, it-Tnejn tal-Pentekoste, il-festa nazzjonali li tiġi fit-23 ta' Ġunju,
  • Lapsi, il-Qaddisin Kollha u l-Milied u San Stiefnu.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-limitu taż-żmien tal-proċedura jista' jvarja skont il-materja u l-proċedura kkonċernata.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-limitu taż-żmien jibda jiskorri minn nofsillejl tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika tal-att.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Iva, jekk il-liġi titlob notifika minn bailiff jew uffiċjal tal-qorti, in-notifika tista' titqies li saret f'ġurnata oħra minn dakinhar li n-notifika waslet effettivament għand il-persuna kkonċernata (pereż. f'każ li d-dokument jiġi miċħud jew f'każ ta' notifika d-dar,...).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Il-limitu taż-żmien proċedurali kollha jibda jiskorri minn nofsillejl tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Il-festi pubbliċi statutorji, is-Sibtijiet u l-Ħdud jingħaddu wkoll.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-festi pubbliċi statutorji, is-Sibtijiet u l-Ħdud jingħaddu wkoll.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Kull limitu taż-żmien proċedurali jiskadi f'nofs il-lejl tal-aħħar jum.

Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'ġimgħat, jiskadi dakinhar tal-aħħar ġimgħa li l-isem tal-jum ikun jikkorrispondi ma' tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien.

Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'xhur jew snin, jiskadi dakinhar tal-aħħar xahar jew tal-aħħar sena li jkollu l-istess numru tal-jum tax-xahar bħall-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien. Jekk ma jkunx hemm numru tal-jum tax-xahar korrispondenti, jiskadi fl-aħħar jum tax-xahar.

Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'xhur u jiem jew fi frazzjonijiet ta' xahar. l-ewwel jingħaddu x-xhur sħaħ u mbagħad il-jiem jew il-frazzjonijiet ta' xahar; biex jiġu kkalkulati l-frazzjonijiet ta' xahar, xahar jitqies li fih 30 jum.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Kull limitu taż-żmien illi kieku jiskadi s-Sibt, il-Ħadd, f'festa pubblika statutorja jew f'jum ferjali li jissotitwixxi festa pubblika, jittawwal sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss. Dan jgħodd ukoll għall-preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni f'uffiċċji muniċipali, meta s-servizzi muniċipali jkunu magħluqin għall-pubbliku fl-aħħar jum tal-limitu taż-żmien.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Min joqgħod barra l-pajjiż jibbenefika minn limitu taż-żmien għad-distanza meta jitressaq rikors kontrih quddiem qorti Lussemburgiża. Dan il-limitu ta' żmien ivarja bejn 15 u 35 jum skont fejn joqgħod l-intimat.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limitu ta' żmien għal appell huwa, bħala regola ġenerali, 40 jum b'żieda fil-limitu ta' żmien għad-distanza għal dawk li jgħixu barra. L-appell minn sentenza li mhix eżegwibbli provviżorjament ma jistax jitressaq qabel ma jgħaddu tmint ijiem.

Il-limitu ta' żmien biex wieħed jikkontesta sentenza li ngħatat b'kontumaċja huwa ta' 15-il jum u jibda jiskorri min-notifika.

Id-digrieti jistgħu jiġu appellati fi żmien 15-il jum min-notifika tagħhom. F'każ ta' kontumaċja, il-limitu ta' żmien biex jiġi kkontestat huwa ta' tmint ijiem li jibdew jiskorru malli jiġi notifikat. Il-limitu taż-żmien biex tiġi kkontestata sentenza mogħtija b'kontumaċja jiskorru simultanjament mal-limiti taż-żmien għall-appell.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Fil-każ ta' digrieti, tinħareġ ċitazzjoni biex wieħed jitla' għal seduta li ssir għal din il-fini f'jum u ħin normali għal dawn il-proċedimenti. Jekk il-kawża tkun urġenti, madankollu, l-imħallef li jippresjedi jew is-sostitut tiegħu jista' joħroġ ċitazzjoni biex wieħed jitla' għal seduta miftuħa għall-pubbliku fil-qorti jew f'daru f'ħin stipulat, anke fi tmiem il-ġimgħa, fil-festi pubbliċi jew fi ġranet li normalment ma jkunux ġranet tax-xogħol.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Meta parti residenti barra mil-Lussemburgu tirċievi ċitazzjoni biex tidher personalment fil-Lussemburgu, japplikaw il-limiti taż-żmien ordinarji, sakemm il-qorti ma tiddeċidix li testendihom.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk rikors ma jitressaqx fil-ħin, dan jiġi preskritt. Jekk il-formalitajiet proċedurali ma jsirux fil-ħin, bħala regola ġenerali, l-azzjonijiet jiskadu jew jiġu soppressi.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk parti ma tippreżentax rikors fil-ħin, il-preskrizzjoni li tirriżulta mill-iskadenza taż-żmien tista' titneħħa jekk, għal raġunijiet li ma kinux tort dik il-parti, l-att li bih jibda jiskorri l-limitu taż-żmien ma ġiex innotifikat lil dik il-parti fi żmien raġonevoli, jew jekk kien impossibbli li dik il-parti taġixxi. It-talba tkun ammissibbli biss jekk isir fi żmien 15-il jum mill-mument meta l-interessat sar jaf bl-att li bih jibda jiskorri l-limitu taż-żmien jew mill-mument meta ma baqax impossibbli li l-parti taġixxi. It-talba ma tibqax tintlaqa' jekk tkun għaddiet iktar minn sena minn meta jkun skada l-limitu taż-żmien li jiskorri minħabba l-att. Dan il-limitu taż-żmien ma għandux effett sospensiv.

Kull azzjoni tiskadi jekk il-proċedimenti ma jitkomplewx fi żmien tliet snin. Dan il-limitu taż-żmien jiżdied b'sitt xhur fil-każijiet kollha fejn ikun hemm bażi biex issir talba biex il-proċedimenti jitkomplew jew biex jitqabbad avukat ieħor. L-iskadenza tal-proċedimenti ma tissopprimix l-azzjoni, imma testingwi biss il-proċedura. F'dak il-każ persuna li tixtieq taġixxi jkollha tipprova tressaq rikors ġdid biex tfittex drittijietha, dejjem jekk l-azzjoni ma tkunx preskritta.

L-ordni biex azzjoni tiġi soppressa minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-limitu taż-żmien mill-avukati, ma tistax tiġi appellata.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

L-aħħar aġġornament: 13/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Ungerija

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Bħala regola ġenerali, passi proċedurali sabiex jiġi prodott effett ġuridiku mixtieq jistgħu jitwettqu fil-limiti ta’ żmien previsti fil-leġiżlazzjoni. Dispożizzjonijiet għal dan jistgħu jinsabu kemm fil-liġi sostantiva kif ukoll fil-liġi proċedurali.

Il-kundizzjonijiet rilevanti fil-liġi sostantiva huma parzjalment stabbiliti fir-regoli dwar ir-rikors ġudizzjarju u parzjalment irregolati mir-regoli dwar il-preskrizzjoni. Dawn jippreskrivu l-limiti ta’ żmien għat-tnedija ta’ proċeduri ċivili. Il-liġi tagħti eżenzjoni minn dawn ir-restrizzjonijiet biss biex tiżgura l-infurzar bla kundizzjoni tal-pretensjonijiet (pretensjonijiet dwar proprjetà, pereżempju). Xi passi proċedurali jistgħu jsiru biss b’mod legali f’perjodu ta’ żmien speċifikat (il-limitu ta’ żmien). F’ċerti każijiet it-tul tal-limitu ta’ żmien huwa definit b’mod ċar fil-liġi, bħal meta jsir rikors għal rimedju (limitu ta’ żmien statutorju), filwaqt li f’oħrajn - pereżempju, meta jiġu rettifikati nuqqasijiet - dan jiddependi fuq id-deċiżjoni tal-qorti (limitu ta’ żmien ġudizzjarju).

Il-metodu għall-kalkolu tal-limiti ta’ żmien proċedurali fil-liġi sostantiva huwa konsiderevolment differenti minn dak użat fil-każ tal-liġi proċedurali, kif inhuma l-konsegwenzi ġuridiċi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn iż-żewġ tipi ta’ limitu ta’ żmien. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ limitu ta’ żmien skont id-dritt sostantiv iwassal għal telf ta’ drittijiet, u ma jistax jiġi rrimedjat permezz ta’ ġustifikazzjoni. “Skuża” tista’ tiġi aċċettata biss jekk japplika terminu ta’ preskrizzjoni u biss skont ir-regoli rilevanti tad-dritt sostantiv. Għal limiti ta’ żmien proċedurali, għandha ssir distinzjoni bejn limiti ta’ żmien suġġettivi u dawk oġġettivi. Limiti ta’ żmien suġġettivi jinkludu limiti taż-żmien li għalihom id-data tal-bidu għandha tkun id-data li fiha l-parti kkonċernata tkun irċeviet notifika, u n-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ġeneralment jista’ jiġi rrimedjat billi ssir talba għal restitutio in integrum (rikors għal estensjoni), filwaqt li skadenzi oġġettivi mhumiex marbuta mal-irċevuta tan-notifika mill-parti kkonċernata u n-nuqqas ta’ konformità magħhom ma jistax jiġi rrimedjat permezz ta’ rikors għal restitutio in integrum.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont l-Artikolu 102 (1) tal-Att I tal-2012 dwar il-Kodiċi tax-Xogħol, il-jiem li ġejjin huma previsti bħala jiem mhux tax-xogħol: l-1 ta’ Jannar, il-15 ta’ Marzu, it-Tnejn ta’ wara l-Għid, l-1 ta’ Mejju, it-Tnejn ta’ wara l-Għid il-Ħamsin, l-20 ta’ Awwissu, it-23 ta’ Ottubru, l-1 ta’ Novembru u l-25 u s-26 ta’ Diċembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-limiti ta’ żmien huma kkalkulati f’jiem, xhur jew snin. Id-data tal-bidu mhijiex inkluża f’limiti ta’ żmien espressi f’jiem. Id-data tal-bidu hi d-data li fiha l-azzjoni jew avveniment ieħor (pereżempju notifika, pubblikazzjoni) li jwasslu għall-bidu ta’ limitu ta’ żmien ikunu seħħu. Limiti ta’ żmien espressi f’xhur jew snin jintemmu fil-jum fix-xahar tal-skadenza li jikkorrispondi għal dik li fih beda l-limitu ta’ żmien jew - jekk ma jkunx jeżisti tali jum fix-xahar tal-iskadenza - fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. Jekk l-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien ikun jum mhux tax-xogħol, l-iskadenza tiskadi biss fl-ewwel jum tax-xogħol wara dik id-data. Il-limitu ta’ żmien jiskadi fi tmiem l-aħħar jum; Madankollu, l-iskadenzi għas-sottomissjonijiet quddiem qorti jew azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-qorti jiskadu fi tmiem il-ħinijiet tal-uffiċċju. Ir-regoli ġenerali applikabbli għal-limiti ta’ żmien fil-proċeduri ċivili l-oħra kollha huma stabbiliti fit-Taqsimiet 103 sa 112 tal-Att III tal-1952 dwar il-kodiċi ta’ proċedura ċivili (“il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili”).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Id-data tal-bidu hi d-data li fiha l-azzjoni jew avveniment ieħor (pereżempju n-notifika, il-pubblikazzjoni) li jwasslu għall-bidu ta’ limitu ta’ żmien ikunu seħħu. Id-data tal-bidu mhijiex inkluża f’limiti ta’ żmien espressi f’jiem.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Fir-rigward tal-kalkolu tal-limiti ta’ żmien, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili ma jagħmel ebda distinzjoni bejn il-metodi differenti tan-notifika tad-dokumenti. Madankollu, xi dispożizzjonijiet speċjali japplikaw jekk id-dokumenti jiġu skambjati b’mod elettroniku. Xi dokumenti jintbagħtu lill-espert fuq karta wkoll jekk l-espert iżomm kuntatt mal-qorti b’mezzi elettroniċi: il-qorti tipprovdi lill-espert bl-annessi għal dokumenti tal-qorti fuq il-karta jew fuq mezz ta’ data ieħor jekk, minħabba l-volum kbir ta’ dawn l-annessi jew in-natura tal-mezz tad-data, id-diġitalizzazzjoni toħloq żvantaġġ sproporzjonat jew piż insormontabbli, jew jekk l-awtentiċità ta’ dokument fuq il-karta tkun dubjuża. Jekk, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-dokumenti elettroniċi mibgħuta mill-qorti jkunu akkumpanjati b’annessi f’forma stampata, il-bażi għall-kalkolu tal-limitu ta’ żmien tkun id-data tal-wasla tal-anness. Is-sottomissjonijiet relatati mal-proċedimenti u n-notifika ta’ dokumenti tal-qorti fil-każijiet definiti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili diġà jseħħu b’mod elettroniku. Ġranet li fihom is-sistema ta’ twassil għal dan l-għan ma tkunx qed topera għal mill-inqas erba’ sigħat ma jiġux inklużi fil-limitu ta’ żmien speċifikat bil-liġi jew mill-qorti.

Jekk il-komunikazzjoni fil-proċedimenti ssir b’mezzi elettroniċi, il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-limitu ta’ żmien ma jistgħux japplikaw jekk is-sottomissjoni lill-qorti tkun tressqet b’mod elettroniku mhux aktar tard mid-data finali, skont ir-rekwiżiti tal-IT. Fir-rigward tal-kalkolu tal-limitu ta’ żmien, sottomissjoni titqies li tkun ġiet sottomessa wara li s-sistema tal-IT tal-qorti tkun bagħtet konferma tar-riċevuta, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni. Il-President tal-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali jipprovdi formola għas-sottomissjonijiet fuq il-midja tal-ħżin. Il-midjum tal-ħżin irid jiġi ppreżentat lill-qorti personalment jew bil-posta sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li l-persuna ta’ kuntatt għal sottomissjonijiet elettroniċi tkun irċeviet konferma tal-wasla tal-formola mill-qorti. Permezz tas-sistema tan-notifika, il-qorti awtomatikament tibgħat lill-persuna ta’ kuntatt għal sottomissjonijiet elettroniċi konferma tar-riċevuta tal-midjum ta’ ħażna. Is-sottomissjoni titqies li ġiet innotifikata lill-qorti fid-data speċifikata fil-konferma tar-riċevuta tal-formola mill-qorti.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Id-data tal-bidu mhijiex inkluża f’limiti ta’ żmien espressi f’jiem. Id-data tal-bidu hi d-data li fiha l-azzjoni jew avveniment ieħor (pereżempju n-notifika, il-pubblikazzjoni) li jwasslu għall-bidu ta’ limitu ta’ żmien ikunu seħħu.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ifisser jiem kalendarji. Jekk, madankollu, l-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien ikun jum mhux tax-xogħol, il-limitu ta’ żmien jiskadi biss fl-ewwel jum tax-xogħol wara dik id-data.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Limiti ta’ żmien espressi f’xhur jew snin jintemmu fil-jum fix-xahar tal-skadenza li jikkorrispondi għal dik li fih beda l-limitu ta’ żmien jew - jekk ma jkunx jeżisti tali jum fix-xahar tal-iskadenza - fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Limiti ta’ żmien espressi f’xhur jew snin jintemmu fil-jum fix-xahar tal-skadenza li jikkorrispondi għal dik li fih beda l-limitu ta’ żmien jew - jekk ma jkunx jeżisti tali jum fix-xahar tal-iskadenza - fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Barra mill-każijiet imsemmija hawn fuq, il-qorti tista’, għal kwalunkwe raġuni importanti, testendi limitu ta’ żmien stabbilit minnha darba biss; il-limitu ta’ żmien – flimkien mal-estensjoni tiegħu – ma jistax jaqbeż ħamsa u erbgħin jum, sakemm ma jkunx meħtieġ perjodu itwal biex tingħata opinjoni esperta. L-iskadenzi statutorji jistgħu jiġu estiżi biss f’każijiet li huma obbligatorji skont il-liġi. Il-perjodu mill-15 ta’ Lulju sal-20 ta’ Awwissu ta’ kull sena mhuwiex inkluż f’termini ta’ żmien espressi f’jiem (minħabba btajjel ġudizzjarji). Jekk limitu ta’ żmien espress f’xhur jew snin kellu jiskadi matul il-vaganzi ġudizzjarji, dan jiskadi fil-jum tax-xahar ta’ wara li jikkorrispondi ma’ dak li fih beda l-limitu ta’ żmien jew, jekk dak il-jum ikun ukoll fil-perjodu tal-vaganzi ġudizzjarji, fl-ewwel jum ta’ wara l-vaganzi ġudizzjarji. Il-liġi tistipula wkoll eċċezzjonijiet għall-vaganzi ġudizzjarji. Il-qorti trid b’mod speċifiku tiġbed l-attenzjoni tal-partijiet għal dawn l-eċċezzjonijiet. Fi proċedimenti barra mill-qorti rregolati f’atti li mhumiex il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, id-dispożizzjonijiet dwar il-vaganzi ġudizzjarji jistgħu jiġu applikati biss jekk tkun tipprovdi hekk liġi separata.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Bħala regola ġenerali, jista’ jsir appell fi żmien 15-il jum min-notifika tad-deċiżjoni.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Il-Qorti tista’, għal kwalunkwe raġuni importanti, testendi limitu ta’ żmien stabbilit minnha darba biss; Il-limitu ta’ żmien – flimkien mal-estensjoni tiegħu – ma jistax jaqbeż ħamsa u erbgħin jum, sakemm ma jkunx meħtieġ perjodu itwal biex tingħata opinjoni esperta. L-iskadenzi statutorji jistgħu jiġu estiżi biss f’każijiet li huma obbligatorji skont il-liġi.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ir-regoli tal-proċedura ċivili fl-Ungerija ma jipprevedux estensjoni abbażi tal-post ta’ residenza tal-partijiet. Madankollu, nuqqas ta’ konformità mal-limitu ta’ żmien jista’ jkun skużat jekk il-partijiet ma kinux aċċessibbli fl-indirizz indikat fir-reġistru tad-data personali u tal-indirizzi għal raġuni ġustifikata.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-partijiet ma jistgħux iwettqu aktar b’mod validu azzjonijiet proċedurali inadempjenti. Il-konsegwenzi tan-nuqqas li jitwettqu dawn l-azzjonijiet – ħlief f’każijiet stipulati mil-liġi – jirriżultaw awtomatikament, mingħajr avviż minn qabel. Jekk, skont il-liġi, il-konsegwenzi ta’ inadempjenza jirriżultaw biss b’avviż minn qabel jew fuq talba tal-parti avversa, l-azzjoni inadempjenti tista’ titwettaq matul il-perjodu taż-żmien indikat fl-avviż jew sakemm tintbagħat it-talba jew, jekk it-talba ssir waqt seduta ta’ smigħ, sa meta tittieħed id-deċiżjoni rilevanti. Fil-każ li xi parti tkun imxekkla milli twettaq azzjoni minħabba avveniment naturali komunement magħruf jew ostakli oħra lil hinn mill-kontroll tagħha, dan ma għandux jitqies bħala inadempjenza. Il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-limiti ta’ żmien ma japplikawx jekk sottomissjoni lill-qorti tiġi mpustata bħala ittra rreġistrata mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-partijiet jistgħu jippreżentaw rikors għal restitutio in integrum sabiex jipprovdu skuża għall-inadempjenza tagħhom. Il-qorti trid tieħu deċiżjoni ġusta dwar ir-rikors.

Fil-każ li parti jew ir-rappreżentant tagħha jonqsu milli jidhru fil-qorti f’data partikolari jew jitilfu skadenza għal raġuni lil hinn mill-kontroll tagħhom, il-konsegwenzi tal-inadempjenza – ħlief fil-każijiet imsemmija hawn taħt – jistgħu jiġu rrimedjati billi tiġi pprovduta ġustifikazzjoni għall-inadempjenza. L-ebda ġustifikazzjoni ma tista’ tiġi pprovduta jekk il-possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni tkun eskluża bil-liġi, jekk il-konsegwenzi ta’ inadempjenza jistgħu jiġu evitati mingħajr ġustifikazzjoni, jekk dan in-nuqqas ma jwassalx għal xi żvantaġġ espress f’deċiżjoni tal-qorti jew jekk il-parti tonqos milli tirrispetta l-iskadenza l-ġdida stabbilita fuq il-bażi ta’ rikors għal restitutio in integrum.

Rikorsi għal restitutio in integrum jistgħu jiġu ppreżentati fi żmien ħmistax-il ġurnata. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jibda mid-data tal-għeluq maqbuża jew mill-aħħar jum tal-iskadenza maqbuża. Jekk, madankollu, parti jew ir-rappreżentant tagħha jsiru konxji mill-inadempjenza f’data aktar tard jew jekk ostaklu jitneħħa biss f’data aktar tard, il-limitu ta’ żmien għar-rikors għal restitutio in integrum jibda minn meta l-parti ssir konxja mill-inadempjenza jew jitneħħa l-ostaklu. L-ebda rikors għal restitutio in integrum ma jista’ jiġi ppreżentat aktar tard minn tliet xhur mill-mument tal-inadempjenza.

Ir-rikors għal restitutio in integrum irid jiddikjara l-kawżi tal-inadempjenza u ċ-ċirkustanzi li jagħmluha probabbli li l-inadempjenza ma kenitx intenzjonata. F’każ ta’ nuqqas li tiġi rrispettata skadenza, l-azzjoni inadempjenti trid titwettaq fl-istess ħin li jiġi sottomess ir-rikors għal restitutio in integrum.

Jekk il-possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni tkun eskluża bil-liġi jew jekk ir-rikors għal restitutio in integrum ikun ġie ppreżentata tard, ir-rikors irid jiġi rrifjutat mingħajr ma jitqiesu l-merti tal-każ. L-istess japplika jekk - f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ limitu ta’ żmien - il-parti li tressaq ir-rikors għal restitutio in integrum ma tkunx wettqet l-azzjoni inadempjenti meta ppreżentat ir-rikors.

Jista’ jsir appell kontra deċiżjonijiet li jirrifjutaw rikors għal restitutio in integrum.

L-aħħar aġġornament: 23/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Malta

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-proċedura ġenerali skont il-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta hija li wieħed ikollu għoxrin ġurnata mid-data tan-notifika sabiex jippreżenta r-risposta tiegħu. Però hemm liġijiet speċjali li jistipulaw termini differenti.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

L-1 ta’ Jannar, l-10 ta’ Frar, id-19 ta’ Marzu, il-31 ta’ Marzu, il-Ġimgħa l-Kbira, l-1 ta’ Mejju, is-7 ta’ Ġunju, id-29 ta’ Ġunju, il-15 ta’ Awwissu, it-8 ta’ Settembru, il-21 ta’ Settembru, it-8 ta’ Diċembru, it-13 ta’ Diċembru, il-25 ta’ Diċembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Normalment persuna li jkunu nfetħu proċeduri ta’ natura ċivili kontra tagħha jkollha għoxrin ġurnata biex tirrispondi billi tippreżenta r-risposta tagħha l-Qorti. Però jeżistu liġijiet speċjali li jistipulaw termini li jkunu iqsar jew itwal skont il-każ.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Mid-data tan-notifika.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le, iż-żmien ta’ dekorrenza ma jiġix affettwat mill-metodu ta’ trażmissjoni. Wieħed dejjem jimxi fuq id-data ta’ meta jkun ġie nnotifikat.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Ġeneralment iż-żmien jibda jiddekorri mill-għada però jista’ jagħti l-każ li l-liġi jew il-Qorti tagħti terminu li l-jum tan-notifika jkun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Fil-liġi Maltija jekk ma jkunx hemm espressament indikat li l-liġi qed tirreferi għal jiem tax-xogħol, allura jkun ifisser li l-jiem stipulati fil-liġi għandhom jingħaddu bħala jiem tal-kalendarju.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Fl-għadd taż-żmien, il-ġurnata tingħadd ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, filwaqt li x-xahar u s-sena jingħaddu skont il-kalendarju.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Fl-għadd taż-żmien, il-ġurnata tingħadd ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, filwaqt li x-xahar u s-sena jingħaddu skont il-kalendarju.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, jekk l-iskadenza tiskadi f’jum li mhux tax-xogħol (minħabba li tkun taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew f’xi festa pubblika) allura din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss skont l-Artikolu 108 tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-iskadenza tista’ tiġi estiża biss bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti u l-persuna xorta titħalla tippreżenta r-risposta tagħha jekk tipprova, għas-sodisfazzjon tal-Qorti, raġuni tajba li naqset li tippreżenta r-risposta ġuramentata minħabba fiha.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Wara li tingħata sentenza mill-ewwel Qorti persuna tista’ tagħmel appell fi żmien għoxrin ġurnata (jiem tal-kalendarju) minn meta tingħata s-sentenza. Il-kontroparti jkollha għoxrin ġurnata biex tirrispondi. F’kawża kostituzzjonali jekk il-kawża tkun infetħet b’rikors allura l-appell għandu jsir fi żmien għoxrin ġurnata minn meta tingħata s-sentenza. Jekk il-kawża tkun marret quddiem Qorti Kostituzzjonali permezz ta’ referenza minn Qorti oħra, allura l-appell għandu jsir fi żmien tmint ijiem tax-xogħol. Il-kontroparti f’kawża kostituzzjonali għandha tmint ijiem tax-xogħol biex tirrispondi. Fejn hemm lok li digriet jiġi appellat qabel is-sentenza finali, l-appell irid isir fi żmien sitt ijiem mill-jum meta d-digriet ikun inqara fil-qorti bil-miftuħ. Din hija l-proċedura ġenerali. Però għandu jingħad li jeżistu liġijiet speċjali li jistipulaw termini differenti għall-appell jekk l-appell ikun ser jinstema’ quddiem tribunal differenti minn dawn imsemmija hawn fuq.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Fil-kawżi ordinarji ta’ natura ċivili il-kawżi kollha għandhom jiġu appuntati fi żmien xahrejn u s-seduti għandhom jinżammu minn xahrejn għal xahrejn. Il-qorti tista’ tagħżel li ma tappuntax għas-smigħ, bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Settembru ta’ kull sena.

Jekk il-kawża tkun waħda kostituzzjonali, il-Qorti għandha tappunta data għas-smigħ li tkun fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mill-jum meta jkun ġie ppreżentat ir-rikors, jew minn meta tkun ġiet ippreżentata risposta mill-appellat fiż-żmien mogħti għal dik ir-risposta jew fil-każ li ma tiġi ppreżentata l-ebda risposta, mill-iskadenza ta dak it-terminu.

F’każ ta’ proċedimenti sommarji u speċjali, il-konvenut għandu jiġi mħarrek biex jidher mhux aktar kmieni minn ħmistax-il jum u mhux aktar tard minn tletin jum min-notifika.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Fil-liġi Maltija ma jeżisti l-ebda post li min ikun residenti fih jibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi, il-persuna titlef id-dritt li tippreżenta r-risposta u tressaq il-provi tagħha quddiem il-qorti u allura ssir kontumaċi. Madankollu qabel ma tagħti s-sentenza, l-Qorti xorta waħda tagħti lill-konvenut żmien qasir u perentorju biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu bil-fomm jew bil-miktub biex jiddefendi ruħu kontra t-talba tal-attur. Il-parti li tkun kontumaċi xorta waħda jkollha dritt li tappella mis-sentenza finali f'każ ta' eżitu negattiv għaliha.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Dawn għandhom jippruvaw jiġġustifikaw għalfejn baqgħu inadempjenti. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li kellhom raġuni tajba għalfejn baqgħu inadempjenti allura il-Qorti tawtorizza lill-parti kontumaċi sabiex tippreżenta r-risposta tagħha.

