Online processing of cases and e-communication with courts

Information on the current status to communicate electronically with national courts.

In recent years more and more Member States have introduced changes in law which allow for the use of modern communication and information technologies in civil judicial proceedings. These changes allow communication between the judicial authorities and the parties concerned with the proceedings by new channels such as the internet.

In some cases procedures may be initiated by an electronic application sent by the claimant via the internet to the court; in other cases courts have the authority to serve judicial documents electronically to the parties; and in other cases all communications are conducted electronically. There are some Member States, where the use of internet for communication purposes is accepted for almost all kind of civil proceedings, while in others it is restricted to certain special types of proceedings.

The use of modern communication technologies in civil proceedings must not jeopardise the fundamental rights of the parties involved. Access to justice may not be prevented by the fact that a certain means of communication technology is not available to a party. In addition to that, national legislation should ensure that communication via the internet does not threaten the appropriate protection of sensitive data used in the course of the proceedings.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 11/05/2022

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Proċessar Awtomatiku - Belġju

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Din il-kwistjoni hija koperta mil-“liġijiet Phenix”, b’mod aktar speċifiku:

  • il-Liġi tal-10 ta’ Lulju 2006 dwar proċedimenti legali mwettqa b’mezzi elettroniċi (loi relative à la procédure par voie électronique) (Gazzetta Uffiċjali Belġjana tas-7 ta’ Settembru 2006);
  • il-Liġi tal-5 ta’ Awwissu 2006 li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ġudizzjarju għal proċedimenti legali mwettqa b’mezzi elettroniċi (loi modifiant certaines dispositions du Code judiciaire en vue de la procédure par voie électronique) (Gazzetta Uffiċjali Belġjana tas-7 ta’ Settembru 2006).

Il-liġijiet Phenix jafu isimhom lill-proġett tal-IT bl-istess isem li għandu l-għan li jipprovdi aċċess għall-kompjuter lill-qrati kollha fil-Belġju sabiex maż-żmien il-proċess legali kollu jkun jista’ jitwettaq b’mod elettroniku.

Mill-31 ta’ Diċembru 2012, żewġ liġijiet daħlu fis-seħħ gradwalment flimkien mal-liġijiet Phenix imsemmija hawn fuq. Dawn huma:

  • il-Liġi tal-31 ta’ Diċembru 2012 li tistabbilixxi diversi dispożizzjonijiet, partikolarment fil-qasam tal-ġustizzja (loi portant dispositions diverses, spécialement en matière de justice);
  • il-Liġi tal-31 ta’ Diċembru 2012 li tistabbilixxi diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ġustizzja (loi portant dispositions diverses en matière de justice).

Madankollu, dan id-dħul fis-seħħ gradwali għadu ma jfissirx li l-proċedimenti legali jistgħu jitwettqu b’mod elettroniku, billi dawn id-dispożizzjonijiet huma prinċipalment dawk li jistgħu jiġu applikati wkoll għal proċedimenti legali bil-miktub. Il-proċedimenti legali mhux elettroniċi “konvenzjonali” għalhekk għalissa jibqgħu r-regola.

Sadanittant, ir-reġistri tal-qorti u s-segretarjati tal-prosekuzzjoni pubblika ġew ipprovduti b’applikazzjoni tal-IT għall-immaniġġar tal-każijiet li tippermettilhom jipproċessaw id-dokumenti u l-informazzjoni kollha b’mod elettroniku. Barra minn hekk, għadd ta’ għażliet qed jiġu studjati biex id-dokumenti proċedurali u l-evidenza jkunu jistgħu jiġu ppreżentati lir-reġistri tal-qorti b’mod elettroniku.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhux applikabbli.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux applikabbli.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhux applikabbli.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhux applikabbli.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhux applikabbli.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhux applikabbli.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhux applikabbli.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux applikabbli.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

L-Artikolu 32 ter tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire) jipprovdi li kwalunkwe notifika jew komunikazzjoni jew kwalunkwe preżentata lill-qrati u lit-tribunali, lis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jew lis-servizzi ġudizzjarji, inklużi r-reġistri tal-qorti u s-segretarjati tal-prosekuzzjoni pubblika, jew kwalunkwe notifika jew komunikazzjoni lil avukat, uffiċjal tal-qorti jew nutar mill-qrati jew mit-tribunali, mis-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jew mis-servizzi ġudizzjarji, inklużi r-reġistri tal-qorti u s-segretarjati tal-prosekuzzjoni pubblika, jew minn avukat, uffiċjal tal-qorti jew nutar jistgħu jitwettqu bl-użu tas-sistema ġudizzjarja tal-IT.

Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, in-network e-Box ġie stabbilit għal notifiki jew komunikazzjonijiet u għal preżentati, u s-sistema e-Deposit ġiet stabbilita b’mod aktar speċifiku għall-preżentazzjoni ta’ konklużjonijiet, sottomissjonijiet u evidenza f’materji ċivili u kriminali.

Dawn l-għodod jistgħu jintużaw biss fil-qrati elenkati f’ordni ministerjali.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Mhux applikabbli.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Bulgarija

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Il-liġi Bulgara ma tipprovdix għat-tali opzjoni. Ir-rikorsi huma sottomessi bil-miktub lil reġistru tal-qorti u għandhom jiġu miktuba bil-Bulgaru. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu bil-posta iżda mhux bil-faks jew bil-posta elettronika.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Skont il-liġi Bulgara, l-azzjonijiet proċedurali mill-partijiet f’każijiet ċivili u kummerċjali mhumiex meqjusa bħala validi jekk dawn jiġu mwettqa elettronikament u jiġu ffirmati b’firma elettronika. Il-partijiet iressqu każ quddiem il-qorti permezz ta’ rikors miktub bil-Bulgaru u mogħni bil-firem tagħhom. Rikors jista’ jiġi ppreżentat lill-iskrivan tal-Uffiċċju tal-qorti rilevanti jew indirizzat jew mibgħut lill-qorti bil-posta.

L-Artikolu 184 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (GPK) jippermetti dokumenti elettroniċi u kif ukoll dokumenti stampati li jridu jiġu ppreżentati f’każijiet ċivili u kummerċjali. Id-dokument elettroniku jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti fuq il-karta. Jekk ikkontestat mill-parti li tkun qed toġġezzjona, id-dokument għandu jiġi ppreżentat fuq mezz elettroniku. Fin-nuqqas tat-tagħmir meħtieġ u l-persunal meħtieġ biex jiġi riprodott id-dokument elettroniku f’seduta tal-qorti, il-parti li ppreżentat id-dokument elettroniku tista’ tintalab mill-qorti biex tipprovdi l-partijiet l-oħra b’kopja elettronika.

Il-proċedura għall-kontestazzjoni ta’ dokument elettroniku, u b’mod partikolari l-firma elettronika li huwa fattur obbligatorju ta’ dokument elettroniku, hija stipulata fl-Att dwar id-Dokument Elettroniku u l-Firma Elettronika.

L-uniku provvediment li jsir mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għal azzjoni proċedurali onlajn huwa s-sekwestru biex jagħmel tajjeb għat-talbiet ta’ debitur fi proċedimenti ta’ infurzar. Dan il-qafas legali huwa parti mill-proċess ta’ infurzar u l-azzjoni tiġi eżegwita minn bailiff.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

L-Artikolu 42(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jippermetti li l-komunikazzjonijiet jiġu nnotifikati lil parti f’każ ċivili jew kummerċjali permezz tal-posta elettronika. Il-komunikazzjonijiet jitqiesu li jkunu ġew innotifikati meta jkunu ddaħħlu fis-sistema ta’ informazzjoni speċifikata, u n-notifika hija attestata permezz ta’ kopja tar-rekord elettroniku rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tal-Kodiċi.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Ara r-risposta għad-Domanda 13.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Il-liġi Bulgara ma tipprovdix għal dan. Ara l-aħħar subparagrafu tar-risposta għad-Domanda 12.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

L-aċċess pubbliku għal deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa disponibbli (mingħajr ma hemm bżonn li tirreġistra) permezz tas-sit web tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem tar-Repubblika tal-Bulgarija: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://legalacts.justice.bg/. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jiġu mfittxija bl-użu ta’ numru ta’ kriterji, b’mod partikolari ‘l-isem’, ‘it-tip ta’ każ’, ‘is-sena’, ‘in-numru tal-każ’ u ‘keywords’. Tiftix avvanzat bl-użu ta’ kriterji aktar speċifiċi huwa wkoll possibbli. B’konsegwenza ta’ dan it-tiftix, parti fil-kawża, jew ir-rappreżentant tagħha, jista’ iniżżel id-deċiżjoni ġudizzjarja f’format ‘doc’. Id-deċiżjonijiet huma ppubblikati hekk kif jittieħdu, suġġett għar-rekwiżiti tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali u l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata. Id-deċiżjonijiet huma ppubblikati b’tali mod li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fihom ma jistgħux jiġu identifikati. Id-deċiżjonijiet f’każijiet li jirrigwardaw l-istatus ċivili jew tas-saħħa ta’ individwi huma ppubblikati mingħajr ma jingħataw ir-raġunijiet għalihom.

Barra minn hekk, is-sit web ta’ kull qorti jippermetti li l-progress tal-każijiet u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati jiġi ssorveljat. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-informazzjoni dwar il-progress tal-każijiet jistgħu jinsabu bl-użu tal-kriterji ta’ tiftix elenkati hawn fuq, u d-deċiżjonijiet huma ppubblikati bil-mod deskritt. B’konsegwenza ta’ dan it-tiftix, il-parti fil-kawża, jew ir-rappreżentant tagħha, jista’ iniżżel id-deċiżjoni ġudizzjarja adottata f’format ‘doc’.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Repubblika Ċeka

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, kwalunkwe talba tista’ tiġi ppreżentata b’mod elettroniku fir-Repubblika Ċeka.

It-talbiet jistgħu jiġu ppreżentati (a) permezz tal-posta elettronika b’firma elettronika ċċertifikata, jew (b) permezz ta’ kaxxa tad-data, jiġifieri repożitorju elettroniku speċjali maħsub għall-konsenja u l-eżekuzzjoni tal-atti vis-à-vis l-awtoritajiet pubbliċi. Dawn il-proċeduri huma ekwivalenti għal preżentati standard bil-miktub. Talba tista’ tiġi ppreżentata wkoll permezz tal-posta elettronika normali, mingħajr firma elettronika ċċertifikata, iżda hawnhekk il-preżentata trid tiġi segwita fi żmien tlett ijiem mill-preżentazzjoni ta’ test identiku f’format standard bil-miktub jew bil-metodi deskritti fil-punti (a) u (b) ta’ hawn fuq. Għad-dettalji ta’ dawn il-proċeduri kollha ara t-tweġiba għall-mistoqsija 6.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Talba tista’ tiġi ppreżentata b’mezz elettroniku għal kwalunkwe tip ta’ kawża. Rikors għal ordni għal pagament elettroniku jista’ jsir biss b’mod elettroniku.

Il-proċedura għal ordni għal pagament elettroniku hija proċedura speċifika mqassra. Ir-rikorrenti jridu jippreżentaw it-talbiet tagħhom billi jimlew formola elettronika fuq is-sit web ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/ u jiffirmawhom permezz ta’ firma elettronika ċċertifikata. Ir-rikorrenti jistgħu jitolbu sa CZK 1 miljun. Il-formola trid timtela kif suppost u jrid isir il-ħlas tat-tariffa tal-qorti qabel tkun tista’ tinħareġ ordni għal pagament elettroniku. Malli jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha, il-qorti tista’ toħroġ ordni għal pagament elettroniku. Fiha, il-qorti tordna lill-konvenut iħallas l-ammont dovut u l-kostijiet tal-proċedimenti lir-rikorrent fi żmien 15-il jum minn meta jirċeviha, jew inkella jressaq appell quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-ordni fl-istess terminu. Ordni għal pagament elettroniku li ma tkunx ġiet appellata għandha l-effett ta’ sentenza finali. Jekk kwalunkwe wieħed mill-konvenuti jappella f’dak it-terminu, l-ordni għal pagament elettroniku tiġi kkanċellata kompletament u l-qorti tappunta seduta.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Talba elettronika tista’ tiġi ppreżentata fi kwalunkwe ħin.

Meta jippreżentaw talba bil-posta elettronika b’firma elettronika ċċertifikata, ir-rikorrenti jistgħu jikkonsultaw is-sit web tal-ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/ (għalkemm dan huwa disponibbli biss biċ-Ċek). It-talbiet jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fl-indirizz tal-posta elettronika tar-reġistru xieraq tal-qorti. L-indirizzi tal-posta elettronika tar-reġistru jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.cz/soudy.

Meta t-talbiet jiġu ppreżentati lil kaxxa tad-data ta’ qorti, l-identifikaturi għall-kaxxi tad-data ta’ qrati individwali jistgħu jinstabu fuq il-portal tal-amministrazzjoni pubblika fil-lista tal-entitajiet b’kaxxi tad-data (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.mojedatovaschranka.cz/sds) – fit-taqsima “korpi tal-gvern ċentrali”, jew fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/ taħt id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati individwali.

It-talbiet jistgħu jitressqu wkoll billi timtela l-formola elettronika direttament permezz tal-applikazzjoni tal-web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://epodatelna.justice.cz/ePodatelna/homepage – ara “Kif tressaq talba lill-qorti”.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Bħala regola ġenerali, l-operazzjonijiet kollha jistgħu jiġu eżegwiti fi kwalunkwe format, sakemm ma jkunx ġie preskritt format speċifiku mil-liġi għal ċerti atti. Fuq kollox, il-preżentati jridu jkunu jinftiehmu u speċifiċi.

Meta jużaw ċerti proċeduri elettroniċi, ir-rikorrenti jistgħu jkunu ristretti mill-parametri tekniċi għal mezzi ta’ komunikazzjoni differenti. Pereżempju, meta jintuża l-portal ta’ ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/ (ara l-mistoqsijiet 2, 3 u 6), id-daqs massimu tad-dokumenti mehmuża kollha huwa ristrett għal 10 MB u l-formati tad-dokumenti aċċettabbli huma pdf, rtf, xls, doc u txt. Bl-istess mod, id-daqs tal-messaġġi mibgħuta lill-kaxxi tad-data huwa limitat għal 10 MB u l-formati aċċettabbli għall-messaġġi tad-data mibgħuta lill-kaxxi tad-data huma pdf, PDF/A, xml (jekk ikun jikkorrespondi għall-iskema XSD disponibbli għall-pubbliku ppubblikata mir-riċevitur tal-messaġġ tad-data), fo/zfo, html/htm, odt, ods, odp, txt, rtf, doc/docx, xls/xslx, ppt/pptx, jpg/jpeg/jfif, png, tif/tiff, gif, mpeg1/mpeg2, wav, mp2/mp3, isdoc/isdocx, edi, dwg, shp/dbf/shx/prj/qix/sbn/sbx, dgn u gml/gfs/xsd. Il-preżentati magħmula f’indirizz tal-posta elettronika għandhom ikunu fil-format HTML, TEST SEMPLIĊI b’test ikkodifikat - ISO-8559-2, ISO-8559-1(LATIN-1), Unicode jew UTF-8. Id-daqs tal-ittra elettronika, inklużi d-dokumenti mehmuża, huwa limitat għal 5 MB. Is-sistemi operattivi appoġġati huma: Windows 98, Windows 2000, Windows 2003, Windows XP, Windows Vista (fil-każ ta’ Windows Vista, ġiet identifikata problema għal ċerti repożitorji HW ta’ ċertifikati elettroniċi kwalifikati (eż. Smart card reader SCR3320); bħalissa ma tista’ tiġi ffirmata jew mibgħuta ebda preżentata elettronika bl-użu ta’ dan ir-reader. Preżentata tista’ tiġi ffirmata u mibgħuta jekk il-fajl f’format pfx (p12) jiġi speċifikat fil-Java Applet u tiddaħħal password għal kjavi privata). Ir-rikorrenti li jiddeċiedu li jużaw il-portal ta’ ePodatelna jew kaxxi tad-data jistgħu jirreferu għall-istruzzjonijiet u l-manwali tal-utenti fuq is-sit web għal informazzjoni dettaljata.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Il-qrati u l-uffiċjali ġudizzjarji jipproċedu skont il-leġiżlazzjoni li tirregola l-protezzjoni tad-data (b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (il-GDPR), u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Jistgħu jintużaw erba’ proċeduri elettroniċi differenti sabiex tiġi ppreżentata talba fi proċedimenti ċivili ordinarji:

L-ewwel nett, talba tista’ titressaq permezz tal-posta elettronika b’firma elettronika ċċertifikata. Firma elettronika ċċertifikata hija definita fl-Artikolu 11 tal-Att Nru. 227/2000 dwar il-firem elettroniċi; hija (a) firma garantita bbażata fuq ċertifikat kwalifikat maħruġ minn fornitur akkreditat Ċek ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni u li fih informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni inekwivoka tal-firmatarju (il-lista ta’ fornituri akkreditati fir-Repubblika Ċeka hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Intern Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mvcr.cz/clanek/prehled-udelenych-akreditaci.aspx) jew (b) firma elettronika garantita bbażata fuq ċertifikat kwalifikat maħruġ minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni bbażati barra mit-territorju tar-Repubblika Ċeka, fejn jinħareġ iċ-ċertifikat kwalifikat bħala parti mis-servizzi mdaħħlin fil-lista ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni fdati bħala servizz li l-fornitur ta’ servizzi ċċertifikati huwa akkreditat li jipprovdi, jew bħala servizzi li l-forniment tagħhom huwa ssorveljat f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Dan it-tip ta’ preżentata huwa ekwivalenti għall-preżentata standard bil-miktub. Ir-rikorrenti li jkunu jixtiequ jippreżentaw talbiet b’dan il-mod għandhom jikkonsultaw is-sit web tal-ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/. It-talbiet jistgħu jintbagħtu wkoll fl-indirizz tal-posta elettronika tar-reġistru xieraq tal-qorti. L-indirizzi tal-posta elettronika tar-reġistri jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.cz/soudy taħt id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati individwali.

It-tieni, jistgħu jintużaw il-kaxxi tad-data. Dawn huma repożitorji elettroniċi speċjali għall-kunsinna u l-eżekuzzjoni ta’ atti vis-à-vis l-awtoritajiet pubbliċi fir-Repubblika Ċeka. Il-kaxxi tad-data huma primarjament irregolati mill-Att Nru 300/2008 dwar l-operazzjonijiet elettroniċi u l-konverżjoni awtorizzata tad-dokumenti. Dan it-tip ta’ preżentata huwa ekwivalenti għall-preżentata standard bil-miktub. Id-dettalji dwar is-sistema tal-kaxxi tad-data jistgħu jinstabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.datoveschranky.info/, u l-utenti jistgħu jaċċessaw il-kont permezz tas-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.mojedatovaschranka.cz/. Il-qrati kollha għandhom kaxxi tad-data. L-identifikaturi tal-kaxxi tad-data għal kull qorti jistgħu jinstabu fuq il-portal tal-amministrazzjoni pubblika fil-lista tal-entitajiet li għandhom kaxxi tad-data (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.mojedatovaschranka.cz/sds) – fit-taqsima “Korpi tal-gvern ċentrali”, jew fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/ fid-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati individwali.

It-tielet, it-talbiet jistgħu jiġu ppreżentati wkoll bl-użu tal-posta elettronika standard mingħajr firma ċertifikata. Madankollu, dawn il-preżentati jridu jiġu ppreżentati fi żmien tlett ijiem mill-preżentata ta’ test identiku f’formola standard bil-miktub jew bil-metodi deskritti hawn fuq, inkella l-qorti tinjorahom (it-Taqsima 42 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ir-raba’, it-talbiet u l-annessi tagħhom jistgħu jiġu ppreżentati lill-qrati b’mod elettroniku billi timtela direttament il-formola elettronika permezz tal-applikazzjoni tal-web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://epodatelna.justice.cz/ePodatelna/homepage. Hemm disponibbli gwida online għall-ħolqien ta’ talbiet – ara “Kif tressaq talba lill-qorti”. Il-gwida għal talbiet online tippermetti lir-rikorrenti jimlew il-formoli elettroniċi magħżula u jiġġeneraw talbiet f’format PDF. Biex iressqu talba kif suppost, ir-rikorrenti jrid ikollhom installat l-Adobe Acrobat Reader u “jkollhom firma elettronika ċertifikata”.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, il-proċedimenti tal-qorti jinvolvu l-ħlas ta’ tariffa. Ir-rikorrent jista’ jħallas it-tariffa, li hija bbażata fuq skala ta’ tariffi, fil-kont tal-qorti rilevanti miżmum fil-Bank Nazzjonali Ċek jew permezz ta’ timbru fiskali (għal ammonti sa CZK 5 000). Jekk it-tariffa ma titħallasx meta titressaq it-talba, il-qorti tistabbilixxi skadenza sabiex ir-rikorrent iħallasha u tinformah bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħlas. Il-proċedimenti jiġu sospiżi jekk it-tariffa ma titħallasx fl-iskadenza.

It-tariffi u l-metodi tal-ħlas għall-proċedimenti mibdija permezz ta’ sottomissjonijiet elettroniċi ma humiex differenti mill-metodu tal-ħlas għall-proċedimenti mibdija b’mod standard. L-eċċezzjoni hija l-proċedura tal-ordni għal pagament elettroniku, fejn it-tariffa tal-qorti tkun kemxejn aktar baxxa minn dik għall-proċedimenti ċivili ordinarji.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva. It-talbiet li jsiru bl-internet jistgħu jiġu rtirati bl-istess mod bħat-talbiet magħmula bil-mod standard. It-talbiet jistgħu jiġu rtirati b’mod elettroniku jew b’mod standard.

Ir-rikorrenti jistgħu jirtiraw it-talbiet kompletament jew parzjalment sakemm id-deċiżjoni tal-qorti tkun saret finali. Jekk talba tiġi rtirata l-qorti tissospendi l-proċedimenti kompletament jew sal-punt li fih it-talba tiġi rtirata. Jekk mozzjoni biex jinbdew proċedimenti tiġi rtirata wara li l-qorti tkun iddeċidiet il-kawża, iżda s-sentenza tkun għadha mhijiex finali, il-qorti tiddeċiedi jekk tirtirax ukoll id-deċiżjoni sal-punt li fih il-mozzjoni tkun qed tiġi rtirata. Jekk il-partijiet l-oħrajn ma jaqblux mal-irtirar ta’ talba għal raġuni tajba, il-qorti tiddeċiedi li l-irtirar ma huwiex effettiv, ħlief f’ċerti proċedimenti speċifiċi. (It-Taqsima 96 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

L-intimat jista’ jikkomunika billi juża l-internet, iżda ma huwiex obbligatorju li jagħmel dan.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Jekk l-intimat jappella kontra ordni għal pagament elettroniku fit-terminu statutorju, l-ordni għal pagament elettroniku tiġi kkanċellata kompletament, il-qorti tordna seduta ta’ smigħ u l-proċedimenti tal-qorti jipproċedu bil-mod normali, jiġifieri bħala proċedimenti tal-qorti ċivili standard fil-prim’istanza.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk l-intimat ma jappellax kontra ordni għal pagament elettroniku fit-terminu statutorju, l-ordni għal pagament elettroniku tikseb il-forza ta’ sentenza finali.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti f’format elettroniku għal kwalunkwe tip ta’ proċediment. Id-dettalji tekniċi huwa stabbiliti fit-tweġiba tagħna għall-mistoqsija 4.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Il-qrati jinnotifikaw id-dokumenti lill-kaxxi tad-data ta’ entitajiet li jkollhom tali kaxxi stabbiliti. Għal aktar tagħrif dwar il-kaxxi tad-data, ara t-tweġiba tagħna għall-mistoqsija 6.

Il-qrati jistgħu wkoll jinnotifikaw id-dokumenti u s-sentenzi permezz tal-posta elettronika b’firma ċertifikata f’indirizz tal-posta elettronika li d-destinatarju jkun ipprovda lill-qorti, dment li d-destinatarju jkun talab jew ta l-kunsens tiegħu għan-notifika tal-materjali mill-qorti b’dan il-mod u dment li jkun identifika fornitur akkreditat ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni, li jkun ħareġ iċ-ċertifikat kwalifikat tiegħu u jżomm rekord tiegħu, jew inkella jkun ippreżenta ċ-ċertifikat kwalifikat validu tiegħu stess. Għal informazzjoni dwar iċ-ċertifikati kwalifikati, ara t-tweġiba tagħna għall-mistoqsija 6. Sabiex in-notifika jkollha effett, id-destinatarju jrid jikkonferma r-riċevuta permezz ta’ messaġġ ta’ data fi żmien tlett ijiem minn meta jkun intbagħat id-dokument (eż. fl-indirizz tal-posta elettronika tal-qorti inkwistjoni) bil-firma elettronika garantita tiegħu.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jiġu kkonsenjati lill-kaxxi tad-data tal-entitajiet li jkunu stabbilewhom. Għal informazzjoni dwar il-kaxxi tad-data, ara t-tweġiba tagħna għall-mistoqsija 6.

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jiġu kkonsenjati wkoll permezz tal-posta elettronika b’firma ċertifikata f’indirizz tal-posta elettronika li d-destinatarju jkun ipprovda lill-qorti, dment li d-destinatarju jkun talab jew ta l-kunsens tiegħu għan-notifika tal-materjali mill-qorti b’dan il-mod u dment li jkun identifika fornitur akkreditat ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni, li jkun ħareġ iċ-ċertifikat kwalifikat tiegħu u jżomm rekord tiegħu, jew inkella jkun ippreżenta ċ-ċertifikat kwalifikat validu tiegħu stess. Għal informazzjoni dwar iċ-ċertifikati kwalifikati, ara t-tweġiba tagħna għall-mistoqsija 6. Sabiex in-notifika jkollha effett, id-destinatarju jrid jikkonferma r-riċevuta permezz ta’ messaġġ ta’ data fi żmien tlett ijiem minn meta jkun intbagħat id-dokument (eż. fl-indirizz tal-posta elettronika tal-qorti inkwistjoni) bil-firma elettronika garantita tiegħu.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, appell jista’ jsir b’mod elettroniku, bl-istess mod bħal talba. Ara l-mistoqsija 6.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva, il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jistgħu jinbdew b’mod elettroniku, bl-istess mod bħal talba.

Meta rikorrent jagħżel li jeżegwixxi pagament permezz ta’ uffiċjal ġudizzjarju, it-tweġiba għall-mistoqsija 6 tagħna tapplika mutatis mutandis. Il-lista ta’ uffiċjali ġudizzjarji u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom u l-identifikaturi tal-kaxxi tad-data jistgħu jinstabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ekcr.cz/.

Fil-każ tal-eżekuzzjoni ġudizzjarja, jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba tagħna għall-mistoqsija 6.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

L-uffiċċji tal-qrati Ċeki ġeneralment jikkomunikaw mal-partijiet u mar-rappreżentanti legali tagħhom permezz tal-posta elettronika jew bit-telefon sabiex jittrattaw il-mistoqsijiet rigward l-istatus tal-kawżi tagħhom.

Informazzjoni bażika dwar avvenimenti li jkunu seħħew matul il-proċedimenti (mingħajr dettalji personali) hija disponibbli wkoll online fuq is-sit web ta’ InfoSoud: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://infosoud.justice.cz/InfoSoud/public/search.jsp (disponibbli biċ-Ċek biss). L-informazzjoni dwar il-proċedimenti li jmiss hija disponibbli fuq is-sit web ta’ InfoJednání: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://infojednani.justice.cz/InfoSoud/public/searchJednani.jsp. Sabiex jinkiseb aċċess għas-sistema, għandhom jiddaħħlu l-isem tal-qorti u n-numru tal-proċess tal-kawża.

L-aħħar aġġornament: 19/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Proċessar Awtomatiku - Ġermanja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Fil-prinċipju l-liġi tippermittih dan. Madankollu, fil-prattika għadu mhuwiex possibbli kullimkien, madwar l-istati federali kollha (Länder) u fit-tipi kollha ta’ proċedimenti. Il-mistoqsija dwar jekk huwiex permess tiddependi fuq jekk, u sa liema punt, l-istat ikkonċernat ikun għażel li jintroduċi r-regolamenti li jipprovdu għalih. Iktar informazzjoni hija disponibbli mis-servizzi tal-qorti (Landesjustizverwaltungen) tal-istati federali.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Jekk huwiex permess jew le jiddependi fuq jekk, u sa liema punt, l-istat federali rilevanti jkun introduċa r-regolamenti li jipprovdu għalih. Iktar informazzjoni hija disponibbli mis-servizzi tal-qorti tal-istati federali. Ċerti proċedimenti jistgħu jitwettqu kompletament b’mod elettroniku. Eżempji jinkludu proċedimenti ta’ reġistrazzjoni, il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas (Mahnverfahren) u, f’ċerti każijiet, proċedimenti għal imġiba ħażina (Ordnungswiedrigkeiten).

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Fejn l-istati federali jkunu introduċew regolamenti li jipprovdu għal proċeduri ġuridiċi elettroniċi (ara l-mistoqsija 1), id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati f’kull ħin.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Il-ħtiġijiet tekniċi huma speċifikati mir-regolamenti tal-istat federali (ara l-mistoqsija 1).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Il-ħtiġijiet tekniċi huma speċifikati mir-regolamenti tal-istat federali (ara l-mistoqsija 1). Ġeneralment huma jeħtieġu li d-dokumenti jintbagħtu permezz tal-format OSCI (interfaċċa tal-kompjuter għal servizzi onlajn), li huwa komponent tas-soluzzjoni ta’ softwer użata, magħrufa bħala EGVP (mailbox elettronika tal-qrati u tal-amministrazzjoni).

