

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Mill-1 ta’ Lulju 2013, kien possibbli li t-talbiet ċivili jiġu ddepożitati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Qorti Litwana (LITEKO), li tista’ tiġi aċċessata permezz tas-Subsistema tas-Servizzi Elettroniċi Pubbliċi (PES) fuq https://www.teismai.lt/en u http://www.epaslaugos.lt/ billi tintgħażel il-link għall-Portal tas-Servizzi Elettroniċi tal-Qrati Litwani.
It-talbiet differenti fi proċeduri ta’ qorti ċivili jew l-ilmenti kontra atti u rikorsi individwali fi proċedimenti amministrattivi jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku. Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti fir-rigward tal-fajls stampati kemm ġodda kif ukoll dawk eżistenti. Meta jiġu ppreżentati dokumenti elettroniċi fir-rigward ta’ fajl stampat eżistenti, ir-rikorrent għandu jippreżenta wkoll in-numru meħtieġ ta’ kopji stampati (kopja waħda li trid tiżdied mal-fajl stampat u kopja waħda li trid tintbagħat mill-qorti lil kull parti fil-proċedimenti).
Il-format elettroniku ilu mill-1 ta’ Jannar 2014 jintuża esklussivament f’kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati distrettwali rigward il-ħruġ tal-ordnijiet tal-qrati, meta r-rikors li jagħti bidu għall-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2013 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;
1.2. kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati distrettwali, meta d-dokument proċedurali li fuqu jkunu bbażati l-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2014 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;
1.3. kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza, kawżi amministrattivi li jinstemgħu minn qrati amministrattivi bħala qrati tal-prim’istanza, meta d-dokument proċedurali li fuqu jkunu bbażati l-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2013 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;
1.4. il-proċedimenti kollha quddiem il-qrati ta’ ġurisdizzjoni ġenerali u l-qrati speċjalizzati li jisimgħu kawżi ta’ appell jew kassazzjoni abbażi tal-appelli ppreżentati fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2014 kontra sentenzi jew deċiżjonijiet f’kawżi li kienu pproċessati esklussivament f’format elettroniku.
Dan is-servizz huwa disponibbli l-ħin kollu.
Id-dokumenti proċedurali jistgħu jiġu ppreżentati billi jimtlew il-mudelli disponibbli fuq is-subsistema PES ta’ LITEKO jew billi d-dokumenti eżistenti jittellgħu fil-formati appoġġjati mis-sistema: formati ta’ dokumenti testwali: doc, docx, odt, rtf, txt.; formati ta’ spreadsheet: xls, xlsx, ods; formati ta’ preżentazzjoni: ppt, pptx, ppsx, odp; formati ta’ test u immaġini ta’ grafika ta’ vettur: pdf, applikazzjoni/pdf, ADOC; formati ta’ immaġini dot matrix: tif, tiff, jpg, jpeg, jfif, png, gif, bmp; formati ta’ vidjo: avi, mpg, 3gp, 3g2, asf, asx, swx, swf, flv, vob, wmv, mov, rm.; formati ta’ awdjo: wav, aif, mp3, mid, wma, flac, aac.
Id-data elettronika relatata mal-proċeduri tal-qorti tiġi pproċessata, kontabilizzata u maħżuna bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-Kunsill Ġudizzjarju (Teisėjų taryba) u miftiehma mal-Arkivist Ewlieni tal-Litwanja (Lietuvos vyriausiasis archyvaras).
Il-portal tas-servizzi elettroniċi jista’ jiġi aċċessat bl-użu tal-għodod disponibbli fil-portal tal-gvern elettroniku: bl-użu tas-servizzi bankarji elettroniċi, karta ta’ identifikazzjoni personali jew firma elettronika. Is-sistema għandha wkoll funzjoni ta’ kronogramma.
Ir-residenti li jippreżentaw dokumenti elettroniċi jgawdu minn skont ta’ 25 % fuq it-tariffa tal-qorti; huma ma għandhom bżonn jipprintjaw ebda dokument proċedurali u lanqas għandhom bżonn jibagħtuhom bil-posta lill-qorti, imorru l-bank biex iħallsu t-tariffa jew jipprovdu prova tal-ħlas.
It-talbiet ippreżentati permezz tal-internet huma soġġetti għall-istess regoli ta’ proċedura ċivili bħat-talbiet regolari. L-Artikolu 139(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) jistipula li pretendent huwa intitolat li jirtira t-talba tiegħu sakemm il-qorti ma tkunx bagħtet kopja tagħha lill-konvenut. It-talba tista’ tiġi rtirata fi stadju aktar tard biss jekk il-konvenut jaqbel ma’ dan u t-talba tiġi rtirata qabel ma l-qorti tal-prim’istanza tadotta d-deċiżjoni tagħha. Sa dak iż-żmien li tiġi rreġistrata, talba tista’ tiġi rtirata billi sempliċiment titħassar. Wara r-reġistrazzjoni, it-talba tista’ tiġi rtirata mis-sistema biss billi jiġi ppreżentat rikors għall-irtirar.
Jistgħu jiġu ppreżentati kemm dokumenti elettroniċi kif ukoll dokumenti stampati lill-qorti.
L-użu ta’ komunikazzjoni elettronika matul proċeduri ta’ qorti ċivili ma jaffettwax ir-regoli dwar il-proċedura ċivili.
L-użu ta’ komunikazzjoni elettronika matul proċeduri ta’ qorti ċivili ma jaffettwax ir-regoli dwar il-proċeduri ċivili.
Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati fir-rigward tal-fajls stampati u l-fajls elettroniċi eżistenti;
Iva.
Il-kawżi li jirrigwardaw il-ħruġ tal-ordnijiet tal-qrati, kawżi oħrajn speċifikati mill-Kunsill Ġudizzjarju u l-informazzjoni relatata mal-proċeduri tal-qorti jistgħu jiġu pproċessati b’mod elettroniku. Meta jkun inħoloq fajl elettroniku, kwalunkwe informazzjoni stampata riċevuta jew mibgħuta mill-qorti tiġi diġitalizzata, filwaqt li d-dokumenti stampati jiġu pproċessati, maħżuna jew inkella meqruda f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-Kunsill Ġudizzjarju u miftiehma mal-Arkivist Ewlieni tal-Litwanja.
Iva, appell jista’ jsir permezz tal-internet fi proċedimenti kemm ċivili kif ukoll amministrattivi. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jitwasslu kemm b’mod elettroniku kif ukoll b’mezzi oħrajn previsti skont liġijiet speċifiċi.
Fl-1 ta’ Lulju 2013 iddaħħlet fis-seħħ emenda fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili li tirregola l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika fl-attivitajiet tal-uffiċjali ġudizzjarji, iżda l-possibbiltà tal-bidu tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni permezz tal-internet għadha ma ġietx implimentata. Is-sistema ta’ informazzjoni elettronika għall-uffiċjali ġudizzjarji għandha tkun operattiva minn April 2015.
Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-avukati u l-assistenti tal-avukati jistgħu jirċievu dokumenti proċedurali tal-qorti billi jużaw komunikazzjonijiet elettroniċi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.