L-aħħar aġġornament: 25/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Olanda

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

L-iskadenzi li japplikaw fil-liġi proċedurali ċivili jistgħu b’mod ġenerali jinġabru flimkien kif ġej:

a. Perjodi minimi ta’ avviż għat-taħrika tal-parti l-oħra u ta’ kwalunkwe partijiet terzi u xhieda sabiex jidhru fil-proċedimenti. Normalment japplika perjodu ta’ mill-inqas ġimgħa. Fil-prinċipju, japplika wkoll perjodu ta’ mill-inqas ġimgħa għat-taħrika tal-partijiet interessati sabiex jidhru fil-proċedimenti kontenzjużi, sakemm il-qorti ma tispeċifikax mod ieħor (l-Artikoli 114-119 u 276 (it-taħrika tal-partijiet u ta’ partijiet terzi) u l-Artikoli 170 u 284 (it-taħrika tax-xhieda) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering)). Huwa importanti li jiġi nnotat li jekk il-konvenut ikollu indirizz magħruf jew ikun magħruf li fil-fatt jirrisjedi barra mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-perjodu ta’ avviż għat-taħrika ta’ dik il-parti jkun ta’ mill-inqas 4 ġimgħat (l-Artikolu 115 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

b. Il-perjodi massimi għat-tfittxija ta’ rimedji legali. Ir-rimedju legali ta’ oġġezzjoni (verzet) normalment irid jiġi mfittex fi żmien 4 ġimgħat. Ġeneralment, japplikaw perjodi ta’ 3 xhur għal appell (hoger beroep), appell lill-Qorti Suprema (cassatie) u azzjoni sabiex titħassar sentenza li tkun saret finali (herroeping) (ara l-Artikolu 143 (oġġezzjoni), l-Artikoli 339 u 358 (appell), l-Artikoli 402 u 426 (appell lill-Qorti Suprema) u l-Artikoli 383 u 391 (tħassir ta’ sentenza finali) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

ċ. Termini għat-twettiq ta’ atti proċedurali mill-partijiet u għad-deċiżjonijiet mill-qorti. Dawn ġeneralment ivarjaw minn ġimgħatejn sa 6 ġimgħat. F’ċerti ċirkostanzi, il-qorti tista’ tippermetti li t-twettiq tal-atti proċedurali jiġi differit.

d. Perjodi ta’ limitazzjoni għall-bidu ta’ azzjonijiet legali u għall-eżerċitar ta’ awtorità ta’ infurzar. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ 20 sena. Madankollu, f’ħafna każijiet japplika perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ 5 snin. Il-pagamenti ta’ penali inkrementali jiskadu 6 xhur wara l-jum li fih isiru. Perjodu ta’ limitazzjoni li diġà jkun għaddej jista’ jiġi interrott u warajh ikun jista’ jibda perjodu ta’ limitazzjoni ġdid. Pereżempju, il-perjodu ta’ limitazzjoni li japplika għall-awtorità ta’ infurzar jista’ jiġi interrott permezz tal-iskontar tas-sentenza jew permezz ta’ kwalunkwe att ieħor ta’ infurzar (l-Artikoli 306-325, il-Ktieb 3, tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek).

It-termini statutorji huma soġġetti wkoll għar-regoli stipulati fl-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAlgemene Termijnenwet).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Minbarra s-Sibtijiet u l-Ħdud, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida l-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini jispeċifika dawn li ġejjin bħala btajjel pubbliċi rikonoxxuti b’mod ġenerali:

  • L-Ewwel tas-Sena: L-1 ta’ Jannar
  • Il-Ġimgħa l-Kbira: Il-Ġimgħa ta’ qabel l-Għid
  • It-Tnejn ta’ wara l-Għid: Il-jum tat-Tnejn ta’ wara l-Għid
  • Jum Lapsi: Il-Ħamis, 40 jum wara l-Għid
  • Jum ir-Rè: Is-27 ta’ April
  • Jum il-Liberazzjoni: Il-5 ta’ Mejju
  • It-Tnejn, l-Għid il-Ħamsin: It-Tnejn wara l-Pentekoste
  • Il-Milied u l-Għada tal-Milied: Il-25 u s-26 ta’ Diċembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

It-termini statutorji huma soġġetti għar-regoli stipulati fl-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini. Dan l-Att jistipula li terminu stabbilit f’att li jintemm nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali jiġi estiż sal-aħħar tal-jum li jkun imiss li ma jkunx Sibt, Ħadd jew btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali. Jekk ikun meħtieġ, terminu li jinkludi mill-inqas tlett (3) ijiem jiġi estiż sabiex b’hekk jinkludi mill-inqas jumejn li ma jkunux Sibtijiet, Ħdud jew btajjel pubbliċi rikonoxxuti b’mod ġenerali.

Fir-regoli ta’ proċedura nazzjonali għal kawżi ċivili mibdija b’taħrika (Landelijk procesreglement voor civiele dagvaardingen bij de rechtbanken) terminu ta’ sitt (6) ġimgħat jitqies bħala punt tat-tluq għat-twettiq ta’ atti proċedurali mill-partijiet u għall-għoti tas-sentenza. F’konformità mar-regoli nazzjonali tal-proċedura ċivili għas-setturi tal-qorti kantonali (Landelijk reglement voor de civiele rol van de kantonsectoren), fil-prinċipju, il-qrati kantonali jużaw termini ta’ erba' (4) ġimgħat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-ħin tal-bidu dejjem ikun l-ewwel jum wara l-avveniment deċiżiv.

Taħrika

Mhux applikabbli.

Rimedji legali

It-terminu għar-rimedju legali ta’ oġġezzjoni (possibbli biss kontra sentenzi mogħtija f’kontumaċja) għandu tliet ħinijiet tal-bidu differenti:

  1. il-mument li s-sentenza tiġi nnotifikata personalment lill-parti kkundannata;
  2. f’każ li jintuża metodu ta’ notifika ieħor: il-mument li l-parti kkundannata twettaq att li juri li hija taf bis-sentenza jew bil-bidu tal-infurzar; u
  3. f’każijiet oħrajn: il-mument li jitlesta l-infurzar tas-sentenza.

It-terminu għal appelli u appelli lill-Qorti Suprema kontra s-sentenzi mogħtija jiġi kkalkolat mid-data li fiha tingħata s-sentenza. L-ewwel jum tal-perjodu huwa l-għada tal-jum tas-sentenza. Ara wkoll il-mistoqsija 12.

It-terminu għal appelli u appelli lill-Qorti Suprema kontra d-deċiżjonijiet mogħtija jiġi kkalkolat:

  • mid-data li fiha tingħata d-deċiżjoni, f’każ li l-applikant u l-partijiet interessati jidhru fil-proċedimenti, u
  • wara li tingħata d-deċiżjoni jew tkun ġiet innotifikata b’mod ieħor, fil-każ ta’ partijiet interessati oħrajn.

It-terminu għal azzjoni sabiex titħassar sentenza jew deċiżjoni li tkun saret finali jibda wara li tkun tqajmet ir-raġuni għat-tħassir u l-pretendent jew l-applikant ikun sar jaf biha, iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel ma s-sentenza jew id-deċiżjoni tkun saret finali, jiġifieri ma tkunx tista’ tiġi annullata permezz ta’ oġġezzjoni, appell jew appell lill-Qorti Suprema.

Atti proċedurali

It-termini stabbiliti għat-twettiq tal-atti proċedurali ġeneralment jiġu kkalkolati mid-data tal-lista ta’ kawżi preċedenti f’ġimgħat sħaħ. Eżempju: wara seduta ta’ smigħ mil-lista ta’ kawżi nhar ta’ Erbgħa, il-kawża terġa’ titqiegħed fuq il-lista ta’ kawżi nhar l-Erbgħa ta’ erba' (4) ġimgħat wara u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tkun l-10 ta’ filgħodu. Jekk il-kawża titneħħa minn fuq il-lista, pereżempju, il-qorti mbagħad tiddetermina d-data li fiha titreġġa’ lura fil-lista.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Il-ħin tal-bidu tal-perjodi ta’ limitazzjoni li japplikaw għall-azzjonijiet legali jiddependi fuq in-natura tal-azzjoni. Pereżempju, dritt ta’ azzjoni sabiex tintalab l-eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali sabiex tipprovdi jew tagħmel xi ħaġa jiskadi 5 snin wara l-bidu tal-jum wara dak li fih it-talba tkun saret eżiġibbli. Eżempju: dritt ta’ azzjoni sabiex tintalab it-terminazzjoni ta’ sitwazzjoni illegali jiskadi 5 snin wara l-bidu tal-jum wara dak li fih tkun tista’ tintalab it-terminazzjoni immedjata tas-sitwazzjoni.

Infurzar

Fil-prinċipju, l-awtorità ta’ infurzar tiskadi 20 sena wara l-bidu tal-jum wara dak li fih tingħata s-sentenza.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le, Madankollu, f’xi każijiet, il-mod li bih parti ssir taf bis-sentenza jinfluwenza l-bidu tat-terminu sabiex jiġi mfittex rimedju legali, pereżempju, sabiex titressaq oġġezzjoni. Ara wkoll il-mistoqsija 4.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Le. It-terminu jibda l-għada tal-jum li fih ikun seħħ l-avveniment.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-liġi Olandiża tuża l-jiem kalendarji. L-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini jistipula li terminu li jintemm nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali jiġi estiż sal-aħħar tal-jum li jkun imiss li ma jkunx Sibt, Ħadd jew btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali.

Barra minn hekk, jekk ikun meħtieġ, terminu stabbilit f’att li jinkludi mill-inqas 3 ijiem jiġi estiż sabiex b’hekk jinkludi mill-inqas jumejn li ma jkunux Sibtijiet, Ħdud jew btajjel pubbliċi rikonoxxuti b’mod ġenerali.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Dawn jirreferu wkoll għal xhur kalendarji u snin kalendarji.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Taħrika

Mhux applikabbli.

Rimedji legali

Fil-proċedimenti permezz ta' taħrika, jiġu mfittxija rimedji legali billi tinħareġ taħrika. Sakemm ma jkunx permess jagħmel dan mill-qorti li l-parti għandha tiġi mħarrka sabiex tikkomparixxi quddiemha, l-uffiċjal ġudizzjarju ma jistax joħroġ in-notifika tal-uffiċjal ġudizzjarju wara t-tmienja (8) ta’ filgħaxija. Għalhekk, it-terminu effettivament jintemm fit-(tmienja) 8 ta’ filgħaxija tal-aħħar jum. Fi proċedimenti bħal dawn, għandu jiġi mfakkar ukoll li la l-jum li fih tinħareġ it-taħrika u lanqas il-jum li fih il-parti tiġi mħarrka sabiex tikkomparixxi quddiem il-qorti (l-ewwel data fil-lista ta’ kawżi) ma jingħadd meta jiġi kkalkolat il-perjodu ta’ avviż għat-taħrika. Għalhekk, il-perjodu ta’ avviż minimu għandu jkun bejn dawn iż-żewġ dati.

Fil-proċedimenti kontenzjużi, jiġu mfittxija rimedji legali billi jiġi ppreżentat rikors mar-reġistru tal-qorti. Dan jista’ jsir bil-posta jew personalment matul il-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru tal-qorti, jew inkella b’faks sa nofs il-lejl fl-aħħar jum tal-perjodu.

Għall-appelli f’kawżi tal-familja, il-ħin tal-bidu huwa kemmxejn differenti minn dak applikabbli għall-appelli fi proċedimenti oħrajn ta’ rikors (ara wkoll il-mistoqsija 4. ‘Rimedji legali’). L-applikant jista’ jressaq appell fi żmien tlett (3) xhur mill-jum li fih tiġi nnotifikata s-sentenza. Partijiet interessati oħrajn jistgħu jressqu appell fi żmien 3 xhur minn meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni jew tiġi nnotifikata b’mod ieħor lilhom.

Atti proċedurali

Jekk kawża tkun fuq lista ta’ kawżi, dan li ġej japplika għall-preżentazzjoni tad-dokumenti. Fil-prinċipju, dokument intiż għal data fil-lista ta’ kawżi jiġi ppreżentat lir-reġistru tal-qorti sal-iskadenza tal-preżentazzjoni. Dan huwa l-aħħar ħin sa meta kwalunkwe dokumenti, bl-eċċezzjoni tat-taħrika, u r-rapporti jridu jkunu fil-pussess tal-qorti. F’konformità mar-regoli ta’ proċedura nazzjonali, il-jum u l-ħin sa meta jridu jiġu ppreżentati d-dokumenti huma: L-Erbgħa fl-10 ta’ filgħodu. Jekk ma ssir ebda seduta ta’ smigħ minħabba li l-kawża tkun qed tiġi ttrattata bil-miktub, id-dokumenti jiġu ppreżentati lir-reġistru tal-qorti fid-data tal-lista ta’ kawżi jew qabel. Is-settur kantonali ta’ qorti dejjem iżomm seduta ta’ smigħ, minħabba li f’dak il-każ l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu wkoll bil-fomm. Id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati lir-reġistru tal-qorti sa mhux aktar tard mill-jum ta’ qabel id-data tal-lista ta’ kawżi. Dan jista’ jsir bil-posta jew personalment matul il-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru tal-qorti, jew inkella b’fax sa nofs il-lejl fil-jum inkwistjoni.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Ara wkoll ‘Perjodi ta’ limitazzjoni’ taħt il-mistoqsija 4. Għal xi drittijiet ta’ azzjoni, il-ħin meta parti ssir taf b’fatt partikolari huwa importanti. Eżempju: dritt ta’ azzjoni sabiex jintalab l-irkupru ta’ ħlas mhux dovut jiskadi 5 snin wara l-bidu tal-jum wara dak li fih il-kreditur ikun sar jaf kemm bl-eżistenza tat-talba kif ukoll bl-identità tal-benefiċjarju u, fi kwalunkwe każ, 20 sena wara li saret it-talba.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, skadenza li tiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali tiġi estiża sal-aħħar tal-jum li jkun imiss li ma jkunx Sibt, Ħadd jew btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali. Madankollu, f’konformità mal-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini, dan ma japplikax għall-iskadenzi stabbiliti billi jingħaddu lura minn żmien jew avveniment partikolari. Fi kliem ieħor, din ir-regola tapplika għal perjodi massimi u mhux għal perjodi minimi.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

F’xi każijiet, il-liġi tipprevedi estensjoni għal skadenza. Pereżempju, jekk il-parti telliefa tmut matul il-perjodu għat-tressiq ta’ appell u l-werrieta ta’ dik il-parti jkunu jixtiequ jsiru s-suċċessuri tagħha fil-proċedimenti ta’ appell, japplika perjodu ġdid ta’ tliet xhur.

Madankollu, b’mod ġenerali, ir-regoli relatati mat-termini huma strettament infurzati, għalkemm il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi (Hoge Raad der Nederlanden) għamlet eċċezzjoni għall-każijiet li fihom il-parti li kienet qed tappella ma ġietx mgħarrfa bis-sentenza minnufih minħabba żball jew ommissjoni min-naħa tal-qorti. F’każ bħal dan, dik il-parti tkun qabżet l-iskadenza mingħajr ħtija min-naħa tagħha u tingħata estensjoni qasira.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limitu ta’ żmien sabiex jitressaq appell ġeneralment ikun ta’ 3 xhur. F’ċerti kawżi ċivili, bħal proċedimenti interlokutorji (proċedimenti mħaffa), japplikaw termini iqsar għall-appelli u l-appelli lill-Qorti Suprema, jiġifieri 4 ġimgħat u 8 ġimgħat, rispettivament.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Il-perjodi kollha relatati ma’ jekk parti għandhiex tidher quddiem il-qorti huma perjodi minimi. Ma ġie stabbilit ebda perjodu massimu.

Taħrika

Il-perjodi ta’ avviż għat-taħrika ta’ parti jistgħu jitqassru mill-qorti fuq talba tal-pretendent, jekk ikun meħtieġ, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Fi proċedimenti interlokutorji, taħrika tinħareġ biss wara li l-imħallef ikun speċifika d-data u l-ħin tas-seduta ta’ smigħ, li tista’ ssir saħansitra nhar ta’ Ħadd. Jekk ikun meħtieġ, parti tista’ tiġi tiġi mħarrka b’avviż fuq perjodu qasir ħafna. Il-qorti tista’ tistabbilixxi wkoll perjodu ta’ avviż iqsar għat-taħrika ta’ parti fi proċedimenti kontenzjużi.

Il-qorti ma tistax testendi l-perjodi ta’ avviż għat-taħrika ta’ parti, għalkemm hija tista’ tistabbilixxi perjodu ta’ avviż itwal sabiex parti tidher fi proċedimenti kontenzjużi (ara l-mistoqsijiet 7 u 8).

Atti proċedurali

Il-qorti tista’ testendi t-termini li fihom il-partijiet iridu jwettqu l-atti proċedurali jekk tali estensjoni tintalab b’mod konġunt mill-partijiet. Jekk talba ssir b’mod unilaterali, differiment jingħata biss fuq il-bażi ta’ raġunijiet konvinċenti jew force majeure. Raġunijiet konvinċenti jinkludu, pereżempju, il-kumplessità legali jew attwali tal-kawża, il-ħtieġa li tistenna sentenza fi proċedimenti rilevanti oħrajn jew sitwazzjoni li fiha l-parti jew l-avukat tagħha jkunu morda jew fuq btala.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Il-liġi Olandiża ma fiha ebda dispożizzjoni għal sitwazzjoni bħal din.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Taħrika

Jekk parti tiġi mħarrka b’avviż insuffiċjenti, it-taħrika ssir invalida f’każ li l-konvenut jonqos milli jidher quddiem il-qorti u tiġi ddikjarata invalida mill-qorti. Hija ma ssirx invalida awtomatikament. Il-pretendent jista’ jirrettifika difett bħal dan billi joħroġ notifika emendata tal-uffiċjal ġudizzjarju qabel l-ewwel data tal-lista ta’ kawżi.

Jekk il-konvenut jonqos milli jidher fl-ewwel data tal-lista ta’ kawżi, it-taħrika tiġi vverifikata għal kwalunkwe difetti li jistgħu jrenduha f’invalida. Jekk hija tkun sewwa, il-konvenut jiġi ddikjarat bħala li jinsab f’kontumaċja minħabba n-nuqqas tiegħu li jidher quddiem il-qorti u, ġeneralment, it-talba tiġi permessa fin-nuqqas ta’ dehra. Jekk il-konvenut jonqos milli jidher quddiem il-qorti u x’aktarx li huwa ma jkunx irċieva n-notifika tal-uffiċjal ġudizzjarju bħala riżultat tad-difett, il-qorti tiddikjara n-notifika bħala invalida.

Jekk il-konvenut jonqos milli jidher quddiem il-qorti jew milli jaħtar avukat minkejja li jkun ingħata avvż sabiex jagħmel dan fit-taħrika u jirriżulta li n-notifika tal-uffiċjal ġudizzjarju kien fiha difett li għamilha invalida, il-konvenut ma jiġix iddikjarat bħala li jinsab f’kontumaċja minħabba n-nuqqas tiegħu li jidher quddiem il-qorti. Il-qorti tistabbilixxi data ġdida tal-lista ta’ kawżi u tordna sabiex id-difett jiġi rrimedjat għas-spejjeż tal-pretendent. Jekk il-konvenut jidher quddiem il-qorti u ma jinvokax id-difett, it-taħrika titqies bħala li nħarġet b’mod korrett.

Rimedji legali

Jekk it-terminu għat-tfittxija ta’ rimedju legali jinqabeż, il-piena tkun ir-rifjut tal-appell. Imbagħad, id-deċiżjoni sottostanti tal-qorti ssir finali, jiġifieri ma tkunx tista’ tiġi annullata aktar permezz ta’ oġġezzjoni, appell jew appell lill-Qorti Suprema.

Atti proċedurali

Jekk att proċedurali ma jitwettaqx fit-terminu stabbilit, f’ċerti kundizzjonijiet jista’ jinkiseb differiment (ara l-mistoqsija 10). Jekk ma jkunx jista’ jinkiseb differiment, id-dritt tat-twettiq tal-att proċedurali jiskadi.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Jekk il-parti interessata tkun ippermettiet li l-perjodu għall-bidu ta’ azzjoni legali jiskadi, id-dritt ta’ azzjoni protett mit-talba jkompli jeżisti. Madankollu, ma jibqax possibbli li dan id-dritt jiġi eżerċitat fil-qrati.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Ir-rimedji legali li ġejjin huma disponibbli għall-partijiet li qabżu l-iskadenzi.

Taħrika

Konvenut li jonqos milli jidher quddiem il-qorti fl-ewwel data tal-lista ta’ kawżi ġeneralment jiġi ġġudikat fin-nuqqas ta’ dehra. Sakemm tingħata s-sentenza finali, dan il-konvenut jista’ jevita sentenza mogħtija f’kontumaċja billi jidher bħala parti fil-proċedimenti. Wara li tkun ingħatat is-sentenza finali, il-parti ġġudikata fin-nuqqas ta’ dehra tista’ tfittex ir-rimedju legali ta’ oġġezzjoni. Sentenza mogħtija fin-nuqqas ta’ dehra, il-prevenzjoni ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja billi l-parti tidher quddiem il-qorti u oġġezzjoni ma japplikawx fi proċedimenti kontenzjużi. F’każijiet bħal dawn, il-parti interessata li tkun naqset milli tidher quddiem il-qorti tkun tista’ tressaq appell.

Rimedji legali

It-termini għat-tfittxija ta’ rimedji legali jiġu infurzati mill-qorti fuq mozzjoni tagħha stess. It-termini għat-tressiq ta’ appelli u appelli lill-Qorti Suprema huma obbligatorji. Il-qrati huma stretti ħafna fl-applikazzjoni ta’ dawn it-termini fl-interessi ta’ ċertezza tad-dritt. Madankollu, il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi introduċiet ċertu ammont ta’ flessibilità għall-appelli fil-proċedimenti kontenzjużi. L-avviż tal-appell irid jistabbilixxi r-raġunijiet għall-appell, iżda fil-kawżi li fihom id-deċiżjoni tkun ingħatat iżda tkun għadha ma ntbagħtitx u, għalhekk, l-appellant ma jkollux aċċess għar-raġunament sottostanti, huwa jkun permess li jippreżenta r-raġunijiet għall-appell f’avviż supplimentari u sussegwenti ta’ appell. Madankollu, l-appell innifsu jrid ikun tressaq fit-terminu. Huwa biss f’każijiet okkażjonali meta l-qorti tkun għamlet żball doppju li t-terminu jiġi estiż b’14-il jum minn meta tkun ingħatat id-deċiżjoni. Dan ikun il-każ jekk il-parti li tressaq l-appell ma kinitx taf u ma setgħetx tkun taf meta se tingħata d-deċiżjoni bħala riżultat ta’ żball min-naħa tal-qorti (jew ir-reġistrar tal-qorti) u d-deċiżjoni tkun intbagħtet jew inħarġet biss wara li jkun skada t-terminu għall-appelli, bħala riżultat ta’ żball li ma jistax jiġi attribwit lill-appellant. Fil-proċedimenti ta’ taħrika, l-avviż tal-appell ma għandux bżonn jistabbilixxi r-raġunijiet għall-appell. Dawn ma jiġux ippreżentati sa stadju aktar tard tal-proċedimenti.

Atti proċedurali

F’ċerti ċirkostanzi, jista’ jintalab differiment għat-twettiq tal-atti proċedurali (ara l-mistoqsija 13). Jekk ma jinkisibx differiment, id-dritt tat-twettiq tal-att proċedurali jiskadi.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Ma huwa disponibbli ebda rimedju kontra l-iskadenza tal-perjodi ta’ limitazzjoni, għajr għall-interruzzjoni tagħhom fi żmien debitu (ara l-mistoqsija 1. d.). Madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-invokazzjoni tal-limitazzjoni tmur kontra l-prinċipji ta’ raġonevolezza u ġustizzja.

L-aħħar aġġornament: 02/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Awstrija

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Hemm tipi differenti ta’ skadenzi fil-liġi Awstrijaka.

Il-limiti ta’ żmien proċedurali (jiġifieri perjodi li matulhom parti jew persuna oħra involuta fil-proċedimenti tista’ jew għandha tieħdu pass proċedurali partikolari) huma distinti mil-limiti ta’ żmien fiżiċi (jiġifieri perjodi li matulhom avveniment partikolari għandu jseħħ sabiex is-sistema legali toħloq ċerti effetti sostantivi, bħall-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ lment ta’ xkiel fil-pussess skont l-Artikolu 454 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung (ZPO)) jew il-perjodu ta’ żmien marbut ma’ kwistjonijiet ta’ xoljiment ta’ kera skont l-Artikolu 560 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Punt importanti huwa li ż-żmien meħtieġ għat-twassil bis-servizzi tal-posta mhuwiex inkluż għat-terminu proċedurali, iżda l-kuntrarju jgħodd għat-termini sostantivi. Dan ifisser, pereżempju, li appell (ħin proċedurali) ikun ikkunsidrat li sar f’waqtu jekk jintbagħat lill-uffiċċju postali sal-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell (id-data tat-timbru tal-posta), anki jekk il-qorti tirċevih wara l-iskadenza.

Issir distinzjoni ulterjuri bejn jekk it-tul ta’ żmien tal-perjodu jkunx determinat direttament mil-liġi (eż. il-limiti ta’ żmien biex jiġi ppreżentat appell) jew jekk iridx jiġi ddeterminat mill-imħallef abbażi tar-rekwiżiti tal-każ individwali (eż. l-iskadenza biex jinkiseb depożitu tal-kawzjoni tal-attur). L-iskadenzi ta’ investigazzjoni, li għalihom il-liġi tippreskrivi biss ċertu qafas ta’ żmien (tul ta’ żmien minimu jew massimu jew ammont approssimattiv bħal fl-Artikolu 257 (1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għall-iskedar ta’ seduta preliminari) jirrappreżentaw kombinazzjoni tat-tnejn li huma.

Il-limiti ta’ żmien assoluti jiġu ddeterminati sal-ħin li fih jintemmu (normalment jum kalendarju wieħed); filwaqt li l-iskadenzi relattivi għandhom jindikaw it-tul taż-żmien huma espressi abbażi tad-durata; id-dati tal-bidu tagħhom huma ddeterminati abbażi tal-avveniment li jiskatta l-iskadenza taż-żmien.

Il-limiti ta’ żmien jistgħu, bħala regola ġenerali, jiġu estiżi mill-imħallfin (limiti ta’ żmien estendibbli). F’każijiet eċċezzjonali li għalihom il-liġi tipprojbixxi l-estensjoni, l-iskadenzi huma magħrufa bħala skadenzi mhux estendibbli jew skadenzi mandatorji.

Issir distinzjoni bejn skadenzi riversibbli u skadenzi mhux riversibbli, jiddependi jekk ir-restituzzjoni tal-pożizzjoni preċedenti tkunx possibbli, jekk l-iskadenza tinqabeż. L-iskadenza riversibbli hija r-regola ġenerali; f’każijiet eċċezzjonali li fihom ir-restituzzjoni tal-pożizzjoni preċedenti tkun ipprojbita, l-iskadenza tissejjaħ preklużiva, jew skadenza fissa. Eżempji ta’ skadenzi proċedurali preklużivi huma l-iskadenzi assoluti għall-preżentazzjoni ta’ rikors għall-annullament jew għall-ftuħ ta’ proċess ġdid. (l-Artikolu 534 (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Is-Sibt, il-Ħadd, il-Ġimgħa l-Kbira u l-vaganzi uffiċjali fl-Awstrija mhumiex jiem ta’ xogħol. L-1 ta’ Jannar (is-Sena l-ġdida), is-6 ta’ Jannar (l-Epifanija), it-Tnejn tal-Għid, l-1 ta’ Mejju (Festa tal-Istat), Lapsi, it-Tnejn ta’ wara l-Għid il-Ħamsin, Corpus Christi, il-15 ta’ Awwissu (Santa Marija), is-26 ta’ Ottubru (Festa Nazzjonali), l-1 ta’ Novembru (il-Qaddisin Kollha), it-8 ta’ Diċembru (il-Kunċizzjoni), il-25 ta’ Diċembru (il-Milied) u s-26 ta’ Diċembru (San Stiefnu) huma kollha jiem ta’ vaganzi legali fl-Awstrija.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-limiti ta’ żmien huma essenzjalment stabbiliti fl-Artikoli minn 123 sa 129, u minn 140 sa 143 u l-Artikolu 222 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, u l-Artikolu 89 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qorti (Gerichtsorganisationsgesetzes (GOG)).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Skadenza, bħala regola ġenerali, tibda tiddekorri minn d-data tas-servizz tad-deċiżjoni li tagħti avviż li tordna jew tiskatta l-iskadenza; inkella, tibda meta tinqata’ s-sentenza (l-Artikolu 124 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Iva, permezz ta’ deroga mir-regola ġenerali li skontha d-data tan-notifika tkun in-notifika jew il-qtugħ tas-sentenza li tiskatta jew tordna l-iskadenza, riżoluzzjonijiet ġudizzjarji trażmessi b’mod elettroniku, u petizzjonijiet legali, (l-Artikolu 89a (2))(GOG) jitqiesu li jkunu twettqu fil-jum ta’ xogħol li jkun imiss wara l-wasla tagħhom fid-dominju elettroniku tar-riċevitur (is-Sibtijiet ma jitqisux bħala jiem ta’ xogħol (l-Artikolu89d (2) GOG).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Meta skadenza tkun espressa f’jiem, id-data jew id-data tal-avveniment, li tintuża għall-kalkolu tal-jum ta’ bidu, ma tkunx inkluża għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskadenza.

