

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-prinċipju l-liġi tippermittih dan. Madankollu, fil-prattika għadu mhuwiex possibbli kullimkien, madwar l-istati federali kollha (Länder) u fit-tipi kollha ta’ proċedimenti. Il-mistoqsija dwar jekk huwiex permess tiddependi fuq jekk, u sa liema punt, l-istat ikkonċernat ikun għażel li jintroduċi r-regolamenti li jipprovdu għalih. Iktar informazzjoni hija disponibbli mis-servizzi tal-qorti (Landesjustizverwaltungen) tal-istati federali.
Jekk huwiex permess jew le jiddependi fuq jekk, u sa liema punt, l-istat federali rilevanti jkun introduċa r-regolamenti li jipprovdu għalih. Iktar informazzjoni hija disponibbli mis-servizzi tal-qorti tal-istati federali. Ċerti proċedimenti jistgħu jitwettqu kompletament b’mod elettroniku. Eżempji jinkludu proċedimenti ta’ reġistrazzjoni, il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas (Mahnverfahren) u, f’ċerti każijiet, proċedimenti għal imġiba ħażina (Ordnungswiedrigkeiten).
Fejn l-istati federali jkunu introduċew regolamenti li jipprovdu għal proċeduri ġuridiċi elettroniċi (ara l-mistoqsija 1), id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati f’kull ħin.
Il-ħtiġijiet tekniċi huma speċifikati mir-regolamenti tal-istat federali (ara l-mistoqsija 1).
Il-ħtiġijiet tekniċi huma speċifikati mir-regolamenti tal-istat federali (ara l-mistoqsija 1). Ġeneralment huma jeħtieġu li d-dokumenti jintbagħtu permezz tal-format OSCI (interfaċċa tal-kompjuter għal servizzi onlajn), li huwa komponent tas-soluzzjoni ta’ softwer użata, magħrufa bħala EGVP (mailbox elettronika tal-qrati u tal-amministrazzjoni).
Il-messaġġ fih innifsu ma għandux għalfejn ikun neċessarjament iffirmat. L-applikazzjonijiet individwali sottomessi jeħtieġu t-tip ta’ firma speċifikata fir-regoli proċedurali rilevanti. Ġeneralment, din tkun firma elettronika kwalifikata.
Jista’ jkun hemm tariffi tal-qorti; jiddependi fuq it-tip ta’ kawża. Hemm varji modi biex tħallas: fattura, debitu dirett u pagament elettroniku.
Dan jista’ jsir. Japplikaw ir-regoli tas-soltu.
Ma hemm l-ebda obbligu biex jintuża l-internet. Japplikaw ir-regoli tas-soltu.
Japplikaw ir-regoli tas-soltu.
Japplikaw ir-regoli tas-soltu.
Fil-prinċipju l-liġi tippermittih dan. Madankollu, fil-prattika għadu mhuwiex possibbli kullimkien, madwar l-istati federali kollha u fit-tipi kollha ta’ proċedimenti. Il-mistoqsija dwar jekk huwiex permess tiddependi fuq jekk, u sa liema punt, l-istat ikkonċernat ikun għażel li jintroduċi r-regolamenti li jipprovdu għalih. Iktar informazzjoni hija disponibbli mis-servizzi tal-qorti tal-istati federali.
It-Taqsima 174(3), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung) tipprovdi li deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lill-avukati, nutara, bailiffs u konsulenti tat-taxxa f’forma elettronika. Id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lil partijiet oħra f’forma elettronika biss jekk huma jkunu taw kunsens b’mod espressiv biex jirċievu dokumenti elettroniċi.
Fil-prattika, prinċipalment dan jiġri fi proċedimenti tar-reġistru.
Iva, trażmissjoni ta’ sentenza tal-qorti f’forma elettronika hija ġeneralment possibbli. Fil-prattika, prinċipalment dan jiġri fi proċedimenti tar-reġistru.
Huwa possibbli li jiġi ppreżentat appell b’dan il-mod jekk regolament ta’ stat federali jkun ipprovda għal proċeduri ġuridiċi elettroniċi fil-qorti in kwistjoni. It-Taqsima 174(3), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tipprovdi li deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lill-avukati, nutara, bailiffs u konsulenti tat-taxxa f’forma elettronika. Id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lil partijiet oħra f’forma elettronika biss jekk huma jkunu taw kunsens b’mod espressiv biex jirċievu dokumenti elettroniċi.
Le, dan mhuwiex possibbli.
Ġeneralment dan mhuwiex possibbli. Madankollu, ċerti stati federali jipprovdu għaliha, tal-inqas f’kawżi quddiem il-qrati amministrattivi u tad-dħul (Verwaltungsgerichte, Finanzgerichte). Ċerti stati federali jipprovdu għaliha wkoll f’kawżi tar-reġistru tal-artijiet u ta’ reġistri oħrajn. Id-dati tas-seduti ta’ smigħ fi proċedimenti ċivili jistgħu jiġu vverifikati elettronikament f’xi każijiet.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.