

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iċ-ċirkostanzi ivarjaw skont is-sitwazzjoni iżda l-aktar komuni insibu li wieħed m'għandux jitlob kunsens minn għand il-ġenituri l-ieħor meta l-post li dan ta' l-aħħar jgħix ma jkunx magħruf. L-Artikolu 56 (5) tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi illi l-Qorti tista' ċċaħħad il-jeddijiet tal-awtorita lil xi ġenitur u għalhekk f'dak il-każ il-ġenitur li għandu l-kura u kustodja tal-minuri m'għandux għalfejn jitlob il-kunsens ta' dak il-ġenitur li ġie mċaħħad mill-jeddijiet tiegħu jew tagħha.
Iżda ġenitur għandu dejjem jaċċerta ruħhu illi jista’ jitrasferixxi minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor billi jitlob l-awtorizzjoni tal-Qorti kompetenti u ċioe Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja).
Taħt il-liġi nazzjonali sabiex ġenitur jagħmel transferiment tal-minuri ikun dejjem meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor aktar u aktar jekk il-ġenitur l-ieħor għandu xi dritt illi ser jiġi leż meta isir it-transferiment tal-minuri. Fost id-drittijiet illi għandu ġenitur wieħed isib id-dritt ta’ aċċess u d-dritt illi jipparteċipa fid-deċiżjonijiet dwar ħajjet il-minuri (u dan jinkludi il-post, l-ambjent u l-kultura fejn ser jitrabba il-minuri). F’din is-sitwazzjoni l-ġenitur li ma jgħatix l-kunsens jista’ jopponi għat-transferiment għal ħafna raġunijiet, per eżempju li bit-trasferiment huwa sejjer jiġi miċħud mill-aċċess.
Il-minuri ikunu jistgħu jiġu trasferiti lejn Stat ieħor, minkejja nnuqqas ta' kunsens tal-ġenitur l-ieħor, jekk ikun hemm awtorizzazzjoni ta’ dan minn Qorti kompetenti.
Iva, l-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju. Il-kunsens ta’ ġenitur jista’ jingħata b’dan il-mod:
I, the undersigned, who is the parent of __________________________________________(name, surname, date of birth, identity card number of minor) authorise that my son/daughter (choose applicable) leaves the Island of Malta for the purpose of _________________ _______________________________________ (reason to leave island) and that the such period shall be for an indefinite period/ for the duration of_______________(time period)(choose applicable).
_________________________________
Signature followed by the name, surname, i.d.card number of parent
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.