Min-naħa l-oħra, l-iskadenzi espressi f’ġimgħat, xhur jew snin, jintemmu f’nofs il-lejl fil-jum tal-aħħar ġimgħa jew l-aħħar xahar li jikkorrispondi fl-isem jew fl-għadd, mad-data ta’ bidu. Jekk dan il-jum ma jkunx jeżisti fl-aħħar xahar, l-iskadenza tintemm fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Il-limiti ta’ żmien espressi f’jiem jingħaddu bħala jiem kalendarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Minħabba l-mod li bih jiġu kkalkulati l-iskadenzi espressi f’ġimgħat, xhur jew snin (ara l-mistoqsijiet 6. u 9.), din il-kwistjoni ma tgħoddx fil-każ ta’ dawn l-iskadenzi.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Skadenzi espressi f’ġimgħat, xhur jew snin jintemmu f’nofs il-lejl fil-jum tal-aħħar ġimgħa jew l-aħħar xahar li jikkorrispondi fl-isem jew fin-numru mad-data ta’ bidu. Jekk din il-ġurnata tkun nieqsa fl-aħħar xahar tal-iskadenza (eż. jekk xahar jibda fl-31 ta’ Jannar), l-iskadenza tintemm fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar (f’dan il-każ: fit-28 jew fid-29 ta’ Frar). Is-Sibtijiet, il-Ħdud, il-festi pubbliċi jew il-Ġimgħa l-Kbira ma jaffettwawx id-data ta’ bidu jew id-durata tal-iskadenzi.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva. Jekk skadenza taħbat is-Sibt, il-Ħadd, festa pubblika jew il-Ġimgħa l-Kbira, din tintemm fil-jum tax-xogħol li jmiss (li ma għandux ikun wieħed mill-jiem imsemmija hawn fuq).

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-iskadenzi mandatorji fi proċedimenti ta’ appell huma sospiżi matul il-perjodu mill-15 ta’ Lulju sas-17 ta’ Awwissu u mill-24 ta’ Diċembru sas-6 ta’ Jannar. Jekk wieħed minn dawn il-perjodi jibda matul skadenza mandatorja, jew il-bidu ta’ skadenza mandatorja jaħbat f’wieħed minn dawn il-perjodi, l-iskadenza tiġi estiża bit-tul ta’ żmien kollu jew bil-bqija ta’ dak il-perjodu.

Dan ma japplikax għal proċedimenti speċjali, b’mod partikolari f’tilwim li jinvolvi każijiet ta’ xkiel fil-pussess, manutenzjoni, proċedimenti ta’ infurzar u inibizzjonijiet, u lanqas ma japplika għal skadenzi għal appelli kontra sentenzi ta’ inadempjenza u rikonoxximent.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limiti ta’ żmien għall-appell jiddependu, fil-prinċipju, fuq il-forma tad-deċiżjoni (sentenza jew deċiżjoni) u fuq is-suġġett materjali. Fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili, l-iskadenza għal rikors tkun normalment ta’ 14-il jum u l-iskadenza għal appell tkun ta’ erba’ ġimgħat.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Ġeneralment, l-imħallfin jistgħu jestendu l-iskadenzi (skadenzi rinnovabbli). Każijiet eċċezzjonali li fihom il-liġi tipprojbixxi estensjoni, jissejħu skadenzi mhux estendibbli jew skadenzi mandatorji (eżempju skadenzi għall-appelli).

Il-limiti kollha ta’ żmien jistgħu jitqassru bi qbil tal-partijiet li jridu jiġu evidenzjati b’dokumenti. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, il-qorti tista’ taqbel mal-abbrevjazzjoni ta’ skadenza sakemm il-parti rikjedenti turi b’mod kredibbli li hija meħtieġa skadenza iqsar biex jiġi evitat dannu irreparabbli u l-parti l-oħra tkun faċilment tista’ tieħu azzjoni proċedurali mitluba sal-iskadenza li tkun tqassret (l-Artikolu 129 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Estensjoni ta’ skadenza tista’ tingħata jekk tintalab, jekk il-parti li tibbenefika mill-estensjoni jkollha raġunijiet inevitabbli jew serji ħafna għall-adozzjoni f’waqtha tal-azzjoni proċedurali u, b’mod partikolari, jekk mingħajr l-estensjoni tal-limitu ta’ żmien, issofri dannu irreparabbli (l-Artikolu 128 (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-perjodu ta’ żmien ma jistax jiġi estiż bi ftehim bejn il-partijiet (l-Artikolu 128 (1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Madankollu, b’mod ġenerali ċitazzjoni hija marbuta ma’ data partikolari, għalhekk il-bidliet tal-“iskadenza ta’ ċitazzjonijiet” jew ta’ “dati speċjali” ma japplikawx għaċ-ċitazzjonijiet.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le, għaliex huwa importanti hawnhekk li l-passi proċedurali marbuta ma’ qorti fl-Awstrija jittieħdu fil-ħin.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

B’mod ġenerali, parti li tonqos milli twettaq l-att proċedurali sal-iskadenza legali hija b’konsegwenza ta’ dan, eskluża mill-fażi segwenti tal-proċedura (effett preklużiv, l-Artikolu 144 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola huma, pereżempju, l-Artikolu 289 (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ preżenza tax-xhieda fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda) u l-Artikolu 491 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ dehra għal seduta ta’ appell).

Passi proċedurali li jittieħdu tard huma normalment miċħuda mil-liġi, madankollu f’xi każijiet dan huwa possibbli wara talba min-naħa tal-konvenut.

F’ċerti każijiet, in-nuqqas ta’ aġir jista’ jkollu konsegwenzi speċifiċi li jiżdiedu mal-konsegwenzi ġenerali. Dawn ivarjaw b’mod konsiderevoli. L-aktar konsegwenza speċifika importanti ta’ nuqqas ta’ aġir hija li meta fil-proċedimenti ċivili, parti waħda tonqos milli taġixxi, il-parti l-oħra tista’, f’ċerti ċirkostanzi, tapplika għal sentenza fil-kontumaċja (l-Artikoli 396 u 442 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Eżempji oħrajn jinkludu: jekk iż-żewġ partijiet jonqsu milli jidhru fil-qorti, skont l-Artikolu 170 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-proċedimenti jistgħu jiġu sospiżi (għal mill-inqas tliet xhur). Jekk l-attur jonqos milli jidher fi proċedimenti matrimonjali, l-ilment jista’ jiġi rtirat iżda mhux abbandonat jekk il-konvenut jitlob dan (l-Artikolu 460 (5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Sabiex jiġu eliminati l-konsegwenzi ġuridiċi minħabba nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ skadenza jew ta’ dehra quddiem it-tribunal, għandhom jiġu kkunsidrati l-proċeduri li ġejjin:

Restitutio in integrum (l-Artikolu146 et seq tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili):

Ir-restitutio in integrum jista’ jintuża biex ireġġa’ lura l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ skadenza jew ta’ dehra quddiem it-tribunal għal att proċedurali f’każ li n-nuqqas tal-parti jew tar-rappreżentant tagħha jkun dovut għal avveniment anormali jew imprevedibbli u jekk il-parti jew ir-rappreżentant tagħha ma jkollux tort jew ikollu tort parzjali minimu (negliġenza żgħira). Tali rimedju ġudizzjarju għandu jintalab fi żmien 14 jum mit-tneħħija tal-ostaklu.

L-oppożizzjoni (l-Artikoli 397a u 442a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili):

L-oppożizzjoni hija rimedju ġudizzjarju bl-għan li treġġa’ lura sentenza fil-kontumaċja skont l-Artikolu 396 jew l-Artikolu 442 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Bħala regola, l-oppożizzjoni trid titressaq quddiem il-qorti tal-proċess fil-forma ta’ sottomissjoni preparatorja fi żmien 14-il jum mis-sentenza fil-kontumaċja.

L-appell (l-Artikoli 461 et seq tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili):

Sentenza mogħtija b’kontumaċja tista’ tiġi kkontestata b’appell, b’mod partikolari minħabba l-ineżistenza tal-kontumaċja minħabba raġunijiet għal annullament skont l-Artikolu 477 (1), (4) u (5) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (notifika mhux korretta jew nuqqas ta’ rappreżentazzjoni tal-parti fil-proċedimenti). Madankollu, l-appell għal annullament ma jistax ikun abbażi ta’ falliment reali ta’ parti li tikkonforma, iżda, bħalma huwa l-każ fil-proċeduri legali kollha, irid ikun abbażi ta’ żball ta’ qorti, li minħabba fih parti tirriżulta f’kontumaċja.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Polonja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-proċedura ċivili Pollakka tipprevedi (1) termini statutorji, ġudizzjarji u kuntrattwali sabiex jitwettqu l-atti proċedurali mill-partijiet u (2) termini indikattivi sabiex jitwettqu l-atti proċedurali mill-qorti.

It-termini ġudizzjarji u statutorji huma finali u ma jistgħux jinqabżu.

It-termini statutorji, li huma definiti bħala termini preklużivi (li jfisser li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom irendi att proċedurali partikolari f’wieħed null), huma stabbiliti fil-liġijiet statutorji. Dawn it-termini ma jistgħux jiġu estiżi jew jitqassru. Terminu statutorju jibda jiddekorri fil-mument speċifikat f’liġi statutorja. Hemm żewġ tipi ta’ termini statutorji: termini li qabilhom trid titwettaq azzjoni u termini li warajhom tista’ titwettaq azzjoni. It-termini statutorji jinkludu t-termini għat-tressiq ta’ rimedji legali, pereżempju, it-terminu għat-tressiq ta’ appell jew ilment.

It-termini ġudizzjarji huma definiti wkoll bħala termini preklużivi, iżda huma jiġu stabbiliti minn qorti jew imħallef. It-termini ġudizzjarji jistgħu jiġu estiżi jew jitqassru, iżda dan jista’ jsir biss għal raġuni importanti u fuq mozzjoni ddepożitata qabel jiskadi t-terminu, anki mingħajr ma tinstema’ l-parti opposta. Dawn it-termini jibdew jiddekorru mill-mument meta tingħata deċiżjoni jew ordni għal dak l-għan; meta l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tipprevedi notifika awtomatika, huma jibdew jiddekorru meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni jew l-ordni.
It-termini ġudizzjarji jinkludu t-termini għar-regolarizzazzjoni ta’ inkapaċità proċedurali jew ġudizzjarja jew sabiex jagħmlu tajjeb għal difetti formali f’appell jew ilment.

It-termini kuntrattwali, kif jissuġġerixxi l-isem, jiġu stabbiliti permezz ta’ qbil bejn il-partijiet. Eżempju klassiku huwa s-sospensjoni tal-proċedimenti fuq mozzjoni konġunta tal-partijiet. Jekk il-partijiet jiddepożitaw mozzjoni bħal din, il-qorti tista’ (iżda mhijiex obbligata li) tissospendi l-proċedimenti. L-applikazzjoni ta’ dan it-tip ta’ terminu tiddependi mir-rieda tal-partijiet biss.

It-termini indikattivi normalment jiġu indirizzati lill-awtoritajiet ġudizzjarji (qrati), mhux lill-partijiet.
In-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ma għandu ebda konsegwenza proċedurali negattiva. L-iskop bażiku tagħhom huwa li japplikaw il-prinċipju ta’ ħeffa fil-proċedimenti. Eżempju ta’ terminu bħal dan huwa t-terminu għal qorti sabiex tfassal il-motivi għal sentenza.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont l-Att tat-18 ta’ Jannar 1951 dwar il-jiem mhux tax-xogħol, japplikaw il-jiem mhux tax-xogħol statutorji li ġejjin:

1. il-Ħdud kollha (is-Sibtijiet mhumiex jiem mhux tax-xogħol statutorji),

2. il-jiem elenkati aktar ’l isfel:

(a) l-1 ta’ Jannar - L-Ewwel tas-Sena,

(b) is-6 ta’ Jannar - L-Epifanija,

(c) Ħadd il-Għid,

(d) It-Tnejn ta’ wara l-Għid,

(e) l-1 ta’ Mejju - Btala Pubblika,

(f) it-3 ta’ Mejju - Il-Btala Nazzjonali tat-Tielet Jum ta’ Mejju,

(g) il-Pentekoste,

(h) Corpus Christi,

(i) il-15 ta’ Awwissu - It-Tlugħ is-Sema tal-Madonna,

(j) l-1 ta’ Novembru - Jum il-Qaddisin Kollha,

(k) il-11 ta’ Novembru - Btala Nazzjonali - Jum l-Indipendenza,

(l) il-25 ta’ Diċembru - Jum il-Milied,

(m) is-26 ta’ Diċembru - L-Għada tal-Milied.

Fl-2019, Ħadd il-Għid jaqa’ fil-21 ta’ April, it-Tnejn ta’ Wara l-Għid fit-22 ta’ April, il-Pentekoste fid-9 ta’ Ġunju u Corpus Christi fl-20 ta’ Ġunju.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Fil-liġi ċivili, it-terminu ‘terminu’ jista’ jkollu żewġ tifsiriet.
Huwa jista’ jkun mument speċifiku (pereżempju, il-5 ta’ April 2017) jew perjodu speċifiku li jkollu bidu u tmiem (pereżempju, 14-il jum).

Meta jiġi stabbilit terminu finali (data sa meta trid issir xi ħaġa), dak li huwa importanti huwa l-mument eżatt li fih jiskadi. Mhuwiex meħtieġ li terminu jiġi speċifikat bħala jum, iżda huwa jrid jiġi definit mill-okkorrenza tal-avveniment previst mill-partijiet kontraenti f’sitwazzjoni speċifika.

It-termini proċedurali jiġu stabbiliti bl-użu ta’ tali unitajiet ta’ żmien bħala jum, ġimgħa, xahar jew sena. Skont l-Artikolu 165 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-metodu li jintuża sabiex jiġu kkalkolati t-termini fi proċedura ċivili huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili dwar it-termini, jekk liġi statutorja, deċiżjoni tal-qorti, deċiżjoni meħuda minn awtorità oħra tal-Istat jew att legali jistabbilixxu terminu mingħajr ma jispeċifikaw kif għandu jiġi kkalkolat (l-Artikolu 110 tal-Kodiċi Ċivili). L-impostar ta’ dokument proċedurali f’uffiċċju postali Pollakk jew f’uffiċċju postali ta’ operatur li jipprovdi servizz postali universali fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jitqies bħala ekwivalenti għall-iddepożitar ta’ dak id-dokument proċedurali mal-qorti. L-istess japplika għall-iddepożitar ta’ dokument minn suldat mal-kwartieri ġenerali tal-unità, minn persuna mċaħħda mil-libertà mal-amministrazzjoni tal-ħabs tagħha jew minn membru tal-ekwipaġġ ta’ bastiment tal-baħar Pollakk mal-kaptan ta’ dak il-bastiment.

Jum għandu 24 siegħa u jibda u jispiċċa f’nofs il-lejl (24:00).
Terminu speċifikat f’jiem jiskadi fi tmiem l-aħħar jum. Terminu espress f’ġimgħat, xhur jew snin jiskadi fi tmiem il-jum li jikkorrespondi, bl-isem jew id-data, għall-ewwel jum tat-terminu jew, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. Jekk terminu jiġi espress bħala l-bidu, in-nofs jew l-aħħar ta’ xahar, dan jinftiehem bħala li jfisser l-ewwel, il-ħmistax jew l-aħħar jum tax-xahar, filwaqt li nofs xahar jikkorrespondi għal 15-il jum. Jekk terminu jiġi stabbilit f’xhur jew snin u ma tkunx meħtieġa kontinwità, xahar huwa preżunt bħala li għandu 30 jum u sena għandha 365 jum. Jekk l-aħħar tat-terminu għat-twettiq ta’ att jaqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju jew is-Sibt, it-terminu jiskadi fil-jum li jkun imiss li ma jkunx jum mhux tax-xogħol jew is-Sibt.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Jekk il-bidu ta’ terminu definit f’jiem ikun avveniment speċifiku, il-jum li fih iseħħ l-avveniment ma jitqiesx meta jiġi kkalkolat it-terminu. Pereżempju, jekk qorti tkun innotifikat parti bi proċess li jħejjiha sabiex twettaq att speċifiku f’terminu ta’ sebat ijiem fil-11 ta’ Jannar 2017, dak it-terminu jkun skada f’nofs il-lejl (24.00) fit-18 ta’ Jannar 2017.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Qorti tista’ tinnotifika l-proċess b’għadd ta’ modi: bil-posta, minn uffiċjal ġudizzjarju, uxxiera jew permezz ta’ notifika ta’ proċess ġudizzjarju. In-notifika lid-destinatarju tista’ ssir ukoll billi d-dokument jingħata lid-destinatarju fir-reġistru tal-qorti. Sakemm in-notifika tkun saret kif suppost, dawn il-metodi kollha huma ugwalment validi u l-għażla tal-metodu ma taffettwax id-dekorrenza tat-termini.

Mit-8 ta’ Settembru 2016, ir-regoli jippermettu lil qorti tinnotifika l-proċess permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data jekk id-destinatarju jkun iddepożita d-dokumenti permezz ta’ tali sistema jew ikun għażel li jagħmel dan. Destinatarju li jkun għażel li jiddepożita d-dokumenti permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data jista’ jagħżel li ma jużax notifika elettronika.

Dokument innotifikat permezz ta’ mezzi elettroniċi jitqies bħala li ġie nnotifikat fid-data speċifikata fil-konferma tar-riċevuta elettronika tal-korrispondenza, anki jekk dik id-data taqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju. Il-fatt li l-korrispondenza elettronika tasal bil-lejl ma għandu ebda effett fuq l-effettività tan-notifika. Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta elettronika tal-korrispondenza, in-notifika titqies li hija effettiva 14-il jum wara d-data li fiha d-dokument jittella’ fis-sistema ta’ trażmissjoni tad-data. Ir-regoli msemmija hawn fuq jirrikjedu li l-partijiet jiċċekkjaw il-kont elettroniku tagħhom mill-inqas darba kull 14-il jum.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Jekk il-bidu ta’ terminu definit f’jiem ikun avveniment speċifiku, il-jum li fih iseħħ dak l-avveniment ma jitqiesx meta jiġi kkalkolat it-terminu.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

It-termini stipulati f’jiem jiġu espressi f’jiem kalendarji. Jekk l-aħħar tat-terminu għat-twettiq ta’ azzjoni jaqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju jew is-Sibt, it-terminu jiskadi fil-jum li jkun imiss li ma jkunx jum mhux tax-xogħol jew is-Sibt.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Terminu espress f’ġimgħat, xhur jew snin jiskadi fi tmiem il-jum li jikkorrespondi, bl-isem jew id-data, għall-ewwel jum tat-terminu jew, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Jekk terminu jiġi espress bħala l-bidu, in-nofs jew l-aħħar ta’ xahar, dan jinftiehem bħala li jfisser l-ewwel, il-ħmistax jew l-aħħar jum tax-xahar. Nofs xahar jikkorrespondi għal 15-il jum.

Jekk terminu jiġi stabbilit f’xhur jew snin u ma tkunx meħtieġa kontinwità, xahar huwa preżunt bħala li għandu 30 jum u sena għandha 365 jum.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Terminu espress f’ġimgħat, xhur jew snin jiskadi fi tmiem il-jum li jikkorrespondi, bl-isem jew id-data, għall-ewwel jum tat-terminu jew, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Jekk terminu jiġi espress bħala l-bidu, in-nofs jew l-aħħar ta’ xahar, dan jinftiehem bħala li jfisser l-ewwel, il-ħmistax jew l-aħħar jum tax-xahar. Nofs xahar jikkorrespondi għal 15-il jum.

Jekk terminu jiġi stabbilit f’xhur jew snin u ma tkunx meħtieġa kontinwità, xahar huwa preżunt bħala li għandu 30 jum u sena għandha 365 jum.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Jekk l-aħħar tat-terminu għat-twettiq ta’ att jaqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju jew is-Sibt, it-terminu jiskadi fil-jum li jkun imiss li ma jkunx jum mhux tax-xogħol jew is-Sibt.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Huma biss it-termini ġudizzjarji, jiġifieri t-termini stabbiliti minn qorti jew imħallef li jippresjedi, li jistgħu jiġu estiżi jew jitqassru. Deċiżjoni sabiex jiġi estiż jew jitqassar terminu tista’ tittieħed minn imħallef li jippresjedi jew qorti, iżda biss għal raġunijiet importanti, bil-valutazzjoni tar-raġunijiet titħalla għad-diskrezzjoni tagħhom.

Terminu jista’ jiġi estiż jew jitqassar biss fuq mozzjoni ta’ parti, parteċipant fi proċedimenti mhux kontenzjużi, parti li tintervjeni, prosekutur pubbliku, spettur tax-xogħol, l-ombudsman tal-konsumaturi, organizzazzjoni mhux governattiva, espert maħtur mill-qorti jew xhud, jekk it-terminu jkun jikkonċerna l-atti tagħhom. Deċiżjoni bħal din ma tistax tittieħed fuq mozzjoni tal-qorti jew tal-imħallef stess.

Mozzjoni trid tiġi ddepożitata qabel jiskadi t-terminu stabbilit.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi termini proċedurali statutorji għall-iddepożitar ta’ rimedji legali skont it-tip ta’ deċiżjoni ġudizzjarja (sentenza (wyrok), deċiżjoni dwar is-sustanza tal-kawża fi proċedimenti mhux kontenzjużi (postanowienie co do istoty sprawy w postępowaniu nieprocesowym), sentenza mogħtija f’kontumaċja (wyrok zaoczny), ordni għal ħlas fi proċedura permezz ta’ ordni ta’ ħlas (nakaz zapłaty w postępowaniu upominawczym), ordni għal ħlas f’ordni għal proċedura ta’ ħlas (nakaz zapłaty w postępowaniu nakazowym) u deċiżjonijiet (postanowienie)). B’mod partikolari, ġew stipulati t-termini statutorji li ġejjin:

  • sentenza u deċiżjoni dwar is-sustanza tal-kawża fi proċedimenti mhux kontenzjużi: ir-raġunijiet għas-sentenza għandhom jitħejjew bil-miktub fuq mozzjoni tal-parti għan-notifika tas-sentenza u r-raġunijiet, ippreżentati fi żmien ġimgħa mid-data li fiha ġiet iddikjarata l-parti operattiva tas-sentenza u, f’żewġ każijiet ((1) meta parti li taġixxi mingħajr avukat, konsulent legali jew aġent tal-privattiva ma kinitx preżenti meta ngħatat is-sentenza minħabba li kienet imċaħħda mil-libertà u (2) meta sentenza tkun inħarġet f’sessjoni magħluqa), fi żmien ġimgħa mid-data tan-notifika tal-parti operattiva tas-sentenza. Appell jista’ jitressaq lill-qorti li tkun ħarġet is-sentenza kkontestata fi żmien ġimgħatejn min-notifika tas-sentenza u r-raġunijiet lill-appellant.

Jekk parti ma tkunx talbet, fi żmien ġimgħa mid-data li fiha ġiet iddikjarata l-parti operattiva tas-sentenza, li s-sentenza u r-raġunijiet jiġu nnotifikati, it-terminu għat-tressiq ta’ appell jiddekorri mill-jum li fih jiskadi t-terminu għall-iddepożitar ta’ mozzjoni bħal din;

  • deċiżjoni: it-terminu għall-iddepożitar ta’ ilment huwa ta’ ġimgħa u jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni jew, meta parti ma tkunx talbet, fit-terminu preskritt, li d-deċiżjoni meħuda fis-seduta ta’ smigħ tiġi nnotifikata, mid-dikjarazzjoni tad-deċiżjoni;
  • sentenza mogħtija f’kontumaċja fir-rigward tal-konvenut: il-konvenut li kontrih tkun inħarġet sentenza f’kontumaċja jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien ġimgħatejn minn meta jiġi nnotifikat bis-sentenza;
  • sentenza mogħtija f’kontumaċja fir-rigward tal-pretendent: il-qorti tipprovdi r-raġunijiet għal sentenza mogħtija f’kontumaċja jekk l-azzjoni tkun ġiet miċħuda kompletament jew parzjalment, u l-pretendent ikun talab sabiex jiġi pprovdut bir-raġunijiet fi żmien ġimgħa minn meta jiġi nnotifikat bis-sentenza jew meta pretendent li ma jkunx ippreżenta talba bħal din ikun ressaq appell fit-terminu preskritt;
  • ordni għal ħlas fi proċedura permezz ta’ ordni ta’ ħlas: il-konvenut huwa meħtieġ, fl-ordni għall-ħlas, li jissodisfa l-pretensjoni kompletament, flimkien mal-kostijiet, jew inkella jiddepożitaw dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien ġimgħatejn minn meta tiġi nnotifikata l-ordni;
  • ordni għal ħlas f’ordni għal proċedura ta’ ħlas: meta toħroġ ordni għal ħlas, il-qorti tiddeċiedi li l-konvenut huwa meħtieġ li jissodisfa l-pretensjoni kompletament, flimkien mal-kostijiet, fi żmien ġimgħatejn minn meta jiġi nnotifikat bl-ordni, jew inkella jiddepożita l-motivi f’dak it-terminu.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Xhud jew parti għall-proċedimenti għandhom dritt assolut li jidhru quddiem il-qorti. Ix-xhieda jridu wkoll jidhru quddiem il-qorti anki jekk ma jkollhom ebda għarfien taċ-ċirkostanzi tal-każ jew jekk ikunu diġà ddeċidew li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrifjutaw li jixhdu. Xhud irid jiskuża l-assenza tiegħu (in-nuqqas li jidher quddiem il-qorti) bil-miktub qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ. Il-preżentazzjoni ta’ skużi għan-nuqqas ta’ dehra fil-qorti f’data aktar tard ma timpedix lill-qorti milli timponi multa fuq ix-xhud waqt is-seduta ta’ smigħ.

Xhud għandu jehmeż dokument li jissostanzja r-raġuni għan-nuqqas tiegħu li jidher quddiem il-qorti bl-iskuża bil-miktub. In-nuqqas ta’ xhud li jidher quddiem il-qorti jista’ jiġi skużat minħabba mard, vjaġġ importanti għall-fini ta’ negozju jew inċident serju imprevedibbli. Meta l-mard jiġi ddikjarat bħala r-raġuni għan-nuqqas ta’ xhud milli jidher quddiem il-qorti meta jiġi mħarrek sabiex jagħmel dan, tabib maħtur mill-qorti jrid joħroġ ċertifikat li jikkonferma n-nuqqas ta’ abbiltà tax-xhud milli jidher quddiem il-qorti. F’każ bħal dan, il-qorti tistabbilixxi data oħra sabiex xhud jidher quddiem il-qorti.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Parti jew xhud huma soġġetti għar-regoli tal-proċedura ċivili applikati mill-awtorità ġudizzjarja (qorti).

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Att proċedurali mwettaq minn parti wara l-iskadenza tat-terminu jitqies bħala null.
Dan il-prinċipju japplika kemm għat-termini statutorji kif ukoll għal dawk ġudizzjarji. In-nullità ta’ att proċedurali tfisser li att imwettaq tard ma għandux effetti legali assoċjati mat-twettiq tiegħu permezz ta’ liġijiet statutorji. Att proċedurali mwettaq wara l-iskadenza tat-terminu jitqies bħala null anki jekk il-qorti tkun għadha ma ħarġitx id-deċiżjoni li tkun il-konsegwenza tal-iskadenza tat-terminu.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk terminu jinqabeż, parti tista’ titlob li dan jerġa’ jiġi stabbilit u tapplika sabiex jerġgħu jinfetħu l-proċedimenti.

