Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Ipproċessar onlajn ta’ każijiet u komunikazzjoni elettronika mal-qrati

Svezja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Għalissa mhuwiex possibbli li wieħed jagħmel rikors ġuramentat għal kawża ċivili bl-internet. Rikors ġuramentat irid jiġi ppreżentat bil-miktub u jkun iffirmat personalment mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu. Ir-rekwiżit tal-firma tfisser li rikors ma jistax jintbagħat elettronikament.

Fi proċedimenti sommarji, talba għal ordni ta’ ħlas tista’ tiġi ppreżentata quddiem l-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten) bl-internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Kif jirriżulta mit-tweġiba għall-mistoqsija 1, dan huwa possibbli biss fi proċedimenti sommarji.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

It-talbiet elettroniċi lill-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni għal ordni ta’ ħlas iridu jiġu ffirmati b’firma elettronika avvanzata kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE.

L-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni tista’ tagħti eżenzjoni mir-rekwiżit tal-firma jekk persuna tkun mistennija tippreżenta għadd kbir ta’ talbiet b’mod sikur u teknikament xieraq. Jekk azzjoni għal ordni ta’ ħlas tiġi ttrasferita lill-qorti biex titrattaha bħala kawża normali, ma jkunx meħtieġ li tiġi pprovduta firma fiżika flimkien mat-talba elettronika.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti. Madankollu, kif jirriżulta mit-tweġiba għall-mistoqsija 12, normalment ikun possibbli li tiġi ppreżentata risposta tal-intimat u dokumenti ġudizzjarji oħrajn li ma hemmx għalfejn jiġu ffirmati personalment bl-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Dokumenti li ma hemmx bżonn jiġu ffirmati personalment jistgħu jintbagħtu elettronikament. Dan ifisser li huwa possibbli, fil-prinċipju, li d-dokumenti kollha għajr ir-rikors ġuramentati jintbagħtu elettronikament. Il-qorti tista', madankollu, tiddeċiedi f’kawża individwali li dokument li jkun ġie ppreżentat elettronikament irid ikun ikkonfermat mill-mittent permezz ta' dokument oriġinali ffirmat.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Ma hemm xejn li jipprevjeni qorti milli tibgħat dokument elettronikament u li l-wasla tad-dokument tkun ikkonfermata bil-posta elettronika, pereżempju, jekk dan jitqies li jkun xieraq skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-data personali, eċċ.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Sentenza tintbagħat bil-posta, sakemm ma jkunx hemm parti li titlob biex ma jsirx hekk. Meta jkun xieraq, pereżempju fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar id-data personali fis-seħħ, id-dokumenti jistgħu minflok jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika, jew ikunu aċċessibbli f'forma elettronika oħra.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Tista' tiftaħ appell bil-posta elettronika. Meta jkun hemm bżonn, il-qorti tista' titlob li dak l-appell ikun ikkonfermat mill-mittent permezz ta' dokument oriġinali ffirmat.

Fir-rigward tan-notifiki tal-proċess, ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Talba għall-eżekuzzjoni tista' ssir mill-parti intitolata jew mir-rappreżentant tagħha, verbalment jew bil-miktub. Talba verbali tirrikjedi li l-parti li qed titlob l-eżekuzzjoni tikkuntattja lill-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni. Talba bil-miktub trid tkun iffirmata mill-parti li qed titlob l-eżekuzzjoni jew mir-rappreżentant tagħha. L-Awtorità Żvediża ta' Eżekuzzjoni tista', madankollu, tippermetti li parti li tkun qed tibgħat għadd kbir ta’ talbiet tibgħathom elettronikament.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le.

L-aħħar aġġornament: 02/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.