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Il-messaġġ fih innifsu ma għandux għalfejn ikun neċessarjament iffirmat. L-applikazzjonijiet individwali sottomessi jeħtieġu t-tip ta’ firma speċifikata fir-regoli proċedurali rilevanti. Ġeneralment, din tkun firma elettronika kwalifikata.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Jista’ jkun hemm tariffi tal-qorti; jiddependi fuq it-tip ta’ kawża. Hemm varji modi biex tħallas: fattura, debitu dirett u pagament elettroniku.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Dan jista’ jsir. Japplikaw ir-regoli tas-soltu.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ma hemm l-ebda obbligu biex jintuża l-internet. Japplikaw ir-regoli tas-soltu.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Japplikaw ir-regoli tas-soltu.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Japplikaw ir-regoli tas-soltu.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Fil-prinċipju l-liġi tippermittih dan. Madankollu, fil-prattika għadu mhuwiex possibbli kullimkien, madwar l-istati federali kollha u fit-tipi kollha ta’ proċedimenti. Il-mistoqsija dwar jekk huwiex permess tiddependi fuq jekk, u sa liema punt, l-istat ikkonċernat ikun għażel li jintroduċi r-regolamenti li jipprovdu għalih. Iktar informazzjoni hija disponibbli mis-servizzi tal-qorti tal-istati federali.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

It-Taqsima 174(3), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung) tipprovdi li deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lill-avukati, nutara, bailiffs u konsulenti tat-taxxa f’forma elettronika. Id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lil partijiet oħra f’forma elettronika biss jekk huma jkunu taw kunsens b’mod espressiv biex jirċievu dokumenti elettroniċi.

Fil-prattika, prinċipalment dan jiġri fi proċedimenti tar-reġistru.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva, trażmissjoni ta’ sentenza tal-qorti f’forma elettronika hija ġeneralment possibbli. Fil-prattika, prinċipalment dan jiġri fi proċedimenti tar-reġistru.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Huwa possibbli li jiġi ppreżentat appell b’dan il-mod jekk regolament ta’ stat federali jkun ipprovda għal proċeduri ġuridiċi elettroniċi fil-qorti in kwistjoni. It-Taqsima 174(3), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tipprovdi li deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lill-avukati, nutara, bailiffs u konsulenti tat-taxxa f’forma elettronika. Id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu notifikati lil partijiet oħra f’forma elettronika biss jekk huma jkunu taw kunsens b’mod espressiv biex jirċievu dokumenti elettroniċi.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le, dan mhuwiex possibbli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Ġeneralment dan mhuwiex possibbli. Madankollu, ċerti stati federali jipprovdu għaliha, tal-inqas f’kawżi quddiem il-qrati amministrattivi u tad-dħul (Verwaltungsgerichte, Finanzgerichte). Ċerti stati federali jipprovdu għaliha wkoll f’kawżi tar-reġistru tal-artijiet u ta’ reġistri oħrajn. Id-dati tas-seduti ta’ smigħ fi proċedimenti ċivili jistgħu jiġu vverifikati elettronikament f’xi każijiet.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Estonja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, l-proċedimenti l-qorti jistgħu jinbdew bl-użu tas-sistema ta’ informazzjoni proċedurali e-File (the e-File system).

L-aċċess għas-sistema jinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://etoimik.rik.ee/.

Vidjow li jispjega kif għandek tuża s-sistema e-File huwa disponibbli online: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.youtube.com/watch?v=Qu9azQs_Ctc&t=3s.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Is-sistema e-File tista’ tintuża mill-partijiet fi proċedimenti ċivili u amministrattivi kif ukoll kif proċedimenti kriminali u dwar aġir ħażin. F’każ ta’ proċedimenti ċivili u amministrattivi l-qorti, tista’ tinbeda kawża u jitressqu dokumenti u appelli. Fi proċedimenti kriminali u ta’ aġir ħażin, jistgħu jiġu sottomessi numru limitat ta’ dokumenti għal proċedimenti eżistenti l-qorti.

L-ordnijiet ta’ ħlas għal dejn biex jiġi mħallas malajr jew talbiet ta’ manteniment jistgħu sottomessi biss bl-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Iva, l-faċilità hija disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Sabiex tiftaħ kawża l-qorti, trid timla l-formoli provduti bid-dettalji, u ddaħħal it-testi u d-data. Dawn ivarjaw skont it-tip ta’ proċedimenti u t-talba, iżda kollha jieħdu l-istess forma: trid tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-każ, dettalji dwar il-partijiet, dokumenti mehmuża mat-talba u dettalji marbuta mal-ħlas tat-tariffa tal-Istat.

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-proċedura mħaffa għall-ordni ta’ ħlas hija aktar dettaljata, u t-talba sħiħa trid issir fil-forma ta’ metadata.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Sabiex is-sistema tagħraf lil persuna li qed taċċessa s-sistema, hija għandha tidħol fis-sistema e-File permezz tal-ID kard jew Mobile-ID. Il-portal huwa sikur. Meta jaċċessaw il-portal (b’ID-kard jew Mobile-ID), l-utenti jingħataw aċċess biss għall-proċedimenti u d-data li jikkonċernawhom. Min mhux involut fil-proċedimenti ma għandux aċċess għall-proċedimenti l-qorti ta’ nies oħra. Id-data tiġi trażmessa permezz tas-saff ta’ skambju tad-data tas-sistema nazzjonali ta’ informazzjoni, X-Road. Huwa ambjent tekniku u organizzazzjonali li jippermetti l-iskambju sigur tad-data bbażat fuq l-Internet bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Istat.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Jekk il-liġi teħtieġ li ċerti tipi ta’ dokumenti jkunu ffirmati, dan isir elettronikament b’ID-kard. Id-dokumenti proċedurali jistgħu jintbagħtu permezz tas-sistema e-File b’firma diġitali. Jekk il-każ jitressaq il-qorti, is-sistema e-File awtomatikament iżżomm id-data li fiha nbeda l-każ il-qorti. Persuna li tippreżenta dokument li bih tinfetaħ kawża l-qorti jew dokument proċedurali ieħor lil qorti permezz tas-sistema e-File tintbagħtilha konferma awtomatika tal-wasla tad-dokument bid-data u l-ħin li fih il-qorti rċeviet id-dokument.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffa tal-Istat trid titħallas għat-twettiq ta’ kull kompitu li skont il-liġi huwa soġġett għal tariffa tal-Istat. B’mod ġenerali, it-tariffa tal-Istat trid titħallas qabel ma jsir rikors biex jitwettaq l-att. It-tariffi tal-Istat jistgħu jitħallsu permezz ta’ ħolqa għal bank fis-sistema e-File, kif ukoll barra s-sistema permezz ta’ servizzi bankarji onlajn jew fil-fergħat tal-bank.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ir-rikorrent jista’ jirtira talba sa tmiem il-proċedimenti preliminari jekk jippreżenta talba ta’ rtirar lill-qorti. Bil-kunsens tal-konvenut, kawża tista’ tiġi rtirata sakemm ma tkunx għadha daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni tal-qorti. Il-qorti jenħtieġ li tiġi infurmata bl-irtirar tal-kawża bil-miktub jew għandha ssir nota fil-minuti. It-talba tista’ tiġi ppreżentata wkoll permezz tas-sistema e-File.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ir-risposta m’hemmx għalfejn issir permezz tal-Internet. Il-konvenut jista’ jwieġeb bl-Internet, elettronikament jew bil-miktub.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

M’hemmx differenza bejn il-proċedimenti mibdija bl-Internet jew b’mezzi oħra. Kif jiġu trattati l-proċedimenti jiddependi mill-azzjoni sussegwenti li tittieħed mill-korp li qed imexxi l-proċedimenti, u jista’ jvarja skont it-tip ta’ proċedimenti, kif ukoll skont it-tip ta’ talba.

Jekk fil-proċedura mħaffa ta’ ordni għal ħlas id-debitur idaħħal oġġezzjoni, il-qorti tkompli tisma’ l-każ jew ittemm il-proċedimenti. Dan jiddependi mix-xewqat tar-rikorrent.

Il-kwistjonijiet ċivili jistgħu jiġu deċiżi permezz ta’ proċedimenti bil-miktub jekk il-partijiet jippreżentaw talba għal dan il-għan, jew il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-kwistjoni għandha tinstema’ waqt seduta quddiemha. Il-proċedura li tiġi segwita tiddependi mit-tip ta’ każ u l-oġġezzjonijiet ippreżentati mill-konvenut.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

F’każ ta’ ordni għal ħlas fi proċedura mħaffa, jekk il-konvenut ma jweġibx għal propost ta’ ħlas, jiġifieri ma jippreżentax oġġezzjoni, il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas għall-ammont mitlub. Din l-ordni tiġi eżegwita minnufih, għalhekk il-qorti trid tkun żgura li l-konvenut irċieva l-proposta ta’ ħlas.

Fi proċedimenti ċivili oħra, fejn il-qorti tkun ordnat lill-konvenut biex iwieġeb sa data preċiża, iżda huwa jonqos milli jagħmel dan, il-qorti tista’ f’ċerti każijiet tagħti deċiżjoni f’kontumaċja fuq talba tar-rikorrent, Jekk il-qorti ma taħsibx li dan huwa possibbli, tista’ tistabbilixxi skadenza ġdida għat-tweġiba tal-konvenut, jew għal seduta tal-qorti oħra. Talba għal sentenza f’kontumaċja tista’ titressaq flimkien ma’ rikors. Il-qorti ma tagħtix sentenzi f’kontumaċja fil-każijiet stabbiliti mil-liġi.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

It-talbiet u d-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati l-qorti elettronikament b’email jew permezz is-sistema ta’ informazzjoni (sistema e-File) maħluqa apposta għal dan il-għan.

Id-dokumenti kollha marbuta ma’ proċedimenti ċivili u amministrattivi jistgħu jiġu ppreżentati bis-sistema e-File, kif ukoll numru limitat ta’ dokumenti fi proċedimenti kriminali u dwar aġir ħażin. Id-dokumenti proċedurali jistgħu jintbagħtu permezz tas-sistema e-File b’firma diġitali.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Is-sentenzi tal-qorti, id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet jistgħu jiġu nnotifikati lill-parteċipanti fil-proċedimenti elettronikament jew permezz tas-sistema e-File jew permezz tal-indirizz prinċipali tal-posta elettronika tal-parteċipant jew kull indirizz tal-posta elettronika ieħor li bih ġiet mgħarrfa l-qorti. Id-destinatarju ta’ dokument jrid jinnotifika l-qorti tal-wasla tad-dokument jekk ikun intbagħat b’email, filwaqt li jekk dokument ġie notifikat permezz tas-sistema e-File, id-data li fiha d-destinatarju jirċevih u jiftħu tiġi reġistrata awtomatikament.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Fi proċedimenti ċivili u amministrattivi, il-qorti tista’ tagħti deċiżjoni b’mod elettroniku, tipproteġiha bil-firma elettronika tal-imħallef jew b’mod teknikament sikur ieħor.

Fi proċedura mħaffa għal ordni għal ħlas, id-dokumenti tal-qorti kollha, inkluż id-deċiżjonijiet, jinħolqu awtomatikament f’sistema ta’ informazzjoni.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Appell jista’ jiġi ppreżentat permezz tas-sistema e-File kif ukoll l-għoti ta’ deċiżjonijiet rilevanti fi proċedimenti ċivili u amministrattivi.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Il-proċedimenti l-qorti jistgħu jinbdew permezz tas-sistema e-File. Tista’ ssir tiftixa għal dokumenti addizzjonali msemmija fl-Artikoli 2(1)(1)-(4) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni fis-sistema e-File, mbagħad jimtela r-rikors għall-eżekuzzjoni u jekk ikun meħtieġ xi fajls addizzjonali. Rikors komplut għall-eżekuzzjoni jrid jiġi ffirmat elettronikament mir-rikorrent. Ir-rikors imbagħad jintbagħat flimkien mad-dokument addizzjonali magħżul u l-fajls addizzjonali lill-indirizz tal-posta elettronika lill-marixxall.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Tista’ ssegwi l-każijiet online permezz tas-sistema e-File. L-utent irid jaċċessa s-sistema bl-użu ta’ ID kard jew ID b’app fuq il-mowbajl, biex jiżgura li tiġi vverifikata l-identità tiegħu. Fi proċedimenti ċivili u amministrattivi, id-dokumenti kollha mhux immarkati bħala kunfidenzjali minħabba informazzjoni personali dwar l-identità u li huma disponibbli jarawhom il-partijiet fuq is-sistema.

Il-proċedura mħaffa għal ordnijiet għal ħlas tista’ ssegwiha bi sħiħ permezz tas-sistema e-File.

Għal każijiet kriminal u dwar aġir ħażin, is-sistema e-File turi biss informazzjoni limitata.

Ħoloq relatati

Is-sistema e-File

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-toimik.ee/

Portal Jurist Aitab - il-preżentata ta’ talbiet fil-qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://v1.juristaitab.ee/et/oigusnoustamine

Is-sistema ġudizzjarja Estonjana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.kohus.ee/en/estonian-courts/estonian-court-system

Riigi Teataja [Gazzetta tal-Gvern]

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.riigiteataja.ee

L-aħħar aġġornament: 19/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Irlanda

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva.  Huwa possibbli li jinbdew ċerti proċedimenti, jiġifieri dawk li jinvolvu Talbiet Żgħar permezz tal-Internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-pretendenti li jsegwu Talba Żgħira (jiġifieri ċerti talbiet għal valur massimu ta’ EUR 2 000) jistgħu jagħżlu li jipproċessaw it-talba tagħhom b’mod elettroniku. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura għal Talbiet Żgħar hija metodu alternattiv ta’ kif tinbeda u tiġi ttrattata proċedura ta’ qorti ċivili fir-rigward ta’ talba żgħira. Dan huwa servizz ipprovdut mill-uffiċċji tal-Qrati Distrettwali u huwa maħsub biex jittratta t-talbiet tal-konsumaturi bl-irħis mingħajr l-involviment ta’ konsulent legali.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-faċilità hija disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Le. L-unika dispożizzjoni hija li d-dettalji tat-talba ma għandhomx jaqbżu l-1,500 kelma.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-informazzjoni tinżamm sigura permezz tal-użu ta’ firewalls, SSL (Secure Socket Layer) għall-komunikazzjoni, Sistema ta’ Detezzjoni ta’ Intrużjoni fil-web-hosting u s-sigurtà tal-kontijiet tal-utenti, eċċ.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Le.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-Tariffi tal-Qrati għal Talba Żgħira jitħallsu b’karta ta’ kreditu jew debitu u t-tariffa (EUR 25 fl-2012) hija l-istess għall-proċedimenti kemm elettroniċi kif ukoll mhux elettroniċi għal Talbiet Żgħar.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva. Jekk it-talba tkun għadha ma ġietx elenkata għall-qorti, talba tista’ tiġi rtirata billi tintbagħat ittra elettronika lir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar, fejn jintalab l-irtirar tat-talba.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva, huwa possibbli għall-konvenut li jirrispondi bl-użu tal-Internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar irid jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu sabiex isolvi t-talba qabel tiġi elenkata għas-smigħ quddiem l-Imħallef

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

It-talba tiġi ttrattata bħala mhux ikkontestata u l-pretendent jista’ jitlob għal sentenza fin-nuqqas ta’ komparuzzjoni

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Le. Mhuwiex possibbli li tippreżenta dokumenti quddiem qorti b’mod elettroniku.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Il-partijiet li jressqu t-talba jistgħu jsegwu l-istatus tat-talba tagħhom fuq l-internet.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.csol.ie/ccms/welcome.html

L-aħħar aġġornament: 08/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Greċja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Ġiet stabbilita u qiegħed isir rikors għall-preżentazzjoni elettronika ta’ dokumenti legali lill-Kunsill tal-Istat Grieg u lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni. Dawn li ġejjin għadhom qegħdin jiġu pprovduti: (a) monitoraġġ tal-informazzjoni dwar id-dokumenti legali ppreżentati b’mod elettroniku u b’mod konvenzjonali lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni, (b) l-għażla li l-progress ta’ dokument legali jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku, anki jekk dan jiġi ppreżentat bl-użu ta’ metodi konvenzjonali, fuq is-siti web tal-Qrati tal-Prim’Istanza ta’ Piraeus u Tessalonika. Barra minn hekk, ġie stabbilit rikors għall-preżentazzjoni elettronika ta’ dokumenti legali lill-qrati amministrattivi (dioikitika dikastiria), filwaqt li dalwaqt jiġi stabbilit rikors simili għall-Awtorità tal-Awditjar (Elenktiko Synedrio).

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Id-dokumenti legali jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku għall-kawżi li jirrigwardjaw il-proċeduri ċivili kollha, li qegħdin jiġu inklużi b’mod progressiv fil-funzjoni online. Il-progress tad-dokumenti għall-proċeduri kollha jista’ jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku. Fil-preżent, ma hemmx proċeduri li jistgħu jinbdew biss permezz tal-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-progress tad-dokumenti legali jista’ jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku 24 siegħa kuljum. Bħalissa, id-dokumenti legali jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni matul il-jiem u s-sigħat tax-xogħol, madankollu, din l-għażla dalwaqt tkun disponibbli 24 siegħa kuljum.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Sabiex jippreżenta dokument legali b’mod elettroniku, utent ta’ sistema (avukat) jimla formola elettronika u jippreżentaha lill-qorti flimkien mat-test komplet tat-talba f’fajl WORD. Mat-tlestija tal-proċedura ta’ preżentazzjoni, dan jintbagħat lura lill-ispeditur fl-istess format ‘imsakkar’, immarkat ‘ippreżentat’.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Jintużaw passwords speċjali u firem elettroniċi sabiex jinkiseb aċċess għas-sistema, kemm kif inhi bħalissa kif ukoll meta tkun operattiva b’mod sħiħ.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

L-użu tal-firem elettroniċi ġie inkluż fis-sistema.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi tal-qrati normalment jitħallsu b’mod elettroniku, li huwa pass inkluż fir-rikors elettroniku għall-preżentazzjoni tad-dokument legali. It-tariffi huma l-istess bħal dawk imħallsin għal preżentazzjoni konvenzjonali.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Le. L-irtirar ta’ dokument legali huwa possibbli biss f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għad-dokumenti legali ppreżentati b’mod konvenzjonali, abbażi tar-regoli tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Id-Digriet Presidenzjali 142/2013 ippreveda l-preżentazzjoni elettronika tal-proposti u tad-dokumenti relatati quddiem il-qrati ċivili. Din l-għażla għadha mhijiex teknikament disponibbli. Bħalissa hemm grupp ta’ ħidma li qed jaħdem fuq it-twaqqif tal-qafas tekniku xieraq. Mhuwiex obbligatorju għall-konvenuti li jirrispondu biss permezz tal-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Id-dokumenti legali u d-dokumenti l-oħra kollha ta’ kawża jsiru disponibbli għall-qorti matul is-seduta ta’ smigħ.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta xi proposti, bi kwalunkwe mod, il-proċess tiegħu jsir in absentia.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Id-Digriet Presidenzjali 142/2013 ippreveda (minbarra l-preżentazzjoni elettronika tal-proposti) l-preżentazzjoni elettronika tad-dokumenti relatati quddiem il-qrati ċivili.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

L-aħħar aġġornament: 03/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Proċessar Awtomatiku - Spanja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, parzjalment.

Huwa obbligatorju għar-rappreżentanti proċedurali tal-qorti (procuradores) u rappreżentanti legali oħra, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-ġuriżdizzjonijiet territorjali fejn dan għadu mhuwiex possibbli għar-rappreżentanti legali.

F’xi ġuriżdizzjonijiet territorjali, huwa wkoll obbligatorju għal individwi privati u entitajiet legali. F’oħrajn, sadanittant, fejn is-sistema għadha qed tiġi żviluppata, għadu mhuwiex possibbli li jinbdew il-proċedimenti online kollha, għalkemm jista’ jkun possibbli u/jew obbligatorju li jinbdew ċerti proċedimenti b’dan il-mod.

Għalkemm kien fakultattiv għal individwi privati mill-1 ta’ Jannar 2017, għadu mhux possibbli f’ġuriżdizzjonijiet territorjali fejn is-sistema għadha qed tiġi żviluppata.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jgħammar il-“QORTI ELETTRONIKA” (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSede Judicial Electrónica) b’reġistru, disponibbli elettronikament, li jkun fih id-dettalji tar-riżorsi u l-indirizzi rilevanti.

Firma elettronika reġistrata hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi l-awtentiċità tal-kontenut u tipprovdi prova tal-għotja u tar-riċevuta.

Karatteristika ġdida hija li fil-Galicia, il-professjonisti u l-individwi issa jistgħu jibdew proċeduri tal-ordni ta’ ħlas fi proċedimenti ċivili u f’dawk dwar ix-xogħol; dan dalwaqt se jkun possibbli wkoll fi proċeduri orali.

F’Andalucía, il-preżentazzjoni ta’ talbiet u dokumenti minn persuni fiżiċi u ġuridiċi hija limitata għal proċeduri tal-ordni ta’ ħlas orali u ċivili u għal proċeduri tal-ordni ta’ ħlas quddiem it-tribunali industrijali.

Fil-pajjiż Bask mhuwiex possibbli li jinbdew proċeduri online.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Huwa disponibbli għall-proċedimenti ċivili kollha, għalkemm hemm limiti f’xi ġuriżdizzjonijiet u proċedimenti territorjali, u huwa pjuttost użat b’mod wiesa’ għal ordni ta’ ħlas u proċedimenti orali.

Id-dokument li jiskatta l-proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea u l-proċedura għal Talbiet Żgħar jista’ jiġi ppreżentat permezz tal-Internet f’uħud mill-ġuriżdizzjonijiet territorjali; f’oħrajn, is-sistema għadha qed tiġi aġġornata.

L-aċċess għal individwi privati għadu qed jiġi implimentat u f’uħud mill-ġuriżdizzjonijiet territorjali jista’ jkun limitat għal proċeduri fuq livell nazzjonali, bħal ordnijiet ta’ ħlas, proċeduri orali jew talbiet għal azzjoni miġjuba abbażi tal-liġi dwar ix-xogħol. Dan ma jestendix għall-preżentazzjoni ta’ atti proċedurali.

Huwa obbligatorju li r-rappreżentanti proċedurali tal-qorti u rappreżentanti legali oħra jibdew il-proċedimenti kollha online u, b’mod ġenerali, din is-sistema qed tiġi implimentata madwar il-pajjiż kollu, b’xi ftit eċċezzjonijiet, bħal fil-Pajjiż Bask.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, billi xi jiem huma jiem mhux tax-xogħol, jekk proċedura tinbeda f’jum mhux tax-xogħol, hija tkun tista’ tiġi ffinalizzata biss fil-jum tax-xogħol li jkun imiss.

Barra minn hekk, is-sistema tista’ kultant titneħħa mis-servizz fi ġranet mhux ta’ xogħol għal skopijiet tekniċi jew ta’ manutenzjoni, speċjalment matul ix-xahar ta’ Awwissu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Huma rakkomandati l-formati li ġejjin: pdf, .rtf, .jpeg, .jpg, .tiff, .odt, .zip.

Fajls tat-tip żip jistgħu jinkludu biss il-formati tad-dokumenti li ġejjin: .pdf, .rtf, .jpeg, .jpg, .tiff, .odt.

Fl-ebda każ ma jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta’ awdjo LexNET, fajls vidjow jew zip ikkompressati li jinkludu dokumenti f’formati differenti minn dawk indikati iktar ’il fuq.

Jekk id-dokument elettroniku jkun kbir wisq biex jiġi pproċessat mis-sistema, ikun jenħtieġ li jiġi ffajljat f’kopja stampata. Mhuwiex permess li diversi dokumenti jiġu kkombinati b’mod artifiċjali f’dokument diġitali wieħed.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti huma responsabbli sabiex jistabbilixxu s-sistemi elettroniċi xierqa. Is-sigurtà tiġi żgurata permezz ta’ sistema ta’ awtentikazzjoni minn qabel tal-firem elettroniċi għal rappreżentanti legali u individwi privati, filwaqt li l-aċċess għal uffiċjali awtorizzati jsir permezz ta’ karti kriptografiċi u ċertifikati diġitali. Is-sistema trid tiggarantixxi l-awtentiċità tal-kontenut u tipprovdi prova tat-trażmissjoni u tar-riċevuta.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Iva, permezz ta’ sistema ta’ awtentikazzjoni minn qabel.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu għal talbiet minn entitajiet ġuridiċi iżda mhux minn individwi privati.

Il-ħlas irid isir online b’mod elettroniku u t-talba trid tkun akkumpanjata minn prova ta’ ħlas (in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jiġi rettifikat f’data aktar tard).

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ladarba titressaq, talba ma tistax tiġi kkanċellata.

Madankollu, tista’ tiġi rtirata billi jiġi ppreżentat avviż ta’ rtirar uffiċjali f’format elettroniku.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Le, kull parti twieġeb billi tuża l-proċedura xierqa skont iċ-ċirkostanzi partikolari tagħha, kif indikat hawn fuq.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Xejn. Il-proċedura elettronika tapplika biss għall-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-avviżi nnotifikati lir-rappreżentanti legali tal-partijiet. Il-proċeduri tal-qorti ma jiġux ipproċessati awtomatikament.

Il-qorti tipprovdi d-dokument f’format elettroniku u/jew kopja stampata skont liema regoli japplikaw u dak li jkunu għażlu l-partijiet.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux Applikabbli. Il-proċeduri tal-qorti ma jiġux ipproċessati awtomatikament. Il-qorti tipprovdi d-dokument f’format elettroniku u/jew kopja stampata, u tagħti avviż f’format elettroniku jew f’kopja stampata, skont liema regoli japplikaw u xi jkunu għażlu l-partijiet.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva, il-preżentazzjoni ta’ atti proċedurali u l-għoti ta’ dokumenti se jkunu soġġetti għall-istess termini bħal dawk stabbiliti fit-taqsima (1) għall-bidu tal-proċedura. L-uniċi restrizzjonijiet huma dawk applikabbli għat-tip ta’ dokument u għad-daqs tiegħu.

Is-sistema tista’ tintuża fil-proċedimenti kollha, għalkemm l-aċċess tal-individwi privati għadu qed jiġi implimentat u f’xi ġuriżdizzjonijiet territorjali jista’ jiġi ristrett b’mod proviżorju filwaqt li f’oħrajn jista’ ma jkunx għadu possibbli, meta s-sistema għadha qed tiġi żviluppata.

Fil-pajjiż Bask, id-dokumenti kollha minbarra l-ewwel sottomissjonijiet bil-miktub mill-partijiet għandhom jiġu ppreżentati elettronikament fil-każ ta’ rappreżentanti proċedurali tal-qorti u avukati. Individwi privati ma jistgħux iwettqu proċeduri b’mod elettroniku.

Hija meħtieġa awtentikazzjoni minn qabel bil-firma elettronika tar-rappreżentant legali.

Id-dokument oriġinali jrid jiġi pprovdut meta jintalab mill-qorti, f’liema każ jista’ jintbagħat bil-posta.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet.

F’xi ġuriżdizzjonijiet territorjali, huwa wkoll obbligatorju kemm għal individwi privati kif ukoll għal entitajiet legali. Madankollu, f’oħrajn, fejn is-sistema għadha qed tiġi żviluppata, jaf ma jkunx għadu possibbli.

Għal individwi privati, u wara l-awtentikazzjoni, huwa fakultattiv f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet territorjali fejn is-sistema ġiet implimentata.

Jekk il-partijiet ikunu ppreżentaw it-talba u d-dokumenti tagħhom online, jiġu nnotifikati bid-deċiżjonijiet tal-qorti bl-istess mezz.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet.

F’xi ġuriżdizzjonijiet territorjali, huwa wkoll obbligatorju kemm għal individwi privati kif ukoll għal entitajiet legali. Madankollu, f’oħrajn, fejn is-sistema għadha qed tiġi żviluppata, jaf ma jkunx għadu possibbli.

Għal individwi privati, u wara l-awtentikazzjoni, huwa fakultattiv f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet territorjali fejn is-sistema ġiet implimentata.

Jekk il-partijiet ikunu ppreżentaw it-talba u d-dokumenti tagħhom online, jiġu nnotifikati bid-deċiżjonijiet tal-qorti bl-istess mezz.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet.

F’xi ġuriżdizzjonijiet territorjali, huwa wkoll obbligatorju kemm għal individwi privati kif ukoll għal entitajiet legali. Madankollu, f’oħrajn, fejn is-sistema għadha qed tiġi żviluppata, jaf ma jkunx għadu possibbli.

Għal individwi privati, u wara l-awtentikazzjoni, huwa fakultattiv f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet territorjali fejn is-sistema ġiet implimentata.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva, taħt l-istess termini bħal dawk stabbiliti fit-taqsima (1) għall-bidu tal-proċedura.

F’ħafna ġuriżdizzjonijiet territorjali dan huwa obbligatorju mar-rappreżentanti legali tal-partijiet.

F’xi ġuriżdizzjonijiet territorjali, dan huwa obbligatorju wkoll kemm għall-individwi privati kif ukoll għall-entitajiet ġuridiċi. Madankollu, f’oħrajn, fejn is-sistema għadha qed tiġi żviluppata, jaf ma jkunx għadu possibbli.