Jekk il-parti tkun qabżet it-terminu għat-twettiq ta’ att proċedurali mingħajr ebda ħtija min-naħa tagħha, il-qorti terġa’ tistabbilixxi t-terminu fuq mozzjoni tagħha. Madankollu, l-istabbiliment mill-ġdid tat-terminu mhuwiex ammissibbli jekk in-nuqqas ta’ lħuq tat-terminu ma jkollu ebda konsegwenza proċedurali negattiva għall-parti. Trattazzjoni li jkun fiha mozzjoni sabiex it-terminu jiġi stabbilit mill-ġdid għandha titressaq lill-qorti li quddiemha kellu jitwettaq l-att sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara li ma tibqax tapplika r-raġuni għan-nuqqas ta’ lħuq tat-terminu. Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw il-mozzjoni għandhom jiġu ssostanzjati fit-trattazzjoni. Il-parti għandha twettaq l-att proċedurali fl-istess ħin li tressaq il-mozzjoni. Wara sena mit-terminu maqbuż, dan ikun jista’ jerġa’ jiġi stabbilit biss f’każijiet eċċezzjonali. L-istabbiliment mill-ġdid ta’ terminu għat-tressiq ta’ appell kontra sentenza li tannulla żwieġ jew li tiddikjara divorzju, jew inkella li tiddikjara n-nuqqas ta’ eżistenza ta’ żwieġ, mhuwiex ammissibbli, lanqas jekk waħda mill-partijiet tkun reġgħet iżżewġet wara li s-sentenza tkun saret finali. Mozzjoni għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ terminu li tkun ġiet iddepożitata tard jew li tkun inammissibbli skont il-liġijiet statutorji tiġi rrifjutata mill-qorti. Il-fatt tal-preżentata ta’ talba għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ terminu ma jwaqqafx il-proċedimenti jew l-infurzar tad-deċiżjoni. Madankollu, il-qorti tista’, skont iċ-ċirkostanzi, twaqqaf il-proċedimenti jew l-infurzar tad-deċiżjoni. Jekk il-mozzjoni tingħata, il-qorti tista’ tipproċedi minnufih sabiex tisma’ l-kawża.

Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jagħmilha possibbli li terġa’ tinstema’ kawża li tkun ġiet konkluża permezz ta’ deċiżjoni finali. Ilment li jitlob il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti ta’ spiss jiġi ttrattat bħala rimedju legali straordinarju (jew appell straordinarju) li jintuża sabiex jikkontesta d-deċiżjonijiet finali, kuntrarju għar-rimedji ordinarji (li jintużaw fir-rigward tad-deċiżjonijiet mhux finali). Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jista’ jintalab fuq il-bażi li: is-sentenza kienet ibbażata fuq dokument iffalsifikat jew mibdul jew fuq kundanna kriminali li sussegwentement ġiet annullata; jew is-sentenza nkisbet permezz ta’ reat kriminali. Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jista’ jintalab ukoll: jekk sentenza finali li tkun tikkonċerna l-istess relazzjoni legali tiġi żvelata aktar tard, jew jekk jiġu żvelati ċirkostanzi jew evidenza fattwali li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu tal-kawża u li ma setgħux jintużaw mill-parti fi proċedimenti preċedenti; jekk il-kontenut tas-sentenza kien influwenzat minn deċiżjoni li ma temmitx il-proċedimenti fil-kawża, maħruġa abbażi ta’ att normattiv rikonoxxut mit-Tribunal Kostituzzjonali bħala li jmur kontra Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Kostituzzjoni, trattat internazzjonali ratifikat jew il-liġijiet statutorji (annullati jew emendati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti ma jistax jintalab aktar minn għaxar snin wara d-data li fiha sentenza tkun saret finali (sakemm parti ma setgħetx taġixxi jew ma kinitx irrappreżentata kif suppost).

L-aħħar aġġornament: 25/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Portugall

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

It-termini proċedurali jistgħu jkunu perentorji (peremptório), meta l-iskadenza tagħhom ittemm id-dritt li jitwettaq att, jew dilatorji (dilatório), meta jiddifferixxu sa mument partikolari l-possibbiltà li jitwettaq att jew il-punt minn meta jibda jiddekorri terminu ieħor.

It-termini proċedurali huma soġġetti għar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 138 sa 143 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Il-kalkolu tat-termini proċedurali jew tat-termini stabbiliti mill-qrati huwa rregolat mir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 278, 279 u 296 tal-Kodiċi Ċivili.

Għat-termini f’materji ċivili, it-tul u l-effett tagħhom fuq ir-relazzjonijiet legali huma rregolati mill-Artikoli 296 sa 333 tal-Kodiċi Ċivili.

B’mod partikolari, it-termini ta’ preskrizzjoni (prazos de prescrição) u t-termini ta’ dekadenza (prazos de caducidade) huma rregolati, rispettivament, mill-Artikoli 300 sa 327 u l-Artikoli 328 sa 333 tal-Kodiċi Ċivili.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Għal dan l-għan, il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni Ewropea bil-festi pubbliċi li ġejjin:

l-1 ta' Jannar; l-10 ta’ April (il-Ġimgħa l-Kbira); it-12 ta’ April (Ħadd il-Għid); il-25 ta’ April; l-1 ta’ Mejju; l-10 ta' Ġunju; il-11 ta’ Ġunju (Corpus Christi); il-15 ta’ Awwissu; il-5 ta' Ottubru; l-1 ta’ Novembru; l-1, it-8 u l-25 ta’ Diċembru.

Il-Kummissjoni ppubblika din il-lista f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru C 31, 2020, paġna 3, li tinsab hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħolqa.

L-Istati Membri jipprovdu din il-lista lill-Kummissjoni kull sena. Xi wħud mill-festi pubbliċi jvarjaw minn sena għall-oħra u mhux dejjem jaqgħu fid-data indikata hawn fuq.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regola ġenerali fid-dritt proċedurali ċivili Portugiż hija li fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika, it-terminu huwa ta' għaxart ijiem għall-partijiet biex iressqu talba għal kwalunkwe att jew proċediment ġudizzjarju, jitolbu n-nullità, jippreżentaw eċċezzjoni inċidentali jew jeżerċitaw kull dritt proċedurali ieħor; it-terminu huwa wkoll ta' għaxart ijiem biex parti twieġeb għat-talba tal-parti l-oħra (l-Artikolu 149 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Bħala regola, it-terminu għal kull tweġiba dejjem jibda jgħodd min-notifika tal-att ikkonċernat (l-Artikolu 149(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

In-notifiki lill-partijiet waqt il-proċedimenti jsiru lir-rappreżentanti legali tagħhom.

Meta n-notifika tkun intenzjonata li tħarrek lil parti biex tidher personalment, minbarra li jiġi nnotifikat ir-rappreżentant, jintbagħat ukoll avviż irreġistrat bil-posta lill-parti stess, bl-indikazzjoni tad-data, il-post u r-raġuni għall-preżenza.

In-notifika lir-rappreżentanti ssir bil-posta elettronika (ara l-Ordni ta’ Implimentazzjoni (Portaria) Nru 280/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013, fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pgdlisboa.pt/leis/lei_mostra_articulado.php?nid=1967&tabela=leis&so_miolo=S), u s-sistema kompjuterizzata tiċċertifika d-data ta’ meta tkun saret in-notifika, bin-notifika tkun preżunta li saret fit-tielet jum sussegwenti jew, jekk dak il-jum ma jkunx jum tax-xogħol fl-ewwel jum tax-xogħol wara dak.

It-taħrika b'ittra rreġistrata, b’avviż tal-wasla, "titqies li seħħet fil-jum meta jiġi ffirmat l-avviż tal-wasla u li tkun ġiet effettwata mill-persuna mħarrka anke jekk l-avviż tal-wasla jkun ġie ffirmat minn terza persuna, bil-preżunzjoni, sakemm ma jkunx hemm evidenza kuntrarja, li l-ittra ġiet ikkonsenjata fil-pront lir-riċevitur" (l-Artikolu 230(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Fil-każ ta' proċedimenti għall-issodisfar ta' obbligi pekunjarji li jkunu ġejjin minn kuntratti bil-miktub fejn il-partijiet ikunu għażlu l-indirizz tan-notifika tagħhom, it-taħrika tintbagħat bil-posta fl-indirizz magħżul, sakemm il-valur tal-proċedimenti ma jkunx jaqbeż it-EUR 30 000.00 jew, f'każ li jkun jaqbeż dan l-ammont, l-obbligu tat-tkomplija tal-forniment tal-prodotti jew servizzi. Jekk il-persuna mħarrka tirrifjuta li tiffirma l-avviż tal-wasla jew li jirċievi l-ittra, il-pustier jagħmel nota tal-inċident qabel ma jirritorna l-ittra, u t-taħrika titqies li tkun ġiet effettwata fuq il-bażi tan-nota tal-inċident. L-avveniment rilevanti li l-perjodu jibda jiddekorri minnu huwa d-data tal-annotazzjoni tal-inċident (l-Artikolu 229 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Jekk l-ittra tiġi rritornata minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarha mill-uffiċċju postali fit-terminu statutorju jew minħabba li persuna li mhix il-persuna nnotifikata tirrifjuta li tiffirma l-avviż tal-wasla jew li tirċievi l-ittra, it-taħrika terġa' ssir billi tintbagħat ittra rreġistrata bl-avviż tal-wasla oħra. F'dan il-każ, l-ittra nnifisha - fuq formola approvata uffiċjalment - titħalla fil-post flimkien ma' kopja tal-informazzjoni obbligatorja kollha. Il-pustier irid jannota d-data u l-post preċiż fejn ħalla l-ittra u minnufih jgħaddi ċ-ċertifikat lill-qorti.

Jekk ma jkunx possibbli li l-ittra tkun impustata fil-kaxxa tal-ittri tal-persuna li tkun qed tiġi mħarrka, il-pustier iħalli nota. F'dan il-każ, it-taħrika titqies li ġiet effettwata fid-data annotata mill-pustier jew, jekk tħalliet nota, fit-tmien jum wara dik id-data (il-persuna mħarrka tkun avżata b'dan fl-iktar ittra reċenti mibgħuta lilha). Huwa minn dan il-punt li jibda jiddekorri t-terminu proċedurali mibdi mit-taħrika.

Meta t-taħrika tkun effettwata minn rappreżentant legali, marixxall jew uffiċjal ġudizzjarju li jikkuntattja l-persuna mħarrka, it-terminu jibda jiddekorri minn meta l-persuna tiffirma l-avviż tal-wasla tat-taħrika.

Id-dritt proċedurali ċivili jipprevedi terminu dilatorju li jirrifletti d-distanza ġeografika bejn il-post tat-taħrika u l-qorti fejn tkun se tinstema' l-kawża jew il-fatt li l-persuna mħarrka ma tkunx ġiet innotifikata personalment. F’dawn iċ-ċirkostanzi t-terminu dilatorju jiżdied mat-terminu perentorju u ż-żewġ perjodi jgħoddu bħala wieħed.

It-taħrika permezz tal-pubblikazzjoni minħabba l-inċertezza dwar fejn tinsab il-persuna li qed tiġi mħarrka ssir billi tittella’ nota segwita minn avviż fuq paġna web aċċessibbli għall-pubbliku (l-Artikolu 24 tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Nru 280/13 tas-26 ta’ Awwissu 2013). F'dan il-kuntest, it-taħrika titqies li ġiet effettwata fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-avviż. It-terminu dilatorju jibda mid-data tan-notifika. L-iskadenza għall-preżentazzjoni tar-risposta tibda tiddekorri mit-tmiem ta’ dan it-terminu minimu.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Iva. Ara t-tweġiba tal-mistoqsija preċedenti.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Id-data proprja tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni, tat-taħrika jew tan-notifika ma tgħoddx (l-Artikolu 279(b) tal-Kodiċi Ċivili).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta t-terminu biex isir att proċedurali jintemm f'jum meta l-qrati jkunu magħluqin, il-perjodu jiġi estiż sal-jum tax-xogħol li jkun imiss (l-Artikolu 138(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Il-btajjel ġudizzjarji huma mit-22 ta' Diċembru sat-3 ta' Jannar, minn Ħadd il-Palm sal-għada tal-Għid u mis-16 ta' Lulju sal-31 ta' Awwissu.

Il-qorti tista’, permezz ta’ digriet motivat u wara li tisma’ lill-partijiet, tissospendi t-terminu proċedurali, f’konformità mal-Artikolu 269(1)(c) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-kalkolu ta’ kwalunkwe terminu ma jinkludix il-jum – u lanqas is-siegħa, jekk it-terminu jkun espress f’sigħat – ta’ meta seħħ l-avveniment li minnu jibda jiddekorri t-terminu, skont l-Artikolu 279(b) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Perjodu espress f'ġimgħat, xhur jew snin u li jibda minn ċerta data jispiċċa f'nofsillejl tal-jum korrispondenti tal-aħħar ġimgħa, xahar jew sena; jekk il-jum korrispondenti ma jkunx jeżisti fl-aħħar xahar, il-perjodu jispiċċa fl-aħħar jum ta' dak ix-xahar (l-Artikolu 279(c) tal-Kodiċi Ċivili).

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Peress li l-qrati jiftħu fil-ġranet tax-xogħol biss, u l-Ħdud u l-festi pubbliċi huma meqjusa bħala btajjel ġudizzjarji, il-perjodi li jintemmu l-Ħadd jew f'festa pubblika jiġu estiżi sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss jekk l-att ikkonċernat ikun irid jinstema' l-qorti.

Ir-regola għall-kalkolu tat-termini proċedurali kollha hija li tmiem il-perjodu għat-twettiq ta' att proċedurali jiġi estiż sal-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk jaħbat ma' data meta l-qorti tkun magħluqa (l-Artikolu 138(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

It-terminu proċedurali stabbilit mil-liġi jista' jkun estiż fil-każijiet stipulati.

Bi qbil mal-partijiet, it-terminu jista' jiġi estiż darba u għall-istess tul taż-żmien (l-Artikolu 141 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Jista’ jiġi permess in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu minħabba impediment iġġustifikat, meta avveniment li ma jkunx attribwibbli lill-parti jew lir-rappreżentanti tagħha jipprevjeni att partikolari milli jitwettaq fi żmien xieraq (l-Artikolu 140 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Barra minn hekk, l-Artikolu 139 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jiddikjara li, irrispettivament mill-eżistenza ta’ impediment iġġustifikat, l-att jista’ jitwettaq fl-ewwel tlett ijiem tax-xogħol wara l-iskadenza, soġġett għall-ħlas immedjat ta’ multa stabbilita kif ġej:

a) jekk l-att jitwettaq fl-ewwel jum, il-multa tiġi stabbilita għal 10% tat-tariffa tal-qorti li tikkorrispondi għall-proċedura jew għall-att, sa massimu ta’ 1/2 unità ta’ kont;

b) jekk l-att jitwettaq fit-tieni jum, il-multa tiġi stabbilita għal 25% tat-tariffa tal-qorti li tikkorrispondi għall-proċedura jew għall-att, sa massimu ta’ 3 unitajiet ta’ kont;

c) jekk l-att jitwettaq fit-tielet jum, il-multa tiġi stabbilita għal 40% tat-tariffa tal-qorti li tikkorrispondi għall-proċedura jew għall-att, sa massimu ta’ 7 unitajiet ta’ kont.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

It-terminu għall-preżentazzjoni ta' appell huwa ta' 30 jum li jibdew jgħoddu min-notifika tad-deċiżjoni (l-Artikolu 638 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili), u 15-il jum għal każijiet urġenti u fil-każijiet stipulati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 644(2) u fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 677 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Jekk il-parti tkun kontumaċi u ma jkollhiex bżonn tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 249 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, it-terminu għall-preżentazzjoni ta' appell jibda meta d-deċiżjoni tiġi ppubblikata sakemm il-parti ma tibqax kontumaċi qabel tmiem il-perjodu u f'dak il-każ irid jiġi nnotifikat bis-sentenza jew bl-ordni u l-perjodu jibda mid-data tan-notifika.

Fil-każ ta' ordnijiet jew sentenzi orali riprodotti fil-proċess, it-terminu jibda mill-jum meta ngħataw sakemm il-parti tkun preżenti jew innotifikata biex tidher.

Meta, minbarra s-sitwazzjonijiet imsemmijin fuq, in-notifika ma jkunx hemm għalfejn issir, it-terminu jibda mill-jum meta l-persuna ssir taf bid-deċiżjoni.

Fl-istess terminu bħal dak għall-preżentazzjoni ta' appell, l-intimat irid iwieġeb l-argumenti tar-rikorrent.

Fir-risposta, l-intimat jista' jikkontesta l-ammissibilità jew it-tempestività tal-appell, kif ukoll il-locus standi tar-rikorrent.

Jekk il-fini tal-appell tkun li jinkiseb rieżami ta' evidenza rreġistrata, it-terminu biex jiġi ppreżentat l-appell u għar-risposta jiżdied b'għaxart ijiem.

Jekk l-intimat jitlob li jitwessa' l-ambitu tal-appell, ir-rikorrent jista' jwieġeb fi żmien 15-il jum min- notifika tat-talba.

Jekk ikun hemm iktar minn rikorrent wieħed jew iktar minn intimat wieħed, anke jekk ikunu rappreżentati minn avukati differenti, kull waħda mit-talbiet tagħhom ikollha t-terminu tagħha. Ir-Reġistru huwa responsabbli għall-iżgurar li l-kawżi kollha jinstemgħu fit-termini assenjati lilhom.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

It-termini proċedurali statutorji ma jistgħux jitqassru.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

It-terminu għall-preżentazzjoni ta’ risposta mogħti lil persuna mħarrka biex tikkontesta azzjoni ċivili partikolari jista’ jiġi estiż meta t-taħrika tkun ġiet innotifikata barra mid-distrett fejn il-qorti invokata jkollha s-sede tagħha.

Estensjoni tat-terminu jiddependi minn jekk it-taħrika tkunx ġiet innotifikata barra mid-distrett fejn il-qorti invokata jkollha s-sede tagħha u mhux mill-post tar-residenza tal-persuna mħarrka - l-Artikolu 245 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

L-iskadenza tat-terminu obbligatorju jtemm id-dritt li att jitwettaq. Madankollu, l-att jista’ jitwettaq wara l-iskadenza tat-terminu f'każ ta' impediment iġġustifikat u, irrispettivament minn hekk, jista' jitwettaq ukoll fl-ewwel tlett ijiem tax-xogħol wara l-iskadenza, bil-kundizzjoni tal-ħlas immedjat ta' multa (l-Artikolu 139 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

L-att jista' jsir wara l-iskadenza tat-terminu f'każijiet ta' impediment iġġustifikat, kif imsemmi fil-punti 11 u 15.

Skont l-Artikolu 140 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, impediment iġġustifikat jitqies bħala avveniment mhux attribwibbli lill-parti jew lir-rappreżentanti jew lill-aġenti awtorizzati tagħha li jipprevjeni att partikolari milli jitwettaq fi żmien xieraq. F'dan il-każ, il-parti li tallega l-impediment iġġustifikat trid tipprovdi minnufih l-evidenza ta' sostenn.

Irrispettivament minn impediment iġġustifikat, l-att jista' jsir fi żmien l-ewwel tlett ijiem tax-xogħol wara l-iskadenza tat-terminu, bil-kundizzjoni tal-ħlas immedjat ta' multa, kif intqal fuq, u l-qorti tista', b'mod eċċezzjonali, tiddeċiedi li tnaqqas jew taħfer il-multa f'każijiet ta' problemi finanzjarji ċari jew meta l-ammont jitqies bħala manifestament sproporzjonat, partikolarment f'kawżi li ma jirrikjedux li jitqabbad rappreżentant legali u meta l-att ikun sar mill-partijiet stess.

Ħoloq relatati

L-aħħar aġġornament: 02/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Rumanija

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Mill-perspettiva proċedurali, it-terminu proċedurali, bħala definizzjoni ġenerali, huwa l-intervall ta’ żmien li fih iridu jitwettqu jew, għall-kuntrarju, jiġu pprojbiti ċerti atti proċedurali. Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma regolati mill-Artikoli 180 sa 186 tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif sussegwentement emendata u supplimentata (li daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2013).

Fir-rigward tad-diversi tipi ta’ termini applikabbli skont il-proċedura ċivili, dawn huma kollha kklassifikati mill-mod ta’ kif huma definiti, bħala termini legali, ġudizzjarji jew konvenzjonali (irrispettivament min-natura tagħhom). It-termini legali huma dawk espressament previsti skont il-liġi u li huma fissi fil-prinċipju, sabiex b’hekk ma jkunux jistgħu jitqassru jew jiġu estiżi mill-imħallef jew mill-partijiet (pereżempju, it-terminu ta’ ħamest ijiem għan-notifika tat-taħrika). Bħala eċċezzjoni, il-liġi tippermetti l-estensjoni jew it-tqassir ta’ ċerti termini legali. It-termini ġudizzjarji huma dawk li jiġu stabbiliti mill-qorti matul ir-riżoluzzjoni tal-kawżi, għad-dehra tal-partijiet quddiem il-qorti, għas-smigħ tax-xhieda, għall-amministrazzjoni tal-evidenza oħra, jiġifieri dokumenti, perizji, eċċ. It-termini konvenzjonali huma dawk li jistgħu jiġu ffissati mill-partijiet matul is-sentenza ta’ tilwim u ma jeħtiġux approvazzjoni mill-qorti.

Skont it-tip tagħhom, it-termini proċedurali huma prevalenti (manifesti) u projbittivi (differibbli), tal-ewwel ikunu dawk li fihom irid jitwettaq att proċedurali partikolari (pereżempju, it-termini li matulhom irid jitressaq appell – appell, it-tieni appell, eċċ.) u tal-aħħar ikunu dawk li fihom il-liġi tipprojbixxi kwalunkwe att proċedurali.

Kriterju ieħor għall-klassifikazzjoni tat-termini huwa relatat mas-sanzjoni applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tagħhom, bit-termini jkunu assoluti u relattivi. It-termini assoluti, jekk ma jiġux osservati, fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw il-validità tal-atti proċedurali, filwaqt li n-nuqqas ta’ osservanza tat-termini relattivi, anki jekk mhux bilfors jirriżulta fl-invalidazzjoni tal-atti proċedurali, jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari jew finanzjarji għall-partijiet ħatja (it-terminu tad-deċiżjoni, it-terminu tat-tħejjija, eċċ.).

Fl-aħħar nett, b’konnessjoni mat-tul ta’ żmien tagħhom, it-termini jistgħu jkunu espressi f’sigħat, f’jiem, f’ġimgħat, f’xhur u fi snin u din il-klassifikazzjoni hija pprovduta wkoll fl-Artikolu 181 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Barra minn hekk, hemm każijiet partikolari fejn il-liġi ma tipprevedix speċifikament tip partikolari ta’ terminu (siegħa, jum, eċċ.), iżda mument fiż-żmien għat-tlestija tal-att proċedurali (pereżempju, il-każ ta’ oġġezzjoni għall-eżekuzzjoni, li jista’ jiġi ppreżentat sal-aħħar att ta’ eżekuzzjoni) jew inkella l-liġi tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jindikaw li l-att għandu jitwettaq “mingħajr dewmien” jew “mill-aktar fis possibbli” jew “bħala kwistjoni ta’ urġenza”.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont il-liġi Rumena, il-jiem mhux ta’ xogħol huma s-Sibtijiet u l-Ħdud kollha, li magħhom jiżdiedu l-festi pubbliċi li ġejjin: l-1 u t-2 ta’ Jannar (is-Sena l-Ġdida); l-24 ta’ Jannar (il-Jum tal-Unifikazzjoni tal-Prinċipalitajiet tar-Rumanija); l-Għid – jumejn skont id-dati tal-kalendarju (inkluża l-Ġimgħa l-Kbira); l-1 ta’ Mejju (Jum il-Ħaddiem); l-1 ta’ Ġunju (Jum it-Tfal); il-Pentekoste – jum wieħed skont id-dati tal-kalendarju; il-15 ta’ Awwissu (Santa Marija); it-30 ta’ Novembru (Sant’Andrija); l-1 ta’ Diċembru (il-Jum Nazzjonali); il-25 u s-26 ta’ Diċembru (il-Milied).

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli applikabbli dwar it-termini huma dawk stipulati mill-Artikoli 180 sa 186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Kull terminu għandu żmien tal-bidu u żmien tat-tlestija, bit-tul ta’ żmien bejniethom.

Fir-rigward taż-żmien tal-bidu, l-Artikolu 184(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi li t-termini jibdew jiddekorru mid-data tan-notifika tal-atti proċedurali, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mil-liġi.

Madankollu, hemm ukoll każijiet meta n-notifika tal-att proċedurali stabbilita bħala l-punt tat-tluq għat-termini tista’ tiġi ssostitwita bl-atti proċedurali ekwivalenti (każijiet ta’ ekwipollenza). B’hekk, in-notifika tal-att proċedurali li tibda d-dekorrenza tat-terminu tiġi ssostitwita, f’xi każijiet, bi proċedimenti oħra li huma l-punt tat-tluq għat-terminu (pereżempju, it-talba sabiex l-atti proċedurali jiġu nnotifikati lill-kontroparti, il-preżentata ta’ appell jew in-notifika tal-mandat ta’ eżekuzzjoni).

B’deroga mir-regola ġenerali, hemm ukoll każijiet meta t-termini jibdew jiddekorru minn mumenti oħrajn għajr in-notifika, jiġifieri mid-deċiżjoni (it-tiftix tal-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, is-supplimentazzjoni tas-sentenza); mir-rikonoxximent tal-evidenza (għall-preżentazzjoni tal-ammonti mitluba jew tal-lista ta’ xhieda fi żmien ħamest ijiem), mill-pubblikazzjoni ta’ ċerti dokumenti (għar-reklamar għall-bejgħ ta’ bini fi żmien ħamest ijiem).

Fir-rigward taż-żmien tat-tlestija, dan huwa definit bħala l-mument meta jinkiseb l-effett tat-terminu, li huwa t-tmiem tal-possibbiltà li jitwettaq il-proċediment li għalih ikun ġie stabbilit terminu (għal termini prevalenti) jew, għall-kuntrarju, jiddetermina/jimmarka l-mument meta jinħoloq id-dritt li jitwettqu ċerti atti proċedurali (għal termini projbittivi).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Bejn il-punt tat-tluq u l-punt tat-tlestija, it-termini jiddekorru mingħajr interruzzjonijiet, fil-prinċipju, mingħajr ebda possibbiltà ta’ interruzzjoni jew ta’ sospensjoni. Madankollu, tfixkil minħabba ċirkostanza li tmur lil hinn mir-rieda tal-parti – li hija msemmija fl-Artikolu 186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili – huwa raġuni għall-interruzzjoni tat-termini proċedurali. Ċirkostanzi speċjali oħrajn għall-interruzzjoni huma miżjuda ma’ dan il-każ: (pereżempju, l-interruzzjoni tat-terminu ta’ appell – l-Artikolu 469 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Fl-istess ħin, il-liġi tistabbilixxi li t-terminu proċedurali jista’ wkoll jiġi sospiż (bħalma huwa l-każ għall-perjodu ta’ limitazzjoni – l-Artikolu 418 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk it-terminu jiġi interrott skont l-Artikolu 186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, wara li t-tfixkil ikun waqaf, jibda jiddekorri terminu invarjabbli ta’ 15-il jum, irrispettivament mit-tul ta’ żmien tat-terminu interrott. F’każ ta’ sospensjoni, it-terminu jkompli jiddekorri mill-punt meta dik is-sospensjoni tkun waqfet, u ż-żmien li jkun għadda qabel is-sospensjoni tat-terminu jiżdied ukoll miegħu.

