

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ġiet stabbilita u qiegħed isir rikors għall-preżentazzjoni elettronika ta’ dokumenti legali lill-Kunsill tal-Istat Grieg u lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni. Dawn li ġejjin għadhom qegħdin jiġu pprovduti: (a) monitoraġġ tal-informazzjoni dwar id-dokumenti legali ppreżentati b’mod elettroniku u b’mod konvenzjonali lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni, (b) l-għażla li l-progress ta’ dokument legali jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku, anki jekk dan jiġi ppreżentat bl-użu ta’ metodi konvenzjonali, fuq is-siti web tal-Qrati tal-Prim’Istanza ta’ Piraeus u Tessalonika. Barra minn hekk, ġie stabbilit rikors għall-preżentazzjoni elettronika ta’ dokumenti legali lill-qrati amministrattivi (dioikitika dikastiria), filwaqt li dalwaqt jiġi stabbilit rikors simili għall-Awtorità tal-Awditjar (Elenktiko Synedrio).
Id-dokumenti legali jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku għall-kawżi li jirrigwardjaw il-proċeduri ċivili kollha, li qegħdin jiġu inklużi b’mod progressiv fil-funzjoni online. Il-progress tad-dokumenti għall-proċeduri kollha jista’ jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku. Fil-preżent, ma hemmx proċeduri li jistgħu jinbdew biss permezz tal-internet.
Il-progress tad-dokumenti legali jista’ jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku 24 siegħa kuljum. Bħalissa, id-dokumenti legali jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni matul il-jiem u s-sigħat tax-xogħol, madankollu, din l-għażla dalwaqt tkun disponibbli 24 siegħa kuljum.
Sabiex jippreżenta dokument legali b’mod elettroniku, utent ta’ sistema (avukat) jimla formola elettronika u jippreżentaha lill-qorti flimkien mat-test komplet tat-talba f’fajl WORD. Mat-tlestija tal-proċedura ta’ preżentazzjoni, dan jintbagħat lura lill-ispeditur fl-istess format ‘imsakkar’, immarkat ‘ippreżentat’.
Jintużaw passwords speċjali u firem elettroniċi sabiex jinkiseb aċċess għas-sistema, kemm kif inhi bħalissa kif ukoll meta tkun operattiva b’mod sħiħ.
L-użu tal-firem elettroniċi ġie inkluż fis-sistema.
It-tariffi tal-qrati normalment jitħallsu b’mod elettroniku, li huwa pass inkluż fir-rikors elettroniku għall-preżentazzjoni tad-dokument legali. It-tariffi huma l-istess bħal dawk imħallsin għal preżentazzjoni konvenzjonali.
Le. L-irtirar ta’ dokument legali huwa possibbli biss f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għad-dokumenti legali ppreżentati b’mod konvenzjonali, abbażi tar-regoli tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Id-Digriet Presidenzjali 142/2013 ippreveda l-preżentazzjoni elettronika tal-proposti u tad-dokumenti relatati quddiem il-qrati ċivili. Din l-għażla għadha mhijiex teknikament disponibbli. Bħalissa hemm grupp ta’ ħidma li qed jaħdem fuq it-twaqqif tal-qafas tekniku xieraq. Mhuwiex obbligatorju għall-konvenuti li jirrispondu biss permezz tal-internet.
Id-dokumenti legali u d-dokumenti l-oħra kollha ta’ kawża jsiru disponibbli għall-qorti matul is-seduta ta’ smigħ.
Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta xi proposti, bi kwalunkwe mod, il-proċess tiegħu jsir in absentia.
Id-Digriet Presidenzjali 142/2013 ippreveda (minbarra l-preżentazzjoni elettronika tal-proposti) l-preżentazzjoni elettronika tad-dokumenti relatati quddiem il-qrati ċivili.
Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.
Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.
Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.
Le.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.