Għal individwi privati, wara l-awtentikazzjoni, huwa fakultattiv f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet territorjali fejn is-sistema ġiet implimentata.

Fil-pajjiż Bask mhuwiex possibbli li jinbdew proċeduri online u r-rikors għall-infurzar irid jiġi ppreżentat f’kopja stampata.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jgħammar il-“QORTI ELETTRONIKA” (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSede Judicial Electrónica) b’reġistru, disponibbli elettronikament, li jkun fih l-informazzjoni u d-dettalji tar-riżorsi u l-indirizzi rilevanti.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

F’xi ġuriżdizzjonijiet territorjali biss.

Ir-rappreżentanti legali tal-partijiet jistgħu jikkonsultaw kawżi online f’Aragona, Navarra, Cantabria u Valencia.

F’ġuriżdizzjonijiet territorjali oħra, bħall-Gżejjer Baleariċi jew il-Katalonja, is-sistema qed tiġi implimentata u se tkun aċċessibbli għar-rappreżentanti legali fil-futur qarib.

F’Andalusia, il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom għandhom aċċess għal xi informazzjoni, bħall-partijiet, l-istatus tal-proċedimenti u l-lista ta’ każijiet ta’ kuljum tal-qrati.

Fil-pajjiż Bask, il-professjonisti għandhom aċċess biss għal vidjos b’reġistrazzjonijiet tal-proċessi.

Min-naħa l-oħra, f’ġuriżdizzjonijiet territorjali oħra ma hemm l-ebda pjan biex jiġi pprovdut dan l-aċċess, anke għal professjonisti legali.

Attwalment, l-individwi privati ma jistgħux jaċċessaw il-fajl tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - il-Kroazja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Dan mhuwiex possibbli.

Ir-rikorsi, id-difiżi, ir-rimedji legali u dikjarazzjonijiet, suġġerimenti u avviżi oħrajn barra s-seduta ta’ smigħ jiġu ppreżentati bil-miktub (preżentazzjonijiet). Il-parti, jiġifieri r-rappreżentant legali tagħhom, tiffirma l-preżentazzjonijiet fl-aħħar.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhux applikabbli.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux applikabbli.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhux applikabbli.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhux applikabbli.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhux applikabbli.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhux applikabbli.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhux applikabbli.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux applikabbli.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 25/13, 89/14 u 70/19) tipprovdi għall-possibbiltà ta’ preżentazzjoni ta’ dokumenti b’mod elettroniku permezz ta’ sistema tal-IT. Id-dokumenti ppreżentati elettronikament iridu jiġu ffirmati permezz ta’ firma elettronika kwalifikata skont il-leġiżlazzjoni speċjali. Madankollu, il-korpi tal-gvern, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, l-avukati, in-nutara, l-esperti tal-qorti, l-assessuri tal-qorti, l-interpreti tal-qorti, l-amministraturi tal-insolvenza, il-kummissarji tal-qorti u l-entitajiet legali jridu dejjem jippreżentaw id-dokumenti elettronikament.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Ġie żviluppat u implimentat servizz ta’ avviżiera elettronika (e-Oglasna ploča), li jagħmilha possibbli li d-dokumenti ġudizzjarji jiġu nnotifikati lill-parteċipanti tal-proċedimenti tal-qorti permezz tal-avviżiera bl-użu ta’ soluzzjonijiet tal-IT.

L-Avviżiera elettronika tippubblika s-sentenzi f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 335 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 25/13, 89/14 u 70/19) u d-dokumenti kollha skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-Infurzar (Ovršni zakon) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 112/12, 25/13, 55/16 u 73/17).

Barra minn hekk, l-Avviżiera elettronika tippubblika d-dokumenti kollha li jiġu ppubblikati skont ir-regoli proċedurali fuq l-avviżiera tal-qorti.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Dan mhuwiex possibbli.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhuwiex possibbli li jsir appell permezz tal-internet u l-parti tista’ tiġi infurmata bid-deċiżjoni tagħha permezz tal-avviżiera elettronika jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet legalment meħtieġa.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Dan mhuwiex possibbli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 21/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Italja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, il-kawżi ċivili jistgħu jsiru quddiem il-qrati u l-qrati tal-appell kollha. Għall-mandati kawtelatorji, fi kwalunkwe qorti, huma obbligatorji.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

F’kawżi ċivili kontenzjużi u mhux kontenzjużi u proċedimenti ta’ eżekuzzjoni quddiem il-qrati u l-qrati tal-appell, l-avukati tal-partijiet jistgħu jippreżentaw l-atti u d-dokumenti proċedurali b’mezzi elettroniċi biss. L-istess jgħodd għas-sottomissjoni tal-atti u d-dokumenti minn persuni maħtura jew b’delega minn awtoritajiet ġudizzjarji. Għall-atti l-oħra, tista’ ssir is-sottomissjoni b’mezzi elettroniċi.

Il-mandati kawtelatorji jiġu trattati b’mezzi elettroniċi biss.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

In-notifika għall-preżentata elettronika tal-atti hija disponibbli f’kull ħin.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Iva, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jiġu osservati huma stabbiliti f’miżura datata s-16 ta’ April 2014. Huma disponibbli f’din il-ħolqa:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://pst.giustizia.it/PST/resources/cms/documents/SpecificheTecnicheTestoCoordinatoArticolato.pdf

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-“envelopp elettroniku” (busta telematica), li jkun fih l-att ġudizzjarju u l-annessi eventwali, huwa kriptat b’tali mod li l-kontenut jista’ jinqara biss mill-qorti li quddiemha ġie preżentat.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Hija mitluba l-firma diġitali; il-kronogramma elettronika mhix meħtieġa.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

L-hekk imsejjaħ “tariffa unika” (contributo unificato) meħtieġa bil-liġi, tista’ titħallas elettronikament, permezz ta’ proċedura apposta onlajn li titlob l-awtentikazzjoni permezz ta’ smart card Taljana. It-tariffa hija l-istess bħal dik għall-proċeduri mhux elettroniċi.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, permezz ta’ att elettroniku ekwivalenti għal dak stampat.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ rikors, il-konvenut jista’ jipproċedi kif jidhirlu li huwa l-aktar xieraq; Madankollu, s-sottomissjoni elettronika hija obbligatorja matul il-proċedimenti quddiem il-qrati u l-qrati tal-appell.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Japplikaw l-istess regoli previsti għal dawk il-proċedimenti b’dokumenti stampati. Il-konvenut jista’ jippreżenta r-risposta tiegħu b’mod elettroniku biss jekk il-qorti hija awtorizzata tilqa’ sottomissjonijiet elettroniċi għat-tip ta’ proċediment u dokumenti konċernati.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Japplikaw l-istess regoli previsti għal dawk il-proċedimenti b’dokumenti stampati.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1 u 2.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki lill-avukati tal-partijiet jintbagħtu biss bl-Internet (posta elettronika ċċertifikata skont ir-regoli Taljani).

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva. Il-mandati kawtelatorji jinħarġu biss f’format elettroniku (mit-30 ta’ Ġunju 2014).

Il-qrati ċivili joħorġu mat-300,000 deċiżjoni f'format elettroniku fix-xahar.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

L-appell jista’ jsir online. Is-sentenza dwar l-appell tiġi nnotifikata biss bl-Internet (posta elettronika ċċertifikata (PEC) skont ir-regoli Taljani).

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva, billi jawtentifikaw ruħhom (bl-ismart card Taljana) f’punt ta’ aċċess awtorizzat jew permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pst.giustizia.it/PST/

L-aħħar aġġornament: 21/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Ċipru

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Le.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhux applikabbli.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux applikabbli.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhux applikabbli.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhux applikabbli.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhux applikabbli.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhux applikabbli.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhux applikabbli.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux applikabbli.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Mhux applikabbli.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Mhux applikabbli.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 13/09/2021

Proċessar Awtomatiku - Latvja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Fil-Latvja mhemmx qafas speċjali sabiex jinfteħu proċedimenti u l-kawżi ċivili fuq l-Internet. Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jintbagħtu bl-Internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Fil-Latvja jistgħu jintbagħtu dokumenti elettroniċi.

Skont id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi, il-qrati għandhom l-obbligu jaċċettaw dokumenti ffirmati elettronikament.

Il-leġiżlazzjoni domestika tal-Latvja dwar id-dokumenti elettroniċi, il-Liġi Dwar id-Dokumenti Elettroniċi, tgħid illi għall-finijiet tal-awtentikazzjoni, d-dokumenti ffirmati elettronikament għandu jkollhom dejta għall-awtentikazzjoni tad-dokument u l-identità tal-firmatarju; barra minn hekk, sabiex dokument jitqies li ġie ffirmat mill-persuna rilevanti, jrid jiġi ffirmat b'firma elettronika sigura. Fl-użu ta' dokumenti elettroniċi, is-sigurtà tad-dejta hija żgurata mill-fornituri tas-servizzi ta' firmi elettroniċi siguri skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar id-Dokumenti Elettroniċi u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Latvja. Għall-korrispondenza mal-qorti permezz ta' firma elettronika jinħtieġ il-kunsens speċjali tal-persuna. Dan ifisser illi l-qorti tibgħat id-dokumenti min-naħa tagħha f'forma elettronika.

Għandu jingħad ukoll illi jistgħu jiġu mressqa kull tip ta' talbiet permezz ta' dokumenti ċertifikati b'firma elettronika sigura ħlief fejn il-liġi tistabbilixxi proċedura speċjali għall-bidu tal-proċedimenti. Il-proċedura għall-iskambju tad-dokumenti elettroniċi ma tapplikax għal ċerti tipi ta' kuntratt dwar il-propjetà immobbli, il-familja u l-liġi tas-suċċessjoni, u ċerti tipi ta' kuntratti ta' garanzija.

Il-leġiżlazzjoni xi kultant tispeċifika illi minbarra r-rekwiżiti l-oħra, dokument partikolari jkollu effett legali biss jekk ikollu siġill: f'każ ta' dokument elettroniku dan ir-rekwiżit jiġi sodisfat jekk id-dokument elettroniku jkollu firma elettronika sigura u timbru tal-ħin, jew firma elettronika biss jekk il-partijiet ftehmu bil-miktub illi d-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ffirmati b'firma elettronika skont il-proċeduri stabbiliti fil-Liġi dwar id-Dokumenti Elettroniċi.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Id-dokumenti tal-qorti jistgħu jiġu nnotifikati elettronikament jekk ir-rikorrent indika fir-rikors illi huwa lest juża l-posta elettronika kif ukoll posta oħra għall-korrispondenza mal-qorti.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Id-dokumenti tal-qorti, inklużi s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati elettronikament jekk ir-rikorrent ikun indika fir-rikors illi huwa lest juża l-posta elettronika kif ukoll posta oħra għall-korrispondenza mal-qorti.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Għall-korrispondenza mal-qorti permezz ta' firma elettronika jinħtieġ il-kunsens speċjali tal-persuna. Dan ifisser illi l-qorti tibgħat id-dokumenti min-naħa tagħha f'forma elettronika.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Għall-korrispondenza ma' bailiff jistgħu jintużaw dokumenti b'forma elettronika.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi. Il-progress tal-kawża jista' jiġi segwit permezz tal-portal tal-qrati fuq l-internet, li joffri informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Il-partijiet fil-kawża jistgħu jisimgħu rikording bl-awdjo tas-seduta tal-qorti permezz tal-portal tal-qrati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://tiesas.lv, Taqsima Manas lietas ("Il-kawżi tiegħi"), jekk il-qorti tkun daħħlet il-fajl awdjo fis-sistema ta' informazzjoni tal-qorti: meta l-fajls ikunu fis-sistema ta' informazzjoni tal-qorti, u d-dejta tiġi sinkronizzata, jiġu trasferiti fil-mekkaniżmu ta' distribuzzjoni tad-dejt fuq il-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://tiesas.lv darba kull 24 siegħa. Ladarba l-utent ikun reġistrat fuq il-portal, ikun jista' jaċċess l-informazzjoni għal dawk il-kawżi li fihom huwa reġistrat bħala waħda mill-partijiet, u f'dan il-każ jista' jiftaħ u jisma' l-fajls awdjo mehmuża mad-dokumenti tal-kawża. Parti fil-kawża tista' taċċessa t-taqsimaManas lietas ("Il-kawżi tiegħi") fil-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://tiesas.lv permezz ta' firma elettronika jew karta tal-identità elettronika, jew billi tibgħat applikazzjoni lill-Uffiċċju tal-Qrati (Tiesu administrācija) biex titlob għall-aċċess għal dawn id-drittijiet.

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Litwanja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Mill-1 ta’ Lulju 2013, kien possibbli li t-talbiet ċivili jiġu ddepożitati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Qorti Litwana (LITEKO), li tista’ tiġi aċċessata permezz tas-Subsistema tas-Servizzi Elettroniċi Pubbliċi (PES) fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.teismai.lt/en u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.epaslaugos.lt/ billi tintgħażel il-link għall-Portal tas-Servizzi Elettroniċi tal-Qrati Litwani.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

It-talbiet differenti fi proċeduri ta’ qorti ċivili jew l-ilmenti kontra atti u rikorsi individwali fi proċedimenti amministrattivi jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku. Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti fir-rigward tal-fajls stampati kemm ġodda kif ukoll dawk eżistenti. Meta jiġu ppreżentati dokumenti elettroniċi fir-rigward ta’ fajl stampat eżistenti, ir-rikorrent għandu jippreżenta wkoll in-numru meħtieġ ta’ kopji stampati (kopja waħda li trid tiżdied mal-fajl stampat u kopja waħda li trid tintbagħat mill-qorti lil kull parti fil-proċedimenti).

Il-format elettroniku ilu mill-1 ta’ Jannar 2014 jintuża esklussivament f’kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati distrettwali rigward il-ħruġ tal-ordnijiet tal-qrati, meta r-rikors li jagħti bidu għall-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2013 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;

1.2. kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati distrettwali, meta d-dokument proċedurali li fuqu jkunu bbażati l-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2014 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;

1.3. kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza, kawżi amministrattivi li jinstemgħu minn qrati amministrattivi bħala qrati tal-prim’istanza, meta d-dokument proċedurali li fuqu jkunu bbażati l-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2013 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;

1.4. il-proċedimenti kollha quddiem il-qrati ta’ ġurisdizzjoni ġenerali u l-qrati speċjalizzati li jisimgħu kawżi ta’ appell jew kassazzjoni abbażi tal-appelli ppreżentati fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2014 kontra sentenzi jew deċiżjonijiet f’kawżi li kienu pproċessati esklussivament f’format elettroniku.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Dan is-servizz huwa disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Id-dokumenti proċedurali jistgħu jiġu ppreżentati billi jimtlew il-mudelli disponibbli fuq is-subsistema PES ta’ LITEKO jew billi d-dokumenti eżistenti jittellgħu fil-formati appoġġjati mis-sistema: formati ta’ dokumenti testwali: doc, docx, odt, rtf, txt.; formati ta’ spreadsheet: xls, xlsx, ods; formati ta’ preżentazzjoni: ppt, pptx, ppsx, odp; formati ta’ test u immaġini ta’ grafika ta’ vettur: pdf, applikazzjoni/pdf, ADOC; formati ta’ immaġini dot matrix: tif, tiff, jpg, jpeg, jfif, png, gif, bmp; formati ta’ vidjo: avi, mpg, 3gp, 3g2, asf, asx, swx, swf, flv, vob, wmv, mov, rm.; formati ta’ awdjo: wav, aif, mp3, mid, wma, flac, aac.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Id-data elettronika relatata mal-proċeduri tal-qorti tiġi pproċessata, kontabilizzata u maħżuna bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-Kunsill Ġudizzjarju (Teisėjų taryba) u miftiehma mal-Arkivist Ewlieni tal-Litwanja (Lietuvos vyriausiasis archyvaras).

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Il-portal tas-servizzi elettroniċi jista’ jiġi aċċessat bl-użu tal-għodod disponibbli fil-portal tal-gvern elettroniku: bl-użu tas-servizzi bankarji elettroniċi, karta ta’ identifikazzjoni personali jew firma elettronika. Is-sistema għandha wkoll funzjoni ta’ kronogramma.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ir-residenti li jippreżentaw dokumenti elettroniċi jgawdu minn skont ta’ 25 % fuq it-tariffa tal-qorti; huma ma għandhom bżonn jipprintjaw ebda dokument proċedurali u lanqas għandhom bżonn jibagħtuhom bil-posta lill-qorti, imorru l-bank biex iħallsu t-tariffa jew jipprovdu prova tal-ħlas.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

It-talbiet ippreżentati permezz tal-internet huma soġġetti għall-istess regoli ta’ proċedura ċivili bħat-talbiet regolari. L-Artikolu 139(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) jistipula li pretendent huwa intitolat li jirtira t-talba tiegħu sakemm il-qorti ma tkunx bagħtet kopja tagħha lill-konvenut. It-talba tista’ tiġi rtirata fi stadju aktar tard biss jekk il-konvenut jaqbel ma’ dan u t-talba tiġi rtirata qabel ma l-qorti tal-prim’istanza tadotta d-deċiżjoni tagħha. Sa dak iż-żmien li tiġi rreġistrata, talba tista’ tiġi rtirata billi sempliċiment titħassar. Wara r-reġistrazzjoni, it-talba tista’ tiġi rtirata mis-sistema biss billi jiġi ppreżentat rikors għall-irtirar.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Jistgħu jiġu ppreżentati kemm dokumenti elettroniċi kif ukoll dokumenti stampati lill-qorti.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

L-użu ta’ komunikazzjoni elettronika matul proċeduri ta’ qorti ċivili ma jaffettwax ir-regoli dwar il-proċedura ċivili.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

L-użu ta’ komunikazzjoni elettronika matul proċeduri ta’ qorti ċivili ma jaffettwax ir-regoli dwar il-proċeduri ċivili.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati fir-rigward tal-fajls stampati u l-fajls elettroniċi eżistenti;

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Il-kawżi li jirrigwardaw il-ħruġ tal-ordnijiet tal-qrati, kawżi oħrajn speċifikati mill-Kunsill Ġudizzjarju u l-informazzjoni relatata mal-proċeduri tal-qorti jistgħu jiġu pproċessati b’mod elettroniku. Meta jkun inħoloq fajl elettroniku, kwalunkwe informazzjoni stampata riċevuta jew mibgħuta mill-qorti tiġi diġitalizzata, filwaqt li d-dokumenti stampati jiġu pproċessati, maħżuna jew inkella meqruda f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-Kunsill Ġudizzjarju u miftiehma mal-Arkivist Ewlieni tal-Litwanja.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, appell jista’ jsir permezz tal-internet fi proċedimenti kemm ċivili kif ukoll amministrattivi. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jitwasslu kemm b’mod elettroniku kif ukoll b’mezzi oħrajn previsti skont liġijiet speċifiċi.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Fl-1 ta’ Lulju 2013 iddaħħlet fis-seħħ emenda fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili li tirregola l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika fl-attivitajiet tal-uffiċjali ġudizzjarji, iżda l-possibbiltà tal-bidu tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni permezz tal-internet għadha ma ġietx implimentata. Is-sistema ta’ informazzjoni elettronika għall-uffiċjali ġudizzjarji għandha tkun operattiva minn April 2015.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-avukati u l-assistenti tal-avukati jistgħu jirċievu dokumenti proċedurali tal-qorti billi jużaw komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Lussemburgu

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Le, fil-liġi Lussemburgiża l-atti li jiftħu l-proċedimenti jridu jiġu ppreżentati kollha fuq karta.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhux applikabbli.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux applikabbli.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhux applikabbli.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhux applikabbli.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhux applikabbli.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhux applikabbli

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhux applikabbli.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux applikabbli.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Le.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le, skont il-każ, in-notifiki jsiru minn bailiff (personalment jew bil-posta) jew minn uffiċjal tal-qorti (bil-posta).

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jiġu kkomunikati lill-partijiet permezz tal-avukati rispettivi tagħhom. B'regola ġenerali, din il-komunikazzjoni ssir mill-uffiċjal tal-qorti billi jiddepożita d-deċiżjoni fil-garżella tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat. Kull uffiċċju tal-avukati għandu garżella fil-forma ta' kaxxa postali msakkra biċ-ċwievet fis-sit tas-Cité judiciaire. Id-deċiżjoni tista' tiġi kkomunikata direttament lill-partijiet bil-posta.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

L-aħħar aġġornament: 09/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Ungerija

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, dan huwa possibbli. Ir-regoli dettaljati ta’ komunikazzjoni mal-qrati b’mezzi elettroniċi huma aċċessibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://birosag.hu/e-per-2018/e-kapcsolattartas-altalanos-tajekoztato u l-links relatati.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Bidla importanti meta mqabbla ma’ regolamenti preċedenti dwar proċedimenti li jistgħu jinbdew fuq l-internet hija li għal ċerti proċedimenti kontenzjużi u mhux kontenzjużi mibdija fl-1 ta’ Jannar 2018 jew wara, il-partijiet mhux biss għandhom l-opportunità li jwettqu l-affarijiet tagħhom b’mod elettroniku, iżda għandhom id-dmir li jagħmlu dan. Għalhekk, bħala regola ġenerali, kwalunkwe operatur ekonomiku, Stat, muniċipalità, aġenzija baġitarja, prosekutur pubbliku, nutar, korp pubbliku, korp amministrattiv ieħor li jaġixxi bħala klijent u r-rappreżentant legali ta’ tali klijent huma obbligati li jwettqu l-affarijiet tagħhom b’mod elettroniku.

Barra minn hekk, ċerti tipi ta’ każijiet jistgħu jsiru biss b’mod elettroniku irrispettivament minn jekk il-partijiet ikunux qed jaġixxu f’xi waħda mill-kapaċitajiet imsemmija hawn fuq. Pereżempju, proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ kumpanija (jew bidla fid-data tal-kumpanija) tista’ tinbeda biss elettronikament u fil-proċeduri tar-reġistrazzjoni ċivili applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata b’mod elettroniku biss jekk, pereżempju, ir-rikorrent jitlob proċedura simplifikata għar-reġistrazzjoni (bidla tad-data) jew organizzazzjoni tippreżenta applikazzjoni biex tiġi kkwalifikata bħala entità ta’ benefiċċju pubbliku, filwaqt li korpi li diġà huma entitajiet ta’ benefiċċju pubbliku jistgħu jippreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom elettronikament biss wara din id-data.

Jekk rikorrent ma jkunx meħtieġ juża mezzi elettroniċi, xorta jista’ jagħżel li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu elettronikament.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Iva, din il-faċilità hija disponibbli f’kull ħin ħlief għal perjodi ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni skedati u ħsarat mhux previsti fl-operat tas-sistema. Il-limiti ta’ żmien stabbiliti f’jiem u jiem tax-xogħol mil-leġiżlazzjoni jew mill-qorti ma jinkludu l-ebda jum - jew għal limiti ta’ żmien stabbiliti f’xhur u snin il-jum tal-iskadenza - li fih ħsara jew interruzzjoni ta’ servizz, kif definiti fil-leġiżlazzjoni, damu aktar minn erba’ sigħat. Jekk terminu stabbilit f’sigħat kellu jiskadi waqt ħsara jew interruzzjoni tas-servizz, kif definiti fil-leġiżlazzjoni, il-limitu ta’ żmien jiskadi fi tmiem l-ewwel siegħa wara l-bidu tal-ħinijiet tal-uffiċċju fil-jum tax-xogħol li jkun imiss. Jekk l-interruzzjoni tas-servizzi elettroniċi taqbeż jum wieħed tax-xogħol, il-korp li jipprovdi servizzi ta’ amministrazzjoni elettronika jrid jipprovdi għar-riċeviment u l-ipproċessar tas-sottomissjonijiet tal-klijenti b’mod li ma jirrikjedix mezzi elettroniċi, anki f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tippermetti biss ipproċessar elettroniku għal dak it-tip ta’ proċedura.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Fejn teżisti formola standard għall-preżentazzjoni ta’ rikors (sottomissjoni) jew tal-hemża tiegħu, din ma tistax tinbidel, u għalhekk il-format tad-data ma jistax jiġi mmodifikat lanqas. Il-formoli jistgħu jinqraw hawn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://birosag.hu/ u jistgħu jimtlew bl-għajnuna tal-Programm Általános Nyomtatványkitöltő (il-programm qafas għall-mili tal-formoli). Skont id-Digriet tal-Gvern Nru 451/2016 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar ir-regoli dettaljati tal-amministrazzjoni elettronika u l-ordni tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura, il-formati tal-fajls li jistgħu jiddaħħlu f’fajls elettroniċi tal-qorti speċifiċi huma: .odt, .doc, .docx, .pdf, .txt, .xlsx, .ods, .tif, .tiff, .bmp, .jpg, .jpeg, .png, .mp4, .m4a, .avi, .mp3, .wav. Mal-formoli jistgħu jitwaħħlu hemżiet f’dawn il-formati li ġejjin: .dosszie,.dossirt,.3,.etv,.eak,.et3,.nsac.,.pdf,.asic jew.asice. Huwa importanti li d-daqs tal-fajls individwali mehmuża mal-formoli ma jkunx aktar minn 150 MB, filwaqt li d-daqs totali tal-attachments kollha mehmuża mal-formoli ma jistax jaqbeż it-300 MB. Jekk id-daqs totali tal-hemżiet li għandhom jiġu mehmuża mal-formola jew is-sottomissjoni, madankollu, jaqbeż il-limitu tad-daqs ta’ 300 MB, il-fajls li għandhom jiġu mehmuża jistgħu jiġu sottomessi fuq mezz ta’ ħażna, bħala hemża għal formola speċjali Nru 28 imfassla għal dan il-għan, f’numru ta’ kopji li huwa wieħed aktar min-numru ta’ partijiet ikkonċernati mill-każ. Il-Qorti taċċetta biss sottomissjonijiet fuq CD R-, CD R +, DVD R, DVD R + u USB bħala mezzi ta’ ħażna.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Fi proċeduri elettroniċi, it-trażmissjoni u l-ħżin tad-data sikuri huma żgurati permezz tal-għodod tal-IT li jipproteġu s-sistemi tal-komunikazzjoni, tal-konsenja u dawk amministrattivi interni. Il-proċeduri jistgħu jitwettqu online biss permezz ta’ “client gateway”(‘ügyfélkapu’), “company gateway” (‘cégkapu’) jew ‘official gateway’ (“hivatali kapu”), wara reġistrazzjoni minn qabel. It-trażmissjoni u l-ħżin tad-data huma żgurati pereżempju minn servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika, minn servizzi ta’ konsenja sikura u minn servizzi tal-firem elettroniċi, kif ukoll mid-dispożizzjonijiet stretti stipulati fl-Att L tal-2013 dwar is-sigurtà tal-informazzjoni elettronika tal-Istat u tal-gvernijiet lokali u leġiżlazzjoni relatata oħra.

Pereżempju, persuni li jikkomunikaw b’mezzi elettroniċi għandhom l-opportunità li jibagħtu s-sottomissjonijiet tagħhom lill-qorti kriptati bil-kodiċi ta’ kriptaġġ tagħhom stess flimkien mal-użu tal-kodiċi ta’ kriptaġġ rilaxxat mill-qorti. Il-kodiċi ta’ kriptaġġ jintbagħat lill-qorti bħala parti mis-sottomissjoni tal-persuna li tikkomunika b’mezzi elettroniċi u f’tali każijiet il-qorti tinnotifika d-dokumenti tal-qorti lill-persuna li tikkomunika b’mezzi elettroniċi b’mezz elettroniku kriptat bil-kodiċi ta’ kriptaġġ ta’ dik il-persuna.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Sottomissjoni ppreżentata b’mezzi elettroniċi lill-qorti trid tiġi ppreżentata b’tali mod li

  • il-firmatarju jkun żied il-firma elettronika kwalifikata tiegħu/tagħha jew il-firma jew is-siġill elettroniku avvanzat tiegħu/tagħha abbażi ta’ ċertifikat kwalifikat fid-dokument elettroniku u jkun għamillu timbru tal-ħin, fejn dan ikun meħtieġ mil-liġi,
  • il-firmatarju jawtentika d-dokument elettroniku bl-użu ta’ servizz ta’ awtentikazzjoni tad-dokument ibbażat fuq l-identità, jew
  • id-dokument elettroniku nħoloq fil-qafas ta’ servizz fejn il-fornitur tas-servizz ikun assenja d-dokument lill-persuna li tkun ħarġitu billi jidentifika l-emittent u l-assenjar lil tali persuna jkun ġie ċċertifikat b’mod awtentiku b’informazzjoni li tista’ b’mod ċar tkun intraċċata lejn firma b’idejn l-emittent jew fuq il-bażi ta’ tali informazzjoni, u l-fornitur tas-servizz ikun ħareġ ċertifikat li jkun assenja b’mod ċar id-dokument lill-persuna fi klawżola li tkun marbuta mad-dokument elettroniku u li ma tistax tinfired minnu u l-fornitur tas-servizz ikun żied mal-klawżola, u mad-dokument, tal-anqas siġill elettroniku avvanzat u tal-anqas timbru tal-ħin avvanzat.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Tariffi tal-qorti u t-tariffi pagabbli għal proċeduri huma l-istess kemm għall-proċedimenti bbażati fuq il-karta kif ukoll għal dawk elettroniċi.

