

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iva tista’, b’dan pero, jiddependi quddiem liema qorti/tribunal ser jinbdew il-proċeduri.
Il-proċeduri li jistgħu jinbdew permezz ta’ applikazzjoni bl-internet huma is-segwenti:
Ma hemmx proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet.
Din il-faċilita’ hija disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgha, pero t-talba/rikors, tigi pproċessata fil-ħinijiet ta’ ftuħ tal-Qorti jiġifieri mid-9am sat- 3pm (mill-1 t’Ottubru sal-15 ta’ Gunju) u mit-8am sal-12pm (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru). Jekk it-talba/rikors tkun ġiet ippreżentata barra dawn il-ħinijiet, din tiġi meqjusa bħala preżentata fil-ġurnata tax-xogħol sussegwenti fil-ħinijiet hawn fuq imsemmija.
F’każ ta’ Talba fit-Tribunal Għal Talbiet Żgħar din issir billi timtela’ l-formola apposita li tinsab onlajn u fiha jimtlew id-dettalji kollha rikjesti sabiex tiġi sottomessa għall-ipproċessar.
F’każ ta’ Rikors quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, l-ewwel iridu jimtlew id-dettalji kif rikjest mill-eform u sussegwentement irid jiġi anness kopja skenjata tar-rikors fil-format kif provdut fil-Liġi flimkien mad-dokumenti, jekk ikun hemm.
It-trasferiment tad-dejta ssir b’mod encrypted u ż-żamma tagħha huwa regolat mill-politika tal-Gvern.
Biex tibda talba quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, mhux meħtieġ li tintuża xi tip ta’ firma elettronika. Pero’ fir-rigward tar-risposta, risposta għall-kontro talba, u l-appell quddiem dan it-Tribunal, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress li wieħed irid jillogja bl-e-id tiegħu.
Fil-każ ta’ kawżi quddiem it-Tribunal Reviżjoni Amministrattiva u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress illi dan huwa servizz offrut biss lill-avukati u lill-prokuraturi legali wara li jkunu rreġistraw għal tali servizz permezz tal-e-id.
Fir-rigward tal-ħin, hekk kif it-talba/rikors jiġu sottomessi jiġi ġenerat il-ħin u d-data tas-sottomissjoni b’mod awtomatiku.
Iva, it-tariffi relatati mall-att li jkun ġie ppreżenta onlajn, jitħallas onlajn ukoll. It-tariffi huma l-istess ħlas daqs li kieku qed jiġu ppreżentati mhux elettronikament.
Din ma tistgħax ssir onlajn, iżda l-persuna tkun trid tiġi personalment biex iċċedi l-kawża fir-reġistru tal-Qorti.
Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, is-servizz provdut għall-onlajn huwa biss biex tinbeda l-proċedura. S’issa għadu mhux possibbli li wiehed jirrispondi dawn it-tip ta’ proċeduri permezz tal-internet.
Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, apparti biex tinbeda il-kawża wiehed jista’ wkoll jippreżenta r-risposta, ir-risposta għall-kontro talba u l-appell onlajn.
M'huwiex obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet.
Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, il-kawża tigi appuntata għas-smigħ.
Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, u la darba jkun għalaq iż-żmien għal dik ir-risposta l-kawża tiġi appuntata għas-smigħ.
Huwa possibbli li jitressqu d-dokumenti b’mod elettroniku meta dawn jiġu ppreżentati flimkien mat-talba oriġinali li tkun qed issir b’mod elettroniku wkoll.
Skont il-liġi Maltija, m'hijiex meħtiega notifika ta’ sentenzi.
Kull sentenza preliminari jew finali tinqara fil-miftuħ mill-Qorti u kopja tagħha tingħata lill-partijiet jew r-rappreżentant legali li jkunu preżenti għas-seduta, iżda wieħed jista’ jikseb kopja tas-sentenza b’mod elettroniku kif ser jiġi spjegat aktar ‘l isfel.
Appell permezz tal-internet huwa biss possibbli fil-kaz t’Appell minn deċiżjoni tat-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, pero s-sentenza ma tistgħax tiġi notifikata permezz tal-internet.
Dan m’huwiex possibli.
Is-sit elettroniku Justice Services jipprovdi servizz ta’ deċiżjonijiet onlajn li huma aċċessibli mingħajr ħlas mir-rappreżentanti legali kif ukoll mill-pubbliku in ġenerali.
Apparti minn dan is-sit, il-professjonisti legali jistgħu jabbonaw permezz tal-e-id tagħhom, għas-servizz li jġib l-isem ta’ eCourts fis-sit http://ecourts.gov.mt/onlineservices fejn hawn hekk għandhom aċċess għall-każijiet, atti gudizzjarji u mandati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.