F’konformità mal-Artikolu 183 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, id-dokument proċedurali ppreżentat fit-terminu legali permezz ta’ ittra reġistrata ppreżentata lill-uffiċċju postali jew lil servizz express ta’ kurrier jew lil servizz tal-komunikazzjoni speċjalizzat jew mibgħut b’fax jew b’ittra elettronika jitqies li jkun fit-terminu. Id-dokument ippreżentat mill-parti interessata fit-terminu legali fl-unità militari jew fl-uffiċċju tal-amministrazzjoni tal-post fejn tinżamm dik il-parti jitqies ukoll li jkun fit-terminu. L-irċevuta mill-uffiċċju postali u r-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni mis-servizz express ta’ kurrier, mis-servizz tal-komunikazzjoni speċjalizzat, mill-unità militari jew mill-uffiċċju tal-amministrazzjoni fejn tinżamm il-parti interessata, fejn xieraq, fuq id-dokument ippreżentat, kif ukoll ir-riferiment għad-data u għall-ħin tar-riċevuta tal-fax jew tal-posta elettronika, kif attestati mill-kompjuter jew mill-faks riċevitur tal-qorti, iservu bħala prova għad-data ta’ meta dik il-parti interessata ppreżentat l-att.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

F’konformità mal-Artikolu 181 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-termini espressi f’jiem jiġu kkalkolati skont is-sistema esklużiva, jiġifieri skont il-jiem liberi, la l-jum meta jibda jiddekorri t-terminu – dies a quo – u lanqas il-jum meta jintemm – dies ad quem ma jitqiesu, u r-regoli applikabbli huma dawk speċifikati b’konnessjoni mal-punt tat-tluq, kif ippreżentati fit-Taqsima 4.

It-termini espressi f’jiem dejjem jiġu kkalkolati f’jiem sħaħ, madankollu, l-att jista’ jiġi ppreżentat biss fis-sigħat tax-xogħol tas-servizzi tal-qorti. Madankollu, dan in-nuqqas jista’ jitneħħa billi l-att proċedurali jintbagħat bil-posta, bl-uffiċjal postali li jindika d-data u l-mezzi ta’ notifika effettiva lir-riċevent. Jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġiba għall-Mistoqsija 4.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Pereżempju, jekk persuna trid taġixxi jew tiġi nnotifikata att nhar it-Tnejn, l-4 ta’ April 2005, u tintalab tipprovdi risposta fi żmien 14-il jum min-notifika, dan ifisser li l-persuna kkonċernata trid twieġeb qabel:

  • It-Tnejn, it-18 ta’ April (jiem kalendarji) jew
  • Il-Ġimgħa, it-22 ta’ April (jiem ta’ xogħol)?

Ir-risposta korretta hija li n-numru speċifikat ta’ jiem jinkludi l-jiem kalendarji. Il-persuna kkonċernata trid tieħu azzjoni effettiva sa mhux aktar tard mit-18 ta’ April.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

F’konformità mal-Artikolu 182 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-termini espressi fi snin, f’xhur jew f’ġimgħat jintemmu fil-jum tas-sena, tax-xahar jew tal-ġimgħa li jikkorrispondi għall-jum tal-bidu.

It-terminu li jibda fid-29, fit-30 jew fil-31 tax-xahar u jintemm f’xahar li ma jkollu ebda jum bħal dan għandu jitqies bħala li ntemm fl-aħħar jum tax-xahar.

It-terminu li jintemm f’festa pubblika jew meta tiġi sospiża n-notifika jiġi estiż sal-aħħar tal-ewwel jum ta’ xogħol li jkun imiss.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

It-terminu espress f’ġimgħat, f’xhur jew fi snin jiskadi fil-jum korrispondenti fl-aħħar ġimgħa jew xahar jew fl-aħħar sena. Jekk l-aħħar xahar ma jkollux jum korrispondenti għal dak meta jkun beda jiddekorri t-terminu, it-terminu jintemm fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. Meta l-aħħar jum ta’ terminu jkun jum mhux tax-xogħol, it-terminu jiġi estiż għall-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, meta l-aħħar jum ta’ terminu jkun jum mhux tax-xogħol, it-terminu jiġi estiż għall-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-Artikolu 184 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jispeċifika li t-terminu proċedurali jiġi interrott u jibda jiddekorri terminu ġdid mid-data tan-notifika l-ġdida fil-każijiet li ġejjin:

  • meta tmut waħda mill-partijiet; f’dan il-każ, jiġi nnotifikat dokument ġdid fl-aħħar domiċilju tal-parti deċeduta, lill-werriet, mingħajr ma jintwerew l-isem u l-pożizzjoni ta’ kull werriet;
  • meta jmut ir-rappreżentant ta’ waħda mill-partijiet; f’dan il-każ, jiġi nnotifikat dokument ġdid lill-parti kkonċernata.

It-terminu proċedurali ma jibdiex jiddekorri u, jekk ikun beda jiddekorri qabel, huwa jiġi interrott fir-rigward tal-parti li ma jkollhiex il-kapaċità li taġixxi jew li jkollha kapaċità limitata li taġixxi sakemm tinħatar persuna sabiex tirrappreżenta jew tassisti lil dik il-parti, fejn xieraq.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Iva, ġew stabbiliti termini speċjali li jappartjenu għal oqsma tal-liġi. It-termini ġenerali għal appell u għat-tieni appell huma ta’ 30 jum fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. F’ċerti kwistjonijiet (proċeduri speċjali), pereżempju, fil-każ ta’ inġunzjoni interlokutorja, it-terminu għal appell huwa ta’ ħamest ijiem, li huwa iqsar mit-terminu għat-tressiq ta’ appell skont id-dritt komuni.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Ir-risposta hija pożittiva, fis-sens li, f’ċerti każijiet eċċezzjonali, il-liġi tippermetti lill-imħallef jestendi t-terminu (pereżempju, b’ħamest ijiem skont l-Artikoli 469 u 490 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili – fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-appell u t-tieni appell, rispettivament), jew iqassru (pereżempju, skont l-Artikolu 159 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili – b’konnessjoni mat-terminu għan-notifika tat-taħrika ħamest ijiem qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ).

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Skont l-Artikolu 1088 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, fi proċedimenti ċivili internazzjonali, il-qorti tapplika l-liġi proċedurali Rumena soġġetta għal dispożizzjonijiet espressi kuntrarji. Ara wkoll it-tweġiba għall-Mistoqsijiet 5, 11 u 16.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Kif ġie ddikjarat aktar ’il fuq, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu assolut fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa l-validità tal-proċedimenti, filwaqt li n-nuqqas ta’ osservanza tat-termini relattivi, anki jekk mhux bilfors jirriżulta fl-invalidazzjoni tal-atti proċedurali, jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari jew finanzjarji għall-partijiet ħatja (it-termini tad-deċiżjoni, it-termini tat-tħejjija, eċċ.).

In-nuqqas ta’ osservanza tat-termini proċedurali x’aktarx li jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ diversi sanzjonijiet, kif ġej:

  • in-nullità tal-att proċedurali;
  • iċ-ċaħda tat-terminu pprovdut għat-twettiq tal-att proċedurali;
  • l-iskadenza tal-validità tat-talba riferita lill-qorti;
  • l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni fuq l-intitolament għal eżekuzzjoni;
  • sanzjonijiet finanzjarji;
  • sanzjonijiet dixxiplinarji;
  • l-obbligu li jitwettaq mill-ġdid jew jiġi emendat att magħmul mingħajr ebda formalità legali;
  • l-obbligu li jingħata kumpens lill-parti li ġarrbet id-dannu minħabba ksur tal-formalitajiet proċedurali.

L-Artikolu 185 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprevedi li, meta jkun irid jiġi eżerċitat dritt proċedurali f’terminu partikolari, in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu jwassal għaċ-ċaħda tal-intitolament, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. L-att proċedurali mwettaq wara li jkun għadda t-terminu huwa null. Meta l-liġi tipprevedi d-diskontinwità ta’ att proċedurali f’terminu, l-att magħmul qabel jintemm it-terminu jista’ jiġi annullat b’talba tal-parti interessata.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

L-Artikolu 186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiddikjara li l-parti li tkun tilfet terminu proċedurali tingħata terminu ġdid, sakemm hija turi bil-provi li d-dewmien huwa debitament iġġustifikat. Il-parti kkonċernata twettaq l-att proċedurali fi żmien mhux aktar minn 15-il jum mid-data meta tintemm id-diskontinwità u, fl-istess ħin, hija titlob sabiex tingħata terminu ġdid. Jekk il-parti kkonċernata tfittex rimedji, dan it-terminu jkun l-istess bħal dak ipprovdut meta jiġi ppreżentat appell. It-talba għal terminu ġdid tiġi ttrattata mill-qorti kompetenti li tittratta t-talba rigward id-dritt mhux eżerċitat fit-terminu. Meta l-parti tkun ħatja, ma jkun hemm l-ebda rimedju proċedurali disponibbli.

L-aħħar aġġornament: 01/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Slovenja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Skont il-liġi proċedurali Slovena, terminu huwa perjodu ta’ żmien ristrett b’żewġ punti fiż-żmien - il-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ żmien - li fih jista’ jitwettaq u, b’mod eċċezzjonali, ma jkunx jista’ jitwettaq att proċedurali partikolari.

Il-liġi Slovena tirrikonoxxi termini differenti:

  • termini sostantivi u proċedurali: it-termini sostantivi jiġu stabbiliti minn liġi sostantiva sabiex jiġu affermati d-drittijiet u huma maqsuma f’termini ta’ preskrizzjoni negattiva, li mal-iskadenza tagħhom dritt jiġi tterminat bil-liġi, u termini ta’ limitazzjoni, meta dritt ma jkunx jista’ jiġi affermat aktar jekk il-parti opposta toġġezzjona. It-termini proċedurali jiġu stabbiliti għat-twettiq ta’ atti proċedurali;
  • termini statutorji u ġudizzjarji: it-termini statutorji u t-tul ta’ żmien tagħhom jiġu stabbiliti direttament mil-liġi, filwaqt li t-termini ġudizzjarji jiġu stabbiliti minn qorti, wara li tqis iċ-ċirkostanzi kollha ta’ kawża partikolari;
  • termini li jistgħu jiġu estiżi u li ma jistgħux jiġu estiżi: it-termini ġudizzjarji jistgħu jiġu estiżi, filwaqt li t-termini statutorji ma jistgħux;
  • perjodi ta’ żmien suġġettivi u oġġettivi: il-perjodi ta’ żmien suġġettivi jibdew meta persuna eliġibbli ssir taf b’avveniment partikolari jew tkun kisbet opportunità li twettaq att proċedurali, filwaqt li l-perjodi ta’ żmien oġġettivi jibdew meta sseħħ ċirkostanza oġġettiva partikolari;
  • preskrizzjoni proċedurali u termini indikattivi: malli jiskadi terminu ta’ preskrizzjoni proċedurali, att proċedurali li għalih japplika t-terminu ma jkunx jista’ jitwettaq aktar b’konsegwenza effettiva, filwaqt li l-ksur ta’ terminu indikattiv ma għandux konsegwenzi legali diretti.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont ir-Regolament Nru 1182/71, ‘jum tax-xogħol’ ifisser il-jiem kollha minbarra l-btajjel pubbliċi, il-Ħdud u s-Sibtijiet. Il-btajjel pubbliċi li ġejjin huma indikati bħala jiem mhux tax-xogħol fis-Slovenja mill-Att dwar il-Btajjel Pubbliċi u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tas-Slovenja (Zakon o praznikih in dela prostih dnevih v Republiki Sloveniji; bl-abbrevjazzjoni ZPDPD):

  • L-1 ta’ Jannar - L-Ewwel tas-Sena;
  • It-8 ta’ Frar - Jum Prešeren, il-Btala Kulturali Slovena;
  • Is-27 ta’ April - Il-Jum tar-Rewwixta Kontra l-Okkupazzjoni;
  • L-1 u t-2 ta’ Mejju - Il-Btala ta’ Jum il-Ħaddiem;
  • Il-25 ta’ Ġunju - Jum is-Sovranità;
  • L-1 ta’ Novembru - Jum il-Qaddisin Kollha;
  • Is-26 ta’ Diċembru - Jum l-Indipendenza u l-Unità.

Il-jiem mhux tax-xogħol fis-Slovenja jinkludu wkoll:

  • Ħadd il-Għid u t-Tnejn ta’ wara l-Għid;
  • Il-15 ta’ Awwissu - It-Tlugħ is-Sema tal-Madonna;
  • Il-31 ta’ Ottubru - Jum ir-Riforma;
  • Il-25 ta’ Diċembru - Il-Milied.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli ġenerali dwar it-termini proċedurali fil-liġi Slovena huma preskritti mill-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku; bl-abbrevjazzjoni: ZPP). L-Artikoli 110 sa 112 u 116 sa 120 taz-ZPP huma direttament applikabbli fil-proċeduri ta’ qorti ċivili u, mutatis mutandis, fi proċedimenti mhux kontenzjużi, fi proċedimenti ta’ infurzar u sigurtà u fi proċedimenti għal ftehim obbligatorju jew falliment minħabba insolvenza ta’ impriża jew il-likwidazzjoni tagħha.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-liġi Slovena tirrikonoxxi l-għadd ċivili tal-perjodi ta’ żmien, li huwa l-għadd bil-jiem. Il-perjodi ta’ żmien jiġu kkalkolati f’jiem, xhur u snin. Jekk perjodu ta’ żmien ikun espress f’jiem, il-jum tan-notifika ta’ dokument tal-qorti jew il-jum tal-avveniment minn meta jibda l-perjodu ta’ żmien ma jiġix inkluż fil-perjodu ta’ żmien. Minflok, l-ewwel jum tal-perjodu ta’ żmien huwa l-ewwel jum li jkun imiss. It-termini li huma espressi f’xhur jew snin jiskadu fi tmiem il-jum tal-aħħar xahar jew sena, li n-numru tiegħu jikkorrespondi għad-data meta beda t-terminu. Jekk ma jkun jeżisti ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. F’dawn il-każijiet, il-perjodi ta’ żmien jibdew fil-jum li fih ikun seħħ l-avveniment minn meta jingħadd il-perjodu ta’ żmien (pereżempju, jekk ikun meħtieġ li att proċedurali jitwettaq fi żmien sena min-notifika ta’ dokument u n-notifika seħħet fil-25 ta’ April 2005, il-perjodu ta’ żmien jiskadi fil-25 ta’ April 2006). Jekk l-aħħar jum ta’ perjodu ta’ żmien ikun Sibt, Ħadd, btala pubblika jew jum mhux tax-xogħol ieħor definit bħala tali mill-Att dwar il-Btajjel Pubbliċi u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tas-Slovenja (ara l-punt 2 hawn fuq), il-perjodu ta’ żmien jiskadi fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara. Il-jiem imsemmija hawn fuq ma għandhom ebda effett fuq il-bidu u l-kors tal-proċedimenti, minħabba li l-perjodu ta’ żmien jiddekorri mingħajr interruzzjoni f’dawn il-jiem ukoll. Eċċezzjoni għal din ir-regola hija l-vaganzi ġudizzjarji (bejn il-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu), li matulhom ma jista’ jibda jiddekorri ebda perjodu ta’ żmien; minflok, dan jibda fl-ewwel jum wara l-vaganzi ġudizzjarji.

L-avvenimenti li warajhom jibdew il-perjodi ta’ żmien ħafna drabi huma n-notifika ta’ dokument tal-qorti, azzjoni mill-parti opposta jew avveniment mhux proċedurali.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Skont il-liġi Slovena, id-dokumenti jiġu nnotifikati bil-posta, minn uffiċjal ġudizzjarju, f’qorti jew bi kwalunkwe mod ieħor preskritt mil-liġi. Meta perjodu ta’ żmien jibda jiddekorri man-notifika, il-metodu ta’ notifika tad-dokumenti ma jkollu ebda effett fuq meta jibda jiddekorri l-perjodu ta’ żmien. Il-perjodu ta’ żmien jibda jiddekorri meta effettivament tkun seħħet in-notifika jew meta titqies li seħħet f’konformità mal-liġi.

In-notifika tad-dokumenti hija rregolata mill-Artikoli 132 ff. taz-ZPP. Dan jiddistingwi bejn notifika mhux personali (ordinarja) u notifika personali bil-posta, u notifika permezz ta’ mezzi elettroniċi siguri, li jistgħu jkunu wkoll personali jew ordinarji.

Fin-notifika mhux personali tad-dokumenti (l-Artikoli 140 u 141 taz-ZPP), in-notifika titqies bħala li seħħet fil-jum li fih marixxall jagħti d-dokumenti lil destinatarju fid-dar jew fuq il-post tax-xogħol tiegħu. Jekk id-destinatarju ma jkunx jista’ jinstab fid-dar tiegħu, id-dokumenti jistgħu jingħataw lil persuna adulta fil-familja tiegħu. Jekk il-marixxall jinnotifika d-dokumenti fuq il-post tax-xogħol tad-destinatarju u dan ma jkunx qiegħed hemm fil-ħin tan-notifika jew il-marixxall ma jkunx jista’ jsib lill-persuna minħabba proċeduri tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol, in-notifika titqies bħala li seħħet meta d-dokumenti jingħataw lil persuna awtorizzata sabiex taċċetta l-posta jew lil persuna li hija impjegata f’tali post tax-xogħol. Jekk id-destinatarju jkun jgħix f’akkomodazzjoni u l-marixxall ma jkunx jista’ jsibu hemmhekk, id-dokumenti jingħataw lil persuna hemmhekk li tkun awtorizzata sabiex taċċetta l-posta tar-residenti. It-terminu jibda l-għada li ssir din in-notifika. Jekk it-tali notifika mhijiex possibbli, il-marixxall jiddepożita d-dokumenti f’kaxxa tal-ittri fl-indirizz tar-residenza. In-notifika tkun meqjusa li tkun saret fil-jum li d-dokument jitħalla fil-kaxxa tal-ittri. Jekk id-destinatarju ma jkollux kaxxa tal-ittri jew din ma tkunx tista’ tintuża, id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsenjati lill-qorti li tkun talbet li ssir in-notifika jew inkella lil uffiċċju postali lokali, filwaqt li jitħalla avviż tan-notifika fuq il-bieb ta’ quddiem tad-dar li jgħid minn fejn jistgħu jinġabru d-dokumenti. In-notifika titqies bħala li seħħet dakinhar li l-avviż tan-notifika jitwaħħal mal-bieb. L-uffiċċju postali jżomm id-dokumenti għal 30 jum. Jekk id-destinatarju ma jiġborx id-dokumenti f’dak il-perjodu ta’ żmien, id-dokumenti jintbagħtu lura lill-qorti. Jekk id-dokumenti jkunu jridu jiġu nnotifikati lil entità ġuridika, irreġistrata fir-reġistru, jew lil imprenditur indipendenti, u ma jkunx possibbli li n-notifika ssir fl-indirizz tal-istabbiliment irreġistrat fir-reġistru, in-notifika ssir billi d-dokumenti jew l-avviż tan-notifika jitħallew fl-indirizz li jkun irreġistrat fir-reġistru, diment li dan l-indirizz fil-fatt ikun jeżisti.

Notifika personali (l-Artikoli 142 u 143 taz-ZPP) titwettaq meta n-notifika tkun tikkonċerna azzjoni, deċiżjoni tal-qorti li kontriha huwa permess appell jew rimedju legali straordinarju, ordni ta’ ħlas għall-miżata tal-qorti għall-preżentazzjonijiet skont l-Artikolu 105a taz-ZPP, stedina għal seduta ta’ soluzzjoni tat-tilwim jew l-ewwel seduta prinċipali. Dokumenti oħrajn jiġu nnotifikati personalment biss meta dan ikun meħtieġ bil-liġi jew meta qorti tivvaluta li dan huwa meħtieġ minħabba li d-dokumenti huma oriġinali jew għal xi raġuni oħra li teħtieġ attenzjoni akbar. Il-perjodu ta’ żmien jibda jiddekorri mill-għada li ssir din in-notifika. Il-perjodu ta’ żmien jista’ jiskadi f’jum mhux tax-xogħol, li jfisser li jekk jiskadi f’jum mhux tax-xogħol, il-perjodu ta’ żmien jiġi estiż għall-jum tax-xogħol li jkun imiss.

Jekk tkun meħtieġa notifika personali diretta iżda din ma tkunx possibbli, il-marixxall jista’ jħalli d-dokument f’kaxxa tal-ittri jew iwaħħal avviż dwar in-notifika tad-dokumenti mal-bieb ta’ quddiem tad-dar, li jistabbilixxi t-terminu ta’ 15-il jum li fih id-destinatarju jista’ jiġbor id-dokumenti minn uffiċċju postali lokali, meta jkun sar tentattiv sabiex in-notifika ssir bil-posta, jew inkella mill-qorti li tkun ordnat in-notifika. In-notifika titqies bħala li seħħet meta d-destinatarju jiġbor id-dokumenti mill-uffiċċju postali jew wara 15-il jum jekk id-destinatarju ma jiġborx id-dokumenti. Meta d-destinatarju ma jiġborx id-dokumenti, il-perjodu ta’ żmien jibda jiddekorri mill-għada li sseħħ in-notifika jew minn meta jitqies li seħħet in-notifika.

In-notifika elettronika tad-dokumenti tista’ ssir b’mezzi elettroniċi siguri. Is-sistema ta’ informazzjoni ġudizzjarja tibgħat awtomatikament dokumenti fl-indirizz irreġistrat għan-notifika jew lil kaxxa postali elettronika sigura minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi li jwettqu n-notifika ta’ dokumenti b’mezzi elettroniċi siguri bħala attività reġistrata abbażi ta’ liċenzja speċjali mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Id-destinatarju jrid jiġbor id-dokumenti fi żmien 15-il jum. Id-destinatarju għandu jiġbor id-dokumenti mis-sistema ta’ informazzjoni billi jipprova l-identità tiegħu bil-mod preskritt, jiffirma l-prova ta’ notifika elettronikament u jirritornaha lill-ispeditur permezz ta’ mezz elettroniku sigur. In-notifika titqies bħala li seħħet fil-jum li d-destinatarju jaċċetta d-dokumenti elettroniċi. Jekk id-dokumenti ma jiġux aċċettati fi żmien 15-il jum, in-notifika titqies bħala li seħħet wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu ta’ żmien. Id-destinatarju jrid jkollu l-possibbiltà li jsir jaf dwar il-kontenut tad-dokumenti mill-inqas tliet xhur wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 15-il jum wara li jkun irċieva d-dokumenti elettroniċi. Jekk id-destinatarju ma jiġborx id-dokumenti, il-perjodu ta’ żmien jibda jiddekorri mill-għada li sseħħ in-notifika jew minn meta jitqies li seħħet in-notifika. Irid jiġi enfasizzat li minkejja li teżisti bażi ġuridika statutorja, in-notifika elettronika għadha mhijiex possibbli fil-proċedimenti ġudizzjarji kummerċjali u ċivili, bl-eċċezzjoni tal-proċedimenti ta’ infurzar, insolvenza u tar-reġistru tal-artijiet. Rigward l-użu ta’ operazzjonijiet elettroniċi, jekk jogħġbok ara s-suġġett ‘ipproċessar awtomatizzat’.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Meta perjodu ta’ żmien ikun espress f’jiem, il-jum tan-notifika ta’ dokument tal-qorti jew il-jum ta’ avveniment minn meta jibda perjodu ta’ żmien ma jiġix inkluż fil-perjodu ta’ żmien; minflok, l-ewwel jum tal-perjodu ta’ żmien huwa l-jum wara n-notifika tad-dokument tal-qorti jew il-jum wara l-avveniment.

It-termini li huma espressi f’xhur jew snin jiskadu fi tmiem il-jum tal-aħħar xahar jew sena, li n-numru tiegħu jikkorrespondi għad-data meta beda t-terminu. Jekk ma jkun jeżisti ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. F’dawn il-każijiet, il-perjodi ta’ żmien jibdew fil-jum li fih ikun seħħ avveniment minn meta jingħadd il-perjodu ta’ żmien (pereżempju, jekk ikun meħtieġ li att proċedurali jitwettaq fi żmien sena min-notifika ta’ dokument u n-notifika seħħet fil-25 ta’ April 2005, il-perjodu ta’ żmien jiskadi fil-25 ta’ April 2006).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta terminu jkun espress f’jiem, dan ifisser jiem kalendarji. Il-perjodi ta’ żmien jiddekorru mingħajr interruzzjoni, inklużi Sibtijiet, Ħdud u jiem mhux tax-xogħol. Pereżempju, jekk sentenza ġiet innotifikata nhar ta’ Ġimgħa, il-perjodu ta’ żmien għal appell jibda jiddekorri s-Sibt. Jekk l-aħħar jum ta’ perjodu ta’ żmien ikun Sibt, Ħadd, btala pubblika jew jum mhux tax-xogħol ieħor preskritt bħala tali mill-Att dwar il-Btajjel Pubbliċi u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tas-Slovenja, it-terminu jiskadi fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara.

Meta jingħaddu t-termini, jeħtieġ li jiġu applikati wkoll ir-regoli speċjali stabbiliti fl-Artikolu 83 tal-Att dwar il-Qrati (Zakon o sodiščih), li jirregolaw il-vaganzi ġudizzjarji. Bejn il-15 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu, il-qrati jmexxu biss seduti ta’ smigħ u jiddeċiedu dwar kwistjonijiet urġenti, li huma definiti bħala tali mil-liġi (inġunzjonijiet, il-kura u l-kustodja tat-tfal, l-obbligi ta’ manteniment, eċċ.). Ħlief fi kwistjonijiet urġenti, il-perjodi ta’ żmien proċedurali ma jiddekorrux. Jekk in-notifika tkun saret matul il-vaganzi ġudizzjarji (pereżempju, fl-20 ta’ Lulju), it-terminu proċedurali jibda jiddekorri l-għada tal-aħħar jum tal-vaganzi ġudizzjarji, li huwa s-16 ta’ Awwissu. It-termini proċedurali wkoll ma jistgħux jiskadu matul il-vaganzi ġudizzjarji. Pereżempju, jekk in-notifika tkun saret fl-10 ta’ Lulju, it-terminu ta’ 15-il jum jiskadi fis-26 ta’ Awwissu. Id-dekorrenza tat-termini tiġi interrotta mill-vaganzi ġudizzjarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-liġi Slovena ma tesprimix it-termini f’termini ta’ ġimgħat. It-termini jiġu kkalkolati f’jiem, xhur u snin. Is-Sibtijiet, il-Ħdud u jiem mhux tax-xogħol oħrajn ma għandhom ebda effett fuq terminu, u terminu ma jistax jiskadi f’jum bħal dan. Jekk l-aħħar jum ta’ terminu jkun Sibt, Ħadd, btala pubblika jew jum mhux tax-xogħol ieħor definit bħala tali mill-Att dwar il-Btajjel Pubbliċi u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tas-Slovenja, it-terminu jiskadi fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara.

Id-dispożizzjonijiet fl-Att dwar il-Qrati li jikkonċernaw it-termini matul il-vaganzi ġudizzjarji huma defiċjenti fir-rigward tat-termini li huma espressi f’xhur jew snin, u li għalihom l-Artikolu 111(3) taz-ZPP jistabbilixxi li huma jiskadu fil-jum li n-numru tiegħu jikkorrespondi għad-data meta beda t-terminu. Il-vaganzi ġudizzjarji ma jaffettwawx id-dekorrenza tat-termini espressi fi snin. Skont il-ġurisprudenza, it-termini espressi f’xhur ma jiddekorrux matul il-vaganzi ġudizzjarji u, b’hekk, jiġu estiżi b’xahar (pereżempju, terminu proċedurali ta’ tliet xhur li jibda jiddekorri fl-20 ta’ Ġunju jiskadi fl-20 ta’ Settembru, terminu ta’ tliet xhur li kien jiskadi matul il-vaganzi ġudizzjarji, pereżempju fil-5 ta’ Awwissu, jiġi estiż b’xahar u jiskadi fil-5 ta’ Settembru).

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

It-termini li huma espressi f’xhur jew snin jiskadu fi tmiem il-jum tal-aħħar xahar jew sena, li n-numru tiegħu jikkorrespondi għad-data meta beda t-terminu. Jekk ma jkunx jeżisti jum bħal dan fl-aħħar xahar, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar (pereżempju, jekk ikun meħtieġ li att proċedurali partikolari jitwettaq fi żmien sena min-notifika tad-dokumenti, u d-dokumenti ġew innotifikati fil-25 ta’ April 2005, it-termini jiskadi fil-25 ta’ April 2006; jekk ikun meħtieġ li att proċedurali partikolari jitwettaq fi żmien xahar min-notifika, li saret fil-31 ta’ Mejju 2005, l-aħħar jum tat-terminu jkun it-30 ta’ Ġunju 2005).