Jekk hemm obbligu li titħallas tariffa, minbarra li tindika dan fl-applikazzjoni, l-entrata “Tariffa li trid titħallas” (fuq il-formola li trid tiġi sottomessa) trid timtela’ wkoll bl-ammont xieraq u mbagħad it-tariffa tista’ titħallas skont il-konferma tal-wasla rċevuta b’mod awtomatiku wara s-sottomissjoni tal-formola. It-tariffa tista’ titħallas permezz tas-Sistema Elettronika ta’ Ħlas u Saldu (‘Elektronikus Fizetési és Elszámolási Rendszer’ - EFER), li tippermetti t-twettiq ta’ obbligu ta’ ħlas fuq il-Portal tal-Ħlas Ġudizzjarju (‘Igazságügyi Fizetési Portál’) minn VPOS/interface għas-servizzi bankarji mid-dar. Metodu ieħor għall-ħlas tal-miżati huwa li t-tariffi jiġu trasferiti fil-kont tal-qorti reġjonali miżmuma mit-Teżor tal-Istat Ungeriż għal dan il-għan.

Fil-każ ta’ proċeduri għar-reġistrazzjoni ta’ kumpaniji (jew bidla fid-data ta’ kumpanija) it-tariffi għall-proċedura u l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni huma pagabbli, b’mezzi elettroniċi, qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (jew bidla tad-data), li tindika n-numru tal-fajl għall-ħlas tat-tariffi u l-ispejjeż, li tista’ titniżżel mis-sit web tas-Sistema tal-Informazzjoni għall-Kumpaniji. It-tariffi għandhom jitħallsu permezz ta’ trasferiment fil-kont tal-Qorti Kummerċjali miżmum għal dan l-għan mat-Teżor tal-Istat Ungeriż filwaqt li l-ispiża tal-pubblikazzjoni hija pagabbli lill-kont tat-teżor tal-Ministeru mmexxi mill-ministru tal-ġustizzja.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhuwiex teknikament possibbli li dokument jiġi rtirat ladarba jkun ġie sottomess. Il-proċedimenti jistgħu jitwaqqfu (jew applikazzjonijiet oħra jew appelli jiġu rtirati) strettament f’konformità mar-regoli tal-proċedura ċivili. Il-partijiet li jagħżlu proċedura elettronika għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-partijiet li jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom fuq karta.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

L-amministrazzjoni elettronika ma tiddependix fuq il-forma li r-rikorrent għażel sabiex iwettaq l-affarijiet tiegħu jew tagħha; minflok, din tiddependi fuq jekk il-konvenut ikunx meħtieġ iwettaq l-affarijiet tiegħu jew tagħha elettronikament. Jekk il-konvenut ikun persuna meħtieġa li twettaq l-affarijiet tagħha b’mod elettroniku skont il-Mistoqsija 2, bħala regola ġenerali, huwa jista’ jagħmel dikjarazzjoni dwar il-pretensjoni biss permezz tal-internet u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, inkella s-sottomissjoni tiegħu tkun invalida. F’każijiet oħra, il-konvenut jista’ liberament jagħżel jekk jixtieqx iwieġeb fuq karta jew b’mezzi elettroniċi. Jekk il-konvenut jagħżel li jipproċedi b’mezzi elettroniċi (is-sottomissjoni tad-dokumenti b’mezzi elettroniċi), għandu jikkomunika mal-qorti matul il-proċedura b’mezzi elettroniċi u l-qorti tinnotifika wkoll id-dokumenti kollha tal-qorti lil dik il-parti b’mezzi elettroniċi. Jekk parti li tipproċedi mingħajr rappreżentanza legali jew ir-rappreżentant tal-parti li ma jkunx jikkwalifika bħala rappreżentant legali jkunu ntrabtu li jikkomunikaw b’mod elettroniku mal-qorti, il-qorti tista’ tintalab wara sabiex tawtorizza tranżizzjoni għal proċedura bbażata fuq il-karta fl-istess ħin li titressaq sottomissjoni fuq il-karta. L-applikazzjoni trid turi li, minħabba bidliet fis-sitwazzjoni tal-parti jew tar-rappreżentant tagħha, it-tkomplija tal-proċedura b’mezzi elettroniċi tkun tirrappreżenta piż sproporzjonat.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

L-istess regoli japplikaw fi proċeduri elettroniċi u dawk ibbażati fuq il-karta.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ara r-risposti għall-Mistoqsijiet 9 u 10.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Jekk f’każ partikolari l-amministrazzjoni elettronika tkun obbligatorja għall-parti jew jekk il-parti tkun għażlet din il-forma ta’ amministrazzjoni, id-dokument u l-hemżiet tiegħu jridu jiġu sottomessi fuq formola standard - jekk tkun disponibbli - u l-formola li għandha tintuża f’dan il-każ ma tistax tiġi editjata. Jekk ma jkun hemm l-ebda formola standard disponibbli għal dokumenti jew hemżiet, il-partijiet għandhom jissottomettu tali dokumenti u hemżiet f’format li jikkorrispondi ma’ xi wieħed mill-formati tad-dokumenti approvati mill-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura u elenkati taħt il-Mistoqsija 4 skont ir-regoli deskritti hemm. (Eżenzjonijiet mill-obbligu li d-dokumenti jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi huma speċifikati fil-leġiżlazzjoni, għalhekk bħalissa huwa eżenzjoni mill-obbligu tas-sottomissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi l-każ fejn dokument ikollu jiġi ppreżentat u spezzjonat f’forma fuq karta fil-proċedura, li jista’ jseħħ b’mod partikolari jekk tiġi kkontestata l-awtentiċità ta’ dokument fuq karta.)

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva, dan huwa possibbli. Id-dokumenti tal-qorti jiġu nnotifikati mill-qorti b’mezzi elettroniċi lill-partijiet li jipproċedu b’mezzi elettroniċi fuq il-bażi tar-regoli deskritti fil-Mistoqsijiet 2 u 9. Id-dokumenti tal-qorti li jkunu ġew innotifikati b’mod elettroniku jintbagħtu lill-faċilità tal-ħżin tad-dokumenti online ta’ min ikun qed jibgħat id-dokument fil-client gateway, il-gateway uffiċjali jew il-gateway tal-kumpanija, fejn id-dokument ikun jista’ jiġi riċevut billi tinfetaħ il-ħolqa tal-internet li tindika d-dokument. Id-dokument jitqies li jkun ġie nnotifikat meta jinfetaħ u s-sistema tiġġenera rikonoxximent elettroniku tas-servizz li jintbagħat awtomatikament lill-qorti.

Il-posta notifikata fl-indirizz uffiċjali titqies li tkun ġiet notifikata fil-ħin indikat fuq ir-rikonoxximent ta’ rifjut anki jekk il-fornitur tas-servizz tal-indirizz uffiċjali jikkonferma li d-destinatarju rrifjuta l-kunsinna tal-posta jew fil-ħames jum tax-xogħol wara l-ħin indikat fit-tieni avviż jekk il-fornitur tas-servizz tal-indirizz uffiċjali jikkonferma li d-destinatarju ma jkunx ħa l-posta minkejja li jkun ġie nnotifikat darbtejn.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva, ara t-tweġiba għall-Mistoqsija 13.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Parti li hija obbligata tikkomunika b’mezzi elettroniċi jew li qabel tkun għażlet komunikazzjoni elettronika trid ukoll tippreżenta appell b’mezzi elettroniċi, filwaqt li kwalunkwe parti li tkun użat dokumenti bil-miktub sas-sottomissjoni tal-appell tista’ tagħmel tranżizzjoni lejn amministrazzjoni elettronika anki meta jiġi ppreżentat l-appell. Id-Deċiżjoni tal-qorti dwar l-appell tiġi nnotifikata wkoll b’mod elettroniku lil parti li tkun obbligata tikkomunika b’mezzi elettroniċi jew li tkun għażlet dan il-mezz ta’ komunikazzjoni, skont ir-regoli deskritti taħt il-Mistoqsija 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva, dan huwa possibbli. Jekk l-amministrazzjoni elettronika tkun obbligatorja skont il-liġi, il-ftuħ tal-proċedimenti b’dan il-mod naturalment huwa obbligatorju wkoll. Parti li ma tkunx suġġetta għal tali obbligu għandha wkoll id-dritt li tibda proċedimenti elettronikament; madankollu, hija għandha l-ewwel taċċetta bil-miktub it-termini u l-kondizzjonijiet tal-użu tas-sistema tan-notifika tal-Kamra Ungeriża tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

F’ċerti proċedimenti, bħal proċedimenti ta’ kumpaniji, iva.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Malta

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva tista’, b’dan pero, jiddependi quddiem liema qorti/tribunal ser jinbdew il-proċeduri.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-proċeduri li jistgħu jinbdew permezz ta’ applikazzjoni bl-internet huma is-segwenti:

  • Proċeduri quddiem it-Tribunal Ghal Talbiet Zghar;
  • Proċeduri quddiem Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva; u
  • Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha.

Ma hemmx proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Din il-faċilita’ hija disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgha, pero t-talba/rikors, tigi pproċessata fil-ħinijiet ta’ ftuħ tal-Qorti jiġifieri mid-9am sat- 3pm (mill-1 t’Ottubru sal-15 ta’ Gunju) u mit-8am sal-12pm (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru).  Jekk it-talba/rikors tkun ġiet ippreżentata barra dawn il-ħinijiet, din tiġi meqjusa bħala preżentata fil-ġurnata tax-xogħol sussegwenti fil-ħinijiet hawn fuq imsemmija.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

F’każ ta’ Talba fit-Tribunal Għal Talbiet Żgħar din issir billi timtela’ l-formola apposita li tinsab onlajn u fiha jimtlew id-dettalji kollha rikjesti sabiex tiġi sottomessa għall-ipproċessar.

F’każ ta’ Rikors quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, l-ewwel iridu jimtlew id-dettalji kif rikjest mill-eform u sussegwentement irid jiġi anness kopja skenjata tar-rikors fil-format kif provdut fil-Liġi flimkien mad-dokumenti, jekk ikun hemm.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trasferiment tad-dejta ssir b’mod encrypted u ż-żamma tagħha huwa regolat mill-politika tal-Gvern.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Biex tibda talba quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, mhux meħtieġ li tintuża xi tip ta’ firma elettronika.  Pero’ fir-rigward tar-risposta, risposta għall-kontro talba, u l-appell quddiem dan it-Tribunal, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress li wieħed irid jillogja bl-e-id tiegħu.

Fil-każ ta’ kawżi quddiem it-Tribunal Reviżjoni Amministrattiva u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress illi dan huwa servizz offrut biss lill-avukati u lill-prokuraturi legali wara li jkunu rreġistraw għal tali servizz permezz tal-e-id.

Fir-rigward tal-ħin, hekk kif it-talba/rikors jiġu sottomessi jiġi ġenerat il-ħin u d-data tas-sottomissjoni b’mod awtomatiku.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi relatati mall-att li jkun ġie ppreżenta onlajn, jitħallas onlajn ukoll. It-tariffi huma l-istess ħlas daqs li kieku qed jiġu ppreżentati mhux elettronikament.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Din ma tistgħax ssir onlajn, iżda l-persuna tkun trid tiġi personalment biex iċċedi l-kawża fir-reġistru tal-Qorti.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, is-servizz provdut għall-onlajn huwa biss biex tinbeda l-proċedura. S’issa għadu mhux possibbli li wiehed jirrispondi dawn it-tip ta’ proċeduri permezz tal-internet.

Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, apparti biex tinbeda il-kawża wiehed jista’ wkoll jippreżenta r-risposta, ir-risposta għall-kontro talba u l-appell onlajn.

M'huwiex obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, il-kawża tigi appuntata għas-smigħ.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, u la darba jkun għalaq iż-żmien għal dik ir-risposta l-kawża tiġi appuntata għas-smigħ.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Huwa possibbli li jitressqu d-dokumenti b’mod elettroniku meta dawn jiġu ppreżentati flimkien mat-talba oriġinali li tkun qed issir b’mod elettroniku wkoll.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Skont il-liġi Maltija, m'hijiex meħtiega notifika ta’ sentenzi.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Kull sentenza preliminari jew finali tinqara fil-miftuħ mill-Qorti u kopja tagħha tingħata lill-partijiet jew r-rappreżentant legali li jkunu preżenti għas-seduta, iżda wieħed jista’ jikseb kopja tas-sentenza b’mod elettroniku kif ser jiġi spjegat aktar ‘l isfel.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Appell permezz tal-internet huwa biss possibbli fil-kaz t’Appell minn deċiżjoni tat-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, pero s-sentenza ma tistgħax tiġi notifikata permezz tal-internet.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Dan m’huwiex possibli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJustice Services jipprovdi servizz ta’ deċiżjonijiet onlajn li huma aċċessibli mingħajr ħlas mir-rappreżentanti legali kif ukoll mill-pubbliku in ġenerali.

Apparti minn dan is-sit, il-professjonisti legali jistgħu jabbonaw permezz tal-e-id tagħhom, għas-servizz li jġib l-isem ta’ eCourts fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://ecourts.gov.mt/onlineservices fejn hawn hekk għandhom aċċess għall-każijiet, atti gudizzjarji u mandati

L-aħħar aġġornament: 12/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Olanda

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Mill-1 ta’ Settembru 2017, it-talbiet ċivili b’rappreżentanza legali obbligatorja (talbiet ta’ aktar minn EUR 25 000) li jitressqu quddiem il-qrati distrettwali tan-Netherlands Ċentrali u ta’ Gelderland għandhom isiru b’mod elettroniku (ara s-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak).

Mill-1 ta’ Ottubru 2019, il-proċedimenti elettroniċi huma possibbli biss f’każijiet li jitressqu elettronikament quddiem il-qrati distrettwali tan-Netherlands Ċentrali u ta’ Gelderland wara l-1 ta’ Settembru 2017. Mill-1 ta’ Ottubru 2019, il-każijiet ġodda ma jistgħux jitressqu aktar elettronikament quddiem dawk il-qrati.

L-amministraturi / ir-riċevituri jistgħu jissottomettu dikjarazzjonijiet ta’ kontijiet u trasferimenti b’mod elettroniku permezz tad-Digitaal loket kanton. Tista’ timtela dikjarazzjoni ta’ kontijiet u trasferimenti (sommarju ta’ dħul, spejjeż, assi, pretensjonijiet u dejn għas-sena preċedenti) billi jintuża l-formularju elettroniku u tintbagħat b’mod elettroniku lill-qorti sottodistrettwali, sakemm din tal-aħħar ma tiddeċidix mod ieħor. L-identifikazzjoni diġitali (kodiċi login tad-DigID) hija meħtieġa għas-sottomissjoni tal-formularju.

Minn Novembru 2017, l-amministraturi professjonali ġew mitluba li jikkomunikaw mal-qrati b’mod elettroniku rigward każijiet amministrattivi. Dan l-approċċ elettroniku qed jiġi implementat b’mod gradwali fuq bażi ta’ uffiċċju wieħed wara l-ieħor (ara s-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak).

Għall-Qorti Suprema (Hoge Raad), l-appelli ta’ kassazzjoni dwar il-każijiet ta’ ċitazzjonijiet ċivili jridu dejjem jiġu ppreżentati b’mod elettroniku (ara s-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHoge Raad der Nederlanden).

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Bejn l-1 ta’ Settembru 2017 u l-1 ta’ Ottubru 2019, il-proċedimenti elettroniċi kienu obbligatorji għat-talbiet ċivili b’rappreżentanza ġuridika obbligatorja miġjuba quddiem il-qrati distrettwali tan-Netherlands Ċentrali u ta’ Gelderland. Mhuwiex possibbli li jinġiebu kawżi quddiem qrati oħra permezz ta’ mezzi elettroniċi. Bħala regola, il-każijiet miġjuba fil-perjodu msemmi aktar ’il fuq quddiem il-qrati distrettwali tan-Netherlands Ċentrali u ta’ Gelderland se jiġu konklużi b’mod elettroniku. (Ara wkoll il-paragrafi 3-16.)

Il-Ġudikatura Olandiża (de Rechtspraak) qed taħdem biex tipprovdi aċċess diġitali għall-każijiet ċivili. Ir-rapporti dwar il-progress se jkunu disponibbli fuq is-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Għal talbiet ċivili b’rappreżentanza legali obbligatorja miġjuba quddiem il-qrati distrettwali tan-Netherlands Ċentrali u ta’ Gelderland fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2 hawn fuq, il-proċedimenti elettroniċi huma disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Il-helpdesk tal-Ġudikatura (rechtsspraakservicecentrum) jista’ jiġi aċċessat b’mod elettroniku u bit-telefon bejn it-8:00 u t-20:00.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Iva, il-kawża tinbeda billi jiġi ppreżentat dokument oriġinarju (procesinleiding) permezz tal-portal web tal-Ġudikatura.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Ara r-regoli ta’ proċedura fuq is-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Iva, l-identifikazzjoni elettronika hija meħtieġa għall-preżentazzjoni tad-dokumenti. L-avukati jużaw il-pass tagħhom bħala avukati għal dan il-għan, filwaqt li l-għażliet disponibbli għaċ-ċittadini jinkludu l-użu tal-kodiċi tal-login DigID jew l-ID elettronika (negozji) tagħhom. Il-liġi tiddikjara liema mezzi ta’ identifikazzjoni huma permessi.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi tal-qrati jitħallsu fil-proċedimenti kollha. L-avukati jżommu kont kurrenti mas-sistema ġudizzjarja. Fil-każ tal-proċeduri elettroniċi, it-tariffi tal-qrati jitħallsu b’mod elettroniku. Fin-nuqqas ta’ ħlas, ma jkunx jista’ jsir progress (ulterjuri) fil-bidu tal-proċeduri.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, il-liġi u r-regoli ta’ proċedura tas-sistema ġudizzjarja jistipulaw kif għandha tiġi rtirata t-talba.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva, jekk tapplika l-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri elettroniċi, il-konvenut ikun jista’ jirrispondi online. Jekk il-konvenut ikollu avukat, ir-risposta trid tingħata online. Jekk il-konvenut ikollu d-dritt li jaġixxi għan-nom tiegħu stess, ikun permess ukoll li r-risposta tingħata bil-miktub.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Il-proċeduri elettroniċi jitmexxew kompletament online. Il-konvenut jirċievi notifika bil-posta elettronika ta’ kull dokument ġdid li jiġi ddepożitat fil-fajl tal-kawżi elettroniċi. Il-konvenuti jistgħu jżidu d-dokumenti tagħhom u jikkonsultaw il-kawża tagħhom b’mod elettroniku. Is-sentenza tal-qorti tiġi kkomunikata b’mod elettroniku.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk il-kawża tkun ġiet innotifikata b’mod korrett lill-parti l-oħra, il-kawża tkun tista’ tiġi ġġudikata b’kontumaċja għan-nuqqas ta’ dehra. Il-parti l-oħra tiġi infurmata dwar il-passi proċedurali bil-miktub.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1. Il-preżentazzjoni tal-messaġġi u tad-dokumenti bil-posta elettronika mhijiex permessa billi ma tistax tiġi garantita sigurtà adegwata.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le, id-dokumenti ġudizzjarji ma jistgħux jiġu nnotifikati permezz tal-internet. Madankollu, ħafna sentenzi jiġu ppubblikati fuq is-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak u jiġu assenjati numru ECLI, li jippermettilhom jiġu rkuprati faċilment. Il-president tas-seduta ġeneralment jiddeċiedi jekk is-sentenza għandhiex titqiegħed fuq is-sit web imsemmi qabel. Mhux is-sentenzi kollha għandhom jitqiegħdu fuq l-internet - dawk biss għażla b’rilevanza ġudizzjarja jew li fihom hemm interess sinifikanti (mill-midja) jitqiegħdu fuq is-sit.

L-ismijiet tal-persuni li jidhru f’sentenza huma anonimizzati għal raġunijiet ta’ privatezza. In-negozji u l-individwi involuti fil-qorti f’kapaċità professjonali mhumiex anonimizzati.

F’każijiet fejn il-proċedimenti jistgħu jew iridu jkunu elettroniċi, is-sentenza titqiegħed fil-fajl tal-kawżi elettroniċi. B’dan il-mod, is-sentenza tiġi nnotifikata lill-partijiet.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le, il-pubblikazzjoni fuq l-internet issir wara n-notifika lill-partijiet u, għalhekk, wara d-data tas-sentenza. Ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 13.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le, mhuwiex possibbli li jsir appell b’mod elettroniku. Biss fi proċedimenti in kontumaċja li jitmexxu b’mod elettroniku tista’ oġġezzjoni tiġi nnotifikata permezz ta’ mezzi elettroniċi.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le, fi proċedimenti li jitmexxu b’mod elettroniku, l-avukati biss jistgħu jikkonsultaw id-dokumenti tal-kawża fi kwalunkwe ħin.

Xi formoli jistgħu jitniżżlu mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak f’format pdf, iżda dawn id-dokumenti jridu jintbagħtu wkoll bil-posta ordinarja lill-qrati sabiex jiġu inklużi fil-proċedimenti. Dawn id-dokumenti jinkludu formoli għas-separazzjoni tal-proprjetà u d-diviżjoni tal-pensjoni tal-irtirar, formoli għall-modifika tal-awtorità tal-ġenituri, it-tutela ta’ adult, l-amministrazzjoni fiduċjarja ta’ proprjetà u mentoraġġ, formoli ta’ dikjarazzjoni għall-esperti u l-interpreti, formoli ta’ insolvenza, formoli għall-ordni Ewropea għall-proċeduri ta’ ħlas, formoli għall-proċeduri għal talbiet żgħar Ewropej u formoli tal-ilmenti fi proċedimenti ta’ appell.

L-informazzjoni li tista’ tkun rilevanti fi proċedimenti legali, kif ukoll l-informazzjoni li tiggarantixxi l-indipendenza tal-imħallfin tiġi rreġistrata ċentralment u hija disponibbli online għall-pubbliku ġenerali permezz tas-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDe Rechtspraak. Is-segwenti jistgħu jiġu kkonsultati online: ir-Reġistru Ċentrali tat-Tutela tal-Adulti (Centraal Curateleregister), ir-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza (Centraal Insolventieregister), ir-reġistru tal-proprjetà matrimonjali (huwelijksgoederenregister) u r-reġistru ta’ karigi addizzjonali okkupati mill-ġudikatura (register met nevenfuncties Rechterlijke Macht).

L-aħħar aġġornament: 09/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Awstrija

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, il-proċedimenti tal-qorti ġudizzjarji jistgħu jinbdew fuq l-internet permezz tal-pjattaforma “Servizz Elettroniku Legali” (Elektronischen Rechtsverkehrs - ERV). Madankollu, wieħed irid ikun irreġistrat ma’ wieħed mill-mezzi possibbli għat-trażmissjoni (clearing houses) li jgħaddu d-data lis-sistema ġudizzjarja. Din ir-reġistrazzjoni hija soġġetta għal tariffa. Hemm tariffa bażi ta’ madwar EUR 20,00 fix-xahar kif ukoll tariffa ta’ madwar 30 ċenteżmu għal kull trażmissjoni. L-ispiża ta’ ittra rreġistrata fl-Awstrija hija ta’ madwar EUR 3,00.

Barra minn hekk, it-trażmissjoni elettronika tipprovdi servizz ta’ uploads bla ħlas bl-użu tal-kard taċ-ċittadini, li, b’differenza mill-ERV, tippermetti biss servizzi f’direzzjoni waħda.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-pjattaforma ERV tippermetti l-komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni fuq naħa waħda u l-partijiet fuq in-naħa l-oħra, fuq l-istess livell bħal fil-forma stampata. Din tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ proċeduri. Proċedimenti li jridu jiġu mnedija esklussivament fuq l-internet mhumiex disponibbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Is-servizz huwa disponibbli sebat ijiem fil-ġimgħa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux ir-raġunijiet għat-talba biss, iżda d-data proċedurali kollha, li għandha tiġi speċifikata fit-talba, trid tiġi trasmessa fi struttura XML speċifikata (jew bħala anness ta’ PDF ma’ din l-istruttura).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trażmissjoni tad-data permezz tal-pjattaforma ERV hija protetta mill-protokoll https. L-awtentikazzjoni tal-partijiet kollha involuti trid tkun awtentikata miċ-ċertifikati. Il-Komunikazzjoni bejn is-servers hija bbażata wkoll fuq ċertifikat. Il-ħtieġa għall-utenti li jrreġistraw permezz ta’ punt ta’ aċċess (ara l-punt 1 hawn fuq) tipprovdi sigurtà addizzjonali.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ara l-punt 5 hawn fuq (ċertifikati). Ma hemm bżonn ta’ ebda firma elettronika. Għall-entrati fir-reġistru tal-artijiet biss, jeżisti servizz ċentrali tal-ittimbrar tal-ħin. Fil-każ ta’ entrata valida, din tiġi kkonfermata permezz ta’ timbru bil-ħin tas-servizz ċentrali tas-sistema ġudizzjarja.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi tal-qorti għas-sottomissjonijiet elettroniċi jitħallsu permezz ta’ direct debit. Ġeneralment, it-tariffi mitluba għall-ipproċessar elettroniku huma l-istess bħal dawk mitluba għal proċedimenti li jsiru fuq il-karta. F’ċerti każijiet, hemm tnaqqis ta’ tariffi għall-ipproċessar elettroniku.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Hawnhekk ukoll, ma hemm l-ebda differenza bejn proċeduri elettroniċi u mhux elettroniċi. Ir-regoli tal-liġi tal-proċedura ċivili japplikaw bl-istess mod għall-proċedimenti li jsiru permezz tal-pjattaforma ERV. It-talbiet jistgħu jiġu rtirati b’mezzi elettroniċi, anki jekk ma jiġux ippreżentati elettronikament.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva, l-internet jista’ jintuża wkoll għad-difiża tat-talbiet preżentati, tal-appelli eċċ. B’mod ġenerali, l-użu tal-pjattaforma ERV mhuwiex obbligatorju; madankollu, l-avukati, in-nutara, il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali, l-Aġenzija Finanzjarja Federali u l-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati huma obbligati li jużaw il-pjattaforma ERV.

L-esperti u l-interpreti huma obbligati, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jużaw il-pjattaforma l-ERV.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ir-regoli tal-liġi tal-proċedura ċivili japplikaw bl-istess mod għall-proċedimenti li jsiru permezz tal-pjattaforma ERV.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ir-regoli tal-liġi tal-proċedura ċivili japplikaw bl-istess mod għall-proċedimenti li jsiru permezz tal-pjattaforma ERV.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva, it-tipi kollha ta’ dokumenti jistgħu jitressqu quddiem il-qorti permezz tal-pjattaforma ERV. L-atti oriġinali jistgħu jintbagħtu elettronikament anki fi proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistru tal-kumpaniji.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva, permezz tal-pjattaforma ERV.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva, permezz tal-pjattaforma ERV.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, permezz tal-pjattaforma ERV.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva, permezz tal-pjattaforma ERV.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva, il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru kummerċjali rilevanti tal-proċedimenti ċivili u ta’ infurzar kollha online permezz ta’ kmamar tal-ikklerjar, iżda biss f’dak li għandu x’jaqsam mal-każijiet tagħhom. Il-verifika ta' drittijiet ta' spezzjoni għandha ssir permezz ta’ kodiċi ta’ indirizz uniku, assenjat lil kull persuna awtorizzata.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Polonja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Huwa possibbli li tinbeda proċedura magħrufa bħala proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas (elektroniczne postępowanie upominawcze, EPU) permezz tal-internet. L-ewwel stadju ta’ din il-proċedura jitmexxa mingħajr il-parteċipazzjoni tad-debitur. Id-debituri jistgħu jiddefendu ruħhom biss wara li tkun inħarġet l-ordni għall-ħlas u ġiet innotifikata lilhom.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Tista’ tinbeda proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas f’każijiet li jikkonċernaw talbiet monetarji, irrispettivament mill-valur tas-suġġett tat-tilwima.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Dikjarazzjoni ta’ talba fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas tista’ tiġi ddepożitata mal-e-court (e-sąd) fi kwalunkwe ħin.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Softwer speċjalizzat maħluq għall-e-court jikkonverti awtomatikament il-fajl testwali li jkun fih id-dikjarazzjoni tat-talba fil-format u l-istruttura tad-data meħtieġa mill-e-court.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Id-data tiġi żgurata permezz ta’ numru ta’ soluzzjonijiet tal-IT avvanzati, inkluża s-sistema CAPTCHA (Test tat-Turing Pubbliku Kompletament Awtomatizzat li Jiddistingwi bejn il-Kompjuters u l-Bnedmin “Completely Automated Public Turing test to tell Computers and Humans Apart”). CAPTCHA hija tip ta’ teknoloġija li tintuża bħala karatteristika tas-sigurtà tas-siti web, li tippermetti biss li tiġi trażmessa d-data mdaħħla mill-bnedmin. F’dan il-każ, il-CAPTCHA jipproteġi l-portal web kontra l-ħolqien ta’ kontijiet minn magni. Is-sistema tivverifika dan billi titlob lill-utent jittajpja t-test muri fi stampa. It-test ikun imgerfex b’mod intenzjonali, sabiex ma jkunx jista’ jinqara bl-użu tat-teknoloġija OCR (Rikonoxximent Ottiku tal-Karattri, Optical Character Recognition) sett ta’ teknoloġiji jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasoftwer li jintuża sabiex jirrikonoxxi l-karattri u testi sħaħ f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafajl tal-kompjuter f’forma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagrafika jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaraster), iżda xorta jkun leġibbli biżżejjed għall-bnedmin. Il-kodiċi li jinqara mill-istampa għandu jiġi ttajpjat fl-ispazju bl-użu ta’ ittri minuskoli jew kapitali.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Trid tintuża firma elettronika sabiex jiġu ffirmati d-dikjarazzjonijiet tat-talbiet u tat-trattazzjonijiet fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas. Jistgħu jintużaw it-tipi ta’ firma li ġejjin:

(a) Firma elettronika ordinarja li tista’ tinkiseb mis-sit web tal-EPU mingħajr ħlas.
Qabel isir dan, l-ewwel trid toħloq kont. Ladarba l-kont ikun ġie attivat, għandek tapplika għal ċertifikat li jinħareġ miċ-Ċentru ta’ Ċertifikazzjoni tal-EPU u mbagħad tistenna għal konferma li ċ-ċertifikat inħareġ (madwar sagħtejn). Imbagħad trid tniżżel iċ-ċertifikat. Sabiex iċ-ċertifikat jiġi installat b’mod korrett fis-sistema operattiva, għandek bżonn password taċ-ċertifikat. Il-password jintbagħat permezz tal-posta elettronika. Jekk titlef iċ-ċertifikat wara li tniżżlu, trid tiġġenera applikazzjoni oħra għal ċertifikat. Firma elettronika ordinarja tista’ tintuża biss fil-proċeduri elettroniċi. Iċ-ċertifikat għal firma elettronika ordinarja huwa validu għal sena waħda.

