

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iva, għal talbiet bil-Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) biss. Il-Proċedura Sempliċi hija proċess tal-qorti mfassal biex jipprovdi mod rapidu, mhux għali u informali għas-soluzzjoni ta’ tilwim meta l-valur monetarju ma jkunx jaqbeż £ 5,000.
Aktar informazzjoni fir-rigward ta’ civil online tista’ tiġi aċċessata fuq is-sit web ta’ Il-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals) fil-link ta’ civil online li ġejja.
Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) għandu għan fit-tul li jipprovdi servizzi usa’ b’mod elettroniku, iżda attwalment ma jipprovdix din il-funzjoni għajr kif deskritt hawn fuq. Il-bidu ta’ proċedimenti differenti tal-qorti permezz tal-internet se jkun objettiv ewlieni hekk kif jiġu mistħarrġa s-sistemi u l-proċessi interni.
Hija disponibbli biss għal tipi ta’ kawżi bil-Proċedura Sempliċi; dawn il-proċedimenti mhumiex esklużivament permezz tal-internet u l-kawżi xorta jistgħu jitressqu f’format stampat fil-qorti.
Il-faċilità online hija disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, il-konferma li talba tkun ġiet aċċettata mill-qorti hija ristretta għas-sigħat tal-uffiċċju meta l-persunal ikun disponibbli biex jivverifika l-kompetenza u jipproċessa t-talbiet.
Iva, hemm formoli standard li jikkonformaw mar-regoli tal-qorti li jistgħu jimtlew u jiġu sottomessi b’mod elettroniku.
Ir-regoli u l-formoli tal-Proċedura Sempliċi huma disponibbli fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) fir-regoli tal-qorti (court rules).
L-utenti huma meħtieġa jawtentikaw qabel ma jingħataw aċċess għal kwalunkwe data. Id-data hija kriptata fit-tranżitu u meta tkun inattiva. L-applikazzjoni nbniet skont OWASP ASVS 3.0 livell 2.
Mhijiex meħtieġa firma elettronika.
Il-ħin u d-data li jiġu ppreżentati t-talbiet u dokumenti oħra jiġu rreġistrati fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kawżi.
It-tariffi tal-qorti huma pagabbli u huma preskritti fil-leġiżlazzjoni.
It-tariffi jistgħu jitħallsu b’mod elettroniku permezz ta’ karta ta’ kreditu jew ta’ debitu meta tiġi ppreżentata talba bi Proċedura Sempliċi permezz ta’ civil online.
Jekk tintuża proċedura mhux elettronika, it-tariffi jistgħu jitħallsu wkoll bi flus kontanti jew ċekk kif ukoll permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) fit-tariffi tal-qorti (court fees).
Le, iżda talba bil-Proċedura Sempliċi tista’ tiġi miċħuda jew saldata bit-termini jew ir-regoli tal-qorti.
Huwa possibbli iżda mhux obbligatorju.
Jekk risposta tingħata b’mod elettroniku, f’dak il-każ il-qorti tibgħat konferma elettronika tar-riċevuta tar-risposta u tavża dwar kwalunkwe proċedura ulterjuri billi tibgħat notifiki elettroniċi.
Aktar informazzjoni tista’ tiġi aċċessata fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) f'risposta għal talba (responding to a claim).
Jekk ma jkun hemm l-ebda risposta, f’dak il-każ ma tingħata l-ebda notifika mill-qorti. L-attur jikkuntattja lill-konvenut biex javża r-riżultat tal-kawża fi żmien debitu.
Meta kawża bi Proċedura Sempliċi tkun tressqet permezz ta’ Civil Online, l-evidenza kollha ppreżentata lill-qorti b’mod elettroniku tiġi ppreżentata fil-qorti b’mod elettroniku - dan japplika biss għall-kawżi mressqa permezz ta’ Civil Online.
Fit-tipi l-oħra kollha ta’ kawżi, dan huwa possibbli biss meta ż-żewġ partijiet u l-imħallef li jkun qiegħed jisma’ l-kawża jaqblu dwar il-format.
Le.
Le. Madankollu, jekk kawża tkun marret għal seduta sħiħa u determinazzjoni ġudizzjarja mill-qorti, kopja tal-opinjoni tal-qorti tista’ suċċessivament tiġi ppubblikata fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) u/jew fuq is-sit web tal-Ġudikatura tal-Iskozja (Judiciary of Scotland).
Le.
Le.
Le. Madankollu, xi opinjonijiet tal-qorti huma disponibbli online. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) u Il-Ġudikatura tal-Iskozja (Judiciary of Scotland).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.