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

It-termini ma jiskadux nhar ta’ Sibt, Ħadd jew f’jum mhux tax-xogħol ieħor. Jekk l-aħħar jum ta’ terminu jkun Sibt, Ħadd, btala pubblika jew jum mhux tax-xogħol ieħor definit bħala tali mill-Att dwar il-Btajjel Pubbliċi u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tas-Slovenja, it-terminu jiskadi fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Huma biss it-termini li jiġu stabbiliti minn qorti, l-hekk imsejħa termini ġudizzjarji (l-Artikolu 110 taz-ZPP), li jistgħu jiġu estiżi. Terminu ġudizzjarju jista’ jiġi estiż minn qorti fuq talba ta’ parti meta jkun hemm raġunijiet ġustifikati għall-estensjoni tiegħu. Estensjoni ta’ terminu trid tintalab qabel jiskadi tali terminu. It-termini preskritti mil-liġi ma jistgħux jiġu estiżi. Id-dispożizzjoni dwar in-natura mhux estendibbli tat-termini statutorji hija obbligatorja.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-partijiet jistgħu jressqu appell kontra sentenza jew deċiżjoni maħruġa fil-prim’istanza fit-terminu tal-appell ġenerali ta’ 15-il jum wara n-notifika tas-sentenza, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor miz-ZPP (l-Artikoli 333 jew 363(2)).

Huwa stabbilit terminu tal-appell iqsar ta’ tmint (15) ijiem f’tilwimiet li jinvolvu kambjali jew ċekkijiet (l-Artikolu 333 taz-ZPP), u limitu ta’ żmien ta’ tmint ijiem f’kontroversji li jinvolvu dħul bla jedd (l-Artikolu 428 taz-ZPP), talbiet żgħar (l-Artikolu 458 taz-ZPP), għan-notifika ta’ appell f’tilwimiet kummerċjali dwar talbiet żgħar u għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas (l-Artikolu 496 taz-ZPP). It-terminu iqsar ta’ tmint (8) ijiem japplika wkoll għat-tressiq ta’ rimedji legali (appelli u oġġezzjonijiet) fi proċedimenti għall-infurzar u l-assigurazzjoni tal-pretensjonijiet (l-Artikolu 9 tal-Att dwar l-Infurzar u l-Assigurazzjoni tal-Pretensjonijiet Ċivili (Zakon o izvršbi in zavarovanju)).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Il-qrati jorganizzaw seduti ta’ smigħ meta jkunu preskritti mil-liġi jew meta jkunu meħtieġa matul il-kors tal-proċedimenti (l-Artikolu 113 taz-ZPP). Seduta ta’ smigħ hija appuntament f’post u ħin partikolari għat-twettiq ta’ att proċedurali. Qorti tista’ tiddefferixxi seduta ta’ smigħ għal data aktar tard meta jkollha raġunijiet ġustifikati sabiex tagħmel dan (l-Artikolu 115 taz-ZPP).

Qorti tista’ wkoll testendi t-terminu stabbilit minnha sabiex parti twettaq att proċedurali (terminu ġudizzjarju) jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikati għall-estensjoni tiegħu u l-parti tkun talbet li t-terminu jiġi estiż qabel jiskadi.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Skont il-liġi Slovena, mhuwiex possibbli li terminu jiġi estiż fuq il-bażi li parti hija residenti f’post jew żona partikolari.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Skadenza maqbuża ġeneralment tfisser it-telf ta’ dritt. Parti titlef id-dritt li tiddepożita rimedju legali (preskrizzjoni negattiva) u rimedju legali ddepożitat tard wisq jiġi miċħud. Qorti tiċħad rikors li parti ma temendax jew ma tissupplimentax f’terminu preskritt.

Jekk skadenza tinqabeż, il-parti tista’ titqies bħala li rtirat it-talba tagħha (pereżempju, f’każ meta parti ma tħallasx miżata tal-qorti fit-terminu statutorju, hija titqies bħala li rtirat it-talba tagħha u l-proċedimenti jiġu sospiżi; l-istess japplika meta ebda parti ma titlob li l-proċedimenti jkomplu fi żmien erba’ xhur wara li jkunu ġew sospiżi).

Jekk parti tonqos milli tidher f’seduta ta’ smigħ, f’xi każijiet hija titqies bħala li rtirat l-azzjoni (pereżempju, jekk ebda parti ma tidher fis-seduta ta’ smigħ, il-pretendent jitqies bħala li rtira l-azzjoni).

Skadenza li tinqabeż jista’ jkollha wkoll konsegwenzi għal parti fi proċedimenti ta’ provi. Skadenza li tinqabeż sabiex jitħallas avvanz għat-teħid tal-provi proposti tfisser li dawn il-provi ma jitteħdux.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk parti taqbeż skadenza għal att proċedurali partikolari, li jirriżulta fi preskrizzjoni negattiva (li jfisser li l-parti titlef id-dritt li twettaq l-att proċedurali), qorti tista’ tilqa’ t-talba tal-parti li twettqu aktar tard (jiġifieri li tirritorna għall-istat preċedenti; l-Artikoli 116 sa 121 taz-ZPP).

Il-kundizzjonijiet għar-ritorn għall-istat preċedenti huma:

  • parti tkun qabżet skadenza għal raġuni ġustifikata, kif stabbilita minn qorti fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ;
  • tkun inħolqot preskrizzjoni negattiva minħabba li nqabżet skadenza;
  • parti tressaq petizzjoni għar-ritorn għall-istat preċedenti quddiem il-qorti fejn kellu jitwettaq l-att proċedurali, fi żmien 15-il jum mill-waqfien tar-raġuni li wasslet sabiex il-parti taqbeż l-iskadenza; jekk il-parti saret taf biss sussegwentement dwar l-iskadenza maqbuża, mela allura fi żmien 15-il jum minn meta saret taf b’dan; fil-każijiet kollha, fi żmien tliet xhur, jew fi żmien 30 jum f’tilwimiet kummerċjali, minn dakinhar li tkun inqabżet l-iskadenza;
  • att proċedurali li ma twettaqx jitwettaq fl-istess ħin li tiġi mressqa l-petizzjoni għar-ritorn għall-istat preċedenti.

L-iddepożitar ta’ petizzjoni għar-ritorn għall-istat preċedenti ġeneralment ma jaffettwax il-kors tal-proċedimenti, iżda qorti tista’ tiddeċiedi li l-proċedimenti għandhom jiġu sospiżi sakemm deċiżjoni dwar il-petizzjoni ssir finali. Wara li tirċievi petizzjoni f’waqtha għar-ritorn għall-istat preċedenti, qorti ġeneralment torganizza seduta ta’ smigħ li fiha tiddeċiedi dwar il-petizzjoni. Jekk ritorn għall-istat preċedenti jkun permess, il-proċedimenti jirritornaw għall-istat tagħhom qabel id-dewmien u d-deċiżjonijiet maħruġa mill-qorti minħabba d-dewmien jiġu annullati.

Links relatati:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

L-aħħar aġġornament: 24/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Slovakkja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

a) Statutorji – it-tul ta’ żmien tagħhom jiġi stabbilit mil-liġi;

b) Ġudizzjarji – il-qorti tista’ testendi skadenza fuq talba tal-entità kkonċernata.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Jiem mhux tax-xogħol huma dawk il-jiem magħżula għat-tixtil tal-ħaddiema matul il-ġimgħa, u l-btajjel statutorji,

a) Jiem mhux tax-xogħol fir-Repubblika Slovakka: is-6 ta’ Jannar, il-Ġimgħa l-Kbira, Ħadd il-Għid, it-Tnejn ta’ wara l-Għid, l-1 ta’ Mejju, it-8 ta’ Mejju, il-15 ta’ Settembru, l-1 ta’ Novembru, l-24 ta’ Diċembru, il-25 ta’ Diċembru, is-26 ta’ Diċembru

b) Btajjel statutorji fir-Repubblika Slovakka: l-1 ta’ Jannar, il-5 ta’ Lulju, id-29 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Settembru, is-17 ta’ Novembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

a) Skont l-Att Nru. 160/2015, il-Kodiċi tal-Proċedura Kontradittorja Ċivili (zákona č. 160/2015 Civilný sporový poriadok) (li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala "CCAP"), u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet għall-kuntrarju, terminu għall-eżekuzzjoni ta’ att jiġi stabbilit minn qorti. Il-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu ma jiġix inkluż fil-kalkolu ta’ perjodu stabbilit f’jiem.

b) Terminu ma jibdiex jiddekorri fir-rigward ta’ persuna li tkun tilfet il-kapaċità tagħha li tkun parti għal proċedimenti jew il-kapaċità li taġixxi quddiem qorti (it-Taqsima 119 tas-CCAP).

ċ) Jekk parti ġdida, rappreżentant legali, jew kustodju ta’ parti jissieħbu fil-proċedimenti, jibdew jiddekorru termini ġodda fir-rigward tagħhom, minn dak il-ħin li jkunu ssieħbu fil-proċedimenti (it-Taqsima 120 tas-CCAP).

d) Terminu jkun ġie osservat jekk l-att ikkonċernat jiġi eżegwit fil-qorti, jew jekk sottomissjoni tkun ġiet mgħoddija lil awtorità obbligata li tikkonsenjaha, fl-aħħar jum tal-perjodu (it-Taqsima 121 (5) tas-CCAP).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Perjodu jibda jiddekorri l-għada li jkun seħħ l-avveniment li jiddetermina l-bidu tal-perjodu.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Le.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Il-jiem kalendarji jintużaw fil-kalkolu tat-termini.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur u snin jiġu kkalkolati wkoll skont il-jiem kalendarji.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

L-iskadenzi tal-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur jew snin jaqgħu fl-aħħar tal-jum li d-deżinjazzjoni tiegħu huwa l-istess bħal dak tal-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu u, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan f’xahar, mela l-aħħar jum tax-xahar. Jekk skadenza taqa’ nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala, l-aħħar jum tal-perjodu huwa l-jum tax-xogħol li jiġi immedjatament wara (it-Taqsima 121 tas-CCAP).

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Jekk il-liġi ma tiddikjara ebda skadenza għall-eżekuzzjoni ta’ att, din għandha tiġi stabbilita minn qorti, jekk ikun hemm bżonn. Qorti tista’ wkoll testendi skadenza li tkun stabbilixxiet hija stess (it-Taqsima 118(2) tas-CCAP).

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Appell jitressaq fi żmien 15-il jum min-notifika ta’ deċiżjoni fil-qorti li lilha tkun indirizzata (it-Taqsima 362 tas-CCAP).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Iva, iżda biss terminu li jappartjeni għal interrogazzjoni informattiva.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Il-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza hija li tinqabeż l-iskadenza.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Qorti tista’ taħfer l-iskadenza li tinqabeż jekk dan in-nuqqas kien dovut għall-fatt li parti jew ir-rappreżentant tagħha kellhom raġuni skużabbli li minħabba fiha ma setgħux jeffettwaw att li kienu intitolati li jeżerċitaw. Rikors irid jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mill-waqfien tal-ostakolu u l-att mitluf irid jiġi effettwat f’dak il-ħin (it-Taqsima 122 tas-CCAP). Huwa kompletament fid-diskrezzjoni tal-qorti li tevalwa jekk ir-raġuni li minħabba fiha l-parti jew ir-rappreżentant tagħha qabżu skadenza statutorja hijiex skużabbli.

L-aħħar aġġornament: 16/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Finlandja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

L-iskadenzi jirreferu għat-termini preskrittivi stabbiliti biex jiġi ffinalizzat stadju partikolari fi proċediment. Ċerti termini preskrittivi huma stipulati mil-liġi, u oħrajn huma ffissati mill-qorti.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Apparti s-Sibtijiet u l-Ħdud, dawn il-jiem li ġejjin jitqiesu bħala vaganza fil-Finlandja:

  • L-Ewwel tas-Sena (l-1 ta' Jannar)
  • L-Epifanija (is-6 ta' Jannar)
  • Il-Ġimgħa l-Kbira (data varjabbli)
  • L-Għid il-Kbir (data varjabbli)
  • It-Tnejn ta' wara l-Għid (data varjabbli)
  • Jum il-Ħaddiem (l-1 ta' Mejju)
  • Lapsi (data varjabbli)
  • Il-Pentekoste (data varjabbli)
  • Il-Midsommarafton - lejliet il-Midsommardagen (data varjabbli)
  • Il-Midsommardagen (data varjabbli)
  • Il-Qaddisin Kollha (data varjabbli)
  • Jum l-Indipendenza (is-6 ta' Diċembru)
  • Il-Milied (il-25 ta' Diċembru)
  • San Stiefnu (is-26 ta' Diċembru)

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli dwar il-kalkolu tat-termini preskrittivi jinsabu fl-Att dwar it-Termini Preskrittivi (määräaikalaki) (150/1930). Jeżistu wkoll dispożizzjonijiet rigward it-tul ta' żmien tat-termini preskrittivi, li huma inklużi fil-Kodiċi dwar il-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari) u f'diversi regolamenti oħra.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Ġeneralment it-termini preskrittivi huma kkalkulati mill-bidu tal-jum ta' wara dak li fih ikun seħħ l-avveniment li kkaġuna l-att jew il-formalità inkwistjoni. Pereżempju, it-terminu preskrittiv għall-ikkontestar ta' wirt jiġi kkalkulat mill-bidu tal-jum ta' wara dak li fih ikun ġie nnotifikat il-wirt.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Il-metodu ta' trażmissjoni jew ta' notifika ta' dokumenti ma jaffettwax il-bidu tat-terminu. It-terminu preskrittiv jibda jiddekorri biss malli jiġi nnotifikat id-dokument.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Meta tali perjodu ta' żmien ikun espress f'numru ta' jiem li jgħoddu minn wara ċertu data, din tal-aħħar ma tiġix magħduda magħhom. Pereżempju, id-data tan-notifika ma tiġix inkluża fit-terminu preskrittiv.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

In-numru ta' jiem indikat jinkludi l-jiem kalendarji kollha, mhux il-jiem ta' xogħol biss. Madankollu, jekk l-aħħar jum tat-terminu preskrittiv jinzerta wieħed mill-jiem elenkati fil-mistoqsija nru 2, it-terminu preskrittiv jiġi estiż sal-jum ta' xogħol li jkun imiss.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

It-termini preskrittivi espressi f'ġimgħat, xhur jew snin, li jgħoddu minn wara ċertu data, jispiċċaw fil-jum tal-ġimgħa jew tax-xahar li jġib l-istess isem jew numru ta' dik id-data. Jekk ma jkunx hemm data korrispondenti fix-xahar li fih ikun se jiskadi t-terminu preskrittiv, l-aħħar jum ta' dak ix-xahar jitqies bħala l-iskadenza tat-terminu.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 8.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 7.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Huwa possibbli li l-iskadenzi jiġu estiżi sakemm il-ħtieġa għall-estensjoni tkun tista' tiġi ġġustifikata. Pereżempju, l-estensjoni ta' skadenza applikabbli għal kawża li tkun għaddejja l-qorti tista' tingħata mill-qorti kkonċernata, wara li tirċievi t-talba għal dan. Id-deċiżjoni dwar għandhiex tingħata estensjoni jew le tittieħed mill-persuna inkarigata mill-każ.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-parti li tkun tixtieq tappella kontra sentenza ta' Qorti Distrettwali (käräjäoikeus) trid tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tappella sa mhux aktar tard mis-seba' jum mid-data li fiha tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti. L-iskadenza biex jitressaq appell hija ta' 30 jum mid-data li fiha tkun ingħatat is-sentenza tal-Qorti Distrettwali. L-appellant irid jippreżenta l-ittra tal-appell lir-reġistru tal-Qorti Distrettwali sa mhux aktar tard mill-jum ta' skadenza tat-terminu preskrittiv, matul il-ħinijiet tax-xogħol.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti tal-Appell (hovioikeus), it-terminu preskrittiv biex jintalab permess għall-appell u biex tiġi ppreżentata l-ittra tal-appell huwa ta' 60 jum mid-data li fiha l-Qorti tal-Appell tkun tat id-deċiżjoni tagħha. L-appellant irid jippreżenta l-ittra tal-appell, li trid tkun indirizzata lill-Qorti Suprema (korkein oikeus) u li magħha jridu jinhemżu t-talba għall-permess għall-appell kif ukoll l-appell innifsu, lir-reġistru tal-Qorti tal-Appell sa mhux aktar tard mill-jum ta' skadenza tat-terminu preskrittiv.

Jekk l-appell ikollu x'jaqsam ma' kawża li l-Qorti tal-Appell tkun semgħet fl-ewwel istanza, it-terminu preskrittiv biex jitressaq appell ikun ta' 30 jum mid-data li fiha l-Qorti tal-Appell tkun tat id-deċiżjoni tagħha.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

It-termini preskrittivi stipulati fl-Att dwar it-Termini Preskrittivi ma jistgħux jitqassru. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-qorti tuża s-setgħa diskrezzjonali tagħha biex tiffissa t-termini preskrittivi għal atti u formalitajiet speċifiċi u kif ukoll biex testendihom. F'ċerti każijiet, il-qrati jistgħu jestendu wkoll l-iskadenzi stabbiliti għall-appelli.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ma jeżistux postijiet bħal dawn fil-Finlandja, u għaldaqstant mhux possibbli li tinqala' sitwazzjoni ta' dan it-tip.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Bħala regola ġenerali, li parti tonqos milli tirrispetta l-iskadenzi jkun ta' detriment għaliha stess u jista' jwassal biex tiġi miċħuda mid-drittijiet tagħha fil-kwistjoni.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Ma hemmx rimedju universali għall-każijiet fejn ma jiġux irrispettati l-iskadenzi. Xi drabi tista' ssir talba biex tiġi stabbilita skadenza ġdida. Madankollu, dan rarament jiġri.

L-aħħar aġġornament: 14/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Svezja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Hemm bosta tipi differenti ta' skadenzi fil-materji ċivili, kif ukoll perjodi ta' żmien stabbiliti fil-Kostituzzjoni. Dawn jinkludu pereżempju, termini għal appell, għat-tressiq ta' kwerela u biex kawża tiġi rieżaminata (il-perjodu li tulu kawża trid tittella' l-qorti). Hemm ukoll dispożizzjonijiet li jistipulaw sempliċement li miżura trid tittieħed u mbagħad f'idejn il-qorti biex tiddeċiedi l-perjodu ta' żmien li trid issir matulu; pereżempju, limiti taż-żmien biex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali, evidenza jew nota tal-eċċezzjonijiet.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol.

Dawn li ġejjin huma festi pubbliċi fl-Isvezja (l-Att (1989:253) dwar il-festi pubbliċi; "lagen om allmänna helgdagar"):

  • L-Ewwel tas-Sena (l-1 ta' Jannar)
  • L-Epifanija (is-6 ta' Jannar)
  • Il-Ġimgħa l-Kbira (l-aħħar Ġimgħa qabel l-Għid)
  • L-Għid il-Kbir (l-ewwel Ħadd wara l-qamar kwinta nhar il-21 ta' Marzu jew wara)
  • It-Tnejn ta' wara l-Għid (l-għada tal-Għid il-Kbir)
  • Lapsi (is-sitt Ħamis wara l-Għid il-Kbir)
  • L-Għid il-Ħamsin (is-seba' Ħadd wara l-Għid)
  • Il-Jum Nazzjonali Svediż (is-6 ta' Ġunju)
  • Midsommardagen (is-Sibt ta' bejn l-20 u s-26 ta' Ġunju)
  • Il-Qaddisin Kollha (is-Sibt ta' bejn l-31 u s-6 ta' Novembru)
  • Il-Milied (il-25 ta' Diċembru)
  • San Stiefnu (is-26 ta' Diċembru)

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-prinċipju bażiku li jirregola l-limit taż-żmien huwa li meta persuna tkun meħtieġa minn qorti tagħmel xi att fil-proċedimenti hija trid tingħata żmien raġonevoli biex tagħmel dan (il-Kapitolu 32, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Svediż; "rättegångsbalken"). F'ħafna każijiet iż-żmien mogħti jingħata mill-qorti, li f'dak il-punt trid tiffissa terminu li jippermetti lill-parti ammont ta' żmien aċċettabbli biex tikkonforma.

F'għadd żgħir każijiet perjodu partikolari ta' żmien ikun stipulat fil-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Svediż. Dan japplika l-iktar għat-termini għall-appell kontra sentenza jew deċiżjoni tal-qorti, biex jintalab li tiġi rieżaminata kawża magħluqa, jew f'xi każijiet biex jinbidel terminu.

Persuna li tixtieq tappella kontra sentenza ta' qorti distrettwali f'kawża ċivili trid tagħmel dan fi żmien tliet ġimgħat mill-għoti tas-sentenza. Persuna li tixtieq tappella kontra sentenza ta' qorti distrettwali ("tingsrätt") f'kawża ċivili trid tagħmel dan fl-istess ammon ta' żmien. Madankollu, jekk deċiżjoni meħuda waqt proċediment tkun għadha ma ngħatatx waqt seduta tal-qorti u tkun għadha ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni quddiem il-qorti dwar meta se tingħata d-deċiżjoni, il-perjodu għal appell jiġi kkalkulat minn dakinhar li r-rikorrent ikun irċieva d-deċiżjoni. Iż-żmien biex isir appell kontra sentenzi jew deċiżjonijiet tal-qorti tal-appell ("hovrätt") huwa ta' erba' ġimgħat (il-Kapitolu 50, l-Artikolu 1; il-Kapitolu 52, l-Artikolu 1; il-Kapitolu 55, l-Artikolu 1 u l-Kapitolu 56, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Parti li tkun inqatgħet sentenza kontriha b'kontumaċja minn qorti distrettwali ("tingsrätt") tista', fi żmien xahar minn meta tiġi nnotifikata bis-sentenza kontriha, tressaq rikors għar-rieżami tal-kawża (il-Kapitolu 44, l-Artikolu 9 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Jekk l-appell jiskadi għax ir-rikorrent ma jkunx attenda l-proċedimenti fil-qorti tal-appell Parti ("hovrätt"), ir-rikorrent jista', fi żmien tliet ġimgħat mid-data ta' meta ngħatat id-deċiżjoni, iressaq rikors biex tikompla l-kawża (il-Kapitolu 50, l-Artikolu 22 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Jekk parti jiskadilha ż-żmien biex tressaq appell jew biex tressaq rikors biex kawża titkompla jew tiġi rieżaminata, hija tkun tista' tressaq rikors biex it-terminu jerġa' jibda jgħodd. Ir-rikors irid isir fi żmien tliet ġimgħat minn tmiem iċ-ċirkostanzi li jiskużawh u tal-inqas fi żmien sena mill-iskadenza tat-terminu (il-Kapitolu 58, l-Artikolu 12 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Għadd ta' termini japplikaw ukoll fi proċedimenti sommarji fl-Awtorità ta' Eżekuzzjoni Svediża. Intimat ikun ordnat jikkummetta dwar rikors f'ċertu ammont ta' żmien mid-data ta' notifika. Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-perjodu ma jridx ikun itwal minn ġimagħtejn (l-Artikolu 25 tal-Att (1990:746) dwar ordnijiet ta' pagamenti u assistenza; "lagen om betalningsföreläggande och handräckning"). Jekk l-intimat ikkontesta r-rikors, ir-rikorrent ikollu massimu ta' erba' ġimgħat mid-data meta tintbagħatlu n-notifika tal-oppożizzjoni fejn jitlob li l-kawża tkun trasferita għal quddiem qorti distettwali ("tingsrätt") biex tiġi ttrattata ulterjorment (l-Artikolu 34). Jekk l-Awtorità ta' Eżekuzzjoni Svediża tagħti deċiżjoni f'kawża li tinvolvi ordni ta' pagament jew assistenza ġenerali, l-intimat jista' jitlob li l-kawża tiġi rieżaminata fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni (l-Artikolu 52). Jista' jitressaq appell kontra tipi oħrajn ta' deċiżjoni mill-awtorità fi żmien tliet ġimgħat minn dakinhar li tkun ittieħdet id-deċiżjoni (l-Artikoli 55-57).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Jekk att irid isir f'perjodu preskritt, il-perjodu jibda jgħodd minn dakinhar li tingħata d-deċiżjoni jew ordni. F'każijiet fejn dokument irid jiġi nnotifikat lil parti, madankollu, il-perjodu ma jibdiex jgħodd sakemm il-parti tirċievi d-dokument (id-data tan-notifika).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

F'każijiet fejn dokument irid jiġi nnotifikat lil parti, il-perjodu ma jibdiex jgħodd sakemm il-parti tirċievi d-dokument (id-data tan-notifika).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Meta d-data ta' bidu tkun id-data ta' meta tkun ingħatat id-deċiżjoni jew ordni, it-terminu spiss ikun espress fil-forma ta' data speċifika sa meta l-azzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni jew ordni trid titwettaq. Xi drabi, madankollu, jiġi ffissat ukoll terminu meta jkun stipulat li azzjoni trid tittieħed fi żmien ċertu għadd ta' jiem, ġimgħat, xhur jew snin, li dejjem jibdew b'data ta' bidu. Meta d-data ta' bidu tkun id-data ta' notifika, dejjem jiġi ddikjarat li azzjoni trid tittieħed fi żmien ċertu għadd ta' jiem, ġimgħat, xhur jew snin, mid-data ta' notifika, li tkun id-data meta l-parti tirċievi d-dokument.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Jekk il-perjodu ta' żmien ikun espress f'jiem, l-għadd ta' jiem speċifikat jinkludi jiem kalendarji u mhux jiem tax-xogħol biss.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Jekk att irid isir f'perjodu preskritt, il-perjodu jibda jgħodd minn dakinhar li tingħata d-deċiżjoni jew ordni. F'każijiet fejn dokument irid jiġi nnotifikat lil parti, madankollu, il-perjodu ma jibdiex jgħodd sakemm il-parti tirċievi d-dokument (id-data tan-notifika).

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

L-Att (1930:173) dwar il-kalkolu tat-termini statutorji ("lag om beräkning av lagstadgad") jgħid li meta t-termini jkunu espressi f'ġimgħat, xhur jew snin, id-data finali tkun il-jum li, b'ismu jew bin-numru tax-xahar tiegħu, jikkorrispondi għall-jum ta' meta beda jgħodd il-perjodu ta' żmien. Jekk ma jkun hemm l-ebda jum korrispondenti fl-aħħar xahar, l-aħħar jum tal-perjodu ta' żmien ikun l-aħħar jum tax-xahar.

Jekk il-jum sa meta trid titwettaq azzjoni jiġi s-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika oħra (ara 2 fuq), Midsommarafton (lejlet Midsommardagen), Lejlet il-Milied (l-24 ta' Diċembru) jew Lejlet l-Ewwel tas-Sena (il-31 ta' Diċembru), l-iskadenza biex titwettaq l-azzjoni tiġi estiża sal-jum tax-xogħol li jkun imiss. Dan japplika wkoll jekk il-perjodu ta' żmien jibda fid-data tan-notifika.

Fejn huwa applikabbli r-Regolament tal-Kunsill Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien, minflok japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Jekk il-jum sa meta trid titwettaq azzjoni jiġi s-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika oħra (ara 2 fuq), Midsommarafton (lejlet Midsommardagen), Lejlet il-Milied (l-24 ta' Diċembru) jew Lejlet l-Ewwel tas-Sena (il-31 ta' Diċembru), l-iskadenza biex titwettaq l-azzjoni tiġi estiża sal-jum tax-xogħol li jkun imiss. Dan japplika wkoll jekk il-perjodu ta' żmien jibda fid-data tan-notifika.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Ma hemm l-ebda regoli speċifiċi dwar l-estensjoni tat-termini f'kawżi fejn il-parti tkun residenti jew stabbilita jew tinsab barra mill-Isvezja jew f'żona remota. Madankollu, kif diġà ntqal, il-qorti f'ħafna kawżi tiddetermina hija stess kemm ikun se jkun twil terminu u f'dak il-punt tiżgura li l-parti tingħata ammont raġonevoli ta' żmien biex taġixxi.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

It-termini għall-appelli kontra sentenzi tal-qrati jew deċiżjonijiet normalment ikunu ta' tlieta jew erba' ġimgħat.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Jekk terminu jiġi stipulat bil-liġi (pereż. biex jitressaq appell) dan il-perjodu la jista' jitnaqqas u lanqas jiżdied. Jekk parti tkun ġiet ordnata tkun preżenti fil-qorti jew twettaq xi att ieħor il-qorti tista' testendi t-terminu billi tiffissa skadenza ġdida. F'każ ta' emerġenza ma hemm xejn li jipprevjeni lill-qorti milli tħassar seduta ppjanata u torganizza oħra f'data iktar bikrija. Madankollu, il-partijiet iridu jingħataw żmien raġonevoli biex iħejju ruħhom.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le; Ara 11 hawn fuq.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Termini għall-konformità mal-ordnijiet, eċċ.

