

Sib informazzjoni għal kull reġjun
It-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa possibbli biss fuq bażi temporanja (pereż. għal vaganza). It-tibdil tal-istat ta’ residenza jirrikjedi l-kunsens mill-ġenitur l-ieħor jew deċiżjoni mill-qorti li tkun stabbiliet il-post tar-residenza tal-minuri fl-istat barrani.
Jekk il-ġenituri huma miżżewġin, u mhux divorzjati, kemm jekk jgħixu flimkien jew separatament, il-kunsens tat-tnejn li huma huwa meħtieġ sabiex jinbidel il-pajjiż tar-residenza tal-minuri.
Jekk il-ġenituri huma divorzjati u l-post tar-residenza tal-minuri jkun ġie stabbilit ma’ wieħed mill-ġenituri, il-fatt ta’ trażlok mal-minuri biex igħix b’mod permanenti fi stat barrani b’mod permanenti jirrikjedi wkoll il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor ukoll, għaliex l-istabbiliment ta’ residenza ma’ wieħed mill-ġenituri ma jagħtix lil dak il-ġenitur aktar drittijiet fir-rigward tal-minuri, salv jekk il-qorti ma tkunx determinat mod ieħor.
Jekk il-ġenituri mhumiex miżżewġin u l-post tar-residenza tal-minuri ma jkunx ġie stabbilit ma’ wieħed minnhom, huwa preżunt li d-drittijiet tal-ġenituri huma ugwali u l-kunsens taż-żewġ ġenituri huwa rikjest sabiex jinbidel l-istat ta’ residenza tal-minuri.
Jekk huwa impossibbli li jinkiseb il-kunsens mill-ġenitur l-ieħor, il-ġenitur li qiegħed jittrażloka lejn stat ieħor irid jitlob lill-qorti sabiex tistabbilixxi l-post ta’ residenza tal-minuri u l-arranġamenti għal aċċess tal-minuri. Fejn jiġi stabbilit il-post ta’ residenza, il-ġenitur irid japplika għal tibdil tal-arranġamenti għal aċċess tal-minuri.
Il-leġiżlazzjoni Litwana ma tirrikjedix kunsens addizzjonali minn ġenitur għat-trasferiment temporanju ta’ minuri lejn Stat ieħor.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.