(b) Firma elettronika kwalifikata. Wara li tirreġistra kont ta’ utent, awtomatikament tkun tista’ tuża firma elettronika kwalifikata. Madankollu, l-ewwel trid tikseb firma elettronika kwalifikata waħdek.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Tariffa tal-qorti dovuta fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas tista’ titħallas biss bl-użu ta’ mezzi elettroniċi, permezz ta’ fornitur ta’ servizz ta’ ħlas. Hija tammonta għal kwart (¼) tat-tariffa pagabbli fi proċedura tradizzjonali permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-pretendent jista’ jirtira d-dikjarazzjoni tat-talba sakemm il-proċedura tiġi konkluża b’deċiżjoni finali. Għaldaqstant, trid tiġi ppreżentata trattazzjoni.

Tali trattazzjoni għandha tinkludi d-dikjarazzjoni tal-irtirar tat-talba mill-pretendent u tispeċifika n-numru tal-kont tal-bank. Il-pretendent jista’ jirtira d-dikjarazzjoni tat-talba kollha kemm hi – f’dan il-każ, il-pretendent jirrinunzja għall-protezzjoni legali tat-talbiet kollha (fl-ammonti sħaħ tagħhom) imsemmija fid-dikjarazzjoni tat-talba. Dikjarazzjoni tat-talba tista’ tiġi rtirata wkoll parzjalment biss, magħruf bħala l-irtirar parzjali ta’ talba. Meta jirtira d-dikjarazzjoni tat-talba, il-pretendent jista’ fl-istess ħin jirrinunzja għat-talba segwita. It-trattazzjoni li tirtira d-dikjarazzjoni tat-talba trid tispeċifika numru ta’ kont tal-bank għar-ripagament tat-tariffa tal-qorti. It-tariffa tal-qorti titħallas lura jekk id-dikjarazzjoni tat-talba tiġi rtirata qabel tinħareġ l-ordni għall-ħlas.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-konvenut ma jkunx jista’ jwieġeb permezz tal-internet. L-ewwel dokument li jrid jiġi nnotifikat lill-konvenut fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas huwa ordni għall-ħlas. Il-konvenut jista’ jappella kontriha billi jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni (f’forma tradizzjonali jew elettronika).

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-konvenut ma jkunx jista’ jwieġeb għad-dikjarazzjoni tat-talba. L-unika forma ta’ appell kontra l-ordni għall-ħlas hija permezz tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-qorti (f’forma tradizzjonali jew elettronika). F’dak il-każ, l-ordni għall-ħlas titlef il-forza tagħha u ma jkollha ebda effett legali. Il-kwistjoni tiġi rinvijata mill-e-court lill-qorti fil-ġurisdizzjoni territorjali fejn il-konvenut huwa domiċiljat u jinstema’ fi proċedimenti oħrajn.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ordni għall-ħlas maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas issir finali ġimgħatejn wara li tiġi nnotifikata lill-konvenut. Ordni finali għall-ħlas maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas u inkluża fis-sistema tal-IT ikun mandat ta’ eżekuzzjoni. Ordni għall-ħlas maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas tiġi ddikjarata infurzabbli mill-qorti permezz ta’ titolu elettroniku li jista’ jkun infurzat.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, id-dokumenti ma jistgħux jiġu mehmuża mat-trattazzjonijiet ippreżentati permezz ta’ mezzi elettroniċi.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-proċess tal-qorti jiġi nnotifikat lill-pretendent permezz ta’ mezzi elettroniċi. Malli tinbeda l-proċedura permezz tal-iddepożitar ta’ dikjarazzjoni ta’ talba permezz tas-sit web tal-e-court, il-pretendenti jiksbu aċċess għal taqsima ddedikata tas-sit web tal-e-court, li tippermettilhom jirċievu korrispondenza mill-qorti. Il-proċess tal-qorti jiġi nnotifikat lill-pretendent permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data li tappoġġja l-proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas (notifika elettronika tal-proċess tal-qorti). Il-proċess tal-qorti jiġi nnotifikat lill-konvenut b’mod elettroniku biss jekk il-konvenut ikun qabel ma’ din il-forma ta’ notifika tal-proċess tal-qorti.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji huma elettroniċi.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas biss.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Jekk it-titolu li jista’ jkun infurzat ikopri deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, rikors għall-bidu tal-proċedimenti ta’ infurzar jista’ jiġi ppreżentat permezz ta’ mezzi elettroniċi.
Dan irid jiġi ppreżentat permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data li tappoġġja l-proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Matul proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-partijiet ikollhom aċċess sħiħ għall-fajls tal-proċedura mmexxija fil-kawża tagħhom. Tali aċċess jiġi pprovdut permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data li tappoġġja l-proċedura. Huwa possibbli wkoll li jiġu stampati d-dokumenti aċċessibbli. Dan mhuwiex possibbli fi proċeduri oħrajn għajr il-proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 01/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Proċessar Awtomatiku - Portugall

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, fil-Portugall huwa possibbli li tressaq proċedimenti ġudizzjarji permezz tal-internet, u nħolqu applikazzjonijiet tal-IT speċifiċi għal dan l-iskop: il-Pjattaforma Citius u l-Pjattaforma għall-Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju.

Citius

Fil-prinċipju, fil-proċedimenti ċivili, huwa possibbli li jiġu ppreżentati sottomissjonijiet u dokumenti elettronikament permezz tal-pjattaforma Citius fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.citius.mj.pt/portal/default.aspx, f’konformità mal-proċeduri u l-istruzzjonijiet stabbiliti hemmhekk.

Il-pjattaforma Citius tipprovdi moduli speċifiċi għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-uffiċjali tal-qorti biex jipproċessaw il-proċedimenti u jippreżentaw dokumenti formali, u għar-rappreżentanti legali biex jippreżentaw dokumenti formali u jikkonsultaw il-proċedimenti (l-Artikolu 3 tal-Ordni Ministerjali ta’ Implimentazzjoni (Portaria) Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Biex jingħataw l-aċċess, l-avukati (advogados), l-avukati apprendisti (advogados estagiários) u l-konsulenti legali (solicitadores) jenħtieġ li jirreġistraw mal-entità responsabbli għall-ġestjoni tal-aċċess għas-sistema. L-aċċess huwa bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-assoċjazzjonijiet professjonali rilevanti fir-rigward tal-validità tar-reġistrazzjoni tal-membri (l-Artikolu 5(2) tal-Ordni Ministerjali ta’ Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Wara r-reġistrazzjoni, tinħareġ informazzjoni sigrieta, personali u mhux trasferibbli li tippermetti l-aċċess għaż-żona ristretta tal-pjattaforma (l-Artikolu 5(3) tal-Ordni Ministerjali ta’ Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://citius.tribunaisnet.mj.pt/habilus/myhabilus/login.aspx

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

Fir-rigward tas-suċċessjoni, mit-2 ta’ Settembru 2013, f’każijiet fejn il-proċedimenti ta’ wirt għall-qsim ta’ assi jkunu kontenzjużi, il-partijiet interessati jistgħu jagħżlu l-uffiċċju tan-nutar fejn jixtiequ jiftħu proċeduri ta’ inventarju, sakemm ikun hemm konnessjoni rilevanti mal-qsim tal-assi abbażi tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni, il-post tal-maġġoranza tal-proprjetajiet jew stabbilimenti kummerċjali li jiffurmaw parti mill-wirt jew il-post ta’ residenza tal-maġġoranza tal-partijiet interessati diretti fl-imsemmi qsim tal-assi (l-Artikolu 1(2) tal-Qafas Legali għall-Inventarju Notarili, ippubblikat fl-Anness tal-Liġi Nru 117/2019 tat-13 ta’ Settembru 2019). Il-proċedimenti jiġu rinvijati quddiem il-qorti f’ċerti stadji sabiex l-imħallef jagħti deċiżjoni, inkluż biex jikkonferma l-qsim tal-assi (l-Artikolu 5 tal-Qafas Legali għall-Inventarju Notarili, ippubblikat fl-Anness tal-Liġi Nru 117/2019 tat-13 ta’ Settembru 2019).

Nota: Il-Liġi Nru 117/2019 tat-13 ta’ Settembru 2019 li ħassret espressament il-Liġi Nru 23/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 (il-Liġi li tapprova il-Qafas Legali dwar l-Inventarju). Madankollu, il-qafas legali dwar il-proċedimenti tal-inventarju, approvat fl-anness tal-Liġi Nru 23/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013, għadu japplika għal proċedimenti tal-inventarju li, fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 117/2009 tat-13 ta’ Settembru 2009, kienu pendenti quddiem in-nutara, li jiġu pproċessati f’konformità mal-imsemmi qafas (l-Artikolu 11(2) u (3) tal-Liġi Nru 117/2009 tat-13 ta’ Settembru 2009).

Preferibbilment il-proċedimenti tal-inventarju għandhom jiġu ttrattati b’mod elettroniku, min-nutara permezz ta’ mezzi elettroniċi, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013 f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.inventarios.pt/

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Citius

Bħala regola, il-proċedimenti legali kollha, jiġifieri l-azzjonijiet prinċipali, il-miżuri kawtelatorji, il-proċedimenti anċillari, in-notifiki ġudizzjarji individwali u kwalunkwe proċedimenti oħra, sew jekk konġunti kif ukoll jekk awtonomi, inklużi l-appelli, issa huma elettroniċi u jiġu pproċessati fis-Citius (l-Artikolu 1 tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Għal każijiet imressqin quddiem il-qrati, il-pjattaforma Citius tippermetti l-ftuħ u l-ipproċessar ta’:

a) kawżi dikjaratorji ċivili, miżuri kawtelatorji u notifiki ġudizzjarji individwali, bl-eċċezzjoni ta’ proċedimenti għall-protezzjoni tat-tfal u talbiet għad-danni ċivili jew proċedimenti ta’ eżekuzzjoni ċivili ippreżentati fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali;

b) il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni ċivili u l-proċedimenti anċillari kollha konġunti mal-eżekuzzjoni (f’dan il-każ, il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, flimkien mal-istampar ta’ kwalunkwe dokument meqjus bħala essenzjali, għandhom isiru biss ladarba l-qorti tkun irċeviet rikors jew informazzjoni li teħtieġ l-intervent tagħha).

L-istess japplika għal proċedimenti ta’ ordni ta’ ħlas. Ara wkoll l-iskeda informattiva rilevanti.

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

Il-preżentata tat-talba għall-inventarju lin-nutar, kwalunkwe kontestazzjoni, u l-azzjonijiet sussegwenti kollha jridu jsiru, kull meta jkun possibbli, permezz tal-Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju (l-Artikolu 2(2) tal-Qafas Legali għall-Inventarju Notarili, ippubblikat f’anness tal-Liġi Nru 117/2019 tat-13 ta’ Settembru 2019).

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Bħala regola, is-servizzi deskritti huma disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Citius

Is-sottomissjonijiet għandhom jiġu ppreżentati billi jimtlew il-formoli li jinsabu fil-paġna web imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 1, li magħhom għandhom jiġu annessi:

a) fajls b’informazzjoni oħra meħtieġa skont il-liġi, il-kontenut materjali tas-sottomissjoni u informazzjoni oħra meqjusa bħala rilevanti mir-rappreżentant legali u li ma tidħolx fil-kaxxi l-oħra tal-formola (l-Artikolu 6(1)(a) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013);

b) individwalment, id-dokumenti li jridu jakkumpanjaw is-sottomissjoni (l-Artikolu 6(1)(b) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Meta s-sottomissjonijiet u d-dokumenti jiġu ppreżentati b’dan il-mod, iridu jiġu ffirmati diġitalment fil-pjattaforma Citius bl-użu ta’ ċertifikat ta’ firma elettronika li tiggarantixxi b’mod permanenti l-istatus professjonali tal-firmatarju (l-Artikolu 6(3) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Il-fajls u d-dokumenti jridu jkunu fil-Portable Document Format (.pdf), preferibbilment fil-verżjoni PDF/A u, fil-każ ta’ dokumenti miktuba, ikun fihom kontenut li jista’ jitfittex (l-Artikolu 8(a) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Fir-rigward ta’ ordnijiet għal proċedimenti ta’ ħlas, il-fajls għandhom ikunu f’extensive markup language (.xml), li l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu jistgħu jinstabu f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.citius.mj.pt/portal/consultas/injuncoes/injunformato.aspx

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

Rikors għal proċedimenti tal-inventarju jista’ jiġi ppreżentat:

a) mill-parti interessata jew mir-rappreżentant legali, billi timtela l-formola elettronika għall-ftuħ tal-proċedimenti tal-inventarju pprovduti fil-pjattaforma, u jiġu annessi d-dokumenti rilevanti f’konformità mal-proċeduri u l-istruzzjonijiet mogħtija (l-Artikolu 5(1)(a) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013);
b) mill-parti interessata fl-uffiċċju tan-nutar, fuq kopja stampata, billi jiġi sottomess il-mudell tar-rikors għall-inventarju previst fl-Artikolu preċedenti, flimkien mad-dokumenti rilevanti (l-Artikolu 5(1)(b) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

L-aċċess għas-sit web imsemmi aktar ’il fuq jinkiseb permezz ta’ ċertifikazzjoni elettronika kif ġej:

a) miċ-ċittadini, permezz taċ-ċertifikat diġitali inkorporat fil-karti tal-identità tagħhom (l-Artikolu 2(4)(a) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013);
b) minn avukati u konsulenti legali permezz taċ-ċertifikat diġitali li jikkonferma l-istatus professjonali tagħhom (l-Artikolu 2(4)(b) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Nota: In-Nutara għandhom kompetenza li jwettqu proċedimenti tal-inventarju b’konsegwenza ta’ mewt jew xoljiment tal-assi matrimonjali taħt reġim ġuriżdizzjonali funzjonali kontestwalment mal-qrati. Il-proċedimenti jistgħu jinfetħu quddiem il-qorti jew fl-uffiċċji tan-nutara, kif deċiż mir-rikorrent jew kif maqbul bejn il-partijiet involuti (l-Artikolu 1083(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili , kif emendat bil-Liġi Nru 117/2019 tat-13 ta’ Awwissu 2019). Madankollu, jekk il-parti ma jkollhiex kapaċità ġuridika, tkun persuna adulta akkumpanjata jew assenti, jew meta l-inventarju jiddependi fuq proċedimenti legali oħrajn, il-proċedimenti jridu bilfors jiġu ppreżentati quddiem il-qorti. Fl-inventarji notarili, in-nutara jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom permezz tad-diviżjoni funzjonali tal-kompiti mal-Imħallef u huma responsabbli sabiex iwettqu jew jiġġestixxu l-proċedimenti u jiddeċiedu dwar it-tilwim dikjaratorju u l-punti inċidentali mqajma. L-Imħallef huwa responsabbli sabiex jagħti deċiżjoni li tikkonferma l-qsim tal-assi, sabiex jagħti deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ippreżentati min-nutar lill-qrati, u sabiex jieħu konjizzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni mressqa kontra d-deċiżjonijiet tan-nutar.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Id-data personali miġbura mill-qrati fit-twettiq tal-funzjonijiet legali hija pproċessata mill-pjattaforma tal-IT Citius, maħluqa u ġestita mill-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastruttura tal-Ġustizzja, I.P., (Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça, I.P.) (“IGFEJ, I.P.”), taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jaġixxi bħala l-proċessur tal-ogħla korp fis-sistema legali, jiġifieri, il-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (f’konformità mal-Artikoli 4, 8 u 28 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)).

L-IGFEJ, I.P. huwa meħtieġ li jiggarantixxi li l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa kollha jiġu implimentati biex jiġi żgurat li d-data tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament u li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jkunu protetti, kif indikat mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura li ħatar lill-Imħallef bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-data.

Min-naħa l-oħra, f’konformità mal-Artikolu 37 tal-GDPR, il-Ministeru għall-Ġustizzja ħatar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data wieħed għall-korpi taħt ir-responsabbiltà tagħhom, inkluż l-IGFEJ, I.P. (vide Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni Leġiżlattiva Nru 5643/2018 tas-7 ta’ Ġunju 2018).

Hija r-responsabbiltà tal-imħallef tal-kawża biex jiddeċiedi dwar l-aċċess għad-data personali u t-trażmissjoni tagħha f’kawżi ġudizzjarji. L-imħallef tal-kawża għandu jieħu din id-deċiżjoni f’konformità mal-liġijiet proċedurali applikabbli għall-kawża speċifika u f’konformità mal-GDPR, kif ġej: l-ipproċessar tad-data personali mill-qrati jippermetti li l-applikazzjoni tar-Regolament tkun ristretta għal operazzjonijiet speċifiċi u għall-proċeduri li għandhom jiġu segwiti (l-Artikolu 23(1)(d) u (f) tal-GDPR); l-awtorità tal-kontroll ma tistax tikkontrolla operazzjonijiet ta’ proċessar imwettqa mill-qrati fit-twettiq ta’ dmirijiet legali (limitazzjoni stabbilita fl-Artikolu 55(3) tal-GDPR). Il-proċess tal-appelli previst fil-liġi proċedurali nazzjonali għandu japplika għal deċiżjonijiet legali dwar il-kwistjoni.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Citius

Is-sottomissjonijiet u d-dokumenti ppreżentati mir-rappreżentanti legali jridu jkunu ffirmati diġitalment bl-użu ta’ ċertifikat ta’ firma elettronika li tiggarantixxi b’mod permanenti l-identità u l-istatus professjonali tal-firmatarju (l-Artikolu 6(3) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Il-pjattaforma Citius tiżgura:

a) ċertifikazzjoni tad-data u l-ħin tal-konsenja (l-Artikolu 13(a) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

b) li l-mittent jiġi pprovdut b’kopja tas-sottomissjoni u tad-dokumenti ppreżentati bid-data u l-ħin tal-konsenja ċċertifikata mehmuża (l-Artikolu 13(b) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

c) li, jekk ma jkunux jistgħu jiġu rċevuti, jintbagħat messaġġ lill-mittent li jinfurmah li ma kienx possibbli li s-sottomissjoni jew id-dokumenti jiġu ppreżentati permezz tal-pjattaforma (l-Artikolu 13(c) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

L-imħallfin u l-prosekuturi pubbliċi dejjem jippreżentaw id-dokumenti formali b’mod elettroniku permezz tas-sistema tal-IT Citius, b’firma elettronika kkwalifikata jew avvanzata mehmuża (l-Artikolu 19 tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

F’kawżi li ma jkunux jeħtieġu rappreżentanza legali, u meta l-parti ma jkollhiex avukat, is-sottomissjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fil-qorti b’wieħed mill-modi li ġejjin (l-Artikolu 144(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili):

a) b’konsenja fiżika lill-iskrivan tal-qorti, bid-data tal-konsenja tgħodd bħala d-data tal-preżentata tas-sottomissjonijiet (l-Artikolu 144(7)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);

b) bil-posta rreġistrata, bid-data tar-reġistrazzjoni postali tgħodd bħala d-data tal-preżentata tas-sottomissjonijiet (l-Artikolu 144(7)(b) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili);

c) bil-faks, bid-data meta jintbagħtu d-dokumenti tgħodd bħala d-data tal-preżentata tas-sottomissjonijiet (l-Artikolu 144(7)(c) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Meta l-parti jkollha rappreżentanza legali u jkun hemm ostaklu ġustifikat għas-sottomissjoni tad-dokumenti b’mod elettroniku, dawn jistgħu jiġu ppreżentati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi msemmijin hawn fuq (l-Artikolu 144(8) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

Ladarba r-rikors ikun ġie ppreżentat kif meħtieġ, il-pjattaforma jew in-nutar jipprovdi konferma tas-sottomissjoni lir-rikorrent li tispeċifika:

a) id-data u l-ħin meta ġie ppreżentat ir-rikors (l-Artikolu 5(2)(a) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013);
b) il-kodiċi u l-istruzzjonijiet għal aċċess għas-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.inventarios.pt/ sabiex tiġi kkonsultata l-kawża (l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013);

c) referenza tal-ATM Multibanco biex jitħallas l-ewwel pagament tat-tariffi tan-nutar, u l-ammont korrispondenti (l-Artikolu 5(2)(c) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013);
d) in-numru li jingħata lill-kawża wara l-ħlas tal-ewwel pagament tat-tariffi tan-nutar (l-Artikolu 5(2)(d) tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Citius

Iva, it-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu.

L-ewwel irid jinħareġ “dokument ta’ ġbir uniku” (Documento Único de Cobrança - DUC) għall-ħlas u dan jista’ jiġi aċċessat mill-paġna web tal-IGFEJ: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justica.gov.pt/Servicos/Custas-processuais/DUC-Documento-Unico-de-Cobranca

Id-DUC jista’ jitħallas:

  • minn ATM Multibanco jew bil-Homebanking (taħt “Ħlasijiet lill-Istat” (Pagamentos ao Estado));
  • fir-reġistru tal-qorti b’karta tal-Multibanco;
  • fil-fergħa tal-bank tiegħek.

(l-Artikolu 17 tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 419-A/2009 tas-17 ta’ April 2009).

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta:

Servizzi – Spejjeż tal-Proċedimenti: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justica.gov.pt/Servicos/Custas-processuais

Fi proċedimenti fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi ma huwiex obbligatorju, it-tariffi tal-qorti jitnaqqsu għal 90 % tal-valur tagħhom meta l-parti tippreżenta s-sottomissjonijiet kollha permezz ta’ mezzi elettroniċi (l-Artikolu 6(3) tar-Regolament dwar l-Ispejjeż Proċedurali, ippubblikat fl-Anness tad-Digriet Amministrattiv Nru 34/2008 tas-26 ta’ Frar 2008).

Fir-rigward tal-ordnijiet ta’ ħlas, jekk jogħġbok irreferi għall-iskeda informattiva korrispondenti.

Il-Portugall jaċċetta wkoll il-ħlas tat-tariffi tal-qorti permezz ta’ trasferiment minn banek barranin.

Tista’ ssib simulatur tat-tariffi tal-qorti fl-indirizz:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justica.gov.pt/en-gb/Servicos/Simulador-Taxas-de-Justica

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

L-ispejjeż għall-proċedimenti tal-inventarju jkopru t-tariffi u l-ispejjeż tan-nutar (l-Artikolu 15 tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013). Il-ħlas isir bl-użu tar-referenza għat-trasferiment elettroniku tal-ATM ta’ Multibanco ġġenerata meta jiġi ppreżentat ir-rikors (l-Artikolu 20 tal-Ordni Ministerjali tal-Implimentazzjoni Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, huwa possibbli li twaqqaf il-proċedimenti jew li tirtira r-rikors skont it-termini stipulati fir-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli għal kull każ.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Bħala regola, fil-proċedimenti legali, is-sottomissjonijiet tal-intimat jiġu ppreżentati quddiem il-qorti b’mod elettroniku, u d-data tal-preżentata tad-dokumenti tgħodd bħala d-data tal-preżentata tas-sottomissjonijiet (l-Artikolu 144(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

F’kawżi li ma jkunux jeħtieġu rappreżentanza legali, u meta l-parti ma jkollhiex avukat, is-sottomissjonijiet jistgħu jiġu kkonsenjati wkoll fiżikament lill-iskrivan tal-qorti, jew jintbagħtu bil-posta rreġistrata jew bil-faks (l-Artikolu 144(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Għall-proċedimenti tal-inventarju, jekk jogħġbok ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 4 u 6.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Citius

Jekk l-intimat ikun jixtieq iwieġeb, it-talba xorta tiġi pproċessata b’mod elettroniku, għalkemm ċerti dokumenti jiġu stampati. Id-dokumenti stampati xorta għadhom meħtieġa (eż. l-imħallfin ma għandhomx ir-riżorsi materjali li jippermettulhom janalizzaw kawża u jiktbu deċiżjoni fuq monitors separati jew biex jikkonsultaw il-proċess diġitali fl-awla tal-qorti waqt li l-kawża tkun qed tinstema’; f’xi każijiet, ikun f’idejn il-qorti li tiddeċiedi jekk l-analiżi dettaljata ta’ ċerti dokumenti teħtieġx li jiġu stampati).

L-atti tal-kawża stampati jridu jinkludu biss is-sottomissjonijiet u d-dokumenti proċedurali li jkunu rilevanti għad-deċiżjoni fuq il-merti kif indikat mill-imħallef f’deċiżjoni motivata f’kull kawża. Huwa preżunt li dawn li ġejjin ma humiex rilevanti (l-Artikolu 28(1) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013):

a) talbiet biex tinbidel id-data tas-seduta;

b) komunikazzjonijiet amministrattivi u avviżi ta’ eżekuzzjoni li jirrigwardaw biss l-organizzazzjoni tal-proċedimenti, u t-tweġibiet, bħal:

i) avviżi li jordnaw taħrika jew notifika tal-partijiet;

ii) avviżi li jfasslu l-iskeda għas-seduti;

iii) avviżi li kawża ntbagħtet lill-Prosekutur Pubbliku;

iv) avviżi ta’ investigazzjoni minn dipartimenti differenti bħall-awtoritajiet tal-pulizija kriminali, l-uffiċċji tar-reġistru, l-Istitut Nazzjonali tal-Mediċina Forensika u tax-Xjenzi Forensiċi tal-Portugall (Instituto Nacional de Medicina Legal e Ciências Forenses I. P.), id-Direttorat għas-Servizzi tal-Ħabsijiet u tar-Riabilitazzjoni Soċjali (Direcção-Geral de Reinserção e Serviços Prisionais) jew id-Direttorat Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali (Direcção-Geral da Segurança Social);

v) timbri ta’ validazzjoni mill-prosekutur pubbliku u minn imħallef;

c) l-aċċettazzjoni ta’ ħatra ta’ aġent tal-eżekuzzjoni biex jinnotifika taħrika;

d) komunikazzjonijiet interni;

e) ċertifikati negattivi li jirriżultaw mill-konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data fid-dipartimenti tal-Amministrazzjoni Pubblika;

f) azzjonijiet speċifiċi, komunikazzjonijiet jew notifiki mill-aġent tal-eżekuzzjoni.

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

In-nutar jeħtieġlu jirreġistra l-passi kollha fil-proċedimenti fil-pjattaforma sabiex kull pass ikun jista’ jiġi identifikat u tkun tista’ tinstab kopja tad-dokumenti relatati u ta’ kull dokument ta’ akkumpanjament (l-Artikolu 12(1) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Kwalunkwe azzjoni legali formali ppreżentata minn kwalunkwe persuna involuta fil-proċedimenti li ma tiġix ippreżentata b’mod elettroniku għandha tiġi skennjata min-nutar u rreġistrata fl-atti tal-proċedimenti tal-inventarju relatati (l-Artikolu 12(2) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Jekk l-iskennjar tad-dokumenti msemmijin hawn fuq ma jkunx possibbli minħabba n-natura tas-sottomissjonijiet jew kwalunkwe dokument ieħor ippreżentat mill-parti interessata, in-nutar jeħtieġlu jirreġistra l-azzjoni fil-pjattaforma tal-proċedimenti tal-inventarju, u jiddikjara li d-dokument inkwistjoni jista’ jiġi kkonsultat fl-uffiċċju notarili (l-Artikolu 12(3) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk l-intimat ma jweġibx, it-talba ssegwi l-proċedura applikabbli u tiġi pproċessata diġitalment sakemm tiġi konkluża. Ċerti dokumenti jiġu stampati kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ara t-tweġibiet għad-domandi 2 u 4.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Citius

Biex issir taf f’liema każijiet il-liġi tippermetti notifika permezz tal-internet, ara l-iskeda informattiva “Notifika ta’ Dokumenti – il-Portugall”, b’mod partikolari t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 5 u 6.