Jekk ir-rikorrent ma jikkonformax ma' ordni biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali għar-rikors tiegħu għal taħrika jew jekk ikun hemm kwalunkwe xkiel biex titella' l-kawża, it-talba tiġi miċħuda. Jekk l-intimat jonqos milli jressaq nota tal-eċċezzjonijiet, tista' tinqata' sentenza kontrih b'kontumaċja. Nuqqas ta' konformità ma' ordni fil-ħin jista' jwassal ukoll biex il-qorti tiddeċiedi l-kawża xorta waħda.

Kontumaċja

F'kawżi li jistgħu jiġu solvuti barra mill-qorti (pereż. tilwim kummerċjali) in-nuqqas ta' waħda mill-partijiet milli tidher quddiem il-qorti distrettwali ("tingsrätt") tista' twassal biex tingħata sentenza b'kontumaċja. F'kawżi oħra jistgħu jiġu imposti multi. Madankollu, f'kawżi li ma jistgħux jiġu solvuti barra mill-qorti (pereż. litiġju fi kwistjonijiet tal-familja) jekk ir-rikorrent jonqos milli jidher fl-awla jista' jwassal biex il-kawża taqa' filwaqt li jekk ma jidhirx l-intimat huwa jista' jew jiġi mmultat jew jittella' quddiem il-qorti. Jekk ir-rikorrent jonqos milli jidher fil-proċedimenti quddiem il-qorti tal-appell, l-appell jista' jiskadi. Jekk ma jidhirx l-intimat tista' tiġi imposta multa.

Terminu għal appell

Jekk parti tappella tard wisq l-appell jiġi miċħud.

16 Jekk id-data tal-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk it-terminu mhux stipulat mil-liġi, il-parti trid, qabel ma jiskadi t-terminu, tressaq rikors quddiem il-qorti għal posponiment u titlob li l-perjodu jkun estiż. Jekk it-terminu skada u l-qorti sussegwentement ħadet azzjoni, pereż. qatgħet is-sentenza, hemm għadd ta' miżuri ordinarji u straordinarji li parti tkun tista' tieħu. Il-fini ta' dawn il-miżuri hija li jew terġa' tinfetaħ il-kawża li kienet ingħalqet jew f'xi ċirkostanzi biex it-terminu jinbidel (ara 3 fuq).

L-aħħar aġġornament: 26/05/2014

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - L-Ingilterra u Wales

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

It-tipi prinċipali ta’ skadenzi huma dawn:

Żmien għar-risposta għal talba - Malli jirċievi formola tat-talba jew id-dettalji tat-talba jekk dawn jiġu nnotifikati separatament, il-konvenut ikollu 14-il jum biex jew jirrispondi għat-talba jew biex jippreżenta konferma tan-notifika. Mal-preżentata ta’ konferma tan-notifika, il-konvenut imbagħad ikollu 14-il jum ieħor biex iħejji r-risposta tiegħu. Dan ifisser li l-konvenut jista’ jkollu sa 28 jum biex jirrispondi għat-talba iżda jekk huwa jippreżenta l-konferma tan-notifika l-għada li jirċievi d-dettalji tat-talba, il-konvenut ikollu biss 15-il jum biex jippreżenta r-risposta tiegħu.

Żmien għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza – Skont l-Artikolu 24 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980), ma tistax titressaq kawża kontra xi sentenza wara sitt snin mid-data meta s-sentenza tkun saret eżegwibbli.

Perjodi ta’ preskrizzjoni – B’mod ġenerali, japplika perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt snin u huwa applikabbli għal:

  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi dwar delitt (l-Artikolu 2 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980))
  • il-limitu ta’ żmien fil-każ ta’ konverżjonijiet suċċessivi u l-estinzjoni tat-titolu ta’ sid u oġġetti konvertiti (l-Artikolu 3 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980))
  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi għal somom li jistgħu jiġu rkuprati skont l-istatut (l-Artikolu 9 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980))

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni jvarjaw għal tipi oħra ta’ kawżi. Pereżempju:

  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi dwar speċjalità huwa ta’ tnax-il sena (l-Artikolu 8 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980)) – pereżempju djun speċjali bħal ipoteki.
  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi fir-rigward ta’ danni personali huwa ta’ tliet snin (l-Artikolu 11 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980)).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Il-partijiet 2.8 sa 2.10 tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) jittrattaw l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-regoli f’termini tal-kalkolu tal-perjodi ta’ żmien.

Minbarra s-Sibt u l-Ħadd, il-ġranet li fihom ma jsirx xogħol fl-Ingilterra u f’Wales jinkludu l-btajjel pubbliċi li ġejjin:

  • L-Ewwel tas-Sena: l-1 ta’ Jannar
  • Il-Ġimgħa l-Kbira: il-Ġimgħa ta’ qabel l-Għid
  • It-Tnejn ta’ wara l-Għid: il-jum tat-Tnejn ta’ wara l-Għid
  • Btala Pubblika tal-Bidu ta’ Mejju: l-ewwel jum tat-Tnejn f’Mejju
  • Btala Pubblika tar-Rebbiegħa: l-aħħar jum tat-Tnejn f’Mejju
  • Btala Pubblika tas-Sajf: l-aħħar jum tat-Tnejn f’Awwissu
  • Jum il-Milied: il-25 ta’ Diċembru
  • L-Għada tal-Milied: is-26 ta’ Diċembru

Meta Jum il-Milied, l-Għada tal-Milied jew l-Ewwel tas-Sena jaħbat fi tmiem il-ġimgħa, il-jum tax-xogħol li jmiss isir btala pubblika. Pereżempju, jekk il-25 u s-26 ta’ Diċembru jkunu s-Sibt u l-Ħadd rispettivament, it-Tnejn u t-Tlieta ta’ wara jkunu btajjel pubbliċi.

Barra minn hekk, il-qrati kollha jkunu magħluqin għal ġurnata żejda fil-Milied.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980) Dan jistipula diversi limiti ta’ żmien għall-bidu tal-proċedimenti u jistabbilixxi perjodi oħra li fihom, pereżempju, sentenza trid tiġi eżegwita u jridu jittieħdu azzjonijiet oħra mill-partijiet. Aktar informazzjoni hija mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija 1 aktar ’il fuq.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-1984 dwar Perjodi ta’ Preskrizzjoni Barranin (Foreign Limitation Periods Act 1984) - Dan jistipula li kwalunkwe liġi relatata mal-preskrizzjoni ta’ kawżi għandha tiġi ttrattata, għall-finijiet ta’ kawżi li fihom jingħata effett lil liġi barranija jew lil determinazzjonijiet minn qrati barranin, bħala kwistjoni ta’ sustanza pjuttost milli bħala kwistjoni ta’ proċedura. Dan japplika kemm għall-proċedimenti arbitrali kif ukoll għall-proċedimenti legali fil-qrati fl-Ingilterra u f’Wales, kull meta tkun trid titqies il-liġi ta’ pajjiż ieħor.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) Dawn huma r-regoli proċedurali għall-qrati ċivili fl-Ingilterra u f’Wales u jinkludu l-limiti ta’ żmien għal kawżi differenti.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Id-data minn meta jibda jiddekorri l-perjodu normalment hija d-data tal-avveniment rilevanti. Pereżempju, iż-żmien meta jibda jiddekorri l-perjodu ta’ 14-il jum għat-tweġib ta’ talba huwa l-jum tal-wasla tal-formola tat-talba jew tad-dettalji tat-talba jekk jiġu nnotifikati separatament (soġġett għar-regoli dwar in-notifika meqjusa – ara hawn taħt). Barra minn hekk, iż-żmien meta jibda jiddekorri l-perjodu ta’ 6 snin biex tiġi eżegwita sentenza huwa d-data meta s-sentenza tkun saret eżegwibbli.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Il-metodu normali ta’ notifika użat għat-trażmissjoni ta’ dokumenti, huwa l-posta prijoritarja. Jekk dokument jintbagħat permezz ta’ posta prijoritarja, dan jitqies li jkun ġie nnotifikat fit-tieni jum wara li jkun ġie impustat.

Aktar informazzjoni dwar id-dati tan-notifika meqjusa għal metodi oħra ta’ notifika mhux personali, eż. skambju ta’ dokumenti, il-konsenja tad-dokument jew it-tħollija tiegħu fl-indirizz permess, faks jew metodi elettroniċi oħra tista’ tinstab fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParti 6 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Meta perjodu ta’ żmien jiġi espress bħala għadd ta’ jiem, dan jiġi kkalkulat bħala jiem sħaħ. Fil-kalkolu tal-għadd ta’ “jiem sħaħ”, il-jum li fih jibda l-perjodu u jekk it-tmiem tal-perjodu jkun definit b’referenza għal avveniment, il-jum li fih iseħħ dak l-avveniment, ma jiġux inklużi. Eżempji ta’ kif għandhom jiġu kkalkulati dawn il-jiem jistgħu jinstabu fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParti 2 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta l-qorti tagħti sentenza, ordni jew direzzjoni li timponi limitu ta’ żmien għat-twettiq ta’ kwalunkwe att, l-aħħar data għall-konformità trid, kull fejn ikun prattikabbli, tiġi espressa bħala data kalendarja; u tinkludi l-ħin tal-ġurnata sa meta jrid isir l-att. Meta d-data sa meta jkun irid isir l-att tkun imdaħħla fi kwalunkwe dokument, id-data trid, kull fejn ikun prattikabbli, tiġi espressa bħala data kalendarja.

Pereżempju, jekk persuna tiġi nnotifikata dokument fl-4 ta’ April u hija tintalab twieġeb fi żmien 14-il jum min-notifika, hija għandha twieġeb qabel it-18 ta’ April.

Madankollu, jekk il-perjodu speċifikat ikun ta’ anqas minn 5 ijiem, is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-btajjel pubbliċi ma jingħaddux.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Meta f’xi sentenza, ordni, direzzjoni jew dokument ieħor jissemma “xahar”, dan ifisser xahar kalendarju.

Meta perjodu jiġi espress fi snin, għalkemm ma hemm l-ebda regola espliċita, il-Parti 2.10 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili trid tiġi applikata b’mod analogu. Għalhekk, jekk tintuża “sena” fi kwalunkwe sentenza, ordni, direzzjoni jew dokument ieħor, din tfisser sena kalendarja.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Jekk it-tmiem tal-perjodu jiġi definit b’referenza għal avveniment, il-jum li fih iseħħ dak l-avveniment ma jkunx inkluż. Ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 6 hawn fuq.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Meta l-perjodu speċifikat mir-Regoli tal-Proċedura Ċivili, direzzjoni ta’ prattika, kwalunkwe sentenza jew ordni tal-qorti għat-twettiq ta’ kwalunkwe att fl-uffiċċju tal-qorti jintemm f’jum li fih l-uffiċċju jkun magħluq, dak l-att għandu jkun fil-ħin jekk isir fil-jum li jmiss li fih l-uffiċċju tal-qorti jkun miftuħ. Din ir-regola tapplika kull meta jkun hemm perjodu ta’ skadenza.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Meta formola tat-talba tiġi notifikata barra mill-ġurisdizzjoni, japplikaw regoli speċjali. Pereżempju, meta n-notifika tkun fi Stat Membru tal-UE jew fi Stat Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' The Hague tal-1965 dwar in-notifika barra l-pajjiż ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali, il-perjodu għall-preżentata ta’ konferma huwa ta’ 21 jum wara d-data tan-notifika tal-formola tat-talba jew tad-dettalji tat-talba. Il-perjodu għall-preżentata ta’ risposta huwa ta’ 21 jum wara d-data tan-notifika tad-dettalji tat-talba jew, jekk il-konvenut jippreżenta konferma tan-notifika, 35 jum wara n-notifika tad-dettalji tat-talba. Jekk in-notifika tkun fi kwalunkwe territorju ieħor ta’ Stat Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' The Hague tal-1965, il-perjodu għall-preżentata ta’ konferma huwa ta’ 31 jum wara d-data tan-notifika tal-formola tat-talba jew tad-dettalji tat-talba. Il-perjodu għall-preżentata ta’ risposta huwa ta’ 31 jum wara d-data tan-notifika tad-dettalji tat-talba jew, jekk il-konvenut jippreżenta konferma tan-notifika, 45 jum wara n-notifika tad-dettalji tat-talba. Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaParti 6 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili.

Meta n-notifika tkun fi kwalunkwe pajjiż ieħor, il-perjodu għall-preżentata ta’ konferma tan-notifika jew għall-preżentata ta’ risposta huwa l-għadd ta’ jiem elenkati fit-tabella (mogħtija fil-link ta’ hawn taħt) wara n-notifika tad-dettalji tat-talba jew, fejn il-konvenut ikun ippreżenta konferma tan-notifika, l-għadd ta’ jiem elenkati fit-tabella flimkien ma’ 14-il jum addizzjonali wara n-notifika tad-dettalji tat-talba. It-tabella tista’ tinstab fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirezzjoni ta’ Prattika 6B tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limitu ta’ żmien għall-appelli kontra s-sentenzi huwa ta’ 14-il jum. Il-limiti ta’ żmien għall-preżentata ta’ rikors biex imħallef jistħarreġ id-deċiżjoni ta’ korp jekk inti tkun intitolat li tagħmel dan skont l-istatut huwa ta’ 28 jum, sakemm l-istatut inkwistjoni ma jipprovdix mod ieħor.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Jekk l-attur jaħseb li jkun hemm raġunijiet eċċezzjonali, huwa jista’ jitlob lill-qorti biex tikkunsidra rikors immedjatament u mingħajr ma l-konvenut jiġi nnotifikat b’xi dokumenti, jiġifieri “ex parte” jew “mingħajr avviż”. Jekk l-imħallef joħroġ ordni “ex parte” jew “mingħajr avviż”, l-attur jingħata appuntament ieħor biex jattendi l-qorti. Il-konvenut ikun intitolat li jkun preżenti għal dan l-appuntament sabiex l-imħallef ikun jista’ jisma’ liż-żewġ partijiet qabel ma jiddeċiedi jekk għandux joħroġ ordni oħra.

Fil-Parti II tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980) huma previsti aktar possibbiltajiet ta’ estensjoni ta’ perjodu. Pereżempju, jista’ jkun hemm estensjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni f’każijiet fejn l-attur ikollu diżabbiltà (l-Artikolu 28 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980)).

Sakemm ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili jew direzzjoni ta’ prattika ma jistipulawx mod ieħor jew il-qorti ma tordnax mod ieħor, iż-żmien speċifikat minn regola jew mill-qorti biex persuna tagħmel kwalunkwe att jista’ jiġi varjat permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-partijiet. Barra minn hekk, l-imħallfin għandhom setgħat estensivi ta’ ġestjoni tal-kawżi biex jibdlu l-perjodi ta’ żmien.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le. Parti ma titlifx tali benefiċċju.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk konvenut jonqos milli jikkontesta jew jikkonferma t-talba fiż-żmien meħtieġ, attur jista’ jippreżenta talba jew rikors għal sentenza fil-kontumaċja. Madankollu, il-konvenut xorta jkollu l-possibbiltà li jappella kontra dik id-deċiżjoni jew qorti tista’ tannulla s-sentenza.

Huma disponibbli wkoll sanzjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni tal-kawżi. Pereżempju meta parti tkun meħtieġa tissottometti xi ħaġa, jiġifieri perizja, sa ċertu żmien u tonqos milli tagħmel dan, il-qorti tista’ tordna dak ir-rapport bħala inammissibbli.

Il-qorti tista' tirrikorri wkoll għal sanzjonijiet bħalma huwa d-disprezz tal-qorti.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-partijiet inadempjenti jistgħu jersqu quddiem il-qorti u jitolbu li l-iskadenzi jiġu estiżi. Jekk l-iskadenza tal-perjodu tkun irriżultat f’sentenza fil-kontumaċja, huma jistgħu jippreżentaw appell jew jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules)

L-aħħar aġġornament: 03/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - L-Irlanda ta’ fuq

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Żmien għar-risposta għal talba – Fi proċedimenti tal-Qorti Għolja (High Court), il-konvenut, jekk ikun jirrisjedi fl-Irlanda ta’ Fuq, għandu jidher il-qorti fi żmien 14-il jum wara n-notifika taċ-ċitazzjoni (l-Ordni 10) (inkluż il-jum tan-notifika), għalkemm jista’ jidher il-qorti tard fi kwalunkwe ħin qabel ma tingħata s-sentenza kontrih. Dehra l-qorti wara s-sentenza teħtieġ awtorizzazzjoni (jew permess) (l-Ordni 12 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980)). Il-konvenut għandu jinnotifika risposta fi żmien 6 ġimgħat wara l-konsenja tad-dikjarazzjoni tat-talba, 6 ġimgħat wara d-dehra tiegħu l-qorti jew 6 ġimgħat wara li jkun ingħata l-permess li jirrispondi, skont liema jkun l-aħħar (l-Ordni 18). Fi proċedimenti tal-Qorti tal-Kontea (County Court), il-konvenut għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jippreżenta risposta fi żmien 21 jum min-notifika lilu ta’ att ċivili (l-Ordni 12 tar-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981)).

Żmien għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza – Skont l-Artikolu 16 tal-Ordni tal-1989 dwar il-Preskrizzjoni (Irlanda ta' Fuq) (Limitation (Northern Ireland) Order 1989), ma tistax titressaq kawża kontra xi sentenza wara sitt snin mid-data li fiha s-sentenza tkun saret eżegwibbli.

Perjodi ta’ preskrizzjoni – B’mod ġenerali, japplika perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt snin u huwa applikabbli, pereżempju, għal:

  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi dwar delitt (l-Artikolu 6 tal-Ordni tal-1989 dwar il-Preskrizzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Limitation (Northern Ireland) Order 1989)).
  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi ta’ konverżjonijiet suċċessivi u l-estinzjoni tat-titolu ta’ sid u oġġetti konvertiti (l-Artikolu 17 tal-Ordni tal-1989 dwar il-Preskrizzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Limitation (Northern Ireland) Order 1989)).

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni jvarjaw għal tipi oħra ta’ kawżi. Pereżempju:

il-limitu ta’ żmien għal kawżi fir-rigward ta’ korriment personali huwa ta’ tliet snin (l-Artikolu 7 tal-Ordni tal-1989 dwar il-Preskrizzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Limitation (Northern Ireland) Order 1989)).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

L-Ordni 3 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980) flimkien mal-Artikolu 5 tal-Att tal-1978 dwar l-Interpretazzjoni (Interpretation Act 1978) u l-Ordni 43 tar-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981) flimkien mal-Artikolu 39 tal-Att tal-1954 dwar l-Interpretazzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Interpretation Act (Northern Ireland) 1954) jittrattaw l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-Regoli tal-Qorti Suprema (Rules of the Supreme Court) u tar-Regoli tal-Qrati tal-Kontea (County Court Rules) rispettivament f’termini tal-kalkolu tal-perjodi ta’ żmien.

Minbarra s-Sibt u l-Ħadd, il-jiem li fihom ma jsirx xogħol fl-Irlanda ta’ Fuq jinkludu l-btajjel pubbliċi li ġejjin:

  • L-Ewwel tas-Sena: l-1 ta’ Jannar
  • Jum San Patrizju (St Patrick’s Day): is-17 ta’ Marzu
  • It-Tnejn ta’ wara l-Għid: il-jum tat-Tnejn ta’ wara l-Għid
  • It-Tlieta ta’ wara l-Għid: il-jum tat-Tlieta ta’ wara l-Għid
  • Btala Pubblika tal-Bidu ta’ Mejju: l-ewwel jum tat-Tnejn f’Mejju
  • Btala Pubblika tar-Rebbiegħa: l-aħħar jum tat-Tnejn f’Mejju
  • Btajjel Pubbliċi ta’ Lulju: it-12 u t-13 ta’ Lulju
  • Btala Pubblika tas-Sajf: l-aħħar jum tat-Tnejn f’Awwissu
  • Jum il-Milied: il-25 ta’ Diċembru
  • L-Għada tal-Milied: is-26 ta’ Diċembru

Meta Jum il-Milied, l-Għada tal-Milied jew l-Ewwel tas-Sena jaħbat fi tmiem il-ġimgħa, il-jum tax-xogħol li jmiss isir btala pubblika. Pereżempju, jekk il-25 u s-26 ta’ Diċembru jkunu s-Sibt u l-Ħadd rispettivament, it-Tnejn u t-Tlieta ta’ wara jkunu btajjel pubbliċi.

Barra minn hekk, il-qrati kollha jkunu magħluqin għal ġurnata żejda fil-Milied u anki fil-Ġimgħa l-Kbira.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

L-Ordni tal-1989 dwar il-Preskrizzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Limitation (Northern Ireland) Order 1989) – Din tistipula diversi limiti ta’ żmien għall-bidu tal-proċedimenti u tistabbilixxi perjodi oħra li fihom, pereżempju, sentenza trid tiġi eżegwita u jridu jittieħdu azzjonijiet oħra mill-partijiet. Aktar informazzjoni hija mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija 1 aktar ’il fuq.

L-Ordni tal-1985 dwar Perjodi ta’ Preskrizzjoni Barranin (Irlanda ta’ Fuq) (Foreign Limitation Periods (Northern Ireland) Order 1985) - Din tipprevedi li kwalunkwe liġi relatata mal-preskrizzjoni ta’ kawżi għandha tiġi trattata, għall-finijiet ta’ kawżi li fihom jingħata effett lil liġi barranija jew lil determinazzjonijiet minn qrati barranin, bħala kwistjoni ta’ sustanza pjuttost milli bħala kwistjoni ta’ proċedura. Dan japplika kemm għall-proċedimenti arbitrali kif ukoll għall-proċedimenti legali fil-qrati tal-Irlanda ta’ Fuq, kull meta jkollha titqies il-liġi ta’ pajjiż ieħor.

Ir-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980) u r-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981) – Dawn huma r-regoli proċedurali għall-qrati ċivili fl-Irlanda ta’ Fuq u jinkludu limiti ta’ żmien għal kawżi differenti.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Id-data tal-bidu tal-perjodu għar-risposta għal kawża ġeneralment tibda tiddekorri mid-data tan-notifika tal-proċedimenti – ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1 hawn fuq. Skont l-Ordni tal-1989 dwar il-Preskrizzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Limitation (Northern Ireland) Order 1989), id-data li minnha jibda jiddekorri l-perjodu ġeneralment hija d-data tal-avveniment rilevanti, pereżempju, iż-żmien tal-bidu għall-perjodu ta’ 6 snin biex tiġi eżegwita sentenza huwa d-data li fiha s-sentenza tkun saret eżegwibbli.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Iva - meta ċitazzjoni tiġi nnotifikata bil-posta jew bl-inseriment fil-kaxxa tal-ittri, din titqies li tkun ġiet innotifikata fis-seba’ jum (inkluż tmiem il-ġimgħa) wara li jkun sar dan (l-Ordni 10, ir-Regola 1 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980)), għalkemm jekk tiġi impustata l-Ħadd, x’aktarx li titqies li ġiet innotifikata t-Tnejn tmint ijiem wara l-impustar. Bl-istess mod, jekk att ċivili jiġi nnotifikat minn avukat (solicitor) permezz ta’ posta prijoritarja, dan jitqies li ġie nnotifikat fis-seba’ jum tax-xogħol wara li jkun ġie impustat (eskluż il-jum tal-impustar) iżda b’differenza mir-regola tal-Qorti Għolja (High Court), il-perjodu ta’ sebat ijiem ma jinkludix is-Sibt, il-Ħadd u l-btajjel pubbliċi (l-Ordni 43, ir-regola 19A tar-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981)).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

L-Ordni 3, ir-regola 2 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980) tapplika għal kwalunkwe perjodu ta’ żmien stabbilit mir-Regoli jew minn kwalunkwe sentenza, ordni jew direzzjoni għat-twettiq ta’ kwalunkwe att. Meta att ikun meħtieġ li jsir fi żmien perjodu speċifikat wara jew minn data speċifikata, il-perjodu normalment jibda immedjatament wara dik id-data. Meta l-att ikun meħtieġ li jsir numru speċifikat ta’ ġranet sħaħ qabel jew wara data speċifikata, tal-anqas irid ikun hemm dak l-ammont ta’ ġranet bejn id-data li fiha jsir l-att u dik id-data.

L-Ordni 43, ir-regola 17 tar-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981) tapplika għaż-żminijiet stabbiliti mir-Regoli. Meta xi ħaġa tkun trid issir fi żmien perjodu speċifikat ta' jew wara li jseħħ avveniment partikolari, il-perjodu jibda fl-aħħar tal-jum tal-avveniment, sakemm ma jiġix espress li jinkludi dak il-jum.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

L-Ordni 3, ir-regola 2 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980) tistipula li meta l-perjodu inkwistjoni, li jkun perjodu ta’ 7 ijiem jew anqas, jinkludi Sibt, Ħadd jew btala pubblika, Jum il-Milied jew il-Ġimgħa l-Kbira, dak il-jum għandu jiġi eskluż. L-Ordni 3, ir-regola 3 tistipula li sakemm il-Qorti ma tiddeċidix mod ieħor, il-perjodu tal-Vaganza Twila, jiġifieri l-vaganzi tas-sajf, għandu jiġi eskluż fil-kalkolu ta’ kwalunkwe perjodu preskritt mir-Regoli jew minn kwalunkwe ordni jew direzzjoni oħra għan-notifika, preżentazzjoni jew emenda ta’ kwalunkwe att proċedurali. L-Ordni 3, ir-regola 4 tistipula li meta ż-żmien preskritt mir-Regoli, jew minn kwalunkwe sentenza, ordni jew direzzjoni, għat-twettiq ta’ kwalunkwe att fl-uffiċċju tal-Qorti Suprema (Supreme Court) jiskadi f’jum li fih dak l-uffiċċju jkun magħluq, u minħabba f’hekk dak l-att ma jkunx jista’ jitwettaq f’dak il-jum, l-att għandu jkun fil-ħin jekk isir fil-jum li jmiss li dak l-uffiċċju jkun miftuħ.

L-Ordni 43, ir-regola 17 tar-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981) tistipula li fejn ir-Regoli jitolbu li xi ħaġa trid issir fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-tlett ijiem, dan jeskludi s-Sibt, il-Ħadd jew kwalunkwe jum ieħor meta l-Uffiċċju jkun magħluq. Meta ż-żmien preskritt għat-twettiq ta’ kwalunkwe att jiskadi s-Sibt, il-Ħadd jew f’jum ieħor li l-uffiċċju jkun magħluq, l-att jista’ jsir fil-jum li jmiss meta l-uffiċċju jkun miftuħ. Id-dispożizzjoni tal-aħħar testendi wkoll għal-limiti ta’ żmien preskritti minn digriet jew ordni.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

L-Ordni 3, ir-regola 1 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980) tistipula li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Att tal-1978 dwar l-Interpretazzjoni (Interpretation Act 1978) fl-applikazzjoni tiegħu għar-Regoli, il-kelma “xahar” meta tidher fi kwalunkwe sentenza, ordni, direzzjoni jew dokument ieħor, tfisser xahar kalendarju sakemm il-kuntest ma jirrikjedix mod ieħor.

Meta perjodu jiġi espress fi snin, għalkemm ma hemm l-ebda regola espliċita, b’analoġija jekk tintuża “sena” fi kwalunkwe sentenza, ordni, direzzjoni jew dokument ieħor, din tfisser sena kalendarja.

Fir-rigward tal-proċedimenti tal-qrati tal-kontea (county court), japplika l-Artikolu 39 tal-Att tal-1954 dwar l-Interpretazzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Interpretation (Northern Ireland) Act 1954) li jistipula li “sena” tfisser 12-il xahar (kalendarju) u “xahar” tfisser xahar kalendarju.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

L-Ordni 3, ir-regola 2 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of  Judicature (Northern Ireland) 1980) tistipula li, jekk att ikun meħtieġ li jsir fi żmien jew sa mhux anqas minn perjodu speċifikat qabel data speċifikata, il-perjodu jintemm immedjatament qabel dik id-data.

