

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iva.
L-ipproċessar awtomatiku jista' jintuża biex jiġi ppreżentat rikors għal ċitazzjoni fir-rigward ta' pretensjonijiet mhux ikkontestati, biex tintalab l-għajnuna legali (u biex tintalab il-ħatra ta' avukat difensur jew ta' avukat tal-għajnuna legali, u meta l-avukati jitolbu r-rimborż tal-ispejjeż u tad-drittijiet mill-Istat) u biex tintalab l-eżekuzzjoni (fil-każ ta' talbiet fil-qasam tad-dritt privat għall-eżekuzzjoni ta' djun, ibbażati fuq xi deċiżjoni jew sentenza mogħtija minn Qorti Distrettwali (käräjäoikeus).
Fil-Finlandja, ma jeżistux proċedimenti li jistgħu jsiru esklussivament bl-internet.
Dan is-servizz huwa disponibbli l-ħin kollu.
Fl-ipproċessar awtomatiku hemm fajl standard XML għall-korporazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li ta' spiss jippreżentaw rikors għal ċitazzjoni. Għaċ-ċittadini u n-negozji hemm formola onlajn separata.
Is-servizz tal-ipproċessar awtomatiku tal-qrati Finlandiżi huwa protett permezz ta' protokoll għat-trasferiment ta' fajls https kriptati. Id-dejta ttrasferita mill-qrati tinżamm f'server sigur li jkun aċċessibbli għall-partijiet interessati biex iniżżlu d-dokumenti tagħhom minn fuqu.
Sabiex ikunu jistgħu jniżżlu d-dokumenti mis-server sigur, l-utenti jridu jirreġistraw mas-sistema.
L-ispejjeż marbuta mal-proċeduri elettroniċi huma l-istess bħal dawk marbuta ma' proċeduri mhux elettroniċi. Fi tmiem kull proċedura, il-Qrati Distrettwali jitolbu lill-atturi u lir-rikorrenti biex iħallsu xi spejjeż. L-ammont tal-ispiża jiddependi min-natura tal-każ u mill-kumplessità tal-proċedura.
Il-prinċipji li jirregolaw il-pretensjonijiet imressqa permezz ta' mezzi tradizzjonali, mhux elettroniċi japplikaw ukoll għall-proċeduri elettroniċi.
L-intimat jista' jwieġeb bl-internet, iżda l-użu tal-internet mhuwiex obbligatorju.
Fil-kawżi ċivili ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-proċeduri elettroniċi u dawk mhux elettroniċi.
Fil-kawżi ċivili ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-proċeduri elettroniċi u dawk mhux elettroniċi.
Iva. Ir-rikorsi għal ċitazzjoni, it-tweġibiet u dokumenti ġudizzjarji oħra jistgħu jintbagħtu lill-qrati permezz tal-posta elettronika wkoll.
Id-dokumenti li ma jirrikjedux konferma tar-riċevuta (bħat-tweġibiet, iċ-ċitazzjoni għas-smigħ preliminari u għas-seduta ta' smigħ ewlenija u s-sommarji tal-qorti) jistgħu jintbagħtu lill-partijiet interessati bil-posta elettronika.
Fuq talba tal-partijiet interessati, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jintbagħtulhom ukoll elettronikament. Il-parti kkonċernata jew ir-rappreżentant tagħha jrid jirreġistra mas-sistema biex ikun jista' jniżżel id-deċiżjonijiet ġudizzjarji onlajn.
Attwalment ma jistgħux jitressqu appelli elettronikament.
Huwa possibbli li jitressqu talbiet għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi dwar djun elettronikament. Permezz tal-ipproċessar awtomatiku jistgħu jintbagħtu talbiet fil-qasam tad-dritt privat għall-eżekuzzjoni ta' djun, ibbażati fuq xi deċiżjoni jew sentenza mogħtija minn Qorti Distrettwali.
Iva. Jekk il-proċedimenti jkunu nbdew permezz tal-internet, ir-rikorrent ikollu l-possibbiltà li jivverifika l-andament tal-kawża tiegħu billi jirreġistra mas-servizz disponibbli onlajn.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.