Meta jkun permess li ssir notifika elettronika, dan isir permezz tal-pjattaforma Citius, li tiżgura awtomatikament li d-dokumenti jkunu disponibbli u li wieħed jista’ jarahom fl-indirizz

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://citius.tribunaisnet.mj.pt/habilus/myhabilus/login.aspx

(l-Artikolu 25(1) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

In-notifika min-nutar lir-rappreżentanti legali ta’ partijiet li huma diġà involuti fil-proċedimenti ssir permezz tal-pjattaforma tal-proċedimenti tal-inventarju, fl-ispazju ristrett riżervat għar-rappreżentant legali fis-sistema. In-notifika titqies li tkun saret fit-tielet jum wara li d-dokument ikun sar disponibbli fl-ispazju fis-sistema li huwa ristrett għar-rappreżentant legali, jew fil-jum tax-xogħol li jsegwi jekk dakinhar ma jkunx jum tax-xogħol (l-Artikolu 9(1) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Meta d-dokument isir disponibbli fl-ispazju fil-pjattaforma riżervat għar-rappreżentant legali, tintbagħat ittra elettronika simultanjament lill-indirizz tal-posta elettronika li jkun ipprovda qabel li tinnotifikah li d-dokument ikun disponibbli fil-pjattaforma (l-Artikolu 9(2) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Meta n-notifika ssir direttament lill-partijiet, id-dokumenti jiġu nnotifikati f’forma stampata skont it-termini stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 9(3) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013) u jiġu rreġistrati fil-pjattaforma tal-proċedimenti tal-inventarju, fejn ikun hemm annessa l-firma elettronika tal-iskrivan rispettiv (l-Artikolu 9(4) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Biex issir taf f’liema każijiet il-liġi tippermetti n-notifika ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji permezz tal-internet, ara l-iskeda informattiva “Notifika ta’ Dokumenti – il-Portugall”, b’mod partikolari t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 5 u 6.

L-għoti ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji jseħħ fis-sistema Citius-Magistrados Judiciais u d-deċiżjonijiet ikunu disponibbli fil-pjattaforma Citius.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, dawn li ġejjin jistgħu jiġu sottomessi elettronikament: rikorsi għal awtorizzazzjoni għal appell, dikjarazzjonijiet ta’ aggravji u r-risposti, u lmenti kontra ċ-ċaħda jew ir-rinviju ta’ appelli (l-Artikolu 15 tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Fir-rigward tan-notifika tad-deċiżjoni dwar appell, ara t-tweġiba għall-mistoqsija 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva, huwa possibbli li tiftaħ proċedimenti ta’ eżekuzzjoni bl-internet.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Citius

Bl-eċċezzjoni tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, fejn il-partijiet stess jitħallew jikkonsultawhom, il-proċedimenti ġudizzjarji l-oħra kollha jistgħu jiġu kkonsultati online biss mir-rappreżentanti legali (avukati u konsulenti legali), mill-aġenti tal-eżekuzzjoni u, fil-proċedimenti ta’ insolvenza, mill-amministraturi tal-insolvenza (l-Artikolu 27 tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni jistgħu jiġu kkonsultati mill-kreditur jew mid-debitur fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justica.gov.pt/Servicos/Consultar-o-meu-processo-executivo permezz ta’ awtentikazzjoni minn qabel bl-użu taċ-ċertifikat ta’ awtentikazzjoni diġitali integrat fil-karti tal-identità jew permezz taċ-ċavetta diġitali mobbli. Il-konsultazzjoni hija f’konformità mal-proċeduri u l-istruzzjonijiet ipprovduti fis-sit web.

Pjattaforma ta’ Ġestjoni tal-Proċedimenti tal-Inventarju

Il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-proċedimenti tal-inventarju fil-pjattaforma tal-proċedimenti tal-inventarju (l-Artikolu 13(1) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Il-partijiet jistgħu jaċċessaw din is-sistema esklużivament għal skopijiet ta’ konsultazzjoni billi jużaw kodiċi pprovdut min-nutar meta jinnotifika l-ewwel dokumenti lill-parti kkonċernata (l-Artikolu 13(2) tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013).

Leġiżlazzjoni Applikabbli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 41/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 - Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013 - Ipproċessar elettroniku ta’ kawżi ġudizzjarji

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 117/2019 tat-13 ta’ Settembru 2019 – Il-Qafas Legali għall-Proċedimenti tal-Inventarju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 278/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013 – dwar l-ipproċessar ta’ dokumenti u t-termini tal-proċedimenti tal-inventarju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament (UE) Nru 679/2016 tas-27 ta’ April 2016 – Ir-Regolament Ġenerali tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 419-A/2009 tas-17 ta’ April 2009 – dwar l-ispejjeż proċedurali, multi u penali oħra

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Digriet Amministrattiv Nru 34/2008 tas-26 ta’ Frar 2008 – Ir-Regolament dwar l-Ispejjeż Proċedurali

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal Citius

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastruttura tal-Ġustizzja

N.B.:

Il-Punt ta’ Kuntatt NĠE-Ċivil, il-qrati jew l-entitajiet u l-awtoritajiet l-oħrajn mhumiex marbutin bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva. Għadu meħtieġ ukoll li jinqraw it-testi legali fis-seħħ. Dawn huma suġġetti għal aġġornamenti regolari u għall-interpretazzjoni evoluzzjonarja tal-ġurisprudenza.

L-aħħar aġġornament: 22/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Proċessar Awtomatiku - Rumanija

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Skont l-Artikolu 199(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, talba (cererea de chemare în judecată) tista’ titressaq personalment jew permezz ta’ rappreżentant, bil-posta, permezz ta’ kurrier, bil-fax jew inkella tiġi skennjata u tintbagħat bil-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

It-talbiet jistgħu jitressqu billi jiġu skennjati u jintbagħtu bil-posta elettronika jew bħala dokumenti elettroniċi f’kawżi ċivili. Ma hemmx proċeduri li huma disponibbli permezz tal-internet biss.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Din il-faċilità hija disponibbli l-ħin kollu.

Skont l-Artikolu 199(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, talba mressqa personalment jew permezz ta’ rappreżentant, bil-posta, permezz ta’ kurrier, bil-fax jew inkella billi tiġi skennjata u tintbagħat bil-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku, tiġi rreġistrata u stampata bid-data tal-wasla. Wara r-reġistrazzjoni, it-talba u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, flimkien ma’, fejn xieraq, evidenza ta’ kif dawn intbagħtu lill-qorti, jiġu mgħoddija lill-President tal-Qorti jew lill-persuna nnominata minn dan tal-aħħar, li min-naħa tagħha tieħu passi immedjati sabiex tistabbilixxi b’mod aleatorju l-qorti speċjalizzata, f’konformità mal-liġi.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ma jipprevedix l-użu ta’ xi formoli standardizzati għal talbiet legali. Ir-regoli komuni dwar il-proċedura ċivili jistabbilixxu l-kontenut ta’ uħud mit-talbiet tal-liġi ċivili (eż. rikors, difiża, kontrotalba).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trażmissjoni u l-ħażna siguri tad-data jitwettqu bl-għajnuna ta’ għodod tal-IT endemiċi tas-sistema tal-posta elettronika, bħal firewalls, ċertifikati, antiviruses, kontrolli tal-aċċess ibbażati fuq ir-rwoli, eċċ., akkumpanjati mill-applikazzjoni ta’ prattika tajba fil-qasam.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Skont l-Artikolu 148(2) u (5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ir-rikorsi li jintbagħtu lill-qrati jistgħu jiġu ppreżentati wkoll bħala dokumenti elettroniċi, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet legali. It-talbiet iridu jkunu ffirmati. Il-firma tista’ tiġi applikata fuq dokument skennjat u mibgħut permezz tal-posta elettronika. Tista’ tintuża firma elettronika meta t-talba tkun dokument elettroniku mibgħut permezz tal-posta elettronika.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi ġudizzjarji jitħallsu f’konformità mal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013 rigward it-taxxi tal-boll tal-qorti, iżda l-ammont tagħhom ma jvarjax. It-taxxi tal-boll tal-qorti jitħallsu mill-persuna li għandha tħallas it-taxxa fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju jew online, f’kont separat ta’ dħul tal-baġit lokali “Taxxa tal-boll tal-qorti u taxxi tal-boll oħrajn” tat-taqsima amministrattiva territorjali fejn il-persuna fiżika jkollha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha jew, fejn xieraq, fejn l-entità ġuridika jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Jekk id-debitur tat-tariffa la jkollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu u lanqas, skont kif applikabbli, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fir-Rumanija, it-taxxa tal-boll tal-qorti titħallas fil-kont tal-baġit lokali tat-taqsima amministrattiva territorjali fejn tinsab il-qorti li quddiemha titressaq l-azzjoni jew jitressaq ir-rikors.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, taħt l-istess kundizzjonijiet peress li r-rikorrent jista’ jirtira mill-azzjoni tal-qorti. Skont l-Artikolu 406 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ir-rikorrent jista’ fi kwalunkwe ħin jabbanduna l-azzjoni tal-qorti bil-fomm matul seduta fil-qorti jew inkella permezz ta’ petizzjoni bil-miktub.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ma huwiex obbligatorju għall-intimat li juża l-internet.

Skont l-Artikolu 149(4) u l-Artikolu 154(6) u (6)(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-komunikazzjoni tat-taħrikiet u tad-dokumenti proċedurali kollha għandha ssir ex officio mill-uffiċjali tal-qorti, jew minn kwalunkwe impjegat ieħor tagħha, kif ukoll minn aġenti jew impjegati ta’ qrati oħrajn f’distretti fejn tinsab il-persuna li lilha jkun qed jiġi kkomunikat l-att. It-taħrikiet u dokumenti proċedurali oħrajn jistgħu jiġu nnotifikati mill-iskrivan tal-qorti u permezz ta’ fax, bil-posta elettronika jew b’mezzi oħrajn li jiżguraw li t-test tad-dokument jintbagħat u l-wasla tiegħu tiġi kkonfermata, dment li l-parti kkonċernata tkun tat lill-qorti d-dettalji ta’ kuntatt tagħha għal dan il-għan. Għal konferma, il-qorti għandha, flimkien mad-dokument proċedurali, tibgħat formola li tinkludi: l-isem tal-qorti, id-data tal-komunikazzjoni, l-isem tal-iskrivan responsabbli għall-komunikazzjoni u informazzjoni dwar id-dokumenti kkomunikati. Il-formola timtela mir-riċevitur bid-data ta’ meta jirċeviha, l-isem muri b’mod ċar u l-firma tal-persuna responsabbli mill-wasla tal-korrispondenza, u tintbagħat lill-qorti permezz ta’ fax, bil-posta elettronika jew b’mezzi oħrajn. Meta l-applikazzjoni tkun intbagħtet, skont il-liġi, b’fax jew bil-posta elettronika, l-iskrivan tal-qorti huwa obbligat li jħejji kopji tar-rikors ex officio bl-ispejjeż għall-partijiet li għandhom dan l-obbligu. It-taħrikiet u dokumenti proċedurali oħrajn għandhom jitqiesu li ġew innotifikati meta jkun wasal messaġġ mis-sistema użata li waslu għand id-destinatarju f’konformità mal-informazzjoni li jkun ta.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Id-difiża għandha tiġi nnotifikata bl-istess metodi li jintużaw għan-notifika ta’ dokument proċedurali. Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

F’konformità mal-Artikolu 208 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, is-sanzjonar ta’ nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ difiża fil-perjodu stabbilit mil-liġi huwa l-istess, irrispettivament mill-mod tal-preżentazzjoni. Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ difiża jwassal sabiex l-intimat jitlef id-dritt tiegħu li jipprovdi aktar evidenza jew iressaq oġġezzjonijiet oħrajn minbarra dawk relatati mal-ordni pubbliku, sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1 u 9.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Id-dokumenti ġudizzjarji maħruġa fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni huma soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet applikabbli b’mod ġenerali bħall-komunikazzjoni ta’ dokumenti proċedurali. Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le. Madankollu, il-paġni web tal-qrati (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.just.ro/SitePages/acasa.aspx) jew l-Uffiċċji ta’ Informazzjoni li jinsabu f’xi qrati jipprovdu aċċess għal sommarju tad-deċiżjonijiet, abbażi tan-numru tal-kawża, il-materja tal-kawża u l-ismijiet tal-partijiet. Qiegħed jiġi ppjanat ukoll li, fil-futur, il-fajls tal-qrati jkunu jistgħu jiġu kkonsultati mid-dar, bil-ħlas ta’ tariffa.

L-aħħar aġġornament: 19/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Slovenja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, l-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku, ZPP) jippermetti li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet fi proċedimenti ċivili f'forma elettronika u li proċedimenti ġudizzjarji jinbdew permezz tal-internet.

B'mod aktar preċiż, l-Artikolu 105b jistabbilixxi li l-applikazzjonijiet fi proċedimenti ċivili jkunu ppreżentati bil-miktub, fejn applikazzjoni bil-miktub titqies bħala waħda miktuba bl-idejn jew stampata u iffirmata mill-applikant stess (applikazzjoni f'forma fiżika) jew applikazzjoni f'forma elettronika u ffirmata b'firma elettronika sikura, li hija ekwivalenti għal firma bl-idejn. Applikazzjoni bil-miktub tiġi ppreżentata bl-posta, bl-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni, mwassla direttament lill-korp jew imwassla minn persuna impjegata professjonalment fil-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet (fornitur tan-negozju/poslovni ponudnik). Applikazzjoni f'forma elettronika tiġi ppreżentata fis-sistema ta' informazzjoni, fejn din tal-aħħar tikkonferma b'mod awtomatiku li l-applikazzjoni waslet.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi eżistenti (atti u regolamenti ta' implimentazzjoni) relatati mal-proċeduri ċivili u kummerċjali kollha, fil-preżent huma biss il-proċeduri inklużi fis-sit tal-e-Ġustizzja (e-Sodstvo) li jistgħu jinbdew permezz tal-internet jew b'mezzi elettroniċi: Fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni huwa possibbli li jitressqu applikazzjonijiet għall-eżekuzzjoni u applikazzjonijiet oħra f’forma elettronika, kif ukoll jinħarġu u jitwasslu dokumenti ġudizzjarji, fejn għal xi indirizzi (nutara, avukati), is-servizz elettroniku huwa obbligatorju. huwa possibbli wkoll li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet u jinħarġu deċiżjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza:, kif ukoll li jiġu ppreżentati mozzjonijiet tar-reġistru tal-artijiet u jinħarġu deċiżjonijiet fi proċeduri tar-reġistru tal-artijiet.

Is-sit tal-e-Ġustizzja jeżisti fis-Slovenja għal dan il-għan, u jippermetti li materjal bil-miktub jiġi ppreżentat f'forma elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet elettroniċi u n-notifika elettronika ta' dokumenti huma possibbli fil-proċeduri ċivili u fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili oħra, li fihom jiġu applikati r-regoli taz-ZPP.

Proċedura tar-reġistru tal-artijiettista' jinbeda biss b'mod elettroniku, minħabba li l-Artikolu 125a tal-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet (Zakon o zemljiški knjigi, ZZK-1) jistabbilixxi l-preżentazzjoni elettronika obbligatorja tad-dokumenti; madanakollu, applikant jista' wkoll jippreżenta talba għad-dħul ta' dritt ta' proprjetà favurieh fl-ordni ta' prijorità għall-preżentazzjoni tat-talba fir-rekords tal-qorti billi jippreżenta lilu nnifsu fil-ħinijiet tax-xogħol tal-qorti tar-reġistru tal-artijiet li tkopri ż-żona li fiha tinsab il-proprjetà soġġetta għat-talba, jekk jippreżenta d-dokumenti kollha li jiffurmaw il-bażi għall-entrata mitluba, lill-qorti tar-reġistru tal-artijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 142(1) ta’ dan l-Att u jekk, fl-istess ħin, iħallas it-tariffi tal-qorti li japplikaw għat-talba. Applikant li jippreżenta personalment talba elettronika għar-reġistru tal-artijiet u nutar pubbliku, avukat, kumpanija tal-proprjetà immobbli jew uffiċċju tal-avukat tal-istat li jirrappreżenta parti ta' proċedura tar-reġistru tal-artijiet għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet kollha minn dik il-parti b'mod elettroniku (ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 125a(4) taz-ZZK).

Għal proċeduri oħra li jistgħu jinbdew b'mod elettroniku, il-leġiżlazzjoni għadha tippermetti li l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati f'forma fiżika (karta).

Eżekuzzjoni: L-Artikolu 29(2) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni u l-Iżgurar tat-Talbiet (Zakon o izvršbi in zavarovanju, ZIZ) jistabbilixxi li l-ministru responsabbli għall-ġustizzja jippreskrivi t-tipi ta' proċeduri ta' eżekuzzjoni li fihom il-proposti ta' eżekuzzjoni u applikazzjonijiet oħra jistgħu jiġu ppreżentati b'mezzi elettroniċi u pproċessati b'mod awtomatiku fis-sistema ta' informazzjoni, u l-istadji ta' dawn il-proċeduri. Skont l-Artikolu t'hawn fuq, l-Anness 5 tar-Regoli dwar il-Formoli, Tipi ta' Proċeduri ta' Eżekuzzjoni u l-Proċedura ta' Eżekuzzjoni Awtomatizzata jistabbilixxi liema applikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati minn applikant permezz tas-sit tal-e-Ġustizzja (is-sotto sit tal-eżekuzzjoni elettronika/e-Izvršba). Il-partijiet jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet kollha f'forma elettronika permezz tas-sotto sit tal-eżekuzzjoni elettronika tas-sit tal-e-Ġustizzja.

Proċedimenti ta' insolvenza: Riċevitur uffiċjali huwa obbligat jippreżenta r-rapporti tiegħu, listi ta' talbiet verifikati u dokumenti oħra lill-qorti f'forma elettronika, iffirmati b'firma elettronika sikura, verifikata permezz ta' ċertifikat kwalifikat (Artikolu 98 tal-Operazzjonijiet Finanzjarji, l-Att dwar l-Insolvenza u x-Xoljiment Obbligatorju/Zakon o finančnem poslovanju, postopkih zaradi insolventnosti in prisilnem prenehanju, ZFPPIPP). Avukat li jirrappreżenta parti fi proċedimenti ta' insolvenza huwa obbligat jippreżenta notifika ta' talbiet u applikazzjonijiet oħra tal-parti f'forma elettronika, iffirmati b'firma elettronika sikura, verifikata permezz ta' ċertifikat kwalifikat (Artikolu 123a taz-ZFPPIPP). jekk jonqos milli jagħmel dan, il-qorti tiċħad l-applikazzjoni. Id-dokumenti kollha jitwasslu lill-avukat li jirrappreżenta l-parti fi proċedimenti ta' insolvenza u lir-riċevitur uffiċjali b'mod elettroniku fuq indirizz elettroniku sikur.

Bl-istess mod, qorti toħroġ deċiżjoni jew ordni oriġinali f'forma elettronika fi proċedimenti ta' insolvenza, iffirmati bil-firma elettronika sikura tal-imħallef, verifikata permezz ta' ċertifikat kwalifikat. (Artikolu 124 taz-ZFPPIPP).

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Is-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja hija obbligata tippermetti li tranżazzjonijiet elettroniċi jsiru kull ġurnata ta' xogħol bejn it-8:00 u t-20:00. Bħala prinċipju, l-utenti tas-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja jistgħu jwettqu t-tranżazzjonijiet elettroniċi tagħhom f'kull ħin u f'kull ġurnata tal-ġimgħa, minħabba li r-restrizzjonijiet t'hawn fuq japplikaw għal każijiet meta s-sistema jkun qed isirilha titjib/aġġornament tekniku.

L-Artikolu 112 taz-ZPP jistabbilixxi li meta applikazzjoni tintbagħat b'mezzi elettroniċi, il-ħin li fih tasal fis-sistema tal-informazzjoni jittieħed bħala l-ħin ta' twassil fil-qorti li għaliha tkun indirizzata. Bħala regolament ta' implimentazzjoni, ir-Regoli dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi fi Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili jistabbilixxu li jekk skadenza tapplika għal applikazzjoni elettronika, dik l-applikazzjoni titqies li ġiet ippreżentata fil-ħin li tasal fis-server li fuqu jaħdem il-modulu tar-reġistru elettroniku għal dan it-tip ta' proċedura ġudizzjarja ċivili li tiġi ppreżentata lilu l-applikazzjoni permezz tas-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja (Artikolu 18 tar-Regoli).

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Jekk il-parti mhux standardizzata tat-test tal-applikazzjoni elettronika titfassal oriġinarjament bħala dokument elettroniku, għandha tiġi mehmuża mat-tranżazzjoni elettronika f'forma PDF/A. L-utent għandu jaqleb il-parti mhux standardizzata tat-test ta' applikazzjoni elettronika imfassla oriġinarjament bħala dokument bil-miktub u kull anness li jikkostitwixxi dokument bil-miktub f'forma elettronika bl-iskennjar, sabiex jehmiżha mat-tranżazzjoni elettronika. Dokument elettroniku miksub b'dan il-mod għandu jissodisfa r-rekwiżiti li jmiss:

  • għandu jkun f'forma PDF/A u bl-abjad u l-iswed;
  • ir-riżoluzzjoni għandha tkun bejn 240 dpi u 300 dpi;
  • jekk id-dokument bil-miktub jinkludi diversi paġni, il-paġni kollha għandhom ikunu f'fajl PDF wieħed biex ma jkun hemm ebda paġni vojta bejniethom;
  • jekk ikunu mehmużin żewġ dokumenti jew aktar, kull dokument għandu jkun fil-fajl PDF tiegħu stess.

Jekk dokument elettroniku mehmuż ma' tranżazzjoni elettronika ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti, l-applikazzjoni elettronika hija meqjusa bħala mhux kompluta (Artikolu 19 tar-Regoli dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi fil-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Is-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja tinsab fin-network sikur tal-gvern (HKOM), u d-dejta tinħażen fis-server ċentrali tan-network tal-HKOM.

Id-drittijiet ta' aċċess għad-dejta huma indirizzati bħala parti mill-iskema ta' drittijiet irregolata miċ-ċentru tat-teknoloġija tal-informatika tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Islovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije) skont ir-Regoli dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi fil-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili. Kull utent tas-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja u t-tliet sotto-siti l-oħra għandhom jirreġistraw mal-iskema ta' sigurtà qabel ma jwettqu tranżazzjonijiet elettroniċi. Gruppi ta' utenti huma magħrufa/jintgħarrfu minn xulxin permezz tal-livell ta' preżentazzjoni fis-sistema tal-informazzjoni (utenti ordinarji, utenti reġistrati u utenti kwalifikati). In-numru ta' drittijiet tal-utenti (tranżazzjonijiet elettroniċi) li jistgħu jiġu implimentati fuq is-sit u fuq is-sotto siti jiddependi fuq it-tip ta' grupp ta' utenti li jappartjeni għalih utent.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Kull applikazzjoni elettronika għandha tiġi ffirmata bil-firma elettronika tal-applikant (ċertifikat diġitali kwalifikat). Is-sistema ta' informazzjoni tal-e-Ġustizzja tforni kull applikazzjoni elettronika li tasal b'timbru tal-ħin, filwaqt li l-applikant jirċievi ċertifikat elettroniku awtomatizzat li jiddikjara l-ħin li fih l-applikazzjoni ddaħħlet fis-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ir-regolament ġenerali li jirregola l-ħlas tat-tariffi tal-qorti huwa l-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti (Zakon o sodnih taksah, ZST-1), li jiddikjara li t-tariffi tal-qorti jitħallsu quddiem il-qrati fis-Slovenja skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-att. L-att, bħala prinċipju ma jiddistingwix bejn proċeduri elettroniċi u mhux elettroniċi, iżda jħeġġeġ il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet elettroniċi fi proċedimenti ta' eżekuzzjoni, għaliex it-tariffa għall-preżentazzjoni elettronika hija 20 % aktar baxxa milli jekk tiġi ppreżentata f'forma fiżika (karta).

Proċedimenti ta' eżekuzzjoni:

Ordni għal ħlas tinħareġ mal-preżentazzjoni elettronika tal-applikazzjoni b'ordni lill-applikant biex iħallas it-tariffa tal-qorti fi żmien tmien t'ijiem mit-twassil tal-ordni billi jittrasferixxi s-somma fuq il-kont rilevanti u bin-numru ta' referenza mniżżel fl-ordni. L-ordni għall-ħlas tat-tariffa tal-qorti jiġi meqjus li wasal meta l-applikant jew ir-rappreżentant tiegħu jippreżenta l-applikazzjoni b'mod elettroniku.

Jekk l-applikant jonqos milli jħallas it-tariffa tal-qorti skont l-ordni għall-ħlas fi żmien tmien t'ijiem mit-twassil tal-ordni, u l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni, dewmien jew ħlas ta’ tariffi tal-qorti ma jiġux issodisfati, l-applikazzjoni titqies li ġiet irtirata. L-unika eċċezzjoni għandha x'taqsam ma' talba elettronika għal eżekuzzjoni fuq il-bażi ta' dokument awtentiku, fejn l-obbligu li titħallas it-tariffa jirriżulta meta t-talba tidħol fis-sistema tal-informazzjoni. L-applikant ma jinħariġlux ordni għall-ħlas, iżda jirċievi d-dettalji meħtieġa biex iħallas it-tariffa tal-qorti. Fejn l-applikant jonqos milli jħallas l-ammont preskritt tat-tariffa tal-qorti għal talba elettronika ta' eżekuzzjoni fuq il-bażi ta' dokument awtentiku li għalih huwa responsabbli d-Dipartiment Ċentrali tal-Awtentikazzjoni tad-Dokumenti (centralni oddelek za verodostojno listino, COVL), u fi żmien tmien t'ijiem mit-twassil tat-talba, it-talba titqies li ma ġietx ippreżentata.

Ma ssir l-ebda distinzjoni f'dak li jikkonċerna l-ħlas tat-tariffi tal-qorti b’mod ġenerali u l-ħlas tat-tariffi tal-qorti għal applikazzjonijiet elettroniċi li m'humiex talbiet għall-eżekuzzjoni fuq il-bażi ta' dokument awtentiku. Meta talba għall-eżekuzzjoni fuq il-bażi ta' dokument awtentiku issir f'forma fiżika (karta) u meta l-applikant ma jħallasx it-tariffi tal-qorti skont ir-referenza fuq il-formola ta' talba, il-qorti tibgħat lill-applikant ordni għall-ħlas.

Il-proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet: Meta trid titħallas tariffa tal-qorti għal proposta tar-reġistru tal-artijiet jew applikazzjoni elettronika oħra, tinħareġ ordni mal-preżentazzjoni elettronika tal-applikazzjoni b'ordni lill-applikant biex iħallas it-tariffa tal-qorti fi żmien tmien t'ijiem mit-twassil tal-ordni billi jittrasferixxi s-somma fuq il-kont rilevanti u bin-numru ta' referenza mniżżel fl-ordni. L-ordni għall-ħlas tat-tariffa tal-qorti jiġi meqjus li wasal meta l-applikant jew ir-rappreżentant tiegħu jippreżenta l-applikazzjoni b'mod elettroniku. Jekk l-applikant jonqos milli jħallas it-tariffa tal-qorti skont l-ordni għall-ħlas fi żmien tmien t'ijiem mit-twassil tal-ordni, l-applikazzjoni titqies li ġiet irtirata.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

L-istess regoli japplikaw għall-irtirar ta' talba jew applikazzjoni ppreżentata b'mod elettroniku kif ukoll għall-irtirar ta' applikazzjoni bil-miktub. Fi proċeduri ta' eżekuzzjoni kompjuterizzat, ta' insolvenza u ta' reġistru tal-artijiet, talba ppreżentata tista' wkoll tiġi rtirata b'mod elettroniku.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Kif imsemmi fil-punt 1 hawn fuq, minkejja li jeżistu dispożizzjonijiet ġuridiċi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet elettroniċi, dan għadu mhux possibbli fil-proċedimenti ċivili kollha.

Ir-Regoli dwar il-Formoli, t-Tipi ta' Proċeduri ta' Eżekuzzjoni u l-Proċedura ta' Eżekuzzjoni Awtomatizzat, fihom lista ta' applikazzjonijiet u dokumenti oħra li jistgħu jintbagħtu b'mezzi elettroniċi fi proċedura ta' eżekuzzjoni. Meta debitur fi proċedura ta' eżekuzzjoni jixtieq jippreżenta tweġiba jew applikazzjoni elettronika permezz tas-sit tal-e-Ġustizzja (sotto sit tal-eżekuzzjoni elettronika), għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li japplikaw għal utent estern kwalifikat tas-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja (posta elettronika sikura miftuħa, ċertifikat diġitali kwalifikat minn ċertifikatur Sloven marbut ma' numru tat-taxxa), flimkien ma' kundizzjonijiet oħrajn, skont għal-liema grupp ta' utenti jappartjeni (l-Artikolu 12 tar-Regoli dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi fi Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili).

Ara t-tweġiba taħt il-punt 2 għall-obbligi li japplikaw għal xi parteċipanti fejn tidħol il-preżentazzjoni ta' dokumenti f'forma elettronika u dawk tal-partijiet tal-proċedimenti ta' insolvenza.

Oġġezzjoni jew rimedju legali ieħor jistgħu jiġu ppreżentati onlajn fi proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet u ċerti tipi ta' proċedimenti ta' eżekuzzjoni. Il-preżentazzjoni tad-dokumenti kollha b'mod elettroniku fi proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet, hija obbligatorja għal xi parteċipanti (avukati, nutara pubbliċi, korpi statali, kumpaniji tal-proprjetà immobbli).

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Il-proċediment elettroniku fil-każ ta' nuqqas ta' tweġiba minn parti kontradittriċi jimxi bl-istess mod bħall-proċedura bil-miktub f'kawżi bħal dawn. Wara l-iskadenza stabbilita għall-konvenut jew id-debitur biex iwieġbu, il-qorti toħroġ deċiżjoni.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ara 10 - l-istess mistoqsija.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

L-Artikolu 16a taz-ZPP jistabbilixxi li formola elettronika hija l-istess bħal formola bil-miktub jekk id-dejta fil-forma elettronika tkun tista' tiġi pproċessata fil-qorti, u tkun aċċessibbli u xierqa għal użu ulterjuri, u li d-dejta f'forma elettronika ma tistax titqies li m'għandhiex valur probatorju minħabba li hija f'forma elettronika. L-istess huwa stipulat mill-Att dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi u l-Firma Elettronika (Zakon o elektronskem poslovanju in elektronskem podpisu, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13).

Id-dokumenti u l-evidenza jistgħu jiġu ppreżentati f'forma elettronika fi proċeduri ta' eżekuzzjoni u l-iżgurar tat-talbiet. Fejn tidħol il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi, meta ma jirreferux għal applikazzjoni elettronika iżda għal dokument elettroniku (mehmuż), id-dispożizzjonijiet tal-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 tar-Regoli dwar id-Dokumenti Elettroniċi huma applikati mutatis mutandis. Ara wkoll it-tweġiba taħt il-punt 4.

Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll f'forma elettronika. Applikazzjoni elettronika hija dokument elettroniku li jkun fih l-applikazzjoni ta' parti għall-proċedimenti ġudizzjarji ċivili (Regoli dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi fi Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili). L-istess regoli jiddefinixxu wkoll x'inhu ‘dokument elettroniku mehmuż’, jiġifieri dokument bil-miktub maqlub f'forma elettronika u mehmuż ma' applikazzjoni elettronika.

L-utent jippreżenta applikazzjoni elettronika billi jagħżel it-tranżazzjoni elettronika xierqa għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni elettronika fuq is-sit tal-e-Ġustizzja u jdaħħal l-informazzjoni neċessarja mill-parti standardizzata tat-test tal-applikazzjoni fil-parti xierqa tal-formola fuq l-iskrin (onlajn). Meta applikazzjoni elettronika jkun fiha wkoll parti ta' spjegazzjoni bil-liġi jew skont l-għażla tal-applikant, l-utent joħloq dokument elettroniku separat mit-test tal-parti ta' spjegazzjoni (il-parti mhux standardizzata tat-test tal-applikazzjoni elettronika) li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regoli dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi fil-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili u jehmeż dan id-dokument elettroniku mat-tranżazzjoni tal-eżekuzzjoni elettronika. L-utent jiffirmaha bil-firma elettronika sikura tiegħu stess. L-istess japplika għal dokumenti elettroniċi mehmużin ma' applikazzjoni elettronika. Ara wkoll it-tweġibiet t'hawn fuq.

Hija definita regola speċjali għal proċeduri tar-reġistru tal-artijiet sabiex tiġi żgurata s-sigurtà legali, u minħabba l-fatt li d-dokument maqlub f'forma elettronika jikseb in-natura (valur probatorju) ta' oriġinal, li nutar pubbliku biss, bħala persuna ta' fiduċja pubblika, jista' jaqleb dokumenti privati (kuntratti) f'forma elettronika. Nutar pubbliku huwa wkoll obbligat, skont ir-regoli ta' kustodja notarili, li jżomm dan id-dokument sakemm l-entrata ssir finali. Parti/applikant jista' jaqleb huwa stess dokumenti oħra li jiffurmaw il-bażi għad-dħul (deċiżjonijiet tal-qorti u deċiżjonijiet oħra ta' korp ta' stat) f'forma elettronika.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli dwar it-Tranżazzjonijiet Elettroniċi fi Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili, deċiżjoni elettronika tal-qorti titqies bħala deċiżjoni tal-qorti oriġinali. fin-notifika tal-qorti ta’ dokument b’mod elettroniku, tintbagħat kopja tad-deċiżjoni elettronika tal-qorti bħala dokument elettroniku. Fin-notifika elettronika ta' deċiżjoni tal-qorti, tintbagħat kopja elettronika tad-deċiżjoni tal-qorti bħala dokument elettroniku.

*Għandha tinġibed l-attenzjoni li, fil-prattika, u minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi fis-seħħ, fil-preżent għadu mhux possibbli li jintbagħtu dokumenti b'mezzi elettroniċi f'kawżi ċivili u kummerċjali, bl-eċċezzjoni ta' proċedimenti li jinvolvu l-insolvenza u r-reġistru tal-artijiet,. Mill-10 ta' April 2014, id-dokumenti tal-qorti jitwasslu lill-avukati u lill-eżekuturi f'forma elettronika, jiġifieri b'mezzi elettroniċi.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva. Sentenza jew deċiżjoni maħruġa f'forma elettronika huma ffirmati mill-president tal-kumitat tal-imħallfin bl-użu tal-firma elettronika sikura tiegħu stess u l-firma elettronika sikura tal-qorti, vverifikati permezz ta' ċertifikat kwalifikat. Jekk il-firma elettronika sikura tal-president tal-kumitat tal-imħallfin tiġi ċċertifikata permezz ta' ċertifikat kwalifikat li jkun fih ukoll indikazzjoni tal-qorti, il-firma elettronika sikura tal-qorti stess mhix meħtieġa. Sentenzi proċessati fis-sistema tal-informazzjoni b'mod awtomatiku jista' jkollhom facsimile minflok firma u timbru.

Deċiżjoni maħruġa f'forma fiżika jew elettronika tista' tiġi notifikata lill-partijiet bħala kopja ċertifikata jew bħala kopja elettronika (skannjata) jew f'forma elettronika. Ara wkoll in-nota għal tweġiba 13.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Kif diġa' msemmi hawn fuq, minkejja l-eżistenza ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi, applikazzjonijiet elettroniċi, l-appelli inklużi, ma jistgħux jiġu sottomessi fil-proċedimenti kollha, għalkemm il-preżentazzjoni elettronika hija possibbli fil-proċedimenti tal-eżekuzzjoni, l-insolvenza u tar-reġistru tal-artijiet jekk l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet li japplikaw għal utent tas-sistema tal-informazzjoni tal-e-Ġustizzja. Ara wkoll it-tweġibiet t'hawn fuq.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva, l-eżekuzzjoni elettronika hija possibbli wkoll permezz tas-sit tal-e-Ġustizzja. Applikant jista' jippreżenta applikazzjoni għall-eżekuzzjoni fuq il-bażi ta' dokument awtentiku permezz tas-sit tal-e-Ġustizzja (sotto sit tal-eżekuzzjoni elettronika) bħala utent kwalifikat reġistrat u estern. Applikant jista' biss jippreżenta applikazzjoni għall-eżekuzzjoni fuq il-bażi ta' poter ta' eżekuzzjoni u applikazzjoni għall-iżgurar tat-talbiet permess tas-sotto sit tal-eżekuzzjoni elettronika bħala utent kwalifikat estern. Għandha tinġibed l-attenzjoni li din hija proċedura ta' eżekuzzjoni u ta' żgurar tat-talbiet imwettqa skont ir-regolamenti nazzjonali (ZIZ).

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Il-partijiet għandhom id-dritt li jispezzjonaw u jieħdu kopja ta' fajl f'forma elettronika fis-sistema tal-informazzjoni, b'parti li turi l-identità tagħhom permezz ta' ċertifikat kwalifikat għal firma elettronika.

Fl-eżekuzzjoni u l-iżgurar tat-talbiet quddiem qrati lokali (okrajna sodišča), l-utenti li ppreżentaw applikazzjoni elettronika permezz tas-sotto sit tal-eżekuzzjoni elettronika jistgħu jispezzjonaw id-dokumenti tagħhom stess, kif ukoll l-atti proċedurali dwar il-kawża li għaliha ppreżentaw l-applikazzjoni elettronika u li fiha jissemmew bħala parteċipant. Ir-Regoli dwar il-Formoli, it-Tipi ta' Proċeduri ta' Eżekuzzjoni u l-Proċedura ta' Eżekuzzjoni Awtomatizzata jistabbilixxu x'jista jispezzjona utent minn grupp speċifiku ta' utenti .

L-ispezzjoni ta' fajl hija wkoll permessa fi proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet. Differenza bejn il-proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet u tal-eżekuzzjoni hija li l-utenti kollha rreġistrati (jiġifieri mhux biss l-applikanti u parteċipanti oħra) huma permezzi jispezzjonaw il-fajl sakemm l-entrata fir-reġistru tal-artijiet issir finali. Huma biss l-atti proċedurali (applikazzjonijiet, deċiżjonijiet tal-qorti, eċċ) li huma disponibbli għall-ispezzjoni għal kulħadd, u mhux id-dokumenti mehmużin, jiġifieri dokumenti, għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-dejta personali tal-parteċipanti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Slovakkja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Il-proċeduri tal-qorti jistgħu jinbdew permezz tal-internet, jew, b’mod aktar preċiż, it-talbiet u sottomissjonijiet oħrajn jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku, diment li jkollhom firma elettronika ċċertifikata.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Is-sottomissjoni elettronika hija disponibbli għat-tipi kollha ta’ talbiet u għas-sottomissjonijiet kollha. Jekk sottomissjoni f’kawża ssir f’forma elettronika mingħajr awtorizzazzjoni (firma elettronika ċċertifikata), sussegwentement hija trid tiġi kkonsenjata f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem, inkella l-qorti tinjora s-sottomissjoni. Il-qorti ma tistedinx espliċitament lill-preżentatur sabiex jagħmel konsenja sussegwenti.

Fi kwistjonijiet mhux kontradittorji, sottomissjoni tista’ ssir lil kwalunkwe qorti distrettwali, li hija obbligata tirreġistra s-sottomissjoni fir-reġistru tagħha u tibgħatha mingħajr dewmien lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Tali sottomissjoni għandha l-istess effetti daqs li kieku kienet ippreżentata lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ma huwa meħtieġ ebda format speċifiku; it-talbiet jiġu ġġudikati skont il-kontenut tagħhom. Jekk talba ma jkollhiex dettall partikolari, il-qorti tiddeċiedi li titlob lill-parti tikkoreġi jew tissupplimenta t-talba tagħha f’perjodu li ma għandux ikun ta’ inqas minn 10 ijiem.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Il-kundizzjonijiet għall-ħażna u t-trażmissjoni tad-data huma stabbiliti fl-Att Nru 543/2005 dwar ir-regoli tal-ipproċessar u tal-uffiċċju għall-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-Qorti Speċjali u l-qrati militari, kif emendati (zák. č. 543/2005 Z. z. v znení neskorších zmien doplnení – Spravovacom a kancelárskom poriadku pre okresné súdy, krajské súdy, Špeciálny súd a vojenské súdy) (minn hawn ’il quddiem “PaOR”)

a) Il-proċedura tal-aċċettazzjoni tas-sottomissjonijiet permezz tal-internet b’firma elettronika ċċertifikata hija rregolata mill-Att Nru 215/2002 dwar il-firma elettronika u li jemenda ċerti atti, kif emendat mill-Att Nru 679/2004 (zák. č. 215/2002 Z. z. o elektronickom podpise a o zmene a doplnení niektorých zákonov v znení zákona č. 679/2004 Z .z.) u mir-Regolament tal-NBU Nru 542/2002 dwar il-metodu u l-proċess tal-użu ta’ firem elettroniċi fir-relazzjonijiet amministrattivi u kummerċjali (vyhláška NBÚ č. 542/2002 z. z. o spôsobe a postupe používania elektronického podpisu v obchodnom). Sottomissjoni riċevuta b’dan il-mod tintbagħat lill-kamra tal-posta, li tipproċedi ulterjorment skont it-Taqsima 129 tal-PaOR. Kamra tal-posta fil-qorti tuża applikazzjoni ta’ softwer sabiex iżżomm rekord tas-sottomissjonijiet;

b) Is-sottomissjonijiet riċevuti mingħajr firma elettronika ċċertifikata jintbagħtu minnufih lill-kamra tal-posta sabiex din tkun tista’ tipproċedi skont it-Taqsima 129 tal-PaOR.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Sottomissjoni li ssir permezz tal-internet mingħajr firma elettronika ċċertifikata sussegwentement trid tiġi kkonsenjata f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem, inkella l-qorti tinjoraha. Jekk sottomissjoni jkollha firma elettronika ċċertifikata, din ma jkollhiex bżonn tiġi ssupplimentata. Il-ħin eżatt tal-kunsinna tas-sottomissjoni jiġi nnotat u rreġistrat.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi tal-qorti huma pagabbli, sabiex issir kopja tat-talba u tal-appendiċijiet tagħha li jikkostitwixxu l-fajl tal-qorti u kopja tat-talba u tal-appendiċijiet tagħha li jiġu kkonsenjati lill-partijiet jekk it-talba tkun ġiet ippreżentata b’mezzi elettroniċi u ffirmata b’firma elettronika ċċertifikata skont l-Att Nru 215/2002 dwar il-firma elettronika u li jemenda ċerti atti, kif emendat mill-Att Nru 679/2004 u Regolament tal-NBU Nru 542/2002 dwar il-metodu u l-proċess tal-użu ta’ firem elettroniċi fir-relazzjonijiet amministrattivi u kummerċjali, ta’ EUR 0,1 għal kull paġna, iżda mill-inqas EUR 10 għal kull sottomissjoni li tikkostitwixxi talba jew rikors għall-bidu tal-proċedimenti, u l-appendiċijiet tiegħu, u mill-inqas EUR 3 għas-sottomissjonijiet l-oħrajn kollha u l-appendiċijiet tagħhom (l-entrata 20a tal-Anness għall-Att Nru 71/1992, dwar it-tariffi tal-qorti, kif emendat (zákon č. 71/1992 Zb. o súdnych poplatkoch v znení neskorších zmien a doplnení)).

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, kull sottomissjoni tista’ tiġi rtirata, irrispettivament mill-metodu li permezz tiegħu ġiet ippreżentata – irtirar ta’ talba – parzjalment jew b’mod sħiħ.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Il-konvenut għandu l-għażla, iżda mhuwiex obbligat li jużaha.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Il-proċedura applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi hija stabbilita mill-Att Nru 543/2005, kif emendat, dwar ir-regoli tal-ipproċessar u tal-uffiċċju għall-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-Qorti Speċjali u l-qrati militari.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Il-proċedura applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi hija stabbilita mill-Att Nru 543/2005, kif emendat, dwar ir-regoli tal-ipproċessar u tal-uffiċċju għall-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-Qorti Speċjali u l-qrati militari.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

L-evidenza tikkostitwixxi kwalunkwe u kull mezz li permezz tiegħu jista’ jiġi aċċertat l-istat tal-kwistjoni, mezz ta’ prova jista’ jkun kwalunkwe mezz li permezz tiegħu jista’ jiġi aċċertat l-istat tal-kwistjoni. Huma permessi fit-tipi kollha ta’ proċedura. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati lil qorti soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 125 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilný sporový poriadok).

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Skont it-tifsira tal-Artikolu 105 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, id-dokumenti bil-miktub jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet. Dokument minn qorti jitqies bħala li ġie kkonsenjat fil-ħames jum wara li jintbagħat, anki jekk dan ma jkunx inqara mid-destinatarju.

Madankollu, in-notifika permezz tal-internet hija eskluża fin-notifika tas-sentenzi, f’deċiżjonijiet oħrajn tal-qrati, fit-taħrika għall-proċedimenti u f’dokumenti oħrajn bil-miktub li għalihom hija prevista mil-liġi notifika personali. Sentenza tista’ tiġi nnotifikata biss personalment; mhuwiex permess li n-notifika ssir permezz tal-internet.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le. L-għoti ta’ sentenza jsir bl-użu ta’ teknoloġija tal-kompjuter u mudell bi stemma araldika statali stampata minn qabel tar-Repubblika Slovakka u t-test li ġej: “Sentenza f’isem ir-Repubblika Slovakka”. Sentenza bil-miktub tiġi ffirmata mill-president tal-qorti speċjalizzata jew mill-imħallef li jisma’ l-kawża waħdu.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Appell jista’ jitressaq permezz tal-internet. Jekk appell jiġi ppreżentat f’forma elettronika mingħajr firma elettronika ċċertifikata, sussegwentement huwa jrid jiġi kkonsenjat f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem. Jekk il-parti tonqos milli tagħmel dan, is-sottomissjoni tiġi injorata. Deċiżjoni dwar appell ma tistax issir permezz tal-internet; hija trid issir esklussivament f’forma stampata.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Rikors għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni jista’ jiġi ppreżentat permezz tal-internet. Jekk jiġi ppreżentat b’mod elettroniku mingħajr firma elettronika ċċertifikata, sussegwentement huwa jrid jiġi kkonsenjat f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem. Jekk il-parti tonqos milli tagħmel dan, is-sottomissjoni tiġi injorata.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-fajls tal-kawżi personalment biss, esklussivament fil-preżenza ta’ membru tal-persunal tal-qorti.

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) jiffaċilita t-tfittxijiet f’bażi ta’ data ta’ deċiżjonijiet tal-qrati. Kulħadd jista’ jfittex u jikkonsulta d-deċiżjonijiet tal-qrati, billi jkun jista’ jfittex deċiżjoni skont id-data tal-ħruġ, il-qorti emittenti, in-numru tal-fajl, il-forma tad-deċiżjoni, in-natura tad-deċiżjoni, il-qasam tar-regolamentazzjoni legali, id-dispożizzjonijiet statutorji applikati, u l-isem u l-kunjom tal-imħallef jew tal-uffiċjal ġudizzjarju li ħareġ id-deċiżjoni, jew billi jfittex skont il-kliem użat fid-deċiżjoni (l-hekk imsejjaħ test sħiħ).

L-aħħar aġġornament: 22/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Finlandja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

L-ipproċessar awtomatiku jista' jintuża biex jiġi ppreżentat rikors għal ċitazzjoni fir-rigward ta' pretensjonijiet mhux ikkontestati, biex tintalab l-għajnuna legali (u biex tintalab il-ħatra ta' avukat difensur jew ta' avukat tal-għajnuna legali, u meta l-avukati jitolbu r-rimborż tal-ispejjeż u tad-drittijiet mill-Istat) u biex tintalab l-eżekuzzjoni (fil-każ ta' talbiet fil-qasam tad-dritt privat għall-eżekuzzjoni ta' djun, ibbażati fuq xi deċiżjoni jew sentenza mogħtija minn Qorti Distrettwali (käräjäoikeus).

Fil-Finlandja, ma jeżistux proċedimenti li jistgħu jsiru esklussivament bl-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Dan is-servizz huwa disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Fl-ipproċessar awtomatiku hemm fajl standard XML għall-korporazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li ta' spiss jippreżentaw rikors għal ċitazzjoni. Għaċ-ċittadini u n-negozji hemm formola onlajn separata.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Is-servizz tal-ipproċessar awtomatiku tal-qrati Finlandiżi huwa protett permezz ta' protokoll għat-trasferiment ta' fajls https kriptati. Id-dejta ttrasferita mill-qrati tinżamm f'server sigur li jkun aċċessibbli għall-partijiet interessati biex iniżżlu d-dokumenti tagħhom minn fuqu.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Sabiex ikunu jistgħu jniżżlu d-dokumenti mis-server sigur, l-utenti jridu jirreġistraw mas-sistema.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

L-ispejjeż marbuta mal-proċeduri elettroniċi huma l-istess bħal dawk marbuta ma' proċeduri mhux elettroniċi.  Fi tmiem kull proċedura, il-Qrati Distrettwali jitolbu lill-atturi u lir-rikorrenti biex iħallsu xi spejjeż. L-ammont tal-ispiża jiddependi min-natura tal-każ u mill-kumplessità tal-proċedura.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Il-prinċipji li jirregolaw il-pretensjonijiet imressqa permezz ta' mezzi tradizzjonali, mhux elettroniċi japplikaw ukoll għall-proċeduri elettroniċi.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

L-intimat jista' jwieġeb bl-internet, iżda l-użu tal-internet mhuwiex obbligatorju.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Fil-kawżi ċivili ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-proċeduri elettroniċi u dawk mhux elettroniċi.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Fil-kawżi ċivili ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-proċeduri elettroniċi u dawk mhux elettroniċi.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva.  Ir-rikorsi għal ċitazzjoni, it-tweġibiet u dokumenti ġudizzjarji oħra jistgħu jintbagħtu lill-qrati permezz tal-posta elettronika wkoll.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Id-dokumenti li ma jirrikjedux konferma tar-riċevuta (bħat-tweġibiet, iċ-ċitazzjoni għas-smigħ preliminari u għas-seduta ta' smigħ ewlenija u s-sommarji tal-qorti) jistgħu jintbagħtu lill-partijiet interessati bil-posta elettronika.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Fuq talba tal-partijiet interessati, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jintbagħtulhom ukoll elettronikament.  Il-parti kkonċernata jew ir-rappreżentant tagħha jrid jirreġistra mas-sistema biex ikun jista' jniżżel id-deċiżjonijiet ġudizzjarji onlajn.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Attwalment ma jistgħux jitressqu appelli elettronikament.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Huwa possibbli li jitressqu talbiet għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi dwar djun elettronikament. Permezz tal-ipproċessar awtomatiku jistgħu jintbagħtu talbiet fil-qasam tad-dritt privat għall-eżekuzzjoni ta' djun, ibbażati fuq xi deċiżjoni jew sentenza mogħtija minn Qorti Distrettwali.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva. Jekk il-proċedimenti jkunu nbdew permezz tal-internet, ir-rikorrent ikollu l-possibbiltà li jivverifika l-andament tal-kawża tiegħu billi jirreġistra mas-servizz disponibbli onlajn.

L-aħħar aġġornament: 01/06/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Svezja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Għalissa mhuwiex possibbli li wieħed jagħmel rikors ġuramentat għal kawża ċivili bl-internet. Rikors ġuramentat irid jiġi ppreżentat bil-miktub u jkun iffirmat personalment mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu. Ir-rekwiżit tal-firma tfisser li rikors ma jistax jintbagħat elettronikament.

Fi proċedimenti sommarji, talba għal ordni ta’ ħlas tista’ tiġi ppreżentata quddiem Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten) bl-internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Kif jirriżulta mit-tweġiba għall-mistoqsija 1, dan huwa possibbli biss fi proċedimenti sommarji.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

It-talbiet elettroniċi lill-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni għal ordni ta’ ħlas iridu jiġu ffirmati b’firma elettronika avvanzata kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE.

L-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni tista’ tagħti eżenzjoni mir-rekwiżit tal-firma jekk persuna tkun mistennija tippreżenta għadd kbir ta’ talbiet b’mod sikur u teknikament xieraq. Jekk azzjoni għal ordni ta’ ħlas tiġi ttrasferita lill-qorti biex titrattaha bħala kawża normali, ma jkunx meħtieġ li tiġi pprovduta firma fiżika flimkien mat-talba elettronika.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti. Madankollu, kif jirriżulta mit-tweġiba għall-mistoqsija 12, normalment ikun possibbli li tiġi ppreżentata risposta tal-intimat u dokumenti ġudizzjarji oħrajn li ma hemmx għalfejn jiġu ffirmati personalment bl-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ma hemm l-ebda servizz bl-internet biex tiftaħ kawża l-qorti.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Dokumenti li ma hemmx bżonn jiġu ffirmati personalment jistgħu jintbagħtu elettronikament. Dan ifisser li huwa possibbli, fil-prinċipju, li d-dokumenti kollha għajr ir-rikors ġuramentati jintbagħtu elettronikament. Il-qorti tista', madankollu, tiddeċiedi f’kawża individwali li dokument li jkun ġie ppreżentat elettronikament irid ikun ikkonfermat mill-mittent permezz ta' dokument oriġinali ffirmat.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Ma hemm xejn li jipprevjeni qorti milli tibgħat dokument elettronikament u li l-wasla tad-dokument tkun ikkonfermata bil-posta elettronika, pereżempju, jekk dan jitqies li jkun xieraq skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-data personali, eċċ.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Sentenza tintbagħat bil-posta, sakemm ma jkunx hemm parti li titlob biex ma jsirx hekk. Meta jkun xieraq, pereżempju fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar id-data personali fis-seħħ, id-dokumenti jistgħu minflok jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika, jew ikunu aċċessibbli f'forma elettronika oħra.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Tista' tiftaħ appell bil-posta elettronika. Meta jkun hemm bżonn, il-qorti tista' titlob li dak l-appell ikun ikkonfermat mill-mittent permezz ta' dokument oriġinali ffirmat.

Fir-rigward tan-notifiki tal-proċess, ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Talba għall-eżekuzzjoni tista' ssir mill-parti intitolata jew mir-rappreżentant tagħha, verbalment jew bil-miktub. Talba verbali tirrikjedi li l-parti li qed titlob l-eżekuzzjoni tikkuntattja lill-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni. Talba bil-miktub trid tkun iffirmata mill-parti li qed titlob l-eżekuzzjoni jew mir-rappreżentant tagħha. L-Awtorità Żvediża ta' Eżekuzzjoni tista', madankollu, tippermetti li parti li tkun qed tibgħat għadd kbir ta’ talbiet tibgħathom elettronikament.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le.

L-aħħar aġġornament: 02/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - L-Ingilterra u Wales

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, huwa possibbli jinbdew proċedimenti tal-qorti permezz tal-internet permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoney Claim Online (MCOL) jew ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPossession Claim Online (PCOL). Iż-żewġ sistemi huma appoġġati minn helpdesk li jista’ jipprovdi assistenza (għalkemm mhux konsulenza legali). Il-helpdesk jista’ jiġi kkuntattjat fuq 0845 601 5935 (għal dawk li jċemplu fir-Renju Unit) u fuq +44 1604 619 402 (għal dawk li jċemplu minn barra r-Renju Unit).

Barra minn hekk jistgħu jinħarġu talbiet fi ħdan id-diversi ġurisdizzjonijiet tar-Rolls Building f’Londra (id-Diviżjoni tal-Kanċellerija tal-Qorti Għolja (Chancery Division of the High Court), il-Qrati Kummerċjali u tat-Teknoloġija u l-Kostruzzjoni (Commercial and Technology and Construction Courts), il-Qorti Merkantili (Mercantile Court) u l-Qorti tal-Ammiraljat (Admiralty Court)) u l-kawża tiġi ġestita b’mod elettroniku bl-iskema ta' CE Filing.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

L-MCOL hija disponibbli għal talbiet tal-Qorti tal-Kontea (County Court) għal ammont fiss ta’ flus li jkun anqas minn £ 100000 (madwar EUR 125000), inklużi t-tariffi tal-qorti u l-ispejjeż tal-avukati. It-talba għandha tkun kontra mhux aktar minn żewġ persuni u l-indirizz tal-persuna jew tal-persuni li tinfetaħ kawża kontrihom għandu jkun fl-Ingilterra u Wales. L-attur ukoll irid ikollu indirizz għan-notifika fl-Ingilterra u Wales.

Il-PCOL tista’ tintuża biex issir talba għall-irkupru tal-pussess ta’ art (inklużi bini jew partijiet ta’ bini). Din tinkludi talba għall-pussess għal proprjetà residenzjali minn sid il-kera kontra inkwilin, fuq il-bażi biss ta' arretrati tal-kera (iżda mhux talba għad-dekadenza ta’ kirja); jew persuna li tissellef flus b’kuntratt ta’ ipoteka kontra l-kreditur ipotekarju, fuq il-bażi biss ta’ inadempjenza fil-pagament tas-somom dovuti taħt ipoteka. Ma tinkludix talba għal kwalunkwe rimedju ieħor ħlief għall-pagament tal-arretrati tal-kera jew tal-flus dovuti taħt ipoteka, l-imgħax u l-ispejjeż. Bħal fil-każ tal-MCOL, il-konvenuti kollha jrid ikollhom indirizz għan-notifika fl-Ingilterra u Wales u l-kreditur irid ikollu indirizz fl-Ingilterra jew f'Wales fejn ikunu jistgħu jiġu kkonsenjati d-dokumenti. L-attur irid ikun jista’ jipprovdi wkoll kodiċi postali għall-proprjetà li tkun trid tiġi rkuprata u għandu jkollu indirizz tal-posta elettronika.

Kemm għall-MCOL kif ukoll għall-PCOL, il-kredituri jrid ikollhom mill-anqas 18-il sena, ma jridx ikollhom nuqqas ta’ kapaċità mentali, ma jridux ikunu assistiti legalment skont it-tifsira tal-Att tal-1988 dwar l-Għajnuna Legali (Legal Aid Act 1988) u ma jridux ikunu litigant vessatorju (jiġifieri persuna li tkun ġiet ipprojbita minn Imħallef tal-Qorti Għolja (High Court Judge) milli toħroġ proċedimenti fi kwalunkwe qorti tal-kontea (county court) fl-Ingilterra u Wales mingħajr permess). Ma jistgħux isiru talbiet kontra l-Gvern jew il-Monarkija.

Dawn it-tipi ta’ talbiet ma għandhomx għalfejn jinbdew permezz tal-internet.

CE Filing hija disponibbli għat-talbiet kollha (ħlief għal dawk li jinvolvu rikors għar-remissjoni tat-tariffi) li kieku jinħarġu fir-Rolls Building; il-kawżi li ma jinbdewx b'CE Filing jistgħu jużaw kwalunkwe waħda mis-sistemi.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Kemm l-MCOL kif ukoll il-PCOL huma disponibbli l-ħin kollu. Meta talba tasal qabel id-9.00 f’jum meta l-qorti tkun miftuħa, it-talba tiġi pproċessata dakinhar. Meta tasal wara d-9.00, din tiġi pproċessata fil-jum li jmiss li l-qorti tkun miftuħa. It-talba normalment tiġi stampata u mibgħuta lill-konvenut fil-jum li tiġi pproċessata.