Fir-Regoli tal-1981 tal-Qrati tal-Kontea (Irlanda ta’ Fuq) (County Court Rules (Northern Ireland) 1981), bis-saħħa tal-Artikolu 39 tal-Att tal-1954 dwar l-Interpretazzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Interpretation (Northern Ireland) Act 1954), perjodu espress li jintemm f’jum partikolari jew ikkalkulat sa jum partikolari, jinkludi dak il-jum.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

L-Ordni 3, ir-regola 2 tar-Regoli tal-1980 tal-Qorti tal-Ġudikatura (Irlanda ta’ Fuq) (Rules of the Court of Judicature (Northern Ireland) 1980) tistipula li meta l-perjodu inkwistjoni, li jkun perjodu ta’ 7 ijiem jew anqas, jinkludi Sibt, Ħadd jew btala pubblika, Jum il-Milied jew il-Ġimgħa l-Kbira, dak il-jum għandu jiġi eskluż. L-Ordni 3, ir-regola 3 tistipula li sakemm il-Qorti ma tiddeċidix mod ieħor, il-perjodu tal-Vaganza Twila, jiġifieri l-vaganzi tas-sajf, għandu jiġi eskluż fil-kalkolu ta’ kwalunkwe perjodu preskritt mir-Regoli jew minn kwalunkwe ordni jew direzzjoni oħra għan-notifika, preżentazzjoni jew emenda ta’ kwalunkwe att proċedurali. L-Ordni 3, ir-regola 4 tistipula li meta ż-żmien preskritt mir-Regoli, jew minn kwalunkwe sentenza, ordni jew direzzjoni, għat-twettiq ta’ kwalunkwe att fl-uffiċċju tal-Qorti Suprema (Supreme Court) jiskadi f’jum li fih dak l-uffiċċju jkun magħluq, u minħabba f’hekk dak l-att ma jkunx jista’ jitwettaq f’dak il-jum, l-att għandu jkun fil-ħin jekk isir fil-jum li jmiss li dak l-uffiċċju jkun miftuħ.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

-

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limitu ta’ żmien għall-appelli kontra sentenzi tal-Qorti Għolja (High Court) huwa ġeneralment ta’ sitt ġimgħat u għall-appelli kontra digrieti tal-qrati tal-kontea (county court) huwa ta’ 21 jum. Il-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ rikors biex imħallef jirrieżamina d-deċiżjoni ta’ korp jekk inti tkun intitolat li tagħmel dan skont l-istatut huwa ta’ 21 jum, sakemm l-istatut inkwistjoni ma jsostnix mod ieħor.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Jekk l-attur jaħseb li jkun hemm raġunijiet eċċezzjonali, huwa jista’ jitlob lill-qorti biex tikkunsidra rikors immedjatament u mingħajr ma l-konvenut jiġi nnotifikat b’xi dokumenti, jiġifieri “ex parte” jew “mingħajr avviż”. Jekk l-imħallef joħroġ ordni “ex parte” jew “mingħajr avviż, l-attur jingħata appuntament ieħor biex jattendi l-qorti. Il-konvenut ikun intitolat li jkun preżenti għal dan l-appuntament sabiex l-imħallef ikun jista’ jisma’ liż-żewġ partijiet qabel ma jiddeċiedi jekk għandux joħroġ ordni oħra.

Fil-Parti IV tal-Ordni tal-1989 dwar il-Preskrizzjoni (Irlanda ta’ Fuq) (Limitation (Northern Ireland) Order 1989) huma previsti aktar possibbiltajiet ta’ estensjoni ta’ perjodu. Pereżempju, jista’ jkun hemm estensjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni f’każijiet fejn l-attur ikollu diżabbiltà (l-Artikolu 48 tal-Att tal-1980 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980)).

Sakemm ir-regoli tal-qorti ma jipprevedux mod ieħor jew il-qorti ma tordnax mod ieħor, iż-żmien speċifikat minn regola jew mill-qorti biex persuna tagħmel kwalunkwe att jista’ jiġi varjat permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-partijiet. Barra minn hekk, l-imħallfin għandhom setgħat biex jibdlu l-perjodi ta’ żmien.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le. Il-parti ma titlifx il-benefiċċju ta’ dik il-leġiżlazzjoni barranija.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk konvenut jonqos milli jikkontesta jew jikkonferma l-proċedimenti fiż-żmien meħtieġ, attur jista’ jitlob sentenza fil-kontumaċja. Madankollu, il-konvenut xorta jkollu l-possibbiltà li jappella kontra dik id-deċiżjoni jew qorti tista’ tannulla s-sentenza.

Huma disponibbli wkoll sanzjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni tal-kawżi. Pereżempju meta parti tkun meħtieġa tissottometti xi ħaġa, jiġifieri perizja, sa ċertu żmien u tonqos milli tagħmel dan, il-qorti tista’ tordna dak ir-rapport bħala inammissibbli.

Il-qorti tista' tirrikorri wkoll għal sanzjonijiet bħalma huwa d-disprezz tal-qorti.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-partijiet inadempjenti jistgħu jersqu quddiem il-qorti u jitolbuha testendi l-iskadenza. Jekk l-iskadenza tal-perjodu tkun irriżultat f’sentenza fil-kontumaċja, huma jistgħu jippreżentaw appell jew jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 04/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Skozja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Żmien għar-risposta għal talba

Għal kawżi tal-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) fejn in-notifika tkun fl-Ewropa u lil hinn (jew barra) mill-Ewropa, l-iskadenza hija ta’ 21 jum mid-data tan-notifika. Għal ċerti kawżi fejn in-notifika ma ssirx b’metodu preskritt minn dawn ir-regoli, l-iskadenza hija ta’ 42 jum.

Għal kawżi tal-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) fejn in-notifika tkun fl-Ewropa, l-iskadenza hija ta’ 21 jum mid-data tan-notifika. Għall-kawżi kollha fejn in-notifika tkun barra mill-Ewropa, l-iskadenza hija ta’ 42 jum mid-data tan-notifika.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fi:

Hemm ukoll regoli ta’ Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) u ta’ Kawża Sommarja (Summary Cause) għall-irkupru ta’ somom sa £ 5000.

Perjodi ta’ preskrizzjoni jew limitazzjoni

Fil-liġi Skoċċiża, il-limiti ta’ żmien li fihom trid titressaq kawża huma determinati mill-kunċetti legali tal-limitazzjoni u tal-preskrizzjoni negattiva. Il-limitazzjoni hija regola ta’ proċedura – difiża – li permezz tagħha ċerti drittijiet u obbligi (filwaqt li jibqgħu jeżistu) isiru legalment mhux eżegwibbli wara li jgħaddi perjodu ta’ żmien speċifikat. Il-preskrizzjoni negattiva hija regola tal-liġi sostantiva li topera biex ittemm id-dritt u/jew l-obbligu ta’ persuna wara li jgħaddi perjodu ta’ żmien speċifikat.

Il-liġi attwali tinsab fl-Att tal-1973 dwar il-Preskrizzjoni u l-Limitazzjoni (Skozja) (Prescription and Limitation (Scotland) Act 1973) (kif emendat).

Id-dispożizzjonijiet dwar il-preskrizzjoni negattiva jistabbilixxu meta jintemmu d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali. Il-perjodi ta’ żmien ivarjaw skont in-natura tal-obbligu.

L-Att jipprevedi perjodu ta’ preskrizzjoni għal kawżi għad-danni, danni personali, malafama u kawżi fir-rigward tar-responsabbiltà għad-difetti fil-prodotti. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ tliet snin minn meta wieħed isir jaf bid-dannu, għalkemm il-qrati għandhom id-diskrezzjoni li jippermettu kawża tipproċedi wara li jkun għadda dak il-perjodu jekk huma jħossu li jkun ġust li jagħmlu dan.

Hemm ukoll perjodi ta’ preskrizzjoni differenti stabbiliti f’diversi statuti oħra, pereżempju fir-rigward tal-preskrizzjoni ta’ kawżi fir-rigward tal-ġarr (ta’ persuni jew merkanzija) bl-ajru, bit-triq, bil-baħar u bil-ferrovija.

Tista’ ssir taf jekk il-kawża speċifika li tkun tixtieq tibda hijiex soġġetta għal limiti ta’ żmien speċifiċi billi titlob il-parir ta’ avukat jew ta’ Uffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Minbarra s-Sibt u l-Ħadd, il-jiem li fihom ma jsirx xogħol fl-Iskozja jinkludu l-btajjel li ġejjin:

  • L-Ewwel tas-Sena: l-1 ta’ Jannar
  • Btala tas-Sena l-Ġdida: it-2 ta’ Jannar
  • Il-Ġimgħa l-Kbira: il-Ġimgħa ta’ qabel l-Għid
  • Btala Pubblika tal-Bidu ta’ Mejju: l-ewwel jum tat-Tnejn f’Mejju
  • Btala Pubblika tar-Rebbiegħa: l-aħħar jum tat-Tnejn f’Mejju
  • Btala Pubblika tas-Sajf: l-ewwel jum tat-Tnejn f’Awwissu
  • Jum il-Milied: il-25 ta’ Diċembru
  • L-Għada tal-Milied: is-26 ta’ Diċembru

Meta Jum il-Milied, l-Għada tal-Milied jew l-Ewwel tas-Sena u t-2 ta’ Jannar jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa, il-jum tax-xogħol li jmiss isir btala pubblika. Pereżempju, jekk il-25 u s-26 ta’ Diċembru jkunu s-Sibt u l-Ħadd rispettivament, it-Tnejn u t-Tlieta ta’ wara jkunu btajjel pubbliċi.

Id-dati kollha huma preskritti fl-Iskeda 1 tal-Att tal-1971 dwar it-Tranżazzjonijiet Bankarji u Finanzjarji (Banking and Financial Dealings Act 1971) ħlief għall-btala pubblika tar-rebbiegħa u l-Għada tal-Milied li huma soġġetti għal Proklamazzjoni Rjali (Royal Proclamation).

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-preskrizzjoni u l-limitazzjoni

L-Att tal-1973 dwar il-Preskrizzjoni u l-Limitazzjoni (Skozja) (Prescription and Limitation (Scotland) Act 1973), kif emendat, jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kalkolu tad-diversi perjodi ta’ preskrizzjoni u ta’ limitazzjoni kif deskritti fit-tweġiba għall-mistoqsija 1.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Iż-żmien tal-bidu jiġi determinat mid-data tan-notifika.  Għas-servizz postali, id-data tal-eżekuzzjoni tan-notifika hija l-għada tal-impustar taċ-ċitazzjoni/tat-taħrika.  Fir-rigward ta’ taħrika fejn id-data ta’ skadenza tinzerta f’jum ta’ tmiem il-ġimgħa jew f’jum ta’ btala pubblika jew tal-qorti, id-data ta’ skadenza tiġi effettivament estiża għall-mhux tmiem il-ġimgħa li jmiss jew għall-jum tax-xogħol li jmiss.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Id-data tal-bidu hija dejjem id-data tal-eżekuzzjoni tan-notifika, irrispettivament mill-metodu tan-notifika.  Għad-dettalji dwar id-definizzjoni tad-data tal-eżekuzzjoni tan-notifika, jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija 4.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Id-data tal-att.  L-ewwel jum wara l-jum tal-eżekuzzjoni tan-notifika huwa l-ewwel jum magħdud meta tingħadd l-iskadenza (soġġett għad-dettall mogħti fil-mistoqsija 4 dwar il-btajjel).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Il-jiem kalendarji (iżda ara l-mistoqsija 4 ukoll dwar il-btajjel, eċċ.).  Għalkemm il-limiti ta’ żmien ma jistgħux jiskadu f’jum li fih ma jsirx xogħol, meta tingħadd l-iskadenza jiġu inklużi l-jiem li fihom ma jsirx xogħol l-oħra kollha.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Kull meta tidher il-frażi “xahar” f’dokumenti tal-qorti, din tfisser xahar kalendarju.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

L-iskadenzi jiskadu skont il-prinċipji spjegati fil-mistoqsijiet preċedenti, jiġifieri skont il-limitu ta’ żmien, dan huwa fl-aħħar jum, b’kont meħud li l-ġranet jibdew jingħaddu mill-jum ta’ wara d-data tan-notifika.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija 4.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Il-limitu ta’ żmien għall-perjodu ta’ avviż għan-notifika jista’ jiġi estiż mill-qorti, meta l-każ ikun iġġustifikat, jekk din tkun sodisfatta li dan ikun neċessarju.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session), il-konvenut għandu 14-il jum mid-data tal-intimazzjoni tal-ordni finali jew deċiżjoni interlokutorja biex jappella mid-deċiżjoni u jinnotifika lill-qorti b’din l-intenzjoni.

Il-limitu ta’ żmien għall-preżentata ta’ appell minn ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) żdied minn 14 għal 28 jum mill-1 ta’ Jannar 2016.  Dawn l-appelli issa jiġu ppreżentati direttament lill-Qorti tal-Appell tax-Xeriff (Sheriff Appeal Court).

L-appelli b’Kawża Sommarja (Summary Cause) u Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) għadhom jiġu ppreżentati lill-Qorti tax-Xeriff (Sherriff Court) u l-perjodu tal-appell baqa’ ta’ 14-il jum.

Għandu jiġi nnutat li fejn il-leġiżlazzjoni tipprevedi perjodu ta’ appell għal tipi speċifiċi ta’ appell, pereżempju appelli statutorji, differenti minn dawk fir-Regoli, f’dak il-każ japplika dak il-perjodu ta’ żmien.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

F’ċirkustanzi eċċezzjonali biss. Għal perjodi mqassra, l-iskadenza minima tkun ta’ 48 siegħa. Huwa biss f’każijiet fejn jinħarġu interdizzjonijiet interim f’kawżi li jirrigwardaw il-benesseri tat-tfal, li r-rekwiżit ta’ notifika minn qabel tal-konvenut jista’ jitneħħa kompletament. F’każijiet bħal dawn tista’ naturalment tiġi ffissata seduta wara biex tippermetti proċess xieraq lill-partijiet kollha.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk il-konvenut jonqos milli jikkontesta l-kawża, is-sentenza tista’ tingħata fin-nuqqas tiegħu, jekk ir-rikorrent jitlob dan. Din naturalment tista’ tiġi appellata mill-konvenut, kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija 12.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-konvenut jista’ jitlob lill-qorti testendi l-iskadenza. Jekk tkun diġà nħarġet sentenza (fin-nuqqas tiegħu), il-konvenut jista’ jitlob lill-qorti biex tirrevoka l-kawża, soġġett għar-regoli applikabbli tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 04/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Ġibiltà

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

It-tipi prinċipali ta’ skadenzi huma dawn:

Żmien għar-risposta għal talba - Malli jirċievi formola tat-talba jew id-dettalji tat-talba jekk dawn jiġu nnotifikati separatament, il-konvenut ikollu 14-il jum biex jew jirrispondi għat-talba jew biex jippreżenta konferma tan-notifika. Mal-preżentata ta’ konferma tan-notifika, il-konvenut imbagħad ikollu 14-il jum ieħor biex iħejji r-risposta tiegħu. Dan ifisser li l-konvenut jista’ jkollu sa 28 jum biex jirrispondi għat-talba iżda jekk huwa jippreżenta l-konferma tan-notifika l-għada li jirċievi d-dettalji tat-talba, il-konvenut ikollu biss 15-il jum biex jippreżenta r-risposta tiegħu.

Żmien għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza – Skont l-Artikolu 4(4) tal-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1980), ma tistax titressaq kawża kontra xi sentenza wara tnax-il sena mid-data li fiha s-sentenza tkun saret eżegwibbli.

Perjodi ta’ preskrizzjoni – B’mod ġenerali, japplika perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt snin u huwa applikabbli għal:

  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi dwar delitt (l-Artikolu 4(1)(a) tal-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960))
  • il-limitu ta’ żmien fil-każ ta’ konverżjonijiet suċċessivi u l-estinzjoni tat-titolu ta’ sid u oġġetti konvertiti (l-Artikolu 11 tal-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960))
  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi dwar somom li jistgħu jiġu rkuprati skont l-istatut (l-Artikolu 4(1)(d) tal-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960))

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni jvarjaw għal tipi oħra ta’ kawżi. Pereżempju:

  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi dwar speċjalità huwa ta’ tnax-il sena (l-Artikolu 4(3) tal-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960)) – pereżempju djun speċjali bħal ipoteki.
  • il-limitu ta’ żmien għal kawżi fir-rigward ta’ danni personali huwa ta’ tliet snin (l-Artikolu 4(1) tal-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960)).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Il-partijiet 2.8 sa 2.10 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) jittrattaw l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tar-regoli f’termini tal-kalkolu tal-perjodi ta’ żmien.

Minbarra s-Sibt u l-Ħadd, il-jiem li fihom ma jsirx xogħol f’Ġibiltà jinkludu l-btajjel pubbliċi li ġejjin:

  • L-Ewwel tas-Sena: l-1 ta’ Jannar
  • Il-Ġimgħa l-Kbira: il-Ġimgħa ta’ qabel l-Għid
  • It-Tnejn ta’ wara l-Għid: il-jum tat-Tnejn ta’ wara l-Għid
  • Workers Memorial Day: it-28 ta’ April
  • Jum il-Ħaddiem                                                l-1 ta’ Mejju
  • Btala Pubblika tar-Rebbiegħa: l-aħħar jum tat-Tnejn f’Mejju
  • Għeluq Snin ir-Reġina: it-2ni/3et jum tat-Tnejn f’Ġunju
  • Btala Pubblika tas-Sajf: l-aħħar jum tat-Tnejn f’Awwissu
  • Jum Nazzjonali: l-10 ta’ Settembru
  • Jum il-Milied: il-25 ta’ Diċembru
  • L-Għada tal-Milied: is-26 ta’ Diċembru

Meta Jum il-Milied, l-Għada tal-Milied, l-Ewwel tas-Sena jew il-Jum Nazzjonali jaħbat fi tmiem il-ġimgħa, il-jum tax-xogħol li jmiss isir btala pubblika. Pereżempju, jekk il-25 u s-26 ta’ Diċembru jkunu s-Sibt u l-Ħadd rispettivament, it-Tnejn u t-Tlieta ta’ wara jkunu btajjel pubbliċi. Barra minn hekk, il-Qrati jistgħu jagħlqu wkoll fil-perjodu bejn il-Milied u s-Sena l-Ġdida.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

L-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960) Dan jistipula diversi limiti ta’ żmien għall-bidu tal-proċedimenti u jistabbilixxi perjodi oħra li fihom, pereżempju, sentenza trid tiġi eżegwita u jridu jittieħdu azzjonijiet oħra mill-partijiet. Aktar informazzjoni hija mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija 1 aktar ’il fuq.

Ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) – Dawn huma r-regoli proċedurali għall-qrati ċivili fl-Ingilterra u f’Wales (li japplikaw għal Ġibiltà) u jinkludu l-limiti ta’ żmien għal kawżi differenti.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Id-data minn meta jibda jiddekorri l-perjodu normalment hija d-data tal-avveniment rilevanti. Pereżempju, iż-żmien meta jibda jiddekorri l-perjodu ta’ 14-il jum għar-risposta għal talba huwa l-jum tal-wasla tal-formola tat-talba jew tad-dettalji tat-talba jekk jiġu nnotifikati separatament (soġġett għar-regoli dwar in-notifika meqjusa – ara hawn taħt). Barra minn hekk, iż-żmien meta jibda jiddekorri l-perjodu ta’ 12-il sena biex tiġi eżegwita sentenza huwa d-data li fiha s-sentenza tkun saret eżegwibbli.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Il-metodu normali ta’ notifika użat f’Ġibiltà għat-trażmissjoni ta’ dokumenti huwa n-notifika personali. Meta n-notifika ssir permezz ta’ posta rreġistrata, l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Interpretazzjoni u l-Klawsoli Ġenerali (Interpretation and General Clauses Act) jistipula li n-notifika titqies li tkun saret “fil-ħin meta l-ittra tiġi kkonsenjata fl-andament normali tal-posta.”

Aktar informazzjoni dwar id-dati tan-notifika meqjusa għal metodi oħra ta’ notifika mhux personali, eż. skambju ta’ dokumenti, il-konsenja tad-dokument jew it-tħollija tiegħu fl-indirizz permess, faks jew metodi elettroniċi oħra tista’ tinstab fil-Parti 6 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).

Meta dokument jiġi nnotifikat personalment, dan jiġi ttrattat bħala notifikat fil-jum tax-xogħol li jmiss jekk jiġi notifikat wara l-17.00 f’jum tax-xogħol jew jiġi notifikat fi kwalunkwe ħin is-Sibt, il-Ħadd jew fi btala pubblika.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Meta perjodu ta’ żmien jiġi espress bħala għadd ta’ jiem, dan jiġi kkalkulat bħala jiem sħaħ. Fil-kalkolu tal-għadd ta’ “jiem sħaħ”, il-jum li fih jibda l-perjodu u jekk it-tmiem tal-perjodu jkun definit b’referenza għal avveniment, il-jum li fih iseħħ dak l-avveniment, ma jiġux inklużi. Eżempji ta’ kif għandhom jiġu kkalkulati dawn il-jiem jistgħu jinstabu fil-Parti 2 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta l-qorti tagħti sentenza, ordni jew direzzjoni li timponi limitu ta’ żmien għat-twettiq ta’ kwalunkwe att, l-aħħar data għall-konformità trid, kull fejn ikun prattikabbli, tiġi espressa bħala data kalendarja; u tinkludi l-ħin tal-ġurnata sa meta jrid isir l-att. Meta d-data sa meta jkun irid isir l-att tkun imdaħħla fi kwalunkwe dokument, id-data trid, kull fejn ikun prattikabbli, tiġi espressa bħala data kalendarja.

Pereżempju, jekk persuna tiġi nnotifikata dokument fl-4 ta’ April u hija tintalab twieġeb fi żmien 14-il jum min-notifika, hija għandha twieġeb qabel it-18 ta’ April.

Madankollu, jekk il-perjodu speċifikat ikun ta’ anqas minn 5 ijiem, is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-btajjel pubbliċi ma jingħaddux.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Meta f’xi sentenza, ordni, direzzjoni jew dokument ieħor jissemma “xahar”, dan ifisser xahar kalendarju.

Meta perjodu jiġi espress fi snin, għalkemm ma hemm l-ebda regola espliċita, il-Parti 2.10 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili trid tiġi applikata b’mod analogu. Għalhekk, jekk tintuża “sena” fi kwalunkwe sentenza, ordni, direzzjoni jew dokument ieħor, din tfisser sena kalendarja.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Jekk it-tmiem tal-perjodu jiġi definit b’referenza għal avveniment, il-jum li fih iseħħ dak l-avveniment ma jkunx inkluż. Ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 6 hawn fuq.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Meta l-perjodu speċifikat mir-Regoli tal-Proċedura Ċivili, direzzjoni ta’ prattika, kwalunkwe sentenza jew ordni tal-qorti għat-twettiq ta’ kwalunkwe att fl-uffiċċju tal-qorti jintemm f’jum li fih l-uffiċċju jkun magħluq, dak l-att għandu jkun fil-ħin jekk isir fil-jum li jmiss li fih l-uffiċċju tal-qorti jkun miftuħ. Din ir-regola tapplika kull meta jkun hemm perjodu ta’ skadenza.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Meta formola tat-talba tiġi notifikata barra mill-ġurisdizzjoni, japplikaw regoli speċjali. Pereżempju, meta n-notifika tkun fi Stat Membru tal-UE jew fi Stat Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-notifika barra l-pajjiż ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali, il-perjodu għall-preżentata ta’ konferma huwa ta’ 21 jum wara d-data tan-notifika tal-formola tat-talba jew tad-dettalji tat-talba. Il-perjodu għall-preżentata ta’ risposta huwa ta’ 21 jum wara d-data tan-notifika tad-dettalji tat-talba jew, jekk il-konvenut jippreżenta konferma tan-notifika, 35 jum wara n-notifika tad-dettalji tat-talba. Jekk in-notifika tkun fi kwalunkwe territorju ieħor ta’ Stat Kontraenti għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965, il-perjodu għall-preżentata ta’ konferma jkun ta’ 31 jum wara d-data tan-notifika tal-formola tat-talba jew tad-dettalji tat-talba. Il-perjodu għall-preżentata ta’ risposta huwa ta’ 31 jum wara d-data tan-notifika tad-dettalji tat-talba jew, jekk il-konvenut jippreżenta konferma tan-notifika, 45 jum wara n-notifika tad-dettalji tat-talba. Aktar dettalji jistgħu jinstabu fil-Parti 6 tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).

Meta n-notifika tkun fi kwalunkwe pajjiż ieħor, il-perjodu għall-preżentata ta’ konferma tan-notifika jew għall-preżentata ta’ risposta huwa l-għadd ta’ jiem elenkati fit-tabella stabbilita fid-Direzzjoni ta’ Prattika 6B tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules) wara n-notifika tad-dettalji tat-talba jew, meta l-konvenut ikun ippreżenta konferma tan-notifika, l-għadd ta’ jiem elenkati fit-tabella flimkien ma’ 14-il jum addizzjonali wara n-notifika tad-dettalji tat-talba.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limitu ta’ żmien għall-appelli kontra s-sentenzi huwa ta’ 14-il jum. Il-limitu ta’ żmien għall-preżentata ta’ rikors biex imħallef jistħarreġ id-deċiżjoni ta’ korp jekk inti tkun intitolat li tagħmel dan skont l-istatut huwa ta' tliet xhur, sakemm l-istatut inkwistjoni ma jipprovdix mod ieħor (għalkemm ir-rikorsi għal tali stħarriġ ġudizzjarju jridu jitressqu fil-pront fi kwalunkwe każ).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Jekk l-attur jaħseb li jkun hemm raġunijiet eċċezzjonali, huwa jista’ jitlob lill-qorti biex tikkunsidra rikors immedjatament u mingħajr ma l-konvenut jiġi nnotifikat b’xi dokumenti, jiġifieri “ex parte” jew “mingħajr avviż”. Jekk l-imħallef joħroġ ordni “ex parte” jew “mingħajr avviż", l-attur jingħata appuntament ieħor biex jattendi l-qorti. Il-konvenut ikun intitolat li jkun preżenti għal dan l-appuntament sabiex l-imħallef ikun jista’ jisma’ liż-żewġ partijiet qabel ma jiddeċiedi jekk għandux joħroġ ordni oħra.

Fl-Att tal-1960 dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act 1960) huma previsti aktar possibbiltajiet ta’ estensjoni ta’ perjodu. Pereżempju, jista’ jkun hemm estensjoni tal-perjodu ta’ preskrizzjoni f’każijiet fejn l-attur ikollu diżabbiltà (l-Artikolu 28 tal-Att dwar il-Preskrizzjoni (Limitation Act)).

Sakemm ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili jew direzzjoni ta’ prattika ma jistipulawx mod ieħor jew il-qorti ma tordnax mod ieħor, iż-żmien speċifikat minn regola jew mill-qorti biex persuna tagħmel kwalunkwe att jista’ jiġi varjat permezz ta’ ftehim bil-miktub bejn il-partijiet. Barra minn hekk, l-imħallfin għandhom setgħat estensivi ta’ ġestjoni tal-kawżi biex jibdlu l-perjodi ta’ żmien.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le. Parti ma titlifx tali benefiċċju.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk konvenut jonqos milli jikkontesta jew jikkonferma t-talba fiż-żmien meħtieġ, attur jista’ jippreżenta talba jew rikors għal sentenza fil-kontumaċja. Madankollu, il-konvenut jista’ jitlob lill-qorti tannulla s-sentenza.

Huma disponibbli wkoll sanzjonijiet oħra relatati mal-ġestjoni tal-kawżi. Pereżempju meta parti tkun meħtieġa tissottometti xi ħaġa, jiġifieri perizja, sa ċertu żmien u tonqos milli tagħmel dan, il-qorti tista’ tordna dak ir-rapport bħala inammissibbli.

Il-qorti tista' tirrikorri wkoll għal sanzjonijiet bħalma huwa d-disprezz tal-qorti.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Il-partijiet inadempjenti jistgħu jersqu quddiem il-qorti u jitolbu li l-iskadenzi jiġu estiżi. Jekk l-iskadenza tal-perjodu tkun irriżultat f’sentenza fil-kontumaċja, huma jistgħu jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 05/03/2021