CE Filing hija disponibbli wkoll 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, suġġetta għall-manutenzjoni ta’ rutina.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Kemm għall-MCOL kif ukoll għall-PCOL, attur jintalab jimla sensiela ta’ skrins. Kull skrin jittratta biċċa informazzjoni speċifika li hija meħtieġa - pereżempju l-isem u l-indirizz sħiħ tal-kreditur, l-isem u l-indirizz tal-konvenut jew tal-konvenuti u l-ammont ta’ flus li jkunu qed jintalbu u d-dettalji tat-talba.

Is-sistemi tal-MCOL u tal-PCOL jissejvjaw awtomatikament l-informazzjoni hekk kif din timtela fuq l-iskrin. Jekk timtela biss parti minn skrin, kreditur jista’ jissejvja dik l-informazzjoni billi jagħżel l-opzjoni Save li tidher fin-naħa ta’ fuq u ta’ isfel ta’ kull skrin. Fl-MCOL dawn id-dettalji jiġu ssejvjati għal 28 jum biex kreditur jingħata biżżejjed żmien biex jiġbor kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa. Il-PCOL tissejvja abbozz tat-talba b’mod indefinit sakemm it-talba tiġi sottomessa jew titħassar mill-utent.

L-informazzjoni inizjali dwar il-partijiet u l-avukati tagħhom tiġi sottomessa f’formola online. CE Filing tippermetti lill-parti ttella’ dokumenti daqslikieku kienet qed tagħmel dan b'mod fiżiku; l-unika restrizzjoni hija d-daqs, jekk dokument ikun kbir wisq, ikun jeħtieġ li jiġi ppreżentat f'biċċiet.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Is-sigurtà hija ta’ importanza kbira kemm fis-sistema tal-MCOL kif ukoll f’dik tal-PCOL. Minħabba li xi informazzjoni li kreditur jipprovdi tista’ tkun ta’ natura sensittiva, is-sigurtà tiġi pprovduta permezz ta’ ID tal-utent u passwords uniċi. Is-sit għandu wkoll protezzjoni tas-sigurtà u jikkripta d-data li tgħaddi minn fuq l-Internet. Madankollu, il-partijiet għandhom jinnotaw li kwalunkwe email li tintbagħat jew tasal ma tistax titqies bħala sigura.

Il-kredituri jridu jirreġistraw mal-MCOL u mal-PCOL qabel ma jkunu jistgħu joħorġu t-talbiet online. Ladarba jkunu rreġistraw, dawn jiġu mitluba jagħżlu ID tal-utent u password. Kemm l-ID kif ukoll il-password iridu jkunu twal mhux inqas minn 8 u mhux aktar minn 12-il karattru, u jkunu kombinazzjoni ta’ ittri u numri.

L-MCOL u l-PCOL jitolbu wkoll lill-kreditur jagħżel mistoqsija tas-sigurtà u jipprovdi tweġiba għaliha meta jirreġistra. Dan għall-eventwalità li l-kreditur jinsa l-password tiegħu. Is-sistema tibgħat il-password permezz ta’ email bil-kundizzjoni li l-mistoqsija tas-sigurtà tkun ġiet imwieġba b’mod korrett. L-IDs tal-utent ladarba jintesew ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati.

CE Filing hija metodu sigur għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni bejn il-qrati u l-partijiet u l-bankiera tagħhom.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhumiex meħtieġa firem elettroniċi, għalkemm tapplika l-proċedura ta' lloggjar deskritta fit-tweġiba għall-mistoqsija 5. Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija 3, il-ħin li fih jiġi ppreżentat rikors jiddetermina l-jum li fih tiġi pproċessata t-talba.

Billi CE Filing hija metodu ta' preżentazzjoni tad-dokumenti, ma hija meħtieġa l-ebda firma elettronika. Il-ħin tas-sottomissjoni huwa jew il-ħin tal-ħlas tat-tariffa rilevanti jew id-data u l-ħin kif stabbiliti fir-regoli rilevanti.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-talbiet maħruġa online jattiraw tariffa aktar baxxa minn dawk maħruġa manwalment, billi huma anqas intensivi fir-riżorsi għall-persunal tal-qorti. It-tariffi tal-qorti kemm għall-MCOL kif ukoll għall-PCOL għandhom jitħallsu permezz ta’ karta ta’ kreditu jew ta’ debitu, u l-PCOL tippermetti wkoll ħlas permezz ta’ debitu dirett għall-organizzazzjonijiet u l-avukati. Dawk intitolati li jitolbu remissjoni tat-tariffa ma jistgħux jużaw l-MCOL jew il-PCOL. Jekk tintalab remissjoni tat-tariffa, ir-rikors ikun jeħtieġ prova li tkun trid tiġi vverifikata minn membru tal-persunal tal-qorti. Għal dik ir-raġuni, ir-rikorsi għar-remissjonijiet tat-tariffi mhumiex disponibbli online. L-atturi li jħossu li jikkwalifikaw għar-remissjoni tat-tariffi jridu jikkuntattjaw il-qorti lokali tagħhom u joħorġu talba manwali flimkien mar-rikors tagħhom.

It-Tariffi pagabbli huma l-istess daqslikieku l-kawża tkun inħarġet b'mod fiżiku. It-tariffi jitħallsu jew permezz ta’ karta ta’ kreditu jew akkont.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Filwaqt li huwa possibbli jitħassru t-talbiet magħmula permezz tal-MCOL u l-PCOL qabel ma jiġu sottomessi, wara li jiġu sottomessi, it-talbiet ma jkunux jistgħu jitħassru. Huwa possibbli li jiġu kkanċellati proċedimenti mitluba permezz tal-MCOL jew tal-PCOL ladarba jkunu nħarġu bl-istess mod bħal fil-każ ta’ proċeduri mhux elettroniċi. It-tariffi tal-qorti ma jistgħux jiġu rimborżati meta ssir talba għall-kanċellazzjoni wara li jkunu nħarġu l-proċedimenti.

B'CE filing, kawża tista’ tiġi rtirata bl-istess mod daqslikieku dan sar permezz ta’ preżentazzjoni fiżika.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Jekk talba tkun inħarġet permezz tal-MCOL jew tal-PCOL, konvenut jista' jirrispondi b’mod elettroniku billi juża l-password tal-login ipprovduta fuq quddiem tal-formola tat-talba. Mhuwiex obbligatorju li wieħed jirrispondi permezz tal-internet.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe regola, kawża miftuħa permezz ta' CE Filing tkompli bħala kawża miftuħa permezz ta' CE Filing.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Il-konvenut jista’ jirrispondi online għal talba magħmula permezz tal-MCOL b’5 modi. Huwa jista’:

  • Iħallas it-talba kollha
  • Jagħmel ammissjoni sħiħa
  • Jagħmel ammissjoni parzjali
  • Jippreżenta konferma tan-notifika
  • Jikkontesta t-talba
  • Jagħmel kontrotalba kontra l-attur

Meta l-konvenut jissottometti risposta, il-kawża tiġi trasferita lill-qorti lokali tal-konvenut. Meta ssir kontrotalba, il-kawża tiġi trasferita lil qorta xierqa. Fiż-żewġ ċirkustanzi, il-kawża tipproċedi daqslikieku kienet inħarġet f’format mhux elettroniku.

Jekk il-konvenut jagħmel ammissjoni parzjali, il-kreditur jiġi mistoqsi jekk ikunx lest li jaċċetta din l-ammissjoni. Jekk tiġi aċċettata, l-attur jista’ jitlob lill-qorti biex tagħti sentenza kontra l-konvenut u tibgħat ordni għall-pagament. Jekk ma tiġix aċċettata, il-kawża tkompli bħala kawża kkontestata.

Jekk il-konvenut jirrispondi għat-talba ta’ pussess, tiġi notifikata kopja lill-attur u titqiegħed fl-atti tal-kawża għas-seduta inizjali dwar il-pussess. Fuq il-PCOL, il-konvenuti jistgħu jimlew il-formola tar-risposta li hija dikjarazzjoni tal-mezzi u hija meħtieġa qabel is-seduta dwar il-pussess.

Konvenut f'kawża ppreżentata permezz ta' CE Filing għandu l-istess opzjonijiet bħal konvenut f’kawża mhux ippreżentata permezz ta' CE Filing.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk il-konvenut ma jirrispondix għal talba, il-kreditur jista’ jitlob sentenza fil-kontumaċja online permezz tal-MCOL. Tista’ ssir talba billi tintgħażel l-opzjoni Bidu tas-Sentenza (Judgment Start). Il-kreditur jiġi mitlub jiddeċiedi jekk ikunx irid li l-konvenut iħallas it-talba permezz ta’ pagamenti parzjali jew f’pagament wieħed f’daqqa. Jekk il-kreditur ikun talab l-imgħax bħala parti mit-talba oriġinali, huwa jkun intitolat li jitlob l-imgħax mid-data tal-ħruġ sad-data meta tintalab is-sentenza. Bħal fil-każ tal-bidu tat-talbiet, talba għal sentenza jekk tasal permezz tal-MCOL qabel id-9.00 f’jum meta l-qrati jkunu miftuħa, tiġi pproċessata fl-aħħar tal-jum. Meta tasal wara d-9.00, din tiġi pproċessata fil-jum li jmiss meta l-qorti tkun miftuħa u tista’ ma tidhirx fuq l-MCOL qabel il-ġurnata ta’ wara.

Il-PCOL tista’ tintuża sabiex jitressaq rikors quddiem il-qorti biex tiġi ffissata data għall-pussess meta l-konvenut ikun naqas milli jikkonforma mat-termini ta’ Ordni għall-Pussess. Madankollu, l-evidenza ta’ sostenn meħtieġa trid tiġi ppreżentata direttament lill-qorti u ma tistax tiġi mehmuża ma’ rikors online.

In-nuqqas ta’ involviment fil-proċess min-naħa tal-konvenut f’kawża ppreżentata permezz ta' CE Filing iwassal għall-istess riżultati f’kawża mhux ippreżentata permezz ta' CE Filing.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Il-PCOL tippermetti lill-atturi jissottomettu dawn li ġejjin b’mod elettroniku:

  • Korrispondenza ġenerali
  • Rikors ġenerali
  • Talba għall-aġġornament tas-seduta
  • Irtirar tat-talba.

Għall-MCOL, l-atturi jistgħu jagħmlu wkoll dawn li ġejjin b’mod elettroniku:

  • Idaħħlu sentenza permezz ta’ ammissjoni, ammissjoni parzjali jew kontumaċja
  • Joħorġu mandat ta’ eżekuzzjoni.

L-atturi u l-konvenuti jistgħu jissottomettu korrispondenza bl-email u mistoqsijiet permezz tal-MCOL u l-PCOL. Madankollu, huma ma jistgħux jissottomettu korrispondenza jew rikorsi ġenerali b’mod elettroniku.

CE Filing tippermetti li d-dokumenti kollha jiġu ppreżentati b’mod elettroniku.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Is-sentenzi jistgħu jinħarġu kemm fuq l-MCOL kif ukoll fuq il-PCOL, madankollu huma jridu jiġu nnotifikati bil-metodu preskritt fir-regoli.

F'kawżi miftuħa permezz ta' CE Filing, il-parti oriġinarja hija responsabbli għan-notifika.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

L-imħallfin ma għandhomx il-faċilità li jibagħtu d-deċiżjonijiet lill-partijiet b’mod elettroniku.

CE Filing ma għandha l-ebda effett fuq l-għoti tas-sentenzi.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Jista’ jiġi ppreżentat appell permezz tal-PCOL fuq rikors ġenerali, iżda apparti minn dan ma jista’ jsir l-ebda appell b’mod elettroniku permezz tal-PCOL jew l-MCOL. Id-deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu nnotifikati permezz tal-internet.

CE Filing ma għandha l-ebda applikazzjoni f’kawżi ta’ appell.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Meta kreditur jitlob sentenza fil-kontumaċja bi ħlas immedjat permezz tal-MCOL, huwa jista’ jitlob mandat ta’ eżekuzzjoni ladarba l-istatus fuq l-MCOL juri li s-sentenza tkun iddaħħlet, u meta l-konvenut ikun inadempjenti fir-rigward tat-termini tas-sentenza (dan japplika kemm jekk is-sentenza tinkiseb fil-kontumaċja jew b’ammissjoni). Hemm tariffa għall-ħruġ ta’ mandat li l-kreditur jintalab iħallas permezz ta' karta ta’ debitu jew ta’ karta ta’ kreditu. Din it-tariffa tal-qorti tiżdied mal-ammont dovut. Biex jitlob mandat online, il-kreditur irid jilloggja fis-sistema billi juża l-ID tal-utent u l-password tiegħu, jagħżel it-talba u jagħżel l-opzjoni “mandat ta’ eżekuzzjoni”.

Il-mandat irid jinħareġ għal:

Jew il-bilanċ dovut skont is-sentenza

Jew, jekk is-sentenza tkun pagabbli b’pagamenti parzjali, somma minima ta’ £ 50 jew pagament mensili wieħed, skont liema jkun l-akbar ammont.

Ladarba jinħareġ il-mandat, dan jintbagħat b’mod elettroniku lill-uffiċjali ġudizzjarji fil-qorti lokali tal-konvenut. L-uffiċjali ġudizzjarji jagħmlu diversi tentattivi biex jirkupraw il-flus tal-kreditur.

Metodi oħra ta’ eżekuzzjoni - li d-dettalji sħaħ tagħhom jistgħu jinstabu fl-iskeda informattiva dwar l-eżekuzzjoni għall-Ingilterra u Wales - mhumiex disponibbli permezz tal-MCOL.

Il-PCOL tista’ tintuża biex tiġi ppreżentata talba lill-qorti biex toħroġ Mandat ta’ Pussess. Dan jipprovdi mezz biex tiġi eżegwita sentenza jew ordni għall-pussess ta’ art (fejn “art” hija meqjusa li tfisser kemm bini kif ukoll art miftuħa). Jekk l-okkupanti tal-art ma jitilqux b’mod volontarju, uffiċjal ġudizzjarju għandu setgħat skont il-mandat biex ikeċċihom. Jeħtieġ li titħallas tariffa.

Il-PCOL tista’ tintuża wkoll biex jiġi ppreżentat rikors lill-qorti għal Permess biex Jinħareġ Mandat ta’ Restituzzjoni. Il-Mandati ta’ Restituzzjoni japplikaw biss fiċ-ċirkostanzi meta l-uffiċjal ġudizzjarju jkun eżegwixxa b’suċċess mandat ta’ pussess u l-okkupant preċedenti jkun kiseb mill-ġdid il-pussess tal-proprjetà. Madankollu, jekk rikors ikun beħsiebu jibbaża fuq dikjarazzjoni tax-xhieda jew dokumentazzjoni separata, ma jkunx possibbli li r-rikors jiġi ppreżentat online. Ma jista’ jintalab l-ebda metodu ieħor ta’ eżekuzzjoni permezz tal-PCOL.

CE Filing ma għandhiex dispożizzjonijiet dwar eżekuzzjoni.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Il-partijiet jistgħu jaraw l-istatus tal-kawża tagħhom online, u jaraw l-istorja tal-kawżi li jkunu nħarġu minnhom jew kontrihom.

Soġġett għar-regoli fis-CPR, it-tfittxijiet fis-CE Files jistgħu jsiru permezz tat-terminal ipprovdut għal dan il-għan.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoney Claim Online

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPossession Claim Online

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice)

L-aħħar aġġornament: 20/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - L-Irlanda ta’ fuq

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, huwa possibbli jinbdew proċedimenti tal-qorti ċivili bl-internet permezz ta’ Small Claims Online (SCOL) li tista’ tinstab f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice-ni.gov.uk/articles/online-services

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Small Claims On Line (SCOL) hija disponibbli għal talbiet ta’ flus li jkunu ta’ anqas minn £ 3,000, esklużi t-tariffi tal-qorti, u li ma jirrigwardawx danni personali, inċidenti tat-traffiku, libell jew kalunnja, titolu ta’ art, legat jew annwalità jew kwalunkwe proprjetà ta’ żwieġ.

Il-persuna jew persuni (l-intimat(i)) li tkun infetħet kawża kontrihom jistgħu jkunu jirrisjedu fir-Renju Unit sakemm jiġi pprovdut kodiċi postali rikonoxxut li jippermetti l-identifikazzjoni tal-indirizz xieraq għan-notifika. Jekk l-intimat ikollu indirizz fl-Ingilterra, fl-Iskozja jew f’Wales, ir-rikorrent irid jikkonferma li r-raġuni tal-kawża li għaliha jkun qiegħed jagħmel it-talba ma tkunx kwistjoni li ġiet ippreżentata f’xi qorti oħra. Madankollu, jekk l-intimat ikollu indirizz barra mir-Renju Unit, f’dak il-każ SCOL ma tistax tintuża.

Fir-rigward ta’ SCOL, l-awturi jrid ikollhom mill-anqas 18-il sena, ma jridx ikollhom nuqqas ta’ kapaċità mentali, ma jridux ikunu assistiti legalment skont it-tifsira tal-Att tal-1988 dwar l-Għajnuna Legali (Legal Aid Act 1988) u ma jridux ikunu litiganti vessatorji (jiġifieri persuna li tkun ġiet ipprojbita minn Imħallef tal-Qorti Għolja (High Court Judge) milli tibda proċedimenti fi kwalunkwe qorti tal-kontea (county court) fl-Irlanda ta’ Fuq mingħajr permess). Ma jistgħux isiru talbiet kontra l-Gvern jew il-Monarkija.

It-Talbiet Żgħar jistgħu jinbdew f’uffiċċju tal-qorti jew online bl-użu tal-proċess ta' SCOL.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

SCOL attwalment hija disponibbli 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Għal SCOL, ir-rikorrent jintalab jimla sensiela ta’ skrins. Kull skrin jittratta biċċa informazzjoni speċifika li hija meħtieġa - pereżempju l-isem u l-indirizz sħiħ tar-rikorrent, l-isem u l-indirizz tal-intimat jew tal-intimati u l-ammont ta’ flus li jkunu qed jintalbu u d-dettalji tat-talba.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Is-sigurtà hija ta’ importanza kbira. Minħabba li xi informazzjoni li rikorrent jipprovdi tista’ tkun ta’ natura sensittiva, is-sigurtà tiġi pprovduta permezz ta’ ID tal-utent u passwords uniċi. Is-sit web għandu wkoll protezzjoni tas-sigurtà u jikkripta d-data li tgħaddi minn fuq l-Internet.

Ir-rikorrenti jridu jirreġistraw mas-sit web qabel ma jkunu jistgħu jagħmlu talba żgħira online. Waqt ir-reġistrazzjoni, huma jiġu mitluba jagħżlu ID tal-utent u password. Il-password ma tridx tkun iqsar minn 7 karattri u trid tkun taħlita ta’ ittri kbar u ittri żgħar u numri.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhumiex meħtieġa firem elettroniċi. Ir-Rikorrent huwa meħtieġ jimla Dikjarazzjoni tal-Verità.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn it-tariffi tal-qorti pagabbli għal talbiet mibdija permezz tal-Internet u dawk għal proċeduri mhux elettroniċi. It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta’ karta ta’ kreditu jew ta’ debitu jew kont imħallas minn qabel. Dawk intitolati li jitolbu eżenzjonijiet jew remissjonijiet tat-tariffi ma jistgħux jużaw SCOL.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ir-Rikorrent jista’ jagħmel avviż biex tiġi rtirata talba; dan l-avviż jista’ jiġi ppreżentat online jew permezz tal-uffiċċju u jistabbilixxi l-istatus tal-kawża għal “trattata”.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Jekk talba tkun inħarġet permezz ta’ SCOL, intimat jista’ jirrispondi b’mod elettroniku billi juża d-dettalji tat-talba pprovduti fuq quddiem tal-formola tat-talba jew inkella jista’ jirrispondi lill-uffiċċju tal-qorti rilevanti. Mhuwiex obbligatorju li wieħed jirrispondi permezz tal-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

L-intimat jista’ jirrispondi online għal talba magħmula permezz ta' SCOL bi 3 modi. Huwa jista’ jimla:

Aċċettazzjoni tar-Responsabbiltà – jekk jammetti t-talba u jkun jixtieq jissaldaha.

Intimat għandu jimla u jippreżenta dan id-dokument jekk huwa jaċċetta li dawn il-flus ikunu dovuti minnu u jkun se jħallas l-ammont pendenti. Huwa għandu jispeċifika jekk ikollux bżonn aktar żmien biex iħallas billi jiddikjara li jista’ jħallas ammont fil-ġimgħa/xahar jew li jista’ jħallas l-ammont sħiħ sa ċerta data.

Avviż ta’ Tilwima - jekk l-intimat ikun jixtieq jikkontesta t-talba magħmula kontrih.

Jekk ma jaqbilx mat-talba, huwa għandu jimla u jissottometti Notifika ta’ Tilwima, u jagħti r-raġuni għaliex iħoss li din il-kawża għandha tiġi kkontestata. Ladarba d-dokument jiġi verifikat, il-kawża mbagħad tiġi trasferita lill-uffiċċju tal-qorti msemmi fir-rikors oriġinali (normalment uffiċċju tal-qorti lokali) għall-elenkar (jiġifieri skedar) u s-seduta. Huwa jrid jippreżenta kopji ta’ kwalunkwe dokument li jappoġġa l-kawża tiegħu lill-Uffiċċju tal-Qorti rilevanti mill-anqas 10 ijiem qabel id-data tas-seduta.

Avviż ta’ Tilwima u Kontrotalba - jekk l-intimat ikun jixtieq jikkontesta t-talba magħmula kontrih u jkun jixtieq jagħmel kontrotalba kontra r-rikorrent. Ikun hemm tariffa imposta għal dan id-dokument u din tiġi kkalkulata skont l-ammont li l-intimat ikun jixtieq jitlob. Huwa jkun irid iħallas għal dan ir-rikors permezz ta’ karta ta’ kreditu jew ta’ debitu online. Jekk ma jkollux karta ta’ kreditu jew ta’ debitu, huwa jkollu jissottometti dan id-dokument liċ-Ċentru tal-Ipproċessar Ċivili (Civil Processing Centre) u jħallas permezz ta’ flus kontanti, money order jew ċekk. Iċ-ċekkijiet għandhom ikunu pagabbli lis-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service).

Ladarba d-dokument jiġi verifikat fiċ-Ċentru tal-Ipproċessar Ċivili (Civil Processing Centre), dan imbagħad jiġi trasferit lill-uffiċċju tal-qorti msemmi fir-rikors oriġinali (normalment uffiċċju tal-qorti lokali) għall-elenkar u s-seduta. L-intimat irid jippreżenta kopji ta’ kwalunkwe dokument li jappoġġa l-kawża tiegħu lill-Uffiċċju tal-Qorti rilevanti mill-anqas 10 ijiem qabel id-data tas-seduta.

Meta l-intimat jippreżenta kontrorisposta, il-kawża tiġi trasferita lill-qorti lokali tal-intimat. Meta ssir kontrotalba, il-kawża tiġi trasferita lil qorta xierqa. Fiż-żewġ ċirkustanzi, il-kawża tkompli daqs li kieku kienet inħarġet f’format mhux elettroniku.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ladarba d-data tar-ritorn tkun skadiet u ma jkun hemm l-ebda risposta mill-intimat, ir-rikorrent jista’ jippreżenta rikors għal Digriet ta’ Inadempjenza b’Likwidazzjoni jew Mingħajr Likwidazzjoni (Liquidated or Unliquidated Default Decree). Dan ir-Rikors għal Digriet ta’ Inadempjenza jista’ jimtela u jiġi ppreżentat online.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ma hemm l-ebda faċilità ġenerali online biex jiġu ppreżentati dokumenti lil qorti b’mod elettroniku, madankollu f’ċerti ċirkostanzi fid-diskrezzjoni tal-qorti, il-qorti tista’ tindika li se taċċetta ċerta dokumentazzjoni b’mod elettroniku. Id-dokumenti jiġu aċċettati jekk jiġu trażmessi bejn il-kontijiet tal-Posta elettronika tal-Ġustizzja Kriminali (Criminal Justice Secure eMail) (CJSM), jiġifieri minn indirizz elettroniku tas-CJSM għal ieħor. Protokoll għall-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni bejn is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts & Tribunals Service) u organizzazzjonijiet oħra, fi proċedimenti skont l-Ordni tal-1985 dwar it-Tfal (Irlanda ta’ Fuq) (Children (Northern Ireland) Order 1995), jagħti d-dettalji tal-parametri għall-iskambju tad-dokumentazzjoni maqbula.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service)

L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Skozja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, għal talbiet bil-Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) biss. Il-Proċedura Sempliċi hija proċess tal-qorti mfassal biex jipprovdi mod rapidu, mhux għali u informali għas-soluzzjoni ta’ tilwim meta l-valur monetarju ma jkunx jaqbeż £ 5,000.

Aktar informazzjoni fir-rigward ta’ civil online tista’ tiġi aċċessata fuq is-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals) fil-link ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacivil online li ġejja.

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) għandu għan fit-tul li jipprovdi servizzi usa’ b’mod elettroniku, iżda attwalment ma jipprovdix din il-funzjoni għajr kif deskritt hawn fuq. Il-bidu ta’ proċedimenti differenti tal-qorti permezz tal-internet se jkun objettiv ewlieni hekk kif jiġu mistħarrġa s-sistemi u l-proċessi interni.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Hija disponibbli biss għal tipi ta’ kawżi bil-Proċedura Sempliċi; dawn il-proċedimenti mhumiex esklużivament permezz tal-internet u l-kawżi xorta jistgħu jitressqu f’format stampat fil-qorti.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-faċilità online hija disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, il-konferma li talba tkun ġiet aċċettata mill-qorti hija ristretta għas-sigħat tal-uffiċċju meta l-persunal ikun disponibbli biex jivverifika l-kompetenza u jipproċessa t-talbiet.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Iva, hemm formoli standard li jikkonformaw mar-regoli tal-qorti li jistgħu jimtlew u jiġu sottomessi b’mod elettroniku.

Ir-regoli u l-formoli tal-Proċedura Sempliċi huma disponibbli fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregoli tal-qorti (court rules).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-utenti huma meħtieġa jawtentikaw qabel ma jingħataw aċċess għal kwalunkwe data. Id-data hija kriptata fit-tranżitu u meta tkun inattiva. L-applikazzjoni nbniet skont OWASP ASVS 3.0 livell 2.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhijiex meħtieġa firma elettronika.

Il-ħin u d-data li jiġu ppreżentati t-talbiet u dokumenti oħra jiġu rreġistrati fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kawżi.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi tal-qorti huma pagabbli u huma preskritti fil-leġiżlazzjoni.

It-tariffi jistgħu jitħallsu b’mod elettroniku permezz ta’ karta ta’ kreditu jew ta’ debitu meta tiġi ppreżentata talba bi Proċedura Sempliċi permezz ta’ civil online.

Jekk tintuża proċedura mhux elettronika, it-tariffi jistgħu jitħallsu wkoll bi flus kontanti jew ċekk kif ukoll permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatariffi tal-qorti (court fees).

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Le, iżda talba bil-Proċedura Sempliċi tista’ tiġi miċħuda jew saldata bit-termini jew ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregoli tal-qorti.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Huwa possibbli iżda mhux obbligatorju.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Jekk risposta tingħata b’mod elettroniku, f’dak il-każ il-qorti tibgħat konferma elettronika tar-riċevuta tar-risposta u tavża dwar kwalunkwe proċedura ulterjuri billi tibgħat notifiki elettroniċi.

Aktar informazzjoni tista’ tiġi aċċessata fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarisposta għal talba (responding to a claim).

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk ma jkun hemm l-ebda risposta, f’dak il-każ ma tingħata l-ebda notifika mill-qorti. L-attur jikkuntattja lill-konvenut biex javża r-riżultat tal-kawża fi żmien debitu.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Meta kawża bi Proċedura Sempliċi tkun tressqet permezz ta’ Civil Online, l-evidenza kollha ppreżentata lill-qorti b’mod elettroniku tiġi ppreżentata fil-qorti b’mod elettroniku - dan japplika biss għall-kawżi mressqa permezz ta’ Civil Online.

Fit-tipi l-oħra kollha ta’ kawżi, dan huwa possibbli biss meta ż-żewġ partijiet u l-imħallef li jkun qiegħed jisma’ l-kawża jaqblu dwar il-format.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le. Madankollu, jekk kawża tkun marret għal seduta sħiħa u determinazzjoni ġudizzjarja mill-qorti, kopja tal-opinjoni tal-qorti tista’ suċċessivament tiġi ppubblikata fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) u/jew fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠudikatura tal-Iskozja (Judiciary of Scotland).

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le. Madankollu, xi opinjonijiet tal-qorti huma disponibbli online. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ġudikatura tal-Iskozja (Judiciary of Scotland).

L-aħħar aġġornament: 19/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Ġibiltà

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Attwalment f'Ġibiltà mhuwiex possibbli li jinbdew proċedimenti tal-qorti jew ta’ eżekuzzjoni permezz tal-internet. F'Ġibiltà mhuwiex possibbli lanqas li jiġu ppreżentati dokumenti lil qorti, jiġu notifikati sentenzi, jinħarġu deċiżjonijiet ġudizzjarji jew jiġu ppreżentati appelli b